Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D0156

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/156 tal-21 ta’ Jannar 2025 li taħtar erba’ membri u ħames membri supplenti, proposti mill-Ungerija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/16780/2024/INIT

ĠU L, 2025/156, 27.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/156/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/156/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/156

27.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/156

tal-21 ta’ Jannar 2025

li taħtar erba’ membri u ħames membri supplenti, proposti mill-Ungerija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Ungeriż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sa Barbara Szilvia HEGEDŰS, is-Sur József KÓBOR, is-Sur Lajos KOVÁCS u s-Sur József RIBÁNYI saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Attila KISS, is-Sur Erik KONCZER, is-Sur Ádám MIRKÓCZKI u s-Sur Zoltán NÉMETH saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Raymund KOVÁCS bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti.

(6)

Il-Gvern Ungeriż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Raymund KOVÁCS, Budapest Főváros XVI. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tas-16-il Distrett ta’ Budapest), is-Sur László Szabolcs ŐRI, Baranya Vármegye Közgyűlés elnöke (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Baranya Vármegye), is-Sa Klaudia SZEMEREYNÉ PATAKI, Kecskemét Megyei Jogú Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kecskemét bi drittijiet ta’ kontea), u, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, is-Sur Attila KISS, Hajdú-Biher Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Hajdú-Bihar Vármegye).

(7)

Il-Gvern Ungeriż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Károly ANDRÁS, Bács Kiskun Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Bács-Kiskun Vármegye), is-Sur Lajos BARCSA, Debrecen Megyei Jogú Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Debrecen bi drittijiet ta’ kontea), is-Sur Béla BÁSTHY, Kőszeg Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kőszeg), is-Sur Benedek FARKAS, Budaörs Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-Belt ta’ Budaörs) u s-Sa Marietta HERFORT Budapest Főváros v. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-ħames Distrett ta’ Budapest),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

is-Sur Attila KISS, Hajdú-Biher Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Hajdú-Bihar Vármegye) (bidla tal-mandat),

is-Sur Raymund KOVÁCS, Budapest Főváros XVI. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tas-16-il Distrett ta’ Budapest),

is-Sur László Szabolcs ŐRI, Baranya Vármegye Közgyűlés elnöke (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Baranya Vármegye),

is-Sa Klaudia SZEMEREYNÉ PATAKI, Kecskemét Megyei Jogú Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kecskemét bi drittijiet ta’ kontea),

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Károly ANDRÁS, Bács Kiskun Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Bács-Kiskun Vármegye),

is-Sur Lajos BARCSA, Debrecen Megyei Jogú Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Debrecen bi drittijiet ta’ kontea),

is-Sur Béla BÁSTHY, Kőszeg Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kőszeg),

is-Sur Benedek FARKAS, Budaörs Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-Belt ta’ Budaörs) u

s-Sa Marietta HERFORT Budapest Főváros v. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-ħames Distrett ta’ Budapest).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. DOMAŃSKI


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/102/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/156/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top