This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R2790
Commission Delegated Regulation (EU) 2024/2790 of 23 July 2024 amending Annex II to Regulation (EU) 2019/1009 of the European Parliament and of the Council as regards the polymers in Component Material Category 1
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2790 tat-23 ta’ Lulju 2024 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-polimeri fil-Kategorija tal-Materjali Komponenti 1
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2790 tat-23 ta’ Lulju 2024 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-polimeri fil-Kategorija tal-Materjali Komponenti 1
C/2024/5142
ĠU L, 2024/2790, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2790/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2790 |
31.10.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2790
tat-23 ta’ Lulju 2024
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-polimeri fil-Kategorija tal-Materjali Komponenti 1
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Skont ir-rekwiżiti relatati mal-kategoriji tal-materjali komponenti (component material categories, “CMCs”) 8 u 9 stabbiliti fil-Parti II tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, il-prodotti fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fihom ċerti polimeri. |
|
(2) |
Il-preżenza kullimkien ta’ frammenti żgħar ta’ polimeri naturali sintetiċi jew modifikati kimikament, li huma insolubbli fl-ilma, jiddegradaw bil-mod ħafna u jistgħu jiġu inġestiti faċilment minn organiżmi ħajjin, tqajjem tħassib dwar l-impatt ġenerali tagħhom fuq l-ambjent u, potenzjalment, fuq is-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment validu għall-polimeri miżjuda intenzjonalment mal-prodotti fertilizzanti tal-UE li sussegwentement jiġu rilaxxati fl-ambjent. |
|
(3) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2019/1009 stabbilixxa obbligu għall-Kummissjoni li sas-16 ta’ Lulju 2024 tivvaluta l-kriterji tal-bijodegradabbiltà ta’ żewġ kategoriji ta’ polimeri li jappartjenu għas-CMC 9: polimeri li jikkontrollaw il-penetrazzjoni tal-ilma fil-partikoli tan-nutrijenti u għalhekk ir-rilaxx ta’ nutrijenti (“aġenti tal-kisi”) u polimeri li jżidu l-kapaċità taż-żamma tal-ilma jew il-propensità għat-tixrib tal-prodott (“polimeri għaż-żamma tal-ilma”). |
|
(4) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1768 (2) li jżid kategoriji ġodda ta’ polimeri fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti 1 u 11. Dawn il-polimeri normalment jintużaw bħala addittivi tekniċi, biex tiżdied l-effiċjenza agronomika jew is-sikurezza tal-prodotti. Sabiex jiġi identifikat liema polimeri ma jikkawżaw l-ebda tħassib ambjentali u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fis-CMCs 1 u 11, il-Kummissjoni kkunsidrat l-opinjonijiet xjentifiċi maħruġa mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji (3) u mill-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), dwar partikoli ta’ mikroplastiks miżjuda intenzjonalment ma’ prodotti għall-użu mill-konsumatur jew dak professjonali ta’ kwalunkwe tip. Għalhekk, il-polimeri naturali biss, li ma ġewx modifikati kimikament, il-polimeri bijodegradabbli jew il-polimeri solubbli jistgħu jintużaw bħala materjali li jappartjenu għas-CMCs 1 jew 11. |
|
(5) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2023/2055 (5) li jintroduċi restrizzjoni ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-introduzzjoni fis-suq ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi (“ir-restrizzjoni ġenerali”). Ċerti kategoriji ta’ polimeri u l-polimeri li jissodisfaw il-kriterji tal-bijodegradabbiltà jew tas-solubbiltà stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma esklużi mir-restrizzjoni ġenerali. |
|
(6) |
Il-prodott fertilizzanti tal-UE huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni ġenerali, sakemm joħroġ l-eżitu tal-valutazzjoni dwar il-kriterji tal-bijodegradabbiltà għall-aġenti tal-kisi u għall-polimeri għaż-żamma tal-ilma. Madankollu, ir-rekwiżiti għall-polimeri li jappartjenu għas-CMC 1 li tipikament jintużaw bħala addittivi tekniċi jenħtieġ li jiġu allinjati mar-rekwiżiti għall-polimeri eżentati mir-restrizzjoni ġenerali. L-ewwel nett, il-materjali li jappartjenu għas-CMC 1 diġà huma soġġetti għal xi dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, adattati speċifikament għall-użu tagħhom bħala materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE. It-tieni, il-polimeri li jistgħu jintużaw bħala materjali li jappartjenu għas-CMC 1, tipikament addittivi tekniċi, bħall-aġenti kontra t-trab jew l-aġenti antiagglomeranti, mhumiex qed jissodisfawx funzjoni speċifika matul ċertu perjodu wara l-applikazzjoni tagħhom fil-ħamrija, bħall-aġenti tal-kisi u l-polimeri għaż-żamma tal-ilma, ma għandhomx għalfejn jiddegradaw bil-mod u ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex jiġu introdotti jew jinżammu regoli speċifiċi ta’ bijodegradazzjoni għalihom. It-tielet, ir-restrizzjoni ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tapplika għal polimeri simili fil-prodotti fertilizzanti nazzjonali, ħlief għall-aġent tal-kisi jew għall-polimeri għaż-żamma tal-ilma li għandhom jissodisfaw l-istess kriterji bħal dawk li għandhom jiġu stabbililit f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1009. Għalhekk, l-allinjament tar-rekwiżiti għall-materjali li jappartjenu għas-CMC 1 ma’ dawk fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa meħtieġ kemm biex tiġi żgurata l-koerenza bl-applikazzjoni tal-istess regoli għal materjali simili li jinsabu fil-prodotti armonizzati jew fil-prodotti mhux armonizzati, kif ukoll biex jinkisbu l-objettivi segwiti bl-introduzzjoni tar-restrizzjoni ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistgħu jiġu pperikolati jekk jinżammu regoli aktar laxki fir-Regolament (UE) 2019/1009. |
|
(7) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) 2019/1009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2055 għandu jibda japplika għall-prodotti fertilizzanti nazzjonali mis-17 ta’ Ottubru 2028. Għal raġunijiet ta’ koerenza u sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex wieħed jadatta għar-rekwiżiti introdotti b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplika l-istess perjodu tranżitorju, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-punt 1 fit-Taqsima “CMC 1: SUSTANZI U TAĦLITIET MINN MATERJAL VERĠNI” fil-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħal il-punt (fa) li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mis-17 ta’ Ottubru 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1009/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1768 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jemenda, għall-fini tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE (ĠU L 356, 8.10.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1768/oj).
(3) RAC ECHA. 2020. Opinion on an Annex XV dossier proposing restrictions on intentionally added microplastics (ECHA/RAC/RES-O -0000006790-71-01/F).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2055 tal-25 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2055/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2790/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)