Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R2799

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2799 tal-25 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-inċova fiż-żona 8 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

C/2024/7346

ĠU L, 2024/2799, 4.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2799/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/10/2024; Imħassar b' 32024R3247

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2799/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2799

4.11.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2799

tal-25 ta’ Ottubru 2024

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-inċova fiż-żona 8 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd , li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2024.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-inċova mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż fiż-żona 8, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2024.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2024 għal Spanja għall-istokk tal-inċova fiż-żona 8 msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, iż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin u l-iżbark tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti għandu jibqa’ awtorizzat għall-qbid li jsir qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

16/TQ257

Stat Membru

Spanja

Stokk

ANF/08.

Speċi

Inċova (Engraulis encrasicolus)

Żona

8

Data tal-Għeluq

6 ta’ Awwissu 2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2799/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top