This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1999
Commission Regulation (EU) 2024/1999 of 19 July 2024 on the introduction and management of tariff-rate quotas for groats resulting from Regulation (EU) 2024/1392 of the European Parliament and of the Council on temporary trade-liberalisation measures supplementing trade concessions applicable to Ukrainian products under the Association Agreement between the Union and Ukraine
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1999 tad-19 ta’ Lulju 2024 dwar l-introduzzjoni u l-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għall-ħbub imfesdqa misħuqa li tirriżulta mir-Regolament (UE) 2024/1392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1999 tad-19 ta’ Lulju 2024 dwar l-introduzzjoni u l-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għall-ħbub imfesdqa misħuqa li tirriżulta mir-Regolament (UE) 2024/1392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna
C/2024/5154
ĠU L, 2024/1999, 22.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1999/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 05/06/2025
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1999 |
22.7.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1999
tad-19 ta’ Lulju 2024
dwar l-introduzzjoni u l-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għall-ħbub imfesdqa misħuqa li tirriżulta mir-Regolament (UE) 2024/1392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(7), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), tiegħu,
Wara li infurmat lill-Kumitat tas-Salvagwardji,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) 2024/1392, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni. L-Artikolu 1(1)(b), ta’ dak ir-Regolament issospenda l-kwoti tariffarji kollha stabbiliti skont l-Anness I-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra u dment li l-prodotti koperti minn dawk il-kwoti kellhom jiġu ammessi għall-importazzjoni fl-Unjoni mill-Ukrajna mingħajr ebda dazju doganali. |
|
(2) |
L-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2024/1392 jipprevedi miżura awtomatika ta’ salvagwardja għall-bajd, għall-pollam, għaz-zokkor, għall-ħafur, għall-qamħirrum, għall-ħbub imfesdqa misħuqa u għall-għasel li għandha tiġi attivata jekk il-volumi kumulattivi tal-importazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk il-prodotti mill-1 ta’ Jannar 2024 f’perjodu speċifiku jilħqu l-medja aritmetika rispettiva tal-volumi tal-importazzjoni rreġistrati fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2021, fl-2022 u fl-2023. |
|
(3) |
Il-volumi kumulattivi tal-importazzjoni tal-ħbub imfesdqa misħuqa mill-1 ta’ Jannar 2024 laħqu l-medja aritmetika rispettiva msemmija fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2024/1392, li hija inqas mill-volum tal-kwota tariffarja korrispondenti sospiża f’konformità mal-Artikolu 1(1)(b), ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwota tariffarja sospiża bin-numru tal-ordni 09.6707 tiġi introdotta mill-ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2024 u li mill-1 ta’ Jannar 2025 tiġi introdotta kwota tariffarja ugwali għal 5 partijiet minn kull tnax ta’ dik il-medja aritmetika. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-kwota tariffarja stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament tiġi ġestita abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-ħbub imfesdqa misħuqa f’konformità mar-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2). |
|
(5) |
F’konformità ma l-Artikolu 4(8) tar-Regolament (UE) 2024/1392, il-kwantità importata matul is-sena kalendarja 2024 jenħtieġ li titqies fil-ġestjoni tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.6707 sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(6) |
Sabiex tittieħed azzjoni sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2024/1392, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1392 japplika sal-5 ta’ Ġunju 2025, għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika sal-istess data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.6707, sospiża bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (UE) 2024/1392, terġa’ tiġi introdotta sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja stabbilita fl-Anness se tkun introdotta mill-1 ta’ Jannar 2025 f’konformità mal-Artikolu 4(7)(b) tar-Regolament (UE) 2024/1392, u għandha tapplika fil-limitu kwantitattiv stabbilit f’dak l-Anness fir-rigward tal-prodotti elenkati fih.
Artikolu 3
Il-kwota tariffarja stabbilita fl-Anness għandha tiġi ġestita mill-Unjoni f’konformità mal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-ħbub imfesdqa misħuqa kif stabbilit fl-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 4
Biex jibbenefikaw minn kwota tariffarja stabbilita fl-Anness, il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti previsti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sal-5 ta’ Ġunju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
• Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1392, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1392/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
09.6729 |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
Ħbub imfesdqa misħuqa, pellets taċ-ċereali, ħbub eċċ. |
|
Kodiċijiet NM |
ex 1103 19 20 1103192010 1103 19 90 1103 20 90 1104 19 10 1104 19 50 1104 19 61 1104 19 69 1104 29 04 1104 29 05 1104 29 08 ex 1104 29 17 1104291790 ex 1104 29 30 1104293090 1104 29 51 1104 29 59 1104 29 81 1104 29 89 1104 30 |
|
Oriġini |
L-Ukrajna |
|
Kwantità |
8 603 430 kg |
|
Perjodu tal-kwoti tariffarji |
Mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-5 ta’ Ġunju 2025 |
|
Subperjodi tal-kwoti tariffarji |
Mhux applikabbli |
|
Prova tal-oriġini |
Iva. Talba għal trattament preferenzjali f’konformità mal-Protokoll I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra |
|
Dazju doganali fil-kwota |
EUR 0 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1999/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)