Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1756

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1756 tal-25 ta’ Ġunju 2024 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 dwar il-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-ikel

    C/2024/4277

    ĠU L, 2024/1756, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1756/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1756/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1756

    26.6.2024

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1756

    tal-25 ta’ Ġunju 2024

    li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 dwar il-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-ikel

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-ikel. L-esperjenza miksuba mid-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament żvelat nuqqas ta’ ċarezza ta’ xi punti fit-tabella tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, hu meħtieġ li jiġu ċċarati dawk il-punti.

    (2)

    Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi dwar il-kampjunar u l-analiżi għall-kontroll tal-livelli massimi għall-iskleroti tal-ergotina fil-ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati ħlief il-ħbub tas-segala mhux ipproċessati, il-punt 1.8.1 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 jipprevedi li tali kampjunar u analiżi jridu jitwettqu f’konformità mal-parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (3). Billi sadanittant ġew stabbiliti regoli speċifiċi dwar il-kampjunar u l-analiżi għall-kontroll tal-livelli massimi għall-iskleroti tal-ergotina permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2782 (4), jenħtieġ li r-referenza għar-Regolament (KE) Nru 401/2006 fil-punt 1.8.1 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 titħassar.

    (3)

    Il-punt 1.9.5 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 jistabbilixxi livell massimu għat-tossini T-2 u HT-2 fil-prodotti tal-forn li fihom mill-inqas 90 % ta’ prodotti tal-maċinazzjoni tal-ħafur. Dan il-livell massimu huwa maħsub biex japplika għall-prodotti tal-forn b’kontenut għoli ta’ ħafur. Madankollu, abbażi tal-esperjenza fil-qasam tal-kompożizzjoni tal-ikel disponibbli fis-suq, f’ħafna każijiet, il-prodotti tal-forn b’kontenut għoli ta’ ħafur, bħall-kejkijiet tal-ħafur, fihom inqas minn 90 % ta’ prodotti tal-maċinazzjoni tal-ħafur, normalment bejn 75 % u 85 %. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 1.9.5 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat kif xieraq.

    (4)

    Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi dwar il-kampjunar u l-analiżi għall-kontroll tal-livelli massimi għall-alkalojdi tropaniċi fl-ikel tat-trabi u fl-ikel ipproċessat abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar, il-punt 2.2.1 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 jipprevedi li tali kampjunar u analiżi jridu jitwettqu f’konformità mal-parti J tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006. Billi sadanittant ġew stabbiliti regoli speċifiċi dwar il-kampjunar u l-analiżi għall-kontroll tal-livelli massimi għall-alkalojdi tropaniċi permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2783 (5), jenħtieġ li r-referenza għar-Regolament (KE) Nru 401/2006 fil-punt 2.2.1 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 titħassar.

    (5)

    Biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumatur, jenħtieġ li l-livell massimu għall-aċidu ċjanidriku fiż-żerriegħa tal-kittien imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali stabbilit fil-punt 2.3.2 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 ikun applikabbli b’mod indipendenti mill-istadju tal-ipproċessar taż-żerriegħa tal-kittien. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-punt jiġi emendat kif xieraq.

    (6)

    Peress li l-ħafur mhux ipproċessat qabel il-maċinazzjoni jitqiegħed fis-suq bil-ħliefa, jenħtieġ li l-livell massimu għall-kontaminanti fil-ħafur mhux ipproċessat stabbilit fil-punti 1.2.9 u 1.5.1 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 japplika għall-ħafur mhux ipproċessat bil-ħliefa inkluża, anke jekk il-ħliefa ma tittikilx.

    (7)

    Ir-Regolament (UE) 2023/915 għandu l-għan li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ kontaminanti għaċ-ċereali mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq fl-istadju eżatt qabel l-ipproċessar tal-ewwel stadju. Billi l-kliem attwali mhuwiex preċiż biżżejjed, jenħtieġ li dak il-kliem jiġi kkoreġut fl-entrati rilevanti fit-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915.

    (8)

    Għall-okratossina A, huwa stabbilit livell massimu fil-punt 1.2.10 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 għall-prodotti derivati mill-ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati ħlief il-prodotti elenkati f’entrati oħra u għaċ-ċereali mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali. Il-punt rilevanti mhuwiex ċar. Biex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim, jenħtieġ li l-punt rilevanti jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li l-kliem “mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali” jirreferi biss għaċ-“ċereali” u mhux għall-“prodotti derivati minn ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati”.

    (9)

    Il-prodotti tar-ross huma esklużi minn ċertu ikel elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915. Biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-esklużjoni, jenħtieġ li l-kontenut tal-prodotti tar-ross jiġi ddefinit fil-punti rilevanti fit-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915.

    (10)

    Għaż-żeralenon, huwa stabbilit livell massimu fil-punt 1.5.3 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 għaċ-ċereali mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali, id-dqiq taċ-ċereali, id-dqiq durum, in-nuħħala u r-raħs bħala prodott finali mqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali ħlief il-prodotti elenkati f’entrati oħra. Il-punt rilevanti mhuwiex ċar. Biex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ fehim, jenħtieġ li l-punt rilevanti jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li l-kliem “mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali” jirreferi biss għaċ-“ċereali, nuħħala u raħs” u mhux għad-“dqiq taċ-ċereali u dqiq durum”.

    (11)

    Jenħtieġ li l-kliem tal-eċċezzjoni fil-punt 2.3.1 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 għal-livelli massimi tal-aċidu idroċjaniku fiż-żrieragħ żejtnin għat-tisħiq u għar-raffinar taż-żejt jiġi allinjat mal-kliem tal-eċċezzjoni għal-livelli massimi għall-aflatossini fil-karawett u żrieragħ żejtnin oħra għat-tisħiq fil-produzzjoni taż-żejt veġetali raffinat stabbiliti fil-punt 1.1.4 ta’ dik it-tabella. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 2.3.1 tat-tabella fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat kif xieraq.

    (12)

    Biex tissolva l-ambigwità li jista’ jkun hemm u jittejjeb l-infurzar tal-livelli massimi għad-diossini u l-poliklorobifenili (PCBs) f’ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, jenħtieġ li jiġi kkoreġut il-kliem tar-rimarki li jikkonċernaw dawn il-prodotti fit-taqsima 4 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915.

    (13)

    Biex jiġi żgurat l-infurzar konsistenti tal-livelli massimi għad-diossini u l-PCBs fil-laħam taċ-ċriev, jenħtieġ li tiżdied kjarifika tal-ispeċijiet tal-annimali li minnhom joriġina l-laħam fil-punt 4.1.1.8 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915.

    (14)

    Kien hemm inkonsistenzi fl-infurzar tal-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi f’ċerti prodotti għat-trabi u għat-tfal żgħar stabbiliti bir-Regolament (UE) 2023/915. Biex jiġu evitati tali inkonsistenzi, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-prodotti mqiegħda fis-suq bħala trab u l-prodotti mqiegħda fis-suq bħala likwidi.

    (15)

    It-tfesdiq huwa l-proċess tat-tneħħija tal-qoxra ta’ żerriegħa u jitqies bħala parti mill-proċess tat-tindif. Biex jiġi evitat li t-tfesdiq jitqies bħala parti mill-ipproċessar tal-ewwel stadju, jenħtieġ li n-nota 6 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 tiġi kkoreġuta kif xieraq.

    (16)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq.

    (17)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat f’konformità mal-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 huwa kkoreġut f’konformità mal-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/315/oj.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/915/oj).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/401/oj).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2782 tal-14 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi l-metodi ta’ kampjunar u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ mikotossini fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 (ĠU L, 2023/2782, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2782/oj).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2783 tal-14 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi l-metodi ta’ kampjunar u l-analiżi għall-kontroll tal-livelli tat-tossini tal-pjanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/705 (ĠU L, 2023/2783, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2783/oj).


    ANNESS

    PARTI A

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat kif ġej:

    1.

    fit-tabella, fit-taqsima 1 (mikotossini), fl-entrata għall-iskleroti tal-ergotina u l-alkalojdi tal-ergotina, il-punt 1.8.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    1.8.1

    Skleroti tal-ergotina

    Livell massimu (g/kg)

    Kummenti

     

     

     

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).

    F’każ li jiġi applikat l-għorik (6) fil-preżenza tal-iskleroti tal-ergotina, l-ewwel iċ-ċereali għandhom jgħaddu minn stadju ta’ tindif qabel l-għorik.”

    2.

    fit-tabella, fit-taqsima 1 (mikotossini), fl-entrata għat-tossini T-2 u HT-2, il-punt 1.9.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.9.5

    Prodotti tal-forn li fihom mill-anqas 75 % prodotti tal-maċinazzjoni tal-ħafur

    100

    Inklużi l-prodotti tal-forn żgħar.”

    3.

    fit-tabella, fit-taqsima 2 (tossini tal-pjanti), fl-entrata għall-alkalojdi tropaniċi, il-punt 2.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.2.1

    Ikel tat-trabi u ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3), li fih il-millieġ, is-sorgu, il-qamħ saraċin, il-qamħirrum jew il-prodotti derivati minnhom

    1,0

    1,0

    Il-prodotti derivati huma relatati ma’ prodotti li fihom mill-anqas 80 % ta’ dawn il-prodotti taċ-ċereali.

    Il-livell massimu japplika għall-prodott kif imqiegħed fis-suq.”

    4.

    fit-tabella, fit-taqsima 2 (tossini tal-pjanti), fl-entrata għall-aċidu ċjanidriku, inkluż aċidu ċjanidriku magħqud fi glikosidi ċjanoġeniċi, il-punt 2.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.3.2

    Żerriegħa tal-kittien sħiħa, mitħuna, immaċinata, maqsuma u mqatta’, imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali

    150

    Il-livell massimu ma japplikax għal żerriegħa tal-kittien sħiħa, mitħuna, immaċinata, maqsuma u mqatta’ mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali fi kwantitajiet żgħar fejn tidher it-twissija “Għandha tintuża biss għat-tisjir u għall-ħami. Tikkonsmahiex nejja!” fil-kamp viżiv prinċipali tat-tikketta (bl-użu tad-daqs speċifiku tat-tipa (11)). Iż-żerriegħa tal-kittien sħiħa, mitħuna, immaċinata, maqsuma u mqatta’ bil-messaġġ ta’ twissija għandha tikkonforma mal-livell massimu previst fil-punt 2.3.1.”

    PARTI B

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 huwa kkoreġut kif ġej:

    1.

    fit-tabella, fit-taqsima 1 (mikotossini), fl-entrata għall-okratossina A, il-punti 1.2.9 u 1.2.10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.2.9

    Ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati

    5,0

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati (fil-każ tal-ħafur, ħbub bil-ħliefa) imqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).

    1.2.10

    Ċereali mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali

    Prodotti derivati minn ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati għajr il-prodotti elenkati fil-punti 1.2.11, 1.2.12, 1.2.13, 1.2.23 u 1.2.24

    3,0

    Inklużi l-prodotti taċ-ċereali pproċessati.

    Il-prodotti derivati minn ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati huma relatati ma’ prodotti li fihom mill-anqas 80 % ta’ prodotti taċ-ċereali.”

    2.

    fit-tabella, fit-taqsima 1 (mikotossini), l-entrata għad-deossinivalenol hija kkoreġuta kif ġej:

    (a)

    il-punt 1.4.7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.4.7

    Prodotti tal-forn, snacks taċ-ċereali u ċereali tal-kolazzjon

    400

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Inklużi l-prodotti tal-forn żgħar.”

    (b)

    il-punti 1.4.9 u 1.4.10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.4.9

    Ikel tat-trabi u ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3)

    150

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Il-livell massimu japplika għall-materja niexfa (5) tal-prodott kif imqiegħed fis-suq.

    1.4.10

    Ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3)

    150

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Il-livell massimu japplika għall-materja niexfa (5) tal-prodott kif imqiegħed fis-suq.”

    3.

    fit-tabella, fit-taqsima 1 (mikotossini), l-entrata għaż-żeralenon hija kkoreġuta kif ġej:

    (a)

    il-punti 1.5.1 sa 1.5.4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.5.1

    Ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 1.5.2

    100

    Ħlief il-ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati maħsuba sabiex jiġu pproċessati permezz ta’ maċinazzjoni niedja u ħlief ir-ross.

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati (fil-każ tal-ħafur, ħbub bil-ħliefa) imqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).

    1.5.2

    Ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati

    350

    Ħlief il-ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati li għalihom huwa evidenti eż. permezz tat-tikkettar jew tad-destinazzjoni tagħhom, li huma maħsuba li jintużaw fi proċess ta’ maċinazzjoni niedja biss (produzzjoni tal-lamtu).

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).

    1.5.3

    Ċereali, nuħħala u raħs imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali

    Dqiq taċ-ċereali u dqiq durum

    Ħlief il-prodotti elenkati fil-punti 1.5.5, 1.5.6 u 1.5.8

    75

    Ħlief ir-ross u l-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    1.5.4

    Ħobż, pastiċċerija, gallettini, snacks taċ-ċereali u ċereali tal-kolazzjon ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 1.5.5

    50

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Jinkludi l-prodotti tal-forn żgħar.”

    (b)

    il-punt 1.5.8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.5.8

    Ikel tat-trabi u ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3)

    20

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Il-livell massimu japplika għall-materja niexfa (5) tal-prodott kif imqiegħed fis-suq.”

    4.

    fit-tabella, fit-taqsima 1 (mikotossini), fl-entrata għall-fumonisini, il-punt 1.6.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.6.1

    Ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati

    4 000

    Ħlief il-ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati li għalihom huwa evidenti eż. permezz tat-tikkettar jew tad-destinazzjoni tagħhom, li huma maħsuba li jintużaw fi proċess ta’ maċinazzjoni niedja biss (produzzjoni tal-lamtu).

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).”

    5.

    fit-tabella, fit-taqsima 1 (mikotossini), l-entrata għat-tossini T-2 u HT-2 hija kkoreġuta kif ġej:

    (a)

    il-punt 1.9.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.9.4

    Prodotti tal-forn għajr il-prodotti elenkati fil-punt 1.9.5, għaġin, snacks taċ-ċereali u ċereali tal-kolazzjon ħlief il-prodotti elenkati fil-punti 1.9.6, 1.9.7 u 1.9.8

    20

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Inklużi l-prodotti tal-forn żgħar.

    Għaġin tfisser għaġin (xott) b’kontenut ta’ ilma ta’ madwar 12 %.”

    (b)

    il-punti 1.9.9 u 1.9.10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.9.9

    Ikel tat-trabi u ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3)

    10

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Il-livell massimu japplika għall-materja niexfa (5) tal-prodott kif imqiegħed fis-suq.

    1.9.10

    Ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3)

    10

    Ħlief il-prodotti tar-ross (prodotti li l-uniċi ingredjenti taċ-ċereali tagħhom huma r-ross jew il-prodotti pproċessati mir-ross).

    Il-livell massimu japplika għall-materja niexfa (5) tal-prodott kif imqiegħed fis-suq.”

    6.

    fit-tabella, fit-taqsima 2 (tossini tal-pjanti), fl-entrata għall-alkalojdi tropaniċi, il-punti 2.2.2 sa 2.2.4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “2.2.2

    Ħbub tal-millieġ mhux ipproċessati u ħbub tas-sorgu

    5,0

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub taċ-ċereali mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).

    2.2.3

    Ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati

    15

    Ħlief il-ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati li għalihom huwa evidenti eż. permezz tat-tikkettar jew tad-destinazzjoni tagħhom, li huma maħsuba għall-użu fi proċess ta’ maċinazzjoni niedja biss (produzzjoni tal-lamtu) u ħlief il ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati għat-tifqigħ.

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub tal-qamħirrum mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).

    2.2.4

    Ħbub tal-qamħ saraċin mhux ipproċessati

    10

    Il-livell massimu japplika għall-ħbub tal-qamħ saraċin mhux ipproċessati mqiegħda fis-suq għall-ipproċessar tal-ewwel stadju (6).”

    7.

    fit-tabella, fit-taqsima 2 (tossini tal-pjanti), fl-entrata għall-aċidu ċjanidriku, inkluż aċidu ċjanidriku magħqud fi glikosidi ċjanoġeniċi, il-punt 2.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.3.1

    Żerriegħa tal-kittien mhux ipproċessata sħiħa, mitħuna, immaċinata, imfarrka, imqatta’ mhux imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali

    250

    Il-livell massimu ma japplikax għaż-żrieragħ żejtnin għat-tisħiq fil-produzzjoni taż-żejt veġetali raffinat, sakemm iż-żrieragħ żejtnin ippressati li jifdal ma jitqegħdux fis-suq bħala ikel. Fil-każ li l-bqija taż-żrieragħ żejtnin ippressati jitqiegħdu fis-suq bħala ikel, japplika l-livell massimu filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 3(1) u (2).”

    8.

    fit-tabella, fit-taqsima 4 (pollutanti organiċi persistenti aloġenati), l-entrata għad-diossini u l-PCBs hija kkoreġuta kif ġej:

    (a)

    il-punt 4.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.1.1

    Laħam u prodotti tal-laħam għajr il-ġewwieni li jittiekel u l-prodotti elenkati fil-punti 4.1.3 u 4.1.4 (2)

     

     

     

    Il-livell massimu espress dwar ix-xaħam ma japplikax għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam. Għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam, il-livell massimu japplika fuq bażi ta’ prodott.

    Dan il-livell massimu huwa kkalkulat bl-użu ta’ din il-formula:

    Il-livell massimu espress abbażi tal-prodott (għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam) = il-livell massimu espress f’xaħam (għal dak l-ikel) × 0,02.”

    (b)

    il-punt 4.1.1.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.1.1.8

    ta’ Cervidae

    3,0 pg/g xaħam

    7,5 pg/g xaħam

    —”

     

    (c)

    il-punti 4.1.11 u 4.1.12 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “4.1.11

    Ħalib mhux ipproċessat (2) u prodotti tal-ħalib (2)

    2,0 pg/g xaħam

    4,0 pg/g xaħam

    40 ng/g xaħam

    Inkluż ix-xaħam tal-butir.

    Il-livell massimu espress dwar ix-xaħam ma japplikax għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam. Għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam, il-livell massimu japplika fuq bażi ta’ prodott.

    Dan il-livell massimu huwa kkalkulat bl-użu ta’ din il-formula:

    Il-livell massimu espress abbażi tal-prodott (għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam) = il-livell massimu espress f’xaħam (għal dak l-ikel) × 0,02.

    4.1.12

    Bajd u prodotti tal-bajd ħlief il-bajd tal-wiżża (2)

    2,5 pg/g xaħam

    5,0 pg/g xaħam

    40 ng/g xaħam

    Il-livell massimu espress dwar ix-xaħam ma japplikax għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam. Għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam, il-livell massimu japplika fuq bażi ta’ prodott.

    Dan il-livell massimu huwa kkalkulat bl-użu ta’ din il-formula:

    Il-livell massimu espress abbażi tal-prodott (għall-ikel li fih anqas minn 2 % ta’ xaħam) = il-livell massimu espress f’xaħam (għal dak l-ikel) × 0,02.”

    9.

    fit-tabella, fit-taqsima 5 (kontaminanti tal-ipproċessar), l-entrata għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) hija kkoreġuta kif ġej:

    (a)

    il-punt 5.1.13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.1.13

    Formuli tat-trabi, formuli tal-prosegwiment (3) u formuli tat-tfal żgħar (4)

     

     

    Il-livell massimu japplika għall-prodott kif imqiegħed fis-suq.

    5.1.13.1

    imqiegħed fis-suq bħala trab

    1,0

    1,0

     

    5.1.13.2

    imqiegħed fis-suq bħala likwidu

    1,0

    1,0”

     

    (b)

    il-punt 5.1.15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.1.15

    Ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3)

     

     

    Il-livell massimu japplika għall-prodott kif imqiegħed fis-suq.

    5.1.15.1

    imqiegħed fis-suq bħala trab

    1,0

    1,0

     

    5.1.15.2

    imqiegħed fis-suq bħala likwidu

    1,0

    1,0”

     

    10.

    in-nota 6 tat-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(6)

    Proċessar tal-ewwel stadju tfisser kwalunkwe trattament fiżiku jew termali, għajr it-tnixxif, tal-ħabba jew fuqha. It-tindif, inklużi l-għorik, it-tfesdiq, l-issortjar (l-issortjar tal-kulur fejn applikabbli) u l-proċeduri tat-tnixxif mhumiex meqjusa bħala ‘ipproċessar tal-ewwel stadju’ sakemm il-ħabba kollha tibqa’ intatta wara t-tindif u l-issortjar. L-għorik huwa t-tindif taċ-ċereali billi jingħorok u/jew jitnaddaf b’mod vigoruż, flimkien mat-tneħħija tat-trab (eż. aspirazzjoni). L-għorik jista’ jiġi segwit mill-issortjar tal-kulur qabel il-maċinazzjoni.”.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1756/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top