Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 32024R2995
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/2995 of 29 November 2024 setting the filling trajectory with intermediary targets for 2025 for each Member State with underground gas storage facilities on its territory and directly interconnected to its market area
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2995 tad-29 ta' Novembru 2024 li jistabbilixxi t-trajettorja għall-mili b’miri intermedjarji għall-2025 għal kull Stat Membru b’faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fit-territorju tiegħu u interkonnessi direttament maż-żona tas-suq tiegħu
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2995 tad-29 ta' Novembru 2024 li jistabbilixxi t-trajettorja għall-mili b’miri intermedjarji għall-2025 għal kull Stat Membru b’faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fit-territorju tiegħu u interkonnessi direttament maż-żona tas-suq tiegħu
C/2024/8352
ĠU L, 2024/2995, 3.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2995/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Vigente
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2995 |
3.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2995
tad-29 ta' Novembru 2024
li jistabbilixxi t-trajettorja għall-mili b’miri intermedjarji għall-2025 għal kull Stat Membru b’faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fit-territorju tiegħu u interkonnessi direttament maż-żona tas-suq tiegħu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6a(7), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna u fid-dawl tal-possibbiltà ta’ interruzzjoni fit-tul jew saħansitra waqfien tal-provvisti tal-gass mir-Russja, l-Unjoni Ewropea ħadet inizjattivi biex iżżid it-tħejjija tagħha kontra tali interruzzjonijiet sabiex tipproteġi liċ-ċittadini u lill-ekonomija tagħha. |
|
(2) |
F’dan il-kuntest, ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ġie adottat bil-ħsieb li jiġi żgurat il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art tal-Istati Membri għall-perjodu tax-xitwa tal-2022-2023 u lil hinn, bl-emendar tar-Regolament (UE) 2017/1938. |
|
(3) |
Għall-2023 u s-snin segwenti, is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6a(7) tar-Regolament (UE) 2017/1938 jipprevedi li kull Stat Membru b’faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art irid jibgħat lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, abbozz ta’ trajettorja għall-mili b’miri intermedjarji għal Frar, Mejju, Lulju u Settembru, inkluż informazzjoni teknika, għal tali faċilitajiet fit-territorju tiegħu u interkonnessi direttament maż-żona tas-suq tiegħu f’forma aggregata. It-trajettorja għall-mili u l-miri intermedji għandhom ikunu bbażati fuq ir-rata medja tal-mili matul il-ħames snin preċedenti. |
|
(4) |
Is-subparagrafu 3 tal-Artikolu 6a(7) tar-Regolament (UE) 2017/1938 jistipula li, abbażi tal-informazzjoni teknika pprovduta minn kull Stat Membru u filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass (il-“GCG, Gas Coordination Group”), il-Kummissjoni trid tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu t-trajettorja għall-mili għal kull Stat Membru sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ qabel f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18a(2) tar-Regolament imsemmi hawn fuq. Il-Kummissjoni hija assistita minn kumitat tal-komitoloġija msemmi fl-Artikolu 18a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938, il-“Kumitat għall-Ħżin tal-Gass”. |
|
(5) |
Skont dan, sal-15 ta’ Novembru 2024 il-Kummissjoni trid tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu t-trajettorji għall-mili għal kull Stat Membru b’faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għall-2025. Minħabba l-limiti ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jiġi adottat att ta’ implimentazzjoni uniku għall-Istati Membri kollha kkonċernati. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-inċertezza kbira fir-rigward tas-sitwazzjoni ġenerali tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-iżvilupp tad-domanda u tal-provvista tal-gass fl-Unjoni u fl-Istati Membri individwali, ix-xenarji ta’ konsum differenti skont it-temperaturi tax-xitwa, u l-livell ta’ miżuri volontarji għal tnaqqis fid-domanda implimentati mill-Istati Membri f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (C/2024/2476) dwar it-tkomplija tal-miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass (3), it-trajettorji għall-mili stabbiliti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jinkludu miri intermedji minimi teknikament fattibbli li jippermettu li l-Istati Membri jilħqu l-mira għall-mili ta’ 90 % sal-1 ta’ Novembru 2025. |
|
(7) |
It-trajettorji għall-mili jenħtieġ li jqisu, sa fejn ikun possibbli, dawk ippreżentati mill-Istati Membri u jenħtieġ li jqisu r-rata medja tal-mili tal-Istati Membri matul il-ħames snin ta’ qabel. Il-fattibbiltà teknika tal-miri intermedjarji stabbiliti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li tqis ukoll il-kurva tal-kapaċità ta’ injezzjoni aggregata tas-siti tal-ħżin ta’ kull Stat Membru. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod li jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jiġu evitati piżijiet bla bżonn fuq l-Istati Membri, il-parteċipanti fis-suq tal-gass, l-operaturi jew il-klijenti tas-sistema tal-ħżin, u mingħajr distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni bejn il-faċilitajiet tal-ħżin li jinsabu fl-Istati Membri ġirien. Il-miri tal-mili jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll b’mod li jiżgura li l-implimentazzjoni tagħhom ma jkollha l-ebda impatt distorsiv fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-gass, inkluż fis-swieq tad-derivattivi tal-gass. |
|
(8) |
Il-miri intermedjarji tal-1 ta’ Frar u tal-1 ta’ Mejju 2025 huma miri importanti għas-sigurtà tal-provvista fl-2025, anke fid-dawl tat-tmiem tal-ftehim dwar it-tranżitu tal-gass mill-Ukrajna sal-1 ta’ Jannar 2025. L-iffissar tal-mira ta’ Frar biex il-medja minima tal-Unjoni tkun madwar 50 % huwa maħsub biex isaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżgura disponibbiltà għolja mill-ħażniet f’Diċembru 2024 u f’Jannar 2025 meta d-domanda għall-gass tkun għolja. Dan se jkun partikolarment importanti f’każ li x-xitwa 2024–2025 tkun aktar kiesħa mill-medja. Madankollu, meta titqies il-Prospettiva tal-Provvista tax-Xitwa tal-ENTSOG, jenħtieġ li l-Istati Membri jistinkaw biex kollettivament jilħqu 55 % tal-mili tal-ħżin tal-kapaċità tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass ta’ taħt l-art tal-Unjoni biex jipprevjenu deterjorament tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni. Mira intermedjarja minima fil-livell tal-UE ta’ madwar 30 % fl-1 ta’ Mejju 2025 titqies suffiċjenti biex tintlaħaq il-mira ta’ Novembru ta’ 90 % filwaqt li tingħata flessibbiltà tas-suq għas-siti tal-ħżin. Madankollu, fil-każ ta’ domanda ogħla u/jew provvista mnaqqsa matul is-sajf tal-2025, l-Istati Membri jeħtieġ li jistinkaw biex kollettivament jilħqu l-mili ta’ 45 %, biex isaħħu s-sigurtà tal-provvista billi jiffaċilitaw il-mili mill-ġdid tal-ħżin fl-1 ta’ Novembru 2025. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1938, il-livelli tal-mili li jibqgħu sa ħames punti perċentwali taħt il-mira, jitqiesu bħala konformi mal-miri tar-Regolament (UE) 2017/1938. Meta l-livell tal-mili ta’ Stat Membru jkun aktar minn ħames punti perċentwali taħt il-livell tat-trajettorja għall-mili tiegħu, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tieħu miżuri effettivi minnufih biex iżżidu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-GCG b’tali miżuri. |
|
(9) |
It-trajettorji għall-mili ppreżentati mill-Istati Membri jistgħu jvarjaw minn xulxin peress li dawn jirriflettu sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Barra minn hekk, il-miri tal-ħżin għall-1 ta’ Mejju huma ġeneralment aktar baxxi mill-miri tal-1 ta’ Frar peress li l-irtirar tal-ħażna huwa marbut mad-domanda għat-tisħin u l-ħażniet jilħqu l-minimu tagħhom fil-livell tal-UE madwar April ta’ kull sena. |
|
(10) |
Għall-Istati Membri li jaqgħu taħt l-Artikolu 6a(3) tar-Regolament (UE) 2017/1938, jenħtieġ li l-mira għall-mili titnaqqas bil-volum li ġie pprovdut lil pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ referenza mill-2016 sal-2021 jekk il-volum medju ipprovdut kien iktar minn 15 TWh fis-sena matul il-perjodu tal-irtirar mill-ħażna tal-gass (Ottubru – April). |
|
(11) |
L-Istati Membri jeħtieġ li jilħqu l-mira għall-mili ta’ 90 % tal-faċilitajiet tal-ħżin tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) 2017/1938. Fil-mili tal-ħżin, u fid-dawl tal-isfidi għall-istaġun tal-mili fl-2025, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu l-aqwa użu mill-għodod ta’ koordinazzjoni kollha disponibbli fil-livell tal-UE. L-użu tal-mekkaniżmu tal-aggregazzjoni tad-domanda u tax-xiri konġunt għall-gass naturali jista’ jikkontribwixxi għal koordinazzjoni aħjar tal-mili tal-ħżin. |
|
(12) |
It-trajettorji għall-mili jqisu wkoll il-valutazzjoni tal-GCG, li ġie kkonsultat matul il-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2024. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament qed jirrifletti t-trajettorji tal-ħżin tal-Istati Membri b’faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art, filwaqt li l-Artikolu 6c tar-Regolament (UE) 2017/1938 jipprevedi obbligi oħra għall-Istati Membri li ma għandhomx faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art. |
|
(14) |
Meta titqies il-ħtieġa li jiġu stabbiliti t-trajettorji għall-mili għall-2025 sal-15 ta’ Novembru 2024, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ħżin tal-Gass. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Trajettorji għall-mili għall-2025
It-trajettorji għall-mili b’miri intermedjarji għall-2025 għall-Istati Membri b’faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art fit-territorju tagħhom u interkonnessi direttament maż-żona tas-suq tagħhom huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1938/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1032/oj).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (C/2024/2476) tal-25 ta’ Marzu 2024 dwar it-tkomplija tal-miżuri kkoordinati għat-tnaqqis tad-domanda għall-gass (ĠU C, C/2024/2476, 27.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2476/oj).
ANNESS
Trajettorja għall-mili b’miri intermedjarji għall-2025 għall-Istati Membri b’faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art (1)
|
Stat Membru |
Mira intermedja tal-1 ta’ Frar |
Mira intermedja tal-1 ta’ Mejju |
Mira intermedja tal-1 ta’ Lulju |
Mira intermedja tal-1 ta’ Settembru |
Mira tal-mili tal-1 ta’ Novembru (2) |
|
AT |
64 % |
52 % |
66 % |
77 % |
90 % |
|
BE |
30 % |
5 % |
40 % |
78 % |
90 % |
|
BG |
55 % |
36 % |
57 % |
77 % |
90 % |
|
CZ |
40 % |
25 % |
30 % |
60 % |
90 % |
|
DE |
45 % |
10 % |
30 % |
65 % |
90 % |
|
DK |
45 % |
40 % |
60 % |
75 % |
90 % |
|
ES |
58 % |
53 % |
64 % |
80 % |
90 % |
|
FR |
41 % |
11 % |
39 % |
81 % |
90 % |
|
HR |
46 % |
29 % |
51 % |
83 % |
90 % |
|
HU |
59 % |
38 % |
61 % |
84 % |
90 % |
|
IT |
55 % |
45 % |
54 % |
72 % |
90 % |
|
LV |
45 % |
41 % |
63 % |
90 % |
90 % |
|
NL |
47 % |
39 % |
57 % |
72 % |
90 % |
|
PL |
50 % |
35 % |
60 % |
80 % |
90 % |
|
PT |
70 % |
70 % |
80 % |
80 % |
90 % |
|
RO |
41 % |
42 % |
63 % |
84 % |
90 % |
|
SE |
53 % |
5 % |
5 % |
5 % |
90 % |
|
SK |
45 % |
20 % |
29 % |
74 % |
90 % |
(1) L-Anness huwa soġġett għall-obbligi pro rata ta’ kull Stat Membru skont ir-Regolament (UE) 2017/1938, b’mod partikolari l-Artikoli 6a, 6b u 6c tiegħu. Għall-Istati Membri li jaqgħu taħt l-Artikolu 6a(2), il-mira intermedja pro rata għandha tiġi kkalkolata billi l-valur indikat fit-tabella jiġi mmultiplikat bil-limitu ta’ 35 % u billi r-riżultat jiġi diviż b’90 %.
(2) Ara l-Artikolu 6a(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1938.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2995/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)