Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R2407

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2407 tat-13 ta’ Settembru 2024 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2024 minħabba s-sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel

C/2024/6392

ĠU L, 2024/2407, 16.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2407/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2024: This act has been changed. Current consolidated version: 23/01/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2407/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2407

16.9.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2407

tat-13 ta’ Settembru 2024

li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2024 minħabba s-sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2023 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2022/2090 (2), (UE) 2023/194 (3) u (UE) 2023/195 (4).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2024 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2023/194, (UE) 2023/2638 (5), (UE) 2024/257 (6) u (UE) 2024/259 (7).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tapplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd tal-futur ta’ dak l-Istat Membru.

(4)

L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis għandu jiġi applikat fis-sena jew fis-snin ta’ wara billi jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni rispettivi stabbiliti f’dawn l-Artikoli.

(5)

Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd tagħhom għas-sena 2023. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi applikat tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2024 u, fejn rilevanti, fis-snin ta’ wara, għall-istokkijiet mistada b’mod eċċessiv.

(6)

Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1661 (8) u (UE) 2023/2480 (9) stabbilew tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għal ċerti Stati Membri u għal ċerti speċijiet għall-2023. Madanakollu, għal ċerti Stati Membri, it-tnaqqis li kellu jiġi applikat għal ċerti speċijiet kien ikbar mill-kwoti rispettivi disponibbli fl-2023, u għalhekk ma setax jiġi applikat bis-sħiħ dik is-sena. Skont il-punt 2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (10) (“il-Linji Gwida”) u biex jiġi żgurat li f’każijiet bħal dawn jitnaqqas l-ammont sħiħ għall-istokkijiet rispettivi, jenħtieġ li jitqiesu l-kwantitajiet li jifdal meta jiġi stabbilit it-tnaqqis għall-2024 u, fejn xieraq, mill-kwoti sussegwenti.

(7)

Il-Punt 1 tal-Linji Gwida jiddikjara li, fejn applikabbli, l-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis f’każ li tinqabeż waħda mill-kwoti għall-istokkijiet ġestiti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandha tiġi adattata għall-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis ta’ dawn l-istokkijiet stipulata fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernati. Ir-Rakkomandazzjoni 21-01 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT, International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna) dwar programm pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn tropikali (11) kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT għall-konservazzjoni tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku (12) jistabbilixxu li kwalunkwe qbiż tal-kwota annwali aġġustata fis-sena 2022 irid jitnaqqas mill-kwota rispettiva jew mil-limitu tal-qbid rispettiv għall-2024. Abbażi ta’ dan, it-tnaqqis — inkluż dak li jirriżulta minn fatturi ta’ multiplikazzjoni applikabbli — minħabba s-sajd eċċessiv stabbilit fl-2022 għall-istokk tat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku (BET/ATLANT) u l-istokk tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N (SWO/AN05N), it-tnejn ġestiti mill-ICCAT, jenħtieġ li jiġi applikat fl-2024. Konsegwentement, it-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1661 minħabba s-sajd eċċessiv fl-2022, mill-Portugall, tal-kwoti tiegħu għal BET/ATLANT u SWO/AN05N jenħtieġ li jiġi applikat fuq il-kwoti rispettivi tiegħu għall-2024. Id-dispożizzjoni stabbilita bir-Rakkomandazzjoni 22-03 hija applikabbli wkoll għall-qbiż tal-limiti tal-qbid annwali għal SWO/AN05N fl-2023 li għandu jitnaqqas mil-limiti tal-qbid annwali għall-2025.

(8)

Bl-istess mod, ir-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT li tistabbilixxi programm ta’ restawr għall-marlin blu (13) tipprevedi li kwalunkwe qbiż tal-limiti annwali tal-ħatt l-art stabbiliti għas-sena 2023 għandu jitnaqqas mil-limiti tal-ħatt l-art matul l-2025. Għalhekk, it-tnaqqis minħabba s-sajd eċċessiv fl-2023 għall-istokk tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku (BUM/ATLANT) jenħtieġ li jiġi applikat biss fl-2025.

(9)

Abbażi tad-data trażmessa minn Franza, jidher li nqabżet il-kwota kondiviża tal-2023 li tammonta għal 129,840 tunnellata u allokata għal “Stati Membri oħra” — fosthom Franza — esklużivament għall-qabdiet aċċessorji tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N (SWO/AN05N_AMS) kif stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/194. Meta jitqies li Franza rrappurtat qabdiet li jammontaw għal 161,053 tunnellata fl-ambitu ta’ din il-kwota ta’ “Stati Membri oħra”, fuq il-kwota Franċiża jenħtieġ li jiġi applikat tnaqqis minħabba dan is-sajd eċċessiv. Dan it-tnaqqis jenħtieġ li jiġi applikat biss fl-2025 f’konformità mar-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT.

(10)

Xorta jistgħu jsiru aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzju attwali jew preċedenti ta’ tnaqqis, ta’ erruri, ommissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(11)

Peress li l-kwoti jiġu espressi f’tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv ta’ kwantitajiet inqas minn tunnellata ma jitqiesx,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għas-sena 2024 fir-Regolamenti (UE) 2023/194, (UE) 2023/2638, (UE) 2024/257 u (UE) 2024/259 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2090 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2023 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku, u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ibħra oħrajn (ĠU L 281, 31.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2090/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/194/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/195/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2638 tal-20 ta’ Novembru 2023 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L, 2023/2638, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2638/oj).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2024/259, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1661 tal-24 ta’ Awwissu 2023 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2023 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel (ĠU L 210, 25.8.2023, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1661/oj).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2480 tal-10 ta’ Novembru 2023 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2023 f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 minħabba sajd żejjed ta’ stokkijiet oħra fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1661 (ĠU L, 2023/2480, 13.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2480/oj).

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li tissostitwixxi l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 (2022/C 369/03) (ĠU C 369, 27.9.2022, p. 3).

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni 21-01 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 19-02 li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 16-01 dwar programm pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn tropikali. https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2022-01-e.pdf

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni supplimentari 21-02 li testendi u temenda r-Rakkomandazzjoni 17-02 għall-konservazzjoni tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku. https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2022-03-e.pdf

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT biex jiġu stabbiliti programmi ta’ restawr għall-marlin blu u għall-marlin abjad/il-pastardella imperjali (https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2019-05-e.pdf).


ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2024 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA B’MOD EĊĊESSIV

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota oriġinali għall-2023 (f’tunnellati)

Ħatt l-art permess għall-2023 (Kwantità adattata totali f’tunnellati) (1)

Qabdiet totali li saru fl-2023 (kwantità f’tunnellati)

Il-konsum tal-kwota relatat mal-ħatt l-art permess

Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f’tunnellati)

Fattur ta’ multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni (3), (4)

Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5)(kwantità f’tunnellati)

Tnaqqis applikabbli fl-2024 (kwantità f’tunnellati)

DE

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

89,000

89,000

90,320

101,48  %

1,320

/

/

19,997

21,317

DK

HAD

*03 A-C

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a (kundizzjoni speċjali għal HAD/2AC4.)

249,500

271,800

325,598

119,79  %

53,798

1,00

C

/

80,697

DK

HAD

03 A.

Merluzz tal-linja sewda

3a

2 892,000

2 682,402

2 732,065

101,85  %

49,663

/

C (6)

/

49,663

DK

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

4,288

Mhux applikabbli

4,288

1,00

/

/

4,288

DK

WHB

1X14

Stokkafixx

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14

61 646,000

77 238,647

82 097,607

106,29  %

4 858,960

/

/

/

4 858,960

ES

ALB

MED

Alonga tal-Mediterran

Il-Baħar Mediterran

103,030

133,030

135,312

101,72  %

2,282

/

/

/

2,282

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

22,770

49,770

55,108

110,72  %

5,338  (7)

1,00

/

/

Mhux applikabbli (7)

ES

COD

1N2AB.

Bakkaljaw

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

2 321,000

2 562,590

2 562,586

100,00  %

–0,004  (8)

/

/

60,063

60,063

ES

GHL

N3LMNO

Ħalibatt ta’ Greenland

3LMNO tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO, Northwest Atlantic Fisheries Organisation)

4 162,000

4 607,124

4 666,576

101,29  %

59,452

/

/

/

59,452

ES

HAD

1N2AB.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

2,636

86,058

3 264,72  %

83,422

1,00

A

/

125,133

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

78,129

Mhux applikabbli

78,129

1,00

A

/

117,194

ES

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

14,306

Mhux applikabbli

14,306

1,00

/

/

14,306

ES

RJU

8-C.

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 8

10,000

10,000

12,138

121,38  %

2,138

1,00

/

/

2,138

ES

RJU

9-C.

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

15,000

20,000

24,008

120,04  %

4,008

1,00

/

1,348

5,356

ES

SOL

7HJK.

Lingwata komuni

Iż-żoni 7h, 7j u 7k

/

2,500

15,458

618,32  %

12,958

1,00

C

/

19,437

ES

SOL

8AB.

Lingwata komuni

Iż-żoni 8a u 8b

6,000

7,000

19,988

285,54  %

12,988

1,00

C

/

19,482

FR

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta’ Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

16,600

20,889

125,84  %

4,289

1,00

/

/

4,289

FR

HAD

1N2AB.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

150,000

171,060

179,080

104,69  %

8,020

/

/

/

8,020

FR

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

36,000

36,000

44,547

123,74  %

8,547

1,00

/

/

8,547

FR

RJE

7FG.

Raja għewejna

Iż-żoni 7f u 7 g

24,000

10,701

23,296

217,70  %

12,595

1,00

/

/

12,595

FR

SWO

AN05N_AMS

Pixxispad

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N

129,840  (9)

129,840  (9)

161,053

124,03  %

31,213  (7)

1,00

/

/

Mhux applikabbli (7)

IT

ARA

GF19-21

Gamblu blu u aħmar

Is-subżoni ġeografiċi 19-20-21 (il-Baħar Jonju)

250,000

250,000

259,823

103,93  %

9,823

/

/

/

9,823

NL

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

21,593

34,653

160,48  %

13,060

1,00

/

/

13,060

PL

MAC

2A34-N

Kavall

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3a, 3b, 3c u 3d; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk tar-Renju Unit taż-żona 4; l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a

/

/

254,490

Mhux applikabbli

254,490

2,00

A

/

636,275

PT

BET

ATLANT

Tonn obeż

L-Oċean Atlantiku

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

184,048

184,048

PT

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta’ Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

64,738

Mhux applikabbli

64,738

1,00

/

/

64,738

PT

JAX

08C.

Sawrell

8c

188,000

100,000

101,605

101,60  %

1,605

/

/

/

1,605

PT

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

18,012

Mhux applikabbli

18,012

1,00

/

/

18,012

PT

SWO

AN05N

Pixxispad

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

50,792

50,792

PT

SWO

AN05N

Pixxispad

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N

1 155,830

1 930,090

1 966,680

101,90  %

36,590  (7)

/

/

/

Mhux applikabbli (7)

PT

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9

1 696,000

1 551,000

1 573,265

101,44  %

22,265

/

/

/

22,265


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2022 għall-2023 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/847/oj) u mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Għandu japplika tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 fil-każijiet kollha tas-sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dment li s-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” tindika li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba s-sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2021, fl-2022 u fl-2023. L-ittra ‘C’ turi li ġie applikat fattur ta’ multiplikazzjoni addizzjonali ta’ 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan pluriennali.

(5)  Il-kwantitajiet li jifdal mis-sena/snin ta’ qabel.

(6)  Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni mhuwiex applikabbli peress li s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 %.

(7)  Għandu jitnaqqas fl-2025 f’konformità mar-Rakkomandazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT, International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas).

(8)  Peress li l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 mhuwiex applikabbli għal dan l-istokk, din il-kwantità mhux użata ma tistax tintuża biex jitbaxxa t-tnaqqis previst fl-2024.

(9)  Kwota tal-qabdiet aċċessorji disponibbli għal “Stati Membri oħra” fosthom Franza.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2407/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top