This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1865
Council Regulation (EU) 2024/1865 of 29 June 2024 amending Regulation (EC) No 765/2006 concerning restrictive measures in view of the situation in Belarus and the involvement of Belarus in the Russian aggression against Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1865 tad-29 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1865 tad-29 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
ST/9636/2024/ADD/1
ĠU L, 2024/1865, 30.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1865/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1865 |
30.6.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1865
tad-29 ta’ Ġunju 2024
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1864 tad-29 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (3). |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 testendi ulterjorment il-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġiji avvanzati u b’użu doppju u tintroduċi wkoll restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu b’mod partikolari għat-titjib tal-kapaċitajiet industrijali Belarussi. |
|
(5) |
Barra minn hekk, sabiex timminimizza r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tipprojbixxi t-tranżitu mit-territorju tal-Belarussja ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja jew għall-iżvilupp tas-settur ta’ difiża u sigurtà tagħha, oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu b’mod partikolari għat-titjib tal-kapaċitajiet industrijali Belarussi, oġġetti u teknoloġija adattati għall-użu fl-avjazzjoni jew l-industrija tal-ispazju, u armi esportati mill-Unjoni. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 timponi aktar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni lill-Belarussja, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija li jikkonċernaw in-navigazzjoni marittima u oġġetti ta’ lussu. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 timponi ukoll projbizzjoni tal-importazzjoni b’mod dirett jew indirett, tax-xiri jew tat-trasferiment ta’ djamanti mill-Belarussja, li tapplika għal djamanti li joriġinaw fil-Belarussja, djamanti esportati mill-Belarussja u djamanti li jgħaddu fi tranżitu mill-Belarussja. Dik il-projbizzjoni tapplika għal djamanti naturali u sintetiċi mhux industrijali, kif ukoll għal ġojjellerija tad-djamanti. |
|
(8) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 twessa’ l-projbizzjoni tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti minerali biex tinkludi ż-żejt mhux maħdum u tintroduċi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija adattati għall-użu fir-raffinar taż-żejt u l-likwefazzjoni tal-gass naturali. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiċċara li l-projbizzjonijiet relatati maż-żejt huma mingħajr preġudizzju għalissa għat-tranżitu mill-Belarussja ta’ żejt mhux maħdum li jiġi kkonsenjat permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn l-Istati Membri. |
|
(10) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tipprojbixxi l-għoti ta’ ċerti servizzi lir-Repubblika tal-Belarussja, il-Gvern tagħha, il-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji pubbliċi tagħha jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew fuq ordni tagħhom billi jipprojbixxu l-forniment ta’ servizzi ta’ kontabbiltà, servizzi ta’ awditjar, inkluż awditu statutorju, servizzi ta’ żamma tal-kotba, konsulenza fiskali, servizzi ta’ konsulenza kummerċjali u ta’ ġestjoni, u ta’ relazzjonijiet pubbliċi. |
|
(11) |
Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), servizzi ta’ kontabbiltà, awditjar, żamma tal-kotba u ta’ konsulenza fiskali jkopru ż-żamma ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali għal negozji u oħrajn, servizzi ta’ eżaminazzjoni rigward kotba tal-kontijiet u dikjarazzjonijiet finanzjarji, ippjanar u konsulenza tat-tassazzjoni ta’ negozju, u preparazzjoni ta’ dokumenti tat-taxxa. Is-servizzi ta’ konsulenza kummerċjali u ta’ ġestjoni u ta’ relazzjonijiet pubbliċi jkopru s-servizzi ta’ pariri, gwida u assistenza operazzjonali pprovduti lin-negozji għal politiki u strateġiji tan-negozju u l-ippjanar, l-istrutturar u l-kontroll ġenerali ta’ organizzazzjoni. Il-miżati tal-ġestjoni, l-awditjar tal-ġestjoni, il-ġestjoni tas-suq, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-produzzjoni u konsulenza dwar il-ġestjoni ta’ proġetti, u servizzi ta’ konsulenza, ta’ gwida u operazzjonali relatati mat-titjib ta’ l-immaġini tal-klijenti u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku ġenerali u ma’ istituzzjonijiet oħra, huma wkoll inklużi. |
|
(12) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tipprojbixxi l-għoti ta’ servizzi arkitetturali u ta’ inġinerija kif ukoll ta’ servizzi ta’ konsulenza fl-IT u servizzi ta’ konsulenza legali lill-Belarussja. Skont il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti stabbilita mill-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fid-Dokumenti Statistiċi, Serje M, Nru 77, CPC prov., 1991, “servizzi arkitettoniċi u ta’ inġinerija” tkopri servizzi arkitettoniċi u ta’ inġinerija kif ukoll servizzi ta’ inġinerija integrati, servizzi arkitettoniċi ta’ ppjanar urban u ta’ pajsaġġ u servizzi ta’ konsulenza xjentifiċi u tekniċi relatati mal-inġinerija. L-għoti ta’ assistenza teknika relatata ma’ oġġetti esportati lejn il-Belarussja jibqa’ permess, sakemm il-bejgħ, il-provvista jew l-esportazzjoni ta’ tali oġġetti ma jkunux ipprojbiti skont dan ir-Regolament fil-mument meta tingħata din l-assistenza teknika. Skont dik il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti, “servizzi ta’ konsulenza tal-IT” tkopri wkoll servizzi ta’ konsulenza relatati mal-installazzjoni ta’ hardware tal-kompjuter, inklużi servizzi ta’ assistenza lill-klijenti fl-installazzjoni ta’ hardware tal-kompjuter, li tikkonsisti fi tagħmir fiżiku, u networks tal-kompjuter, kif ukoll servizzi ta’ implimentazzjoni tas-software, inklużi s-servizzi kollha li jinvolvu servizzi ta’ konsulenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ software. Skont dik l-istess klassifika, “servizzi ta’ konsulenza legali” jkopru l-forniment ta’ pariri legali lil klijenti fi kwistjonijiet mhux kontenzjużi, inklużi tranżazzjonijiet kummerċjali, li jinvolvu l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi, parteċipazzjoni ma’ klijenti, jew f’isimhom, fi tranżazzjonijiet, negozjati u ftehimiet kummerċjali oħra ma’ terzi, u t-tħejjija, l-eżekuzzjoni u l-verifika ta’ dokumenti legali. Madankollu, “servizzi ta’ konsulenza legali” ma jinkludux ir-rappreżentanza, il-pariri, it-tħejjija ta’ dokumenti u l-verifika ta’ dokumenti fil-kuntest ta’ servizzi ta’ rappreżentanza legali, jiġifieri fi kwistjonijiet jew proċedimenti quddiem aġenziji amministrattivi, qrati jew tribunali uffiċjali oħra debitament kostitwiti, jew fi proċedimenti ta’ arbitraġġ jew medjazzjoni. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tipprojbixxi wkoll l-għoti ta’ ċerti servizzi lir-Repubblika tal-Belarussja, il-Gvern tagħha, il-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji pubbliċi tagħha jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom billi tipprojbixxi tal-għoti ta’ servizzi ta’ reklamar, ta’ riċerka dwar is-suq u tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, kif ukoll servizzi ta’ ttestjar ta’ prodotti u ta’ spezzjoni teknika. Skont il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti stabbilita mill-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fid-Dokumenti Statistiċi, Serje M, Nru 77, CPC prov., 1991, “Servizzi ta’ riċerka dwar is-suq u tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika” jkopru servizzi ta’ riċerka dwar is-suq u servizzi tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika. Skont dik il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti, “servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi” jkopru servizzi ta’ ttestjar u ta’ analiżi tal-kompożizzjoni u tal-purità, servizzi ta’ ttestjar u ta’ analiżi ta’ karatteristiċi fiżiċi, servizzi ta’ ttestjar u ta’ analiżi ta’ sistemi mekkaniċi u elettriċi integrati, servizzi ta’ spezzjoni teknika, kif ukoll servizzi oħra ta’ ttestjar u analiżi tekniċi. L-għoti ta’ assistenza teknika relatata ma’ oġġetti esportati lejn il-Belarussja jibqa’ permess, sakemm il-bejgħ, il-provvista jew l-esportazzjoni ta’ tali oġġetti ma jkunux ipprojbiti skont dan ir-Regolament fil-mument meta tingħata din l-assistenza teknika. Skont dik l-istess klassifika, “servizzi ta’ reklamar” jkopru s-servizzi ta’ bejgħ jew kiri relatat ma’ spazju jew ħin ta’ reklamar, servizzi marbuta mal-ippjanar, il-ħolqien u t-tqegħid ta’ reklamar, u servizzi oħra ta’ reklamar. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tintroduċi wkoll derogi meħtieġa għall-istabbiliment, iċ-ċertifikazzjoni jew l-evalwazzjoni ta’ firewall li jneħħi l-kontroll eżerċitat minn persuna elenkata fuq l-assi ta’ entità tal-Unjoni mhux elenkata li l-persuna elenkata għandha s-sjieda tagħha jew tikkontrolla, u li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda benefiċċju għal din tal-aħħar, u b’hekk dik l-entità tkun tista’ tkompli l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha. |
|
(15) |
Sabiex jiġi żgurat allinjament mal-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-72/11, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 temenda d-dispożizzjoni li tipprojbixxi ċ-ċirkomvenzjoni biex tiċċara li r-rekwiżiti ta’ għarfien u intenzjoni jiġu ssodisfati mhux biss meta persuna deliberatament tfittex l-għan jew l-effett li tevita miżuri restrittivi iżda wkoll meta persuna li tipparteċipa f’attività li jkollha l-għan jew l-effett ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri restrittivi tkun konxja li tali parteċipazzjoni jista’ jkollha dak l-għan jew dak l-effett, u taċċetta dik il-possibbiltà. |
|
(16) |
Bil-ħsieb li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-azzjoni ta’ infurzar, huwa xieraq li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-penali imposti għal ksur tal-miżuri restrittivi. |
|
(17) |
F’konformità mal-għanijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni li tippreserva l-paċi, issaħħaħ is-sigurtà internazzjonali u tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u b’mod aktar speċifiku l-objettivi insegwiti mid-Deċiżjoni 2012/642/PESK, huwa xieraq li jiġi żgurat li d-dokumenti miżmuma mill-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) dwar l-infurzar tal-miżuri restrittivi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006, jew dwar il-prevenzjoni tal-ksur jew iċ-ċirkumvenzjoni ta’ dawk il-miżuri, ikunu suġġetti għas-segretezza professjonali u jgawdu mill-protezzjoni mogħtija mir-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, peress li l-informazzjoni li tinsab f’dawk id-dokumenti tista’ tintuża biex tostakola l-infurzar ta’ dawk il-miżuri jew biex tikkomprometti l-effettività tagħhom, peress li l-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jaġixxu b’tali mod li jipprevjenu l-infurzar tagħhom. Jenħtieġ li dik il-protezzjoni tiġi żgurata wkoll għal proposti konġunti mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni għall-emendar tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 u kwalunkwe dokument preparatorju relatat, peress li d-divulgazzjoni tagħhom tista’ taffettwa l-effettività tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 u t-tħejjija ta’ proposti futuri u n-negozjar abbażi tagħhom. Ċerti miżuri li huma inklużi f’tali proposti, u li ma jistgħux jiġu adottati mill-Kunsill minħabba diversi raġunijiet, ta’ spiss jiġu inklużi mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni fi proposti sussegwenti. Huwa importanti li dik is-setgħa ta’ inizjattiva tiġi protetta minn kwalunkwe influwenza eżerċitata minn interessi pubbliċi jew privati li jippruvaw, barra mill-konsultazzjonijiet organizzati, iġiegħlu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lis-servizzi tal-Unjoni jipproponu, jadottaw, jemendaw jew jaqblu dwar emenda. Id-divulgazzjoni tagħhom tista’ tirrendi l-miżuri ġodda possibbli ineffettivi minħabba l-fatt li l-adozzjoni maħsuba tagħhom tkun diġà ġiet żvelata. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi preżunt li d-divulgazzjoni ta’ dawk id-dokumenti tippreġudika s-sigurtà tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew iktar mill-Istati Membri tagħha jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom. |
|
(18) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoin (PESK) 2024/1864 tintroduċi projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ oġġetti li jippermettu lill-Belarussja tiddiversifika s-sorsi ta’ dħul tagħha, u b’hekk jiġi ffaċilitat l-involviment tagħha fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Dik il-projbizzjoni tinkludi l-faħam u prodotti oħra. |
|
(19) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tippermetti lill-Istati Membri jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ oġġetti personali li ma joħolqux tħassib sinifikanti dwar ċirkomvenzjoni, bħal oġġetti ta’ iġjene personali, jew ilbies li jintlibes minn vjaġġaturi jew li jkun fil-bagalji tagħhom, u li jkunu maħsuba b’mod ċar għall-użu personali strett tagħhom jew tal-membri tal-familja tagħhom. Jipprevedi wkoll eċċezzjonijiet li jippermettu li l-karozzi jidħlu fl-Unjoni f’ċirkostanzi speċifiċi. Is-sitwazzjoni tal-karozzi mill-Belarussja li diġà jinsabu fit-territorju tal-Unjoni tista’ tiġi regolarizzata mill-Istati Membri. |
|
(20) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 timponi projbizzjoni tal-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment b’mod dirett jew indirett tad-deheb. Dik il-projbizzjoni tapplika għad-deheb ta’ oriġini Belarussa, esportat mill-Belarussja wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(21) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 timponi aktar miżuri restrittivi f’diversi setturi, partikolarment fis-setturi tal-enerġija u tal-avjazzjoni. |
|
(22) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006, huwa xieraq li l-eżenzjoni mill-projbizzjoni tat-trasport tal-oġġetti minn impriżi tat-trasport bit-triq stabbiliti fil-Belarussja tiġi estiża għar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kollha fil-Belarussja. Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 testendi wkoll il-projbizzjoni tat-trasport ta’ oġġetti bit-triq fl-Unjoni permezz ta’ trejlers u semitrejlers irreġistrati fil-Belarussja, anki meta jinġibdu minn trakkijiet irreġistrati barra mill-Belarussja. Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ evitar, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 temenda l-projbizzjoni fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK fuq it-trasport ta’ merkanzija bit-triq fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fi tranżitu. L-operaturi tal-Unjoni li huma proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika Belarussa b’sehem ta’ 25 % jew aktar jenħtieġ li jiġu pprojbiti milli jsiru impriża tat-trasport bit-triq jew milli jittrasportaw merkanzija bit-triq fl-Unjoni, inkluż fi tranżitu. Il-projbizzjoni ma tapplikax għal impriżi tat-trasport bit-triq li huma proprjetà ta’ ċittadini b’ċittadinanza doppja jew ċittadini Belarussi li jkollhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru. L-impriżi tat-trasport bit-triq jenħtieġ li jiżvelaw l-istruttura tas-sjieda tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba min-naħa tagħhom. |
|
(23) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tintroduċi kriterju ieħor għall-elenkar ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi suġġetti għall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni tat-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-disponibbiltà ta’ persuni u entitajiet deżinjati. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri li jieħdu skont dan ir-Regolament u dwar kull informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament. |
|
(25) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvestiment mis-suq Belarussu mill-operaturi tal-Unjoni, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tintroduċi derogi temporanji mill-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti u fuq ċerti servizzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006. Sabiex jiġi ffaċilitat ħruġ rapidu mis-suq Belarussu, dawk id-derogi huma temporanji u limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni. Id-deroga ta’ żvestiment minn dawk il-projbizzjonijiet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni jenħtieġ li tippermetti l-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta’ ċerti oġġetti, jew l-importazzjoni tagħhom ġewwa l-Unjoni, sat-2 ta’ Jannar 2025 u jenħtieġ li tapplika biss għal dawk l-oġġetti li kienu diġà fiżikament jinsabu fil-Belarussja fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-projbizzjonijiet rilevanti. Id-deroga ta’ żvestiment dwar l-għoti ta’ ċerti servizzi jenħtieġ li tippermetti sat-2 ta’ Jannar 2025 il-kontinwazzjoni tal-għoti ta’ servizzi lil persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jirriżultaw mill-iżvestiment, u għall-benefiċċju esklużiv tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw li oġġetti pprojbiti li jibqgħu fil-Belarussja bħala riżultat tal-iżvestiment ma jkunux ta’ benefiċċju għall-utenti finali militari jew ikollhom użu finali militari u li s-servizzi ma jkunux ipprovduti lill-Gvern tal-Belarussja jew għall-benefiċċju ta’ utenti finali militari u li ma jkollhomx użu finali militari. |
|
(26) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali dwar it-trattament tal-importazzjonijiet, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tipprovdi regoli dwar ir-rilaxx mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ oġġetti li fiżikament jinsabu fl-Unjoni u li kienu diġà ġew ippreżentati lil tali awtoritajiet doganali meta saru s-suġġett ta’ miżuri restrittivi. Il-possibbilta’ ta’rilaxx ta’ oġġetti japplika irrispettivament mill-proċeduri li għalihom kienu suġġetti l-oġġetti wara l-preżentata lill-awtoritajiet doganali permezz ta’, inter alia, (tranżitu, proċessar intern, jew rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, jew mill-istadji u l-formalitajiet proċedurali skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni li huma neċessarji għal tali rilaxx. Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tawtorizza wkoll lill-Istati Membri biex jirrilaxxaw oġġetti li diġà ddaħħlu fl-Unjoni. Dik l-awtoriżazzjoni hija neċessarja għall-benefiċċju tal-operaturi tal-Unjoni li ġabu dawn l-oġġetti fl-Unjoni b’bona fide fi żmien meta ma kinux għadhom suġġetti għal xi miżuri restrittivi relatati mal-importazzjoni, inkluż meta l-importazzjoni tagħhom kienet għadha permessa matul perjodu ta’ likwidazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li r-rilaxx ta’ dawk l-oġġetti u kwalunkwe pagament relatat magħhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet u l-għanijiet tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Bl-istess mod, kwalunkwe deċiżjoni kontra r-rilaxx ta’ tali oġġetti jenħtieġ li tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawk il-miżuri u tiżgura, inter alia, li dawk l-oġġetti ma jiġux ritornati fil-Belarussja. |
|
(27) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tirrikjedi wkoll li l-esportaturi jipprojbixxu kuntrattwalment ir-riesportazzjoni lejn il-Belarussja jew ir-riesportazzjoni għall-użu fil-Belarussja ta’ oġġetti u teknoloġija sensittivi kif elenkati fl-Annessi XVI, XVII, XXVIII u XXX tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, oġġetti komuni ta’ prijorità għolja, jew armi tan-nar u munizzjon kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (“klawżola ta’ esklużjoni tal-Belarussja”). |
|
(28) |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-impatt li d-dħul fis-seħħ tal-obbligu li tintuża “klawżola ta’ esklużjoni tal-Belarussja” għandu fuq id-deterrenza taċ-ċirkomvenzjoni. Ser tivvaluta wkoll mill-qrib ħafna d-data kummerċjali, l-istatistika tal-esportazzjoni u informazzjoni oħra dwar ix-xejriet ta’ ċirkomvenzjoni fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti, inkluż ir-rwol li s-sussidjarji tal-operaturi tal-Unjoni f’pajjiżi terzi jista’ jkollhom f’tali xejriet. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk il-“klawżola ta’ esklużjoni tal-Belarussja” hijiex adatta għall-finijiet tagħha u tikkunsidra kwalunkwe azzjoni xierqa oħra biex trażżan l-aċċess tal-Belarussja għal oġġetti sensittivi li jistgħu jerġgħu jiġu esportati lejn ir-Russja, u b’hekk din tal-aħħar tkun tista’ tkompli bil-gwerra fl-Ukrajna, inkluż il-possibbiltà li tirrikjedi lill-operaturi tal-Unjoni jiżguraw li s-sussidjarji tagħhom f’pajjiżi terzi jużaw ukoll il-“klawżola ta’ esklużjoni tal-Belarussja”. |
|
(29) |
Sabiex tgħin fil-ġlieda kontra r-riesportazzjoni ta’ oġġetti komuni ta’ prijorità għolja, kif elenkati fl-Anness XXX tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, misjuba fil-kamp tal-battalja fl-Ukrajna jew kritiċi għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tas-sistemi militari Russi, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tirrikjedi li l-operaturi tal-Unjoni li qed ibigħu, ifornu, jittrasferixxu jew jesportaw oġġetti komuni ta’ prijorità għolja lejn pajjiżi terzi, għajr il-pajjiżi elenkati fl-Anness Vba tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, jimplimentaw mekkaniżmi ta’ diliġenza dovuta li kapaċi jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji tal-esportazzjoni lejn il-Belarussja u jtaffu t-tali riskji. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1864 tirrikjedi li l-operaturi tal-Unjoni jiżguraw li l-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi stabbiliti barra mill-Unjoni li huma proprjetarji tagħhom jew li jikkontrollawhom sabiex jimplimentaw dawk ir-rekwiżiti wkoll. |
|
(30) |
Fejn ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jirrikjedi li l-operaturi tal-Unjoni jiżguraw li persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbiliti barra mill-Unjoni li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom iwettqu ċerti azzjonijiet biex jipprevjenu l-esportazzjoni jew ir-riesportazzjoni ta’ oġġetti jew teknoloġija lejn il-Belarussja, jenħtieġ li tali rekwiżiti jiġu segwiti sa fejn ikun permess mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz fejn il-persuna ġuridika, l-entità jew il-korp inkwistjoni jkunu stabbiliti. |
|
(31) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006, huwa neċessarju li tiġi emendata l-lista tal-makkinarju stabbilita fl-Anness XIV għal dak ir-Regolament. |
|
(32) |
Huwa xieraq li tiġi introdotta dispożizzjoni li tippermetti liċ-ċittadini u l-kumpaniji tal-Istati Membri jiksbu kumpens minn individwi u entitajiet Belarussi li kkawżawlhom danni. Dan jinkludi danni kkawżati lill-kumpaniji proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, b’rabta ma’ kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom kienet affettwata mill-miżuri imposti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2006, dment li n-nazzjonali jew il-kumpanija tal-Istat Membru kkonċernata ma jkollhiex aċċess effettiv għal rimedji, pereżempju skont it-trattat bilaterali ta’ investiment rilevanti. Kumpens jista’ jintalab quddiem il-qrati tal-Istati Membri f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u tal-Istat Membru rigward il-ġuriżdizzjoni u l-proċeduri tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, inkluż dawk li jikkonċernaw proċeduri possibbli ta’ rimedju interim. |
|
(33) |
Huwa xieraq li l-operaturi tal-Unjoni jintalbu jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw li persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbiliti barra mill-Unjoni li jkunu proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom ma jipparteċipawx f’attivitajiet li jdgħajfu l-miżuri restrittivi previsti f’dan ir-Regolament (KE) Nru 765/2006. Tali attivitajiet huma dawk li jirriżultaw f’effett li dawk il-miżuri restrittivi jfittxu li jipprevjenu, pereżempju, li riċevitur fil-Belarussja jikseb oġġetti, teknoloġija, finanzjament jew servizzi ta’ tip li huwa soġġett għal projbizzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(34) |
Jenħtieġ li l-aħjar sforzi jitqiesu bħala li jinkludu l-azzjonijiet kollha li huma xierqa u meħtieġa biex jinkiseb ir-riżultat tal-prevenzjoni tal-imminar tal-miżuri restrittivi fir-Regolament (KE) Nru 765/2006. Dawk l-azzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, l-implimentazzjoni ta’ politiki, kontrolli u proċeduri xierqa għall-mitigazzjoni u l-ġestjoni effettiva tar-riskju, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-pajjiż terz ta’ stabbiliment, is-settur tan-negozju u t-tip ta’ attività tal-persuna ġuridika, l-entità jew il-korp li huma proprjetà tal-operatur tal-Unjoni jew ikkontrollati minnu. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-aħjar sforzi jinftiehmu bħala li jinkludu biss azzjonijiet li huma fattibbli għall-operatur tal-Unjoni fid-dawl tan-natura tiegħu, id-daqs tiegħu u ċ-ċirkostanzi fattwali rilevanti, b’mod partikolari l-grad ta’ kontroll effettiv fuq il-persuna ġuridika, l-entità jew il-korp stabbiliti barra mill-Unjoni. Tali ċirkostanzi jinkludu s-sitwazzjoni fejn l-operatur tal-Unjoni, minħabba raġunijiet li ma kkawżax huwa stess, bħal leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz, ma jkunx jista’ jeżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika, l-entità jew il-korp li huma proprjetà tiegħu. |
|
(35) |
Meta persuna fiżika jew ġuridika tiddivulga volontarjament, kompletament u fi żmien debitu ksur tal-miżuri restrittivi, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jqisu dik l-awtodivulgazzjoni meta japplikaw il-penali, kif xieraq, f’konformità mal-liġi amministrattiva nazzjonali jew ma’ liġi jew regoli nazzjonali rilevanti oħra. Japplikaw il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont id-Direttiva (UE) 2024/1226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-rekwiżiti li jinsabu fiha fir-rigward taċ-ċirkostanzi mitiganti. |
|
(36) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 1b(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 1ba huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1bb 1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, ta’ oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu b’mod partikolari għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali tal-Belarussja, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni jew le, kif elenkati fl-Anness XVIII, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja. 2. It-tranżitu mit-territorju tal-Belarussja tal-oġġetti u t-teknoloġija kif elenkati fl-Anness XIX, esportati mill-Unjoni, għandu jkun ipprojbit. 3. Għandhom ikunu pprojbiti:
4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-2 ta’ Ottubru 2024 tal-kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 2024, jew tal-kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 5. Fir-rigward tal-oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2602, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-2 ta’ Awwissu 2024 ta’ kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 2024, jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 6. Fir-rigward tal-oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8708 99 , il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-2 ta’ Jannar 2025 ta’ kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 2024, jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 7. Il-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal oġġetti li jkunu neċessarji għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjonijiet diplomatiċi jew konsulari tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi sħab fil-Belarussja jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali, jew l-oġġetti personali tal-persunal tagħhom. 8. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, bil-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness XVIII, jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma meħtieġa għal:
9. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, bil-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8417 20 , jew l-għoti tal-assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti jew l-għoti tal-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu neċessarji għall-użu domestiku personali ta’ persuni fiżiċi. 10. B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu mit-territorju tal-Belarussja ta’ oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu b’mod partikolari għat-titjib tal-kapaċitajiet industrijali Belarussi kif elenkati fl-Anness XIX, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti jew teknoloġija huma maħsuba għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 8. 11. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-għoti relatat ta’ assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent finali mhux militari, maħsuba għal emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali.’ 12. B’deroga mill-paragrafi 1 u 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, b’tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġiji li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3917, 8523 u 8536, kif elenkati fl-Anness XVIII, jew l-għoti tal-assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li dawk l-oġġetti jew l-għoti tal-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu neċessarji għall-finijiet ta’ manutenzjoni jew tiswija ta’ apparat mediku. 13. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, b’tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti li ġejjin, jew l-għoti tal-assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti jew l-għoti tal-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu neċessarji għall-użu domestiku personali ta’ persuni fiżiċi fil-Belarussja:
14. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, b’tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3917 10 , jew l-għoti tal-assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti jinbiegħu, jiġu fornuti, trasferiti jew esportati strettament għall-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem fil-Belarussja.’ 15. Meta jiddeċiedu dwar talbiet għal awtorizzazzjonijiet għall-finijiet inklużi fil-paragrafi 8 , 9, 10, 12, 13 u 14, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet lil ebda persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja, jekk ikollhom raġunijiet validi biex jemmnu li l-oġġetti jista’ jkollhom użu finali militari. 16. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 8, 9, 10, 12, 13 u 14 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.” |
|
(5) |
l-Artikolu 1e jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 1f, huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 1fa, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew naturali, entitajiet jew korpi identifikati fl-Anness V, u b’deroga mill-Artikolu 1e(1) u (2) u l-Artikolu 1f(1) u (2), u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw biss il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, u oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness Va jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 1fb, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-awtorizzazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 1e, 1f u 1fa għandhom jinħarġu b’mezzi elettroniċi, kull meta jkun possibbli, fuq formoli li fihom tal-inqas l-elementi kollha tal-mudelli stabbiliti fl-Anness Vc u fl-ordni prevista fihom.” |
|
(9) |
l-Artikolu 1fc huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1fd 1. Għandu jkun pprojbit il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, tal-oġġetti u t-teknoloġija ta’ navigazzjoni marittima, kif elenkati fl-Anness XXIV, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja. 2. Għandhom ikunu pprojbiti:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-għoti relatat ta’ assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent finali mhux militari, maħsuba għal skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali.” |
|
(11) |
l-Artikoli li ġejjin jiġu inseriti: “Artikolu 1ga 1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, ta’ oġġetti ta’ lussu, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni jew le, kif elenkati fl-Anness XXV, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja. 2. Għandhom ikunu pprojbiti:
3. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tapplika għal oġġetti ta’ lussu elenkati fl-Anness XXV sakemm il-valur tagħhom jaqbeż it-EUR 300 għal kull oġġett, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dak l-Anness. 4. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal oġġetti li jkunu meħtieġa għal finijiet uffiċjali tal-missjonijiet diplomatiċi jew konsulari tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi msieħba fil-Belarussja jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali, jew l-oġġetti personali tal-persunal tagħhom. 5. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7113 00 00 , u NM 7114 00 00 kif elenkati fl-Anness XXV, għall-użu personali ta’ persuni fiżiċi li jivvjaġġaw mill-Unjoni Ewropea jew membri tal-familji immedjati tagħhom li jivvjaġġaw magħhom, proprjetà ta’ dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ. 6. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn il-Belarussja ta’ oġġetti kulturali mislufin fil-kuntest ta’ kooperazzjoni formali kulturali mal-Belarussja. 7. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafu 6 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 1gb 1. Għandhom ikunu pprojbiti:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, b’tali kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, kwalunkwe attività msemmija fil-paragrafu 1 wara li jkunu ddeterminaw li:
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 2 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 1gc 1. Għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ oġġetti u teknoloġija adattati għall-użu fir-raffinar taż-żejt u l-likwefazzjoni tal-gass naturali, kif elenkat fl-Anness XX, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja. 2. Għandhom ikunu pprojbiti:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-2 ta’ Ottubru 2024 ta’ kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 2024, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 4. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness XX jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollhom impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent. F’każijiet debitament ġustifikati ta’ emerġenza, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni jistgħu jipproċedu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel sakemm l-esportatur jinnotifika lill-awtorità kompetenti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jseħħ il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, filwaqt li jagħti dettalji dwar il-ġustifikazzjoni rilevanti għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. 5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafu 4 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.” |
|
(12) |
l-Artikolu 1h huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1h 1. Għandu jiġi pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, ta’ prodotti minerali, kif elenkati fl-Anness VII, u ta’ żejt mhux maħdum, kif elenkat fl-Anness XXIII, jekk joriġinaw mill-Belarussja jew huma esportati mill-Belarussja. 2. Għandu jiġi pprojbit il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja jew kwalunkwe servizzi oħra relatati mal-projbizzjoni fil-paragrafu 1. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għax-xiri fil-Belarussja ta’ prodotti minerali kif elenkati fl-Anness VII li huma meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet essenzjali tax-xerrej fil-Belarussja jew ta’ proġetti umanitarji fil-Belarussja. 4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għaż-żejt mhux maħdum, kif elenkat fl-Anness XXIII, sat-2 ta’ Ottubru 2024, għal tranżazzjonijiet ta’ darba għal forniment fuq perjodu fil-viċin, konklużi u eżegwiti qabel din id-data, jew għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum, kif elenkat fl-Anness XXIII konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 2024, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, sakemm dawn il-kuntratti jkunu ġew innotifikati mill-Istat Membru rilevanti lill-Kummissjoni sat-23 ta’ Lulju 2024 u sakemm it-tranżazzjonijiet ta’ darba għal forniment fuq perjodu fil-viċin jiġu nnotifikati mill-Istati Membri rilevanti lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mit-tlestija tagħhom.”; 5. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għat-tranżitu mill-Belarussja ta’ żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2709 00 li jiġi kkonsenjat permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn l-Istati Membri, sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li l-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3m tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 (*2) għandhom japplikaw għaż-żejt mhux maħdum ikkonsenjat permezz ta’ pipeline mir-Russja. (*2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).”;" |
|
(13) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1jc 1. Għandu jkun ipprojbit l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ servizzi ta’ kontabbiltà, awditjar, inkluż awditjar statutorju, żamma tal-kotba jew ta’ konsulenza fiskali, jew servizzi ta’ konsulenza kummerċjali u ta’ ġestjoni jew ta’ relazzjonijiet pubbliċi:
2. Għandu jkun ipprojbit l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ servizzi arkitettoniċi u ta’ inġinerija, servizzi ta’ konsulenza legali u servizzi ta’ konsulenza tal-IT:
3. Għandu jkun ipprojbit l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ servizzi ta’ riċerka dwar is-suq u ta’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika, servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi u servizzi ta’ reklamar:
4. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ software għall-ġestjoni ta’ intrapriżi u software għad-disinn u l-manifattura industrijali kif elenkat fl-Anness XXVI:
5. Għandhom ikunu pprojbiti:
6. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ servizzi li huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni sat-2 ta’ Ottubru 2024 ta’ kuntratti li ma humiex konformi ma’ dan l-Artikolu konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 2024, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ servizzi li huma strettament meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt tad-difiża fi proċedimenti ġudizzjarji u d-dritt għal rimedju legali effettiv. 8. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ servizzi li huma strettament meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess għal proċedimenti ġudizzjarji, amministrattivi jew ta’ arbitraġġ fi Stat Membru, jew għar-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ sentenza jew deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fi Stat Membru, sakemm tali għoti ta’ servizzi jkun konsistenti mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. 9. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw sat-2 ta’ Jannar 2025 għall-għoti ta’ servizzi maħsuba għall-użu esklużiv ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fil-Belarussja li huma proprjetà ta’ persuna ġuridika, entità jew korp inkorporat jew kostitwit skont il-liġi ta’ Stat Membru, pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Iżvizzera jew pajjiż sieħeb, kif elenkat fl-Anness Vb, jew li huma kkontrollati kompletament jew b’mod konġunt minnu. 10. Il-paragrafi 2, 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ servizzi neċessarji għal emerġenzi tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew tal-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali. 11. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-għoti tas-servizzi msemmijin fihom, b’tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawk is-servizzi huma strettament meħtieġa għall-istabbiliment, iċ-ċertifikazzjoni jew l-evalwazzjoni ta’ firewall li:
12. B’deroga mill-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ servizzi msemmijin fih, bil-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawk is-servizzi huma meħtieġa għall-kontribuzzjoni taċ-ċittadini Belarussi għal proġetti internazzjonali b’sors miftuħ. 13. B’deroga mill-paragrafi 1 sa 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmijin fihom, b’tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dan huwa neċessarju għal:
14. B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza legali msemmija fih, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jiddeterminaw li dan huwa meħtieġ għall-kontinwazzjoni ta’ inizjattivi eżistenti li jipprovdu appoġġ lil vittmi ta’ diżastri naturali, nukleari jew kimiċi u fil-qafas ta’ proċeduri ta’ adozzjoni internazzjonali. 15. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 11 sa 14 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.” |
|
(14) |
L-Artikolu 1m huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1m Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet f’dan ir-Regolament, inkluż bil-parteċipazzjoni f’tali attivitajiet mingħajr ma jkun tfittex deliberatament dak l-objettiv jew l-effett iżda bil-kuxjenza li l-parteċipazzjoni jista’ jkollha dak l-objettiv jew l-effett u b’aċċettazzjoni ta’ dik il-possibbiltà.” |
|
(15) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 1ra 1. Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment lejn l-Unjoni, b’mod dirett jew indirett, ta’ oġġetti li jippermettu lil Belarussja tiddiversifika s-sorsi ta’ dħul tagħha, u u b’hekk jiġi ffaċilitat l-involviment tagħha fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif elenkat fl-Anness XXVII jekk joriġinaw mill-Belarussja jew jiġu esportati mill-Belarussja. 2. Għandhom ikunu pprojbiti:
3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal xiri fil-Belarussja li huwa meħtieġ għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew għall-użu personali ta’ ċittadini tal-Istati Membri u l-membri immedjati tal-familja tagħhom. 4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jippermettu l-importazzjoni ta’ oġġetti li huma maħsuba għall-użu strettament personali ta’ persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni jew ta’ membri tal-familja immedjata tagħhom, u limitati għal oġġetti personali proprjetà ta’ dawk l-individwi u li huma manifestament mhux maħsuba għall-bejgħ. 5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, id-dħul fl-Unjoni ta’ vettura li taqa’ taħt il-kodiċi NM 8703 mhux maħsuba għall-bejgħ u li tkun proprjetà ta’:
6. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għad-dħul fl-Unjoni ta’ vetturi bil-mutur li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8703 sakemm ikollhom pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ vettura diplomatika u jkunu meħtieġa għall-funzjonament ta’ rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali, jew għall-użu personali tal-persunal tagħhom u tal-membri tal-familja immedjata tagħhom. 7. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni vetturi li jkunu diġà fit territorju tal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2024 milli jiġu rreġistrati fi Stat Membru. 8. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandix tapplika għad-dħul fl-Unjoni ta’ vettura li taqa’ taħt il-kodiċi NM 8703 maħsuba esklużivament għal skopijiet umanitarji, inkluż għall-evakwazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ persuni, jew għat-trasportazzjoni ta’ passiġġeri li għandhom ċertifkat maħruġ minn Stat Membru li jiddikjara l-fatt li huma qegħdin jivvjaġġaw lejn dak l-Istat Membru fil-qafas ta’ inizjattivi li jipprovdu appoġġ lill-vittmi ta’ diżastri naturali, nukleari jew kimiċi. 9. Fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness XXVII, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-2 ta’ Ottubru 2024 ta’ kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 2024, jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 10. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment tal-oġġetti elenkati fl-Anness XXVII, jew l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dan ikun neċessarju għall-istabbiliment, l-operat, il-manutenzjoni, il-forniment u t-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, u l-kontinwazzjoni tad-disinn, tal-kostruzzjoni u tal-ikkummissjonar meħtieġa għat-tlestija tal-faċilitajiet nukleari ċivili, il-provvista ta’ materjal prekursur għall-produzzjoni ta’ radjoisotopi mediċi u applikazzjonijiet mediċi simili, jew teknoloġija kritika għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni ambjentali, kif ukoll għall-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp. 11. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti li kienu jinsabu fiżikament fil-Belarussja qabel ma daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni rilevanti fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8471, 8523, 8536 u 9027, kif elenkati fl-Anness XXVII, jew l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li dawk l-oġġetti huma komponenti ta’ apparati mediċi u jiddaħħlu fl-Unjoni għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew ritorn ta’ komponenti difettużi. 12. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 10 u 11 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 1rb 1. Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, ta’ deheb, kif elenkat fl-Anness XXI jekk joriġina mill-Belarussja u jkun ġie esportat mill-Belarussja lejn l-Unjoni jew lejn kwalunkwe pajjiż terz wara 1 ta’ Lulju 2024. 2. Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, tal-prodotti elenkati fl-Anness XXI meta dawn ikunu ġew ipproċessati f’pajjiż terz, bl-inkorporazzjoni tal-prodotti pprojbiti fil-paragrafu 1. 3. Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, tad-deheb, kif elenkat fl-Anness XXII, jekk joriġina mill-Belarussja u jkun ġie esportat mill-Belarussja lejn l-Unjoni wara 1 ta’ Lulju 2024. 4. Għandhom ikunu pprojbiti:
5. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhiex tapplika għal deheb li huwa meħtieġ għall-finijiet uffiċjali ta’ missjonijiet diplomatiċi, uffiċċji konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Belarussja li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali. 6. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika għal oġġetti kif elenkati fl-Anness XXII għall-użu personali ta’ persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni jew membri tal-familji immedjati tagħhom li jivvjaġġaw magħhom, proprjetà ta’ dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ. 7. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-trasferiment jew l-importazzjoni ta’ oġġetti kulturali li jkunu b’self fil-kuntest ta’ kooperazzjoni kulturali formali mal-Belarussja. Artikolu 1rc 1. Għandu jkun ipprojbit, mill-1 ta’ Lulju 2024, ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, ta’ djamanti u prodotti li fihom id-djamanti, kif elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness XXIX, jekk joriġinaw mill-Belarussja jew ikunu ġew esportati mill-Belarussja lejn l-Unjoni jew lejn xi pajjiż terz. 2. Għandu jkun ipprojbit, mill-1 ta’ Lulju 2024, ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, ta’ djamanti u prodotti li fihom id-djamanti, kif elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness XXIX, ta’ kwalunkwe oriġini, anki jekk permezz ta’ tranżitu mit-territorju tal-Belarussja. 3. Għandhom ikunu pprojbiti:
4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal oġġetti elenkati fil-Parti C tal-Anness XXIX għall-użu personali ta’ persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni jew membri tal-familji immedjati tagħhom li jivvjaġġaw magħhom, proprjetà ta’ dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ. 5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-trasferiment jew l-importazzjoni ta’ oġġetti kulturali li jkunu b’self fil-kuntest ta’ kooperazzjoni kulturali formali mal-Belarussja.” |
|
(16) |
l-Artikolu 1s huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fl-Artikolu 1sa, huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 1zc huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “7. L-Anness I għandu jikkonsistwi wkoll minn lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, li, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (d), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala li jiffaċilitaw ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK jew bħala li inkella jiffrustraw dawn id-dispożizzjonijiet b’mod sinifikanti. 8. L-Anness I għandu jinkludi wkoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7.” |
|
(20) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 4c B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lil persuna ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I, jew li huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, jew l-għoti ta’ servizzi lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, skont dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li dan huwa strettament meħtieġ għall-istabbiliment, iċ-ċertifikazzjoni jew l-evalwazzjoni ta’ firewall li:
|
|
(21) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8da 1. Bħala deroga mill-Artikoli 1bb, 1e, 1f, 1fd, 1g, 1ga, 1gc, 1s u 1sa l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment tal-oġġetti u t-teknoloġiji elenkati fl-Annessi Va, VI, XIV, XVII, XVIII, XX, XXIV u XXV, sal-31 ta’ Diċembru 2024, fejn it-tali bejgħ, provvista jew trasferiment ikunu strettament neċessarji għall-iżvestiment mill-Belarussja jew il-likwidazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali fil-Belarussja, sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. B’deroga mill-Artikolu 1h, f’dak li jirrigwarda l-prodotti minerali, u mill-Artikoli 1o, 1p, 1q, 1r, 1ra u 1rb, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti elenkati fl-Annessi VII, X, XI, XII, XIII, XXI, XXII u XXVII sal-31 ta’ Diċembru 2024, fejn tali importazzjoni jew trasferiment ikunu strettament meħtieġa għall-iżvestiment mill-Belarussja jew il-likwidazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali fil-Belarussja, sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
3. B’deroga mill-Artikolu 1jc, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-kontinwazzjoni tal-għoti ta’ servizzi elenkati fih sal-31 ta’ Diċembru 2024 meta tali għoti ta’ servizzi jkun strettament meħtieġ għall-iżvestiment mill-Belarussja jew il-likwidazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali fil-Belarussja, sakemm li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1, 2 u 3 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni. 5. L-awtorizzazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-oġġetti u t-teknoloġiji elenkati fl-Anness Va ta’ dan ir-Regolament kif ukoll fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 għandhom jinħarġu b’mezzi elettroniċi, kull meta jkun possibbli, fuq formoli li jkun fihom mill-inqas l-elementi kollha tal-mudell C stabbilit fl-Anness Vc ta’ dan ir-Regolament u fl-ordni prevista fih.” |
|
(23) |
fl-Artikolu 8e jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-infurzar, l-awtoritajiet doganali fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), l-awtoritajiet kompetenti fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) u d-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll l-amministraturi tar-reġistri uffiċjali fejn persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kif ukoll proprjetà immobbli jew mobbli huma rreġistrati, għandhom jipproċessaw u jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni, inkluża data personali u, jekk meħtieġ, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8j, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru tagħhom, ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni, jekk tali pproċessar u skambju jkun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tal-awtorità tal-ipproċessar jew tal-awtorità riċeventi skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jidentifikaw każijiet ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, jew tentattivi ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet ġudizzjarji. (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)." (*4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)." (*5) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).” " |
|
(24) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 8f 1. Għall-finijiet tal-projbizzjonijiet tal-importazzjoni ta’ oġġetti previsti f’dan ir-Regolament, l-oġġetti fiżikament fl-Unjoni jistgħu jiġu rilaxxati kif previst fl-Artikolu 5, il-punt (26), tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, mill-awtoritajiet doganali sakemm dawn ikunu ġew ippreżentati lid-dogana f’konformità mal-Artikolu 134 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ jew id-data ta’ applikazzjoni tal-projbizzjonijiet tal-importazzjoni rispettivi, skont liema tkun l-aktar reċenti. 2. Il-passi proċedurali kollha meħtieġa għar-rilaxx imsemmi fil-paragrafi 1 u 5 tal-oġġetti rilevanti skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandhom ikunu permessi. 3. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu r-rilaxx ta’ oġġetti jekk ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw ċirkomvenzjoni u ma għandhomx jawtorizzaw ir-riesportazzjoni tal-oġġetti lejn il-Belarussja. 4. Il-ħlasijiet relatati ma’ tali oġġetti għandhom ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-projbizzjoni tax-xiri. 5. L-oġġetti fiżikament fl-Unjoni u ppreżentati lid-dogana qabel l-1 ta’ Lulju 2024 li twaqqfu skont l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu rilaxxati mill-awtoritajiet doganali bil-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4. Artikolu 8g 1. Meta jbigħu, jipprovdu, jittrasferixxu jew jesportaw lejn pajjiż terz, bl-eċċezzjoni ta’ pajjiżi elenkati fl-Anness Vba ta’ dan ir-Regolament, oġġetti jew teknoloġija kif elenkati fl-Annessi XVI, XVII u XXVIII ta’ dan ir-Regolament, oġġetti komuni ta’ prijorità għolja kif elenkati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament, jew armi tan-nar jew munizzjon kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 258/2012, l-esportaturi għandhom jipprojbixxu kuntrattwalment ir-riesportazzjoni lejn il-Belarussja u r-riesportazzjoni għall-użu fil-Belarussja. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal kuntratti pubbliċi konklużi ma’ awtorità pubblika f’pajjiż terz jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali. 4. L-esportaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew stabbiliti bi kwalunkwe kuntratt pubbliku li kkonkludew li jkun ibbenefika mill-eżenzjoni skont il-paragrafu 3, fi żmien ġimagħtejn mill-konklużjoni tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni riċevuta skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn minn meta tiġi riċevuta. 5. B’applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-esportaturi għandhom jiżguraw li l-ftehim mal-kontroparti ta’pajjiż terz ikun fih rimedji adegwati f’każ ta’ ksur ta’ obbligu kuntrattwali konkluż f’konformità mal-paragrafu 1. 6. Jekk kontroparti tal-pajjiż terz tikser kwalunkwe obbligu kuntrattwali konkluż f’konformità mal-paragrafu 1, l-esportaturi għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew stabbiliti malli jsiru jafu bil-ksur. 7. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar każijiet identifikati ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni ta’ obbligu kuntrattwali konkluż f’konformità mal-paragrafu 1. Artikolu 8ga 1. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jbigħu, ifornu, jittrasferixxu jew jesportaw oġġetti komuni ta’ prijorità għolja kif elenkati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament għandhom, mit-2 ta’ Jannar 2025,
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li jbigħu, ifornu jew jittrasferixxu oġġetti komuni ta’ prijorità għolja kif elenkati fl-Anness XXX biss fl-Unjoni jew lil pajjiżi elenkati fl-Anness Vba ta’ dan ir-Regolament. 3. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom, mit-2 ta’ Jannar 2025, jiżguraw li kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit barra mill-Unjoni li jkun proprjetà tagħhom jew jikkontrollawh u li jbigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta oġġetti komuni ta’ prijorità għolja kif elenkati fl-Anness XXX jimplimenta r-rekwiżiti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. 4. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta, minħabba raġunijiet li ma kkawżawx huma stess, persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ma jkunux jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq il-persuna ġuridika, l-entità jew il-korp li huma proprjetà tagħhom. Artikolu 8h Kwalunkwe persuna msemmija fit-tielet u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 10 għandha tkun intitolata li tirkupra, fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati kompetenti tal-Istat Membru, kwalunkwe dannu, fosthom spejjeż legali, imġarrab minn dik il-persuna bħala konsegwenza ta’ talbiet imressqa fil-qrati f’pajjiżi terzi minn persuni, entitajiet u korpi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 8d(1), b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li l-eżekuzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, dment li l-persuna kkonċernata ma jkollhiex aċċess effettiv għar-rimedji taħt il-ġuriżdizzjoni rilevanti. Artikolu 8i Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit barra mill-Unjoni li jkun proprjetà tagħhom jew li jikkontrollaw ma jipparteċipax f’attivitajiet li jdgħajfu l-miżuri restrittivi previsti f’dan ir-Regolament. Artikolu 8j 1. B’konsistenza mar-rispett għall-konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom garantita fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fejn applikabbli, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-konfidenzjalità tal-informazzjoni li tinżamm mill-awtoritajiet ġudizzjarji, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom għandha tinkludi l-konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet relatati mal-parir legali pprovdut minn professjonisti ċċertifikati oħra li huma awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji, sa fejn tali parir legali jingħata b’rabta ma’ proċedimenti ġudizzjarji pendenti jew prospettivi. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkun irċieva skont il-paragrafu 1 fi żmien xahar minn meta jirċeviha. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jibgħat tali informazzjoni f’forma anonimizzata jekk awtorità investigattiva jew ġudizzjarja tkun iddakjaratha bħala konfidenzjali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji kriminali pendenti. 4. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. 5. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet riċevuta.” |
|
(25) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali, inkluż fejn xieraq penali kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u jistgħu jqisu l-awtodivulgazzjoni volontarja ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament bħala fattur mitiganti, f’konformità mal-liġi nazzjonali rispettiva. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat ta’ tali ksur.” |
|
(26) |
L-Annessi huma emendati f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU L, 2024/1864, 30.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1864/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabbrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata tranżnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-tranżitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).
(6) Id-Direttiva (UE) 2024/1226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ penali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva (UE) 2018/1673 (ĠU L, 2024/1226, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1226/oj).
ANNESS
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness Va huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS Va Lista ta’ oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 1f(1) u 1fa(1) Parti A Noti Ġenerali, Akronimi u Abbrevjazzjonijiet, u Definizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 japplikaw għal dan l-Anness, bl-eċċezzjoni tal-“Parti I — Noti Ġenerali, Akronimi u Abbrevjazzjonijiet, u Definizzjonijiet, Noti Ġenerali tal-Anness I, il-punt 2”. Id-definizzjonijiet tat-Termini użati fil-Lista Militari Komuni (Common Military List , CML) tal-Unjoni Ewropea (2020/C 85/01) japplikaw għal dan l-Anness. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1m ta’ dan ir-Regolament, oġġetti mhux ikkontrollati li fihom komponent wieħed jew aktar minn dawk elenkati f’dan l-Anness mhumiex soġġetti għall-kontrolli skont l-Artikoli 1f(1) u 1fa(1) ta’ dan ir-Regolament. Kategorija I - Elettronika
Kategorija II – Kompjuters Nota: Il-Kategorija II ma tikkontrollax oġġetti għall-użu personali tal-persuni fiżiċi.
Il-Kategorija III. Parti 1 – Telekomunikazzjoni Nota: Il-Kategorija III, il-Parti 1 ma tikkontrollax oġġetti għall-użu personali tal-persuni fiżiċi.
Il-Kategorija III. Parti 2 - Sigurtà tal-Informazzjoni Nota: Il-Kategorija III. Parti 2 ma tikkontrollax l-oġġetti għall-użu personali tal-persuni fiżiċi.
Kategorija IV — Sensuri u Lasers
Kategorija V – Navigazzjoni u Avjonika
Kategorija VI - Marittima
Kategorija VII — Ajruspazju u Propulsjoni
Kategorija VIII — Oġġetti mixxellanji
Kategorija IX - Materjali Speċjali u Tagħmir Relatat
Kategorija X - L-Ipproċessar ta’ Materjali
Parti B 1. Apparat semikonduttur
2. Ċirkwiti elettroniċi integrati, tagħmir tal-manifattura u tal-ittestjar
3. Kameras fotografiċi, sensuri u komponenti ottiċi
4. Komponenti elettriċi/manjetiċi oħra
5. Makkinarju għodda, tagħmir għall-manifattura addittiva, u elementi relatati
6. Materjali u prekursuri enerġetiċi
7. Apparati, moduli u assemblaġġi elettroniċi
8. Prodotti kimiċi, metalli, ligi, kompożizzjonijiet kimiċi u materjali avvanzati oħra
9. Partijiet, assemblaġġi u komponent tal-makkinarju
10. Mixxellanji
”; |
|
(2) |
Jinżdied l-Anness Vba: “ANNESS Vba Lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Artikoli 8g(1) u 8ga(2) IN-NORVEĠJA L-IŻVIZZERA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA IL-ĠAPPUN IR-RENJU UNIT IL-KOREA T’ISFEL L-AWSTRALJA IL-KANADA NEW ZEALAND IL-LEICHTENSTEIN L-IŻLANDA; |
|
(3) |
fil-lista ta’ makkinarju stabbilita fl-Anness XIV, il-kliem “Lampi tal-elettriku bil-filament jew ta’ skariku, inklużi fanali ssiġillati u lampi ultravjola u tal-infra aħmar; lampi b’arka; partijiet tagħhom, huma sostitwiti b’dan li ġej: “Lampi bil-filament jew l-iskarika, inklużi fanali ssiġillati u lampi ultravjola jew tal-infraħmar; lampi bl-ark; sorsi ta’ dawl b’dijodu li jemetti d-dawl (LED); partijiet tagħhom; |
|
(4) |
fl-Anness Vc , qed jiġi miżjud dan li ġej: “C. Mudell għall-bejgħ, provvista jew formoli ta’ trasferiment notifika, applikazzjoni u awtorizzazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 8da(1) ta’ dan ir-Regolament) L-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni hija valida fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea sad-data ta’ skadenza tagħha.
|
|
(5) |
jiddaħħal l-Anness li ġej: “ANNESS XIVa LISTA TA’ OĠĠETTI U TEKNOLOĠIJA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 1S(1A) DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ TRANŻITU MILL-BELARUSSJA
,”; |
|
(6) |
l-Annessi li ġejjin huma miżjuda: “ANNESS XVIII Lista ta’ oġġetti u teknoloġiji li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-kapaċità industrijali tal-Belarussja msemmija fl-Artikolu 1bb
ANNESS XIX Lista ta’ oġġetti u teknoloġija kif imsemmija fl-Artikolu 1bb(2) dwar il-projbizzjoni ta’ tranżitu mill-Belarussja
ANNESS XX Lista ta’ oġġetti u teknoloġija adottati għall-użu fir-raffinar taż-żejt u likwefazzjoni tal-gass naturali msemmija fl-Artikolu 1gc
ANNESS XXI Lista ta’ deheb imsemmija fl-Artikolu 1rb(1) u (2)
ANNESS XXII Lista ta’ deheb imsemmija fl-Artikolu 1rb(3)
ANNESS XXIII Lista ta' żejt grezz imsemmija fl-Artikolu 1h
ANNESS XXIV Lista ta’ prodotti u teknoloġija tan-navigazzjoni marittima msemmija fl-Artikolu 1fd Kategorija VI - Marittima
ANNESS XXV lista ta’ oġġetti ta’ lussu msemmija fl-Artikolu 1ga NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġislazzjoni sussegwenti. (1) Żwiemel
(2) Kavjar u sostituti tal-kavjar
(3) Tartuf u preparati tiegħu
(4) Sigarri u sigarri żgħar
(5) Twapet, raggs u tapezzerija, magħmula bl-idejn, jew le
(6) Muniti u karti ta’ flus, li ma għandhomx valuta legali
(7) Pożati ta’ metall prezzjuż jre miksija jew indurati b’metall prezzjuż
(8) Apparat elettriku/elettroniku jew ottiku għar-reġistrazzjoni u riproduzzjoni tal-ħoss u l-immaġni ta’ valur li jaqbeż EUR 1 000
(9) Vetturi għat-trasport ta’ persuni fuq l-art, fl-ajru jew fuq il-baħar b’valur li jkun aktar minn EUR 50 000 kull wieħed, teleferiki, -siġġu, ski-draglines; mekkaniżmi ta’ ġbid għal funikulari, muturi b’valur li jkun aktar minn EUR 5 000 kull wieħed, kif ukoll l-aċċessorji u l-ispare parts tagħhom
(10) Oġġetti u tagħmir ottiċi ta’ kwalunkwe valur
ANNESS XXVI Lista ta’ software kif imsemmi fl-Artikolu 1jc(4) Software għall-ġestjoni tal-intrapriżi, jiġifieri sistemi li diġitalment jirrappreżentaw u jmexxu l-proċessi kollha li jseħħu f’intrapriża, inkluż:
Software għad-Disinn u l-Manifattura użat fl-oqsma tal-arkitettura, l-enġinerija, il-kostruzzjoni, il-manifattura, il-media, l-edukazzjoni u d-divertiment, inkluż:
ANNESS XXVII Lista ta’ oġġetti li tipermetti l-Belarussja tiddiversifika s-sorsi ta’ dħul tagħha msemmija fl-Artikolu 1ra
ANNESS XXVIII Lista ta’ prodotti u teknoloġija msemmija fl-Artikolu 8g
ANNESS XXIX Lista ta’ oġġetti u prodotti msemmija fl-Artikolu 1rc Parti A
Parti B
Parti C
ANNESS XXX Lista ta’ oġġetti komuni ta’ prijorità għolja u teknoloġija msemmija fl-Artikolu 8g
”. |
(1) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(2) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(3) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(4) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(5) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(6) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(7) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(8) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(9) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(1) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(2) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(3) Ref. L-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(4) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(5) Ref. L-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(6) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(7) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(8) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(9) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(10) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(11) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(12) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(13) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(14) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(15) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(16) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(17) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(18) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(19) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(20) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(21) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(22) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(23) Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.
(35) Sakemm ikun għad fih 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut minerali bituminużi.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1865/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)