This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1993
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1993 of 16 July 2024 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1993 tas-16 ta’ Lulju 2024 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1993 tas-16 ta’ Lulju 2024 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2024/5165
ĠU L, 2024/1993, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1993/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1993 |
23.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1993
tas-16 ta’ Lulju 2024
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi bbażata għalkollox jew parzjalment fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni oħra magħha, u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, biex ikun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu partikolari, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun 3 xhur. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Artiklu fil-forma ta’ katalgu ta’ preżentazzjoni b’daqs ta’ madwar 22 × 25 cm, li jikkonsisti f’kartonċina solida u tleqq, stampat bil-kulur b’informazzjoni dwar iż-żebgħa tax-xagħar irreklamata fih. Il-paġni fuq ġewwa tal-katalgu fil-biċċa l-kbira mhumiex stampati u fihom kampjuni tat-trofof tax-xagħar magħmula mill-fibra sintentika (twal madwar 4 cm u wiesgħa madwar 2 cm) organizzati skont l-isfumatura tal-kulur, li jitwaħħlu bil-kolla jew bil-klipep tal-plastik li jinqalgħu. L-artiklu huwa mfassal għar-reklamar, il-preżentazzjoni u l-wiri (biex issir għażla) tal-kuluri differenti ta’ żebgħa tax-xagħar waqt il-bejgħ dirett, fis-salons tax-xagħar jew fl-istands tal-wirjiet/preżentazzjoni. (Ara l-immaġni) (*1) |
4911 10 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 5 tal-Kapitolu 49 kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 4911 , 4911 10 u 4911 10 90 . L-artiklu huwa essenzjalment iddedikat għar-reklamar u l-promozzjoni tal-isfumaturi differenti taż-żebgħa tax-xagħar. F’konformità man-Nota 5 tal-Kapitolu 49, fuljetti u katalgi kummerċjali jeħtieġ jiġu klassifikati fl-intestatura 4911 . L-artiklu huwa materjal għar-reklamar taħt l-intestatura 4911 , maħsub biex jippromwovi u juri firxa ta’ kuluri taż-żebgħa tax-xagħar u mhuwiex kopert b’mod partikolari minn xi intestatura preċedenti tal-Kapitolu 49 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 4911 , l-ewwel u l-ħames paragrafi, il-punt (1)). Għalhekk l-artiklu jeħtieġ jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 4911 10 90 bħala materjal ieħor ta’ reklamar kummerċjali u bħalu. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1993/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)