EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1681

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1681 tas-6 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għan-nar tal-prodotti għall-bini

C/2024/1356

ĠU L, 2024/1681, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1681/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1681/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1681

13.6.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1681

tas-6 ta’ Marzu 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għan-nar tal-prodotti għall-bini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE (2) tistabbilixxi sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini fir-rigward tar-reżistenza tagħhom għan-nar. Dik is-sistema hija bbażata fuq soluzzjoni armonizzata għall-evalwazzjoni ta’ dik il-prestazzjoni u għall-klassifikazzjoni tar-riżultati ta’ dawk l-evalwazzjonijiet.

(2)

Id-Deċiżjoni 2000/367/KE ma tkoprix ċerti klassijiet ta’ prestazzjoni u għalhekk tillimita l-possibbiltà li tiġi ddikjarata prestazzjoni aktar dettaljata. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti klassijiet ta’ prestazzjoni li jkunu aġġornati għall-aħħar żviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

(3)

Jenħtieġ li jiżdiedu klassifikazzjonijiet ġodda għal elementi li ma jifilħux it-tagħbija jew prodotti b’funzjoni ta’ separazzjoni tan-nar applikabbli għal soqfa mhux mgħobbija, barrieri tan-nar mhux mekkaniċi għall-kanali tal-ventilazzjoni, materjal li jissiġilla, materjal li jissiġilla kkombinat, materjal ermetiku li jissiġilla lineari u għax-xbieki ta’ ventilazzjoni tal-arja.

(4)

Jenħtieġ li titneħħa l-klassifikazzjoni obsoleta R għall-elementi li jifilħu t-tagħbija b’funzjoni ta’ separazzjoni tan-nar applikabbli għall-art u s-soqfa peress li hija effettivament koperta bit-tabella relatata mal-elementi li jifilħu t-tagħbija mingħajr funzjoni ta’ separazzjoni tan-nar.

(5)

Il-progress tekniku fil-metodi ta’ valutazzjoni jeħtieġ ukoll spjegazzjonijiet aktar dettaljati u punti ta’ referenza fir-rigward tal-prodotti, inkluża informazzjoni riveduta fin-noti.

(6)

Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jiddikjaraw klassijiet dettaljati biżżejjed ta’ prestazzjoni tal-prodotti għall-bini fir-rigward tar-reżistenza tagħhom għan-nar f’konformità mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u tas-suq, u fl-interess taċ-ċarezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2000/367/KE titħassar.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini jeħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. F’konformità mal-Artikolu 27(2) ta’ dak ir-Regolament, dawk il-klassijiet għandhom jintużaw fi standards armonizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Huma stabbiliti l-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għan-nar tal-prodotti għall-bini,, kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2000/367/KE titħassar.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2000/367/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 79, 16.3.2006, p. 27.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta’ reżistenza għan-nar ta’ prodotti għall-bini, xogħlijiet ta’ bini u xi partijiet minnhom (ĠU L 133, 6.6.2000, p. 26).


ANNESS

A.   SIMBOLI

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw is-simboli li ġejjin:

R

Kapaċità tat-tagħbija

E

Integrità

I

Iżolament

W

Radjazzjoni

M

Azzjoni mekkanika

C

Għeluq awtomatiku

C0-5

Durabbiltà ta’ għeluq awtomatiku:

Kategorija tal-użu (C)

Għadd ta’ ċikli

5

≥ 200 000

4

≥ 100 000

3

≥ 50 000

2

≥ 10 000

1

≥ 500

0

≥ 1

S

Tnixxija tad-duħħan (fil-kuntest tas-sistemi ta’ ventilazzjoni)/Kontroll tad-duħħan (fil-kuntest tal-bibien)

P

Kontinwità tal-provvista tal-enerġija u tas-sinjal taħt il-kurva tat-temperatura tal-ħin standard

PH

Kontinwità tal-provvista tal-enerġija u tas-sinjal f’temperatura kostanti

G/O

Resistenza għan-nugrufun

K

Abilità tal-protezzjoni kontra n-nar

T

Klassi tat-temperatura espressa f’temperatura massima tal-gass f’°C (temperatura operattiva)

D

Tul tal-istabbilità taħt temperatura kostanti

DH

Tul tal-istabbilità taħt il-kurva standard ħin-temperatura

F

Funzjonalità tal-ventilaturi tad-duħħan u tas-sħana li jaħdmu b’mutur

B

Funzjonalità tal-ventilaturi tad-duħħan u tas-sħana naturali

B.   KLASSIJIET TA’ PRESTAZZJONI FIR-RIGWARD TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR TAL-PRODOTTI GĦALL-BINI

Ġenerali

Id-definizzjonijiet, it-testijiet u l-kriterji ta’ prestazzjoni rilevanti huma deskritti b’mod sħiħ jew referenzjati fl-istandards Ewropej ta’ klassifikazzjoni tar-reżistenza għan-nar, fl-istandards Ewropej armonizzati tal-prodotti, fl-istandards Ewropej tal-ittestjar, u fil-partijiet rilevanti tal-Eurocodes.

Jekk għal elementi asimetriċi l-klassi ddikjarata tal-element tkun valida biss minn naħa waħda, il-klassi għandha tkun akkumpanjata minn din l-informazzjoni.

Il-klassifiki li ġejjin huma espressi f’minuti sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

1.   Elementi li jifilħu t-tagħbija mingħajr funzjoni ta’ separazzjoni tan-nar

Tabella 1

Tapplika għal

Ħitan, art, art elevata, soqfa, travi, kolonni, gallariji, passaġġi tal-mixi, taraġ

R

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

2.   Elementi li jifilħu t-tagħbija b’funzjoni ta’ separazzjoni tan-nar

Tabella 2.1

Tapplika għal

Ħitan

RE

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

REI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

REI-M

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

REW

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360


Tabella 2.2

Tapplika għal

Artijiet, soqfa, twieqi tas-soqfa, tamboċċi u kontraporti

RE

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

REI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

C

Il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi ddikjarata meta jitwaħħal apparat li jagħlaq waħdu u l-element jew il-prodott ma jkunx ingħalaq manwalment għall-fini tat-test.

B’mod fakultattiv, għad-durabbiltà tal-għeluq awtomatiku, il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skont il-kategorija tal-użu fejn ikun sar l-ittestjar taċ-ċiklu.


Tabella 2.3

Tapplika għal

Qigħan elevati

RE

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

REI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni għandha ssir speċifika skont l-iskopertura. In-nuqqas tal-ittra tad-deżinjazzjoni “r” tirreferi għall-esponiment standard tal-kurva tat-temperatura/tal-ħin (reżistenza sħiħa għan-nar) filwaqt li l-preżenza tagħha tirreferi għall-attakk b’temperatura kostanti ta’ 500 °C (esponiment imnaqqas).

Sulari mgħollija li jissodisfaw l-espożizzjoni standard tal-kurva tat-temperatura/ħin għal ħin partikolari jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ espożizzjoni mnaqqsa għal mill-inqas l-istess perjodu.

3.   Prodotti u sistemi għall-protezzjoni ta’ elementi li jerfgħu t-tagħbija

Tabella 3.1

Tapplika għal

Soqfa mingħajr resistenza indipendenti għan-nar

Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni għar-reżistenza għan-nar tal-membri strutturali: Espress f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-element li jerfa’ t-tagħbija li jkun qed jiġi protett.

Noti

Jekk jissodisfa l-kriterji fir-rigward tan-nar “semi-naturali”, is-simbolu “sn” jiżdied mal-klassifikazzjoni.


Tabella 3.2

Tapplika għal

Kisjiet protettivi kontra n-nar (reattivi), twavel (ċangaturi u twapet), renderings (sprejs), kisi u skrins

Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni għar-reżistenza għan-nar tal-membri strutturali: Espress f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-element li jerfa’ t-tagħbija li jkun qed jiġi protett.

Noti

Għall-kisi, jekk jissodisfa l-kriterji fir-rigward tal-kurva ta’ “tisħin bil-mod”, is-simbolu “IncSlow” jiżdied mal-klassifikazzjoni.

4.   Elementi jew prodotti li ma jerfgħux tagħbija b’funzjoni li tissepara n-nar

Tabella 4.1

Tapplika għal

Partizzjonijiet (inklużi dawk li jinkorporaw porzjonijiet mhux insulati) u twieqi fissi

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI-M

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EW

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360


Tabella 4.2

Tapplika għal

Soqfa mhux mgħobbija

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EW

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360


Tabella 4.3

Tapplika għal

Barrieri tal-kavità

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni timtela b’indikazzjoni separata, jekk tissodisfa t-test ta’ esponiment f’daqqa għall-barrieri tal-kavità.


Tabella 4.4

Tapplika għal

Soqfa b’reżistenza indipendenti għan-nar

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni timtela billi jiġi indikat kif ġie ttestjat l-element, u tirreferi għal nar minn fuq “(a→b)” jew minn taħt “(b→a)” jew it-tnejn “(a↔b)”.


Tabella 4.5

Tapplika għal

Faċċati (ħitan purtiera) u ħitan esterni (inklużi elementi bil-ħġieġ)

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EW

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni timtela b’“(i→o)”, “(o→i)”, jew “(i↔o)” sabiex jiġi indikat jekk l-element ġiex ikkontrollat u jissodisfax ir-rekwiżiti minn ġewwa biss; minn barra biss; jew miż-żewġ naħat rispettivament.

Iż-żieda tas-suffiss “ef” tindika li t-test sar fuq il-bażi tal-kurva tan-nar esterna.


Tabella 4.6

Tapplika għal

Barrieri tan-nirien mhux mekkaniċi għall-kanali tal-ventilazzjoni

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), l-ostaklu tan-nirien mhux mekkaniku għandu wkoll:

(a)

jiġi ttestjat miż-żewġ naħat, u

(b)

jikseb rata massima ta’ tnixxija ta’ 360 m3/(m2h) b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal matul it-test tan-nar.

Ma hemm l-ebda klassifikazzjoni S għal dan il-prodott, peress li ma għandu l-ebda prestazzjoni tad-duħħan f’temperatura ambjentali.

“ve” u/jew “ho” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali.


Tabella 4.7

Tapplika għal

Siġilli ta’ penetrazzjoni

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni hija espressa f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-kostruzzjoni ta’ appoġġ b’funzjoni li tissepara n-nar li tkun qed tiġi ppenetrata.

Il-klassifikazzjoni tas-siġilli tal-penetrazzjoni tal-pajpijiet titlesta biż-żieda ta’ “U/U”, “C/U”, “U/C”, jew “C/C” skont il-konfigurazzjoni tat-tarf tal-pajp ittestjata ġewwa l-forn u barra l-forn rispettivament (U – mhux ikkappjat; C – ikkappjat).


Tabella 4.8

Tapplika għal

Siġilli ta’ penetrazzjoni kkombinati

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni hija espressa f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-kostruzzjoni ta’ appoġġ b’funzjoni li tissepara n-nar li tkun qed tiġi ppenetrata.

Il-klassifikazzjoni għandha timtela bil-klassifikazzjonijiet addizzjonali rilevanti tal-elementi kkombinati kif mogħtija f’dan l-anness.


Tabella 4.9

Tapplika għal

Siġilli tal-ġogi lineari

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni timtela biż-żieda tas-simboli

“H”, jew “V”, jew “T” li jindikaw li l-klassifikazzjoni hija valida għall-orjentazzjoni korrispondenti (Kostruzzjoni ta’ appoġġ orizzontali; Kostruzzjoni ta’ appoġġ vertikali - ġonta vertikali; Kostruzzjoni ta’ appoġġ vertikali - ġonta orizzontali rispettivament),

“M”, jew “F”, jew “B” li jindikaw it-tip ta’ ċombi (Manifatturati; Il-qasam; jew kemm manifatturati kif ukoll fuq il-qasam rispettivament),

“X”; jew “Mxxx” li tindika l-kapaċità ta’ moviment (L-ebda moviment; jew Moviment indott (f’%) rispettivament), inkluż is-sottoskritt “lat” jew “shear” li jindika l-moviment indott, u

“W w1 sa w2” li tindika l-medda tal-wisa’ tal-ġogi (f’mm) li għaliha l-kriterju tal-klassifikazzjoni huwa sodisfatt (w1 huwa l-wisa’ t’isfel u w2 l-ogħla limitu tal-wisa’).


Tabella 4.10

Tapplika għal

Settijiet tal-bieb li jirreżistu n-nar, twieqi li jagħlqu (fil-ħitan u s-soqfa), tamboċċi u xaters li jistgħu jinfetħu (inklużi dawk li jinkorporaw ħġieġ, apparati tal-għeluq u hardware ieħor tal-bini)

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EW

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

S200

Għal elementi u prodotti li jkunu għaddew mill-kriterji ta’ kontroll tad-duħħan skont il-kundizzjonijiet tat-test issodisfati.

Sa3 jew Sa4

Għal elementi u prodotti li jkunu għaddew mill-kriterji ta’ kontroll tad-duħħan skont il-kundizzjonijiet tat-test issodisfati.

C

Il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi ddikjarata meta jitwaħħal apparat li jagħlaq waħdu u l-element jew il-prodott ma jkunx ingħalaq manwalment għall-fini tat-test.

B’mod fakultattiv, għad-durabbiltà tal-għeluq awtomatiku, il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skont il-kategorija tal-użu fejn ikun sar l-ittestjar taċ-ċiklu.

Noti

Il-klassifikazzjoni EI timtela biż-żjieda tas-suffiss “1” jew “2” sabiex jiġi indikat liema definizzjoni ta’ iżolament hija wżata.

Fil-każ li l-klassifikazzjoni ma tkoprix it-tisħin kemm fuq il-wiċċ tal-għeluq kif ukoll fuq il-wiċċ tal-ftuħ, dan għandu jkun espliċitu fil-klassifikazzjoni.

Din it-tabella ma tinkludix jew ma tindirizzax prodotti għall-ventilazzjoni tad-duħħan.

Klassifikazzjoni addizzjonali tal-kontroll tad-duħħan ta’ settijiet ta’ bibien industrijali kbar hija possibbli għal limitu ta’ tnixxija ta’ 50 m3/h.


Tabella 4.11

Tapplika għal

Għeluq għal ċineg ta’ transport u sistemi ta’ transport marbutin b’passaġġ fiss

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EW

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

C

Il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi ddikjarata meta jitwaħħal apparat li jagħlaq waħdu u l-element jew il-prodott ma jkunx ingħalaq manwalment għall-fini tat-test.

B’mod fakultattiv, għad-durabbiltà tal-għeluq awtomatiku, il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skont il-kategorija tal-użu fejn ikun sar l-ittestjar taċ-ċiklu.

Noti

Il-klassifikazzjoni EI timtela biż-żjieda tas-suffiss “1” jew “2” sabiex jiġi indikat liema definizzjoni ta’ iżolament hija wżata. Għandha tiġi ġġenerata klassifikazzjoni EI għal dawk il-każijiet fejn il-kampjun tat-test huwa konfigurazzjoni ta’ pajp jew kanal mingħajr stima tal-għeluq għas-sistema tal-conveyor.

Il-kapaċità operattiva sostnuta ta’ kwalunkwe apparat li jikklerja u/jew kwalunkwe apparat li jissepara għal sistema ta’ trasportatur hija identifikata bl-użu ta’ “T”.


Tabella 4.12

Tapplika għal

Gradilji għat-trasferiment tal-arja

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EW

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Jekk jissodisfa l-kriterji fir-rigward tal-integrità matul l-istat miftuħ, is-simbolu “reżistenti għall-fjamma” jiżdied mal-klassifikazzjoni.

Jekk jissodisfa l-kriterji fir-rigward tal-kurva “smoldering”, is-simbolu “IncSlow” jiżdied mal-klassifikazzjoni.


Tabella 4.13

Tapplika għal

Passaġġi għal kanali u xaftijiet tas-servizzi

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni tiddefinixxi kif ġie ttestjat l-element u tirreferi għal nar minn ġewwa “(i→o)” jew minn barra “(o→i)” jew għat-tnejn li huma “(i↔o)”. Barra minn hekk, is-simboli, “ve” u/jew “ho” juru li l-prodott huwa maħsub għal użu vertikali u/jew orizzontali.


Tabella 4.14

Tapplika għal

Ċmieni

 

G + distanza f’mm (eż. G 50) jew O + distanza f’mm (eż. O 50)

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

 

T (temperatura operattiva) fi °C

80

100

120

140

160

200

250

300

400

450

600

Noti

Id-distanza mhijiex meħtieġa għal prodotti inkorporati.

Il-klassifikazzjoni tiddefinixxi kif ġie ttestjat l-element u tirreferi għal nar minn barra “(o→i)” jew għat-tnejn li huma “(i ↔o)”.

“ve” u/jew “ho” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali.


Tabella 4.15

Tapplika għal

Kisi tal-ħitan u tas-soqfa

K1

10

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

K2

10

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Is-suffissi “1” u “2” jindikaw liema substrati, kriterji ta’ mġieba fin-nar u regoli ta’ estensjoni huma wżati f’din il-klassifikazzjoni.

5.   Prodotti għal użu f’sistemi ta’ ventilazzjoni (eskluża l-ventilazzjoni għall-ħruġ tad-duħħan u tas-sħana)

Tabella 5.1

Tapplika għal

Kanali ta’ ventilazzjoni li jirreżistu n-nar

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

S

rata massima ta’ tnixxija ta’ 10 m3/(m2h) b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar

Noti

Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-kanal irid jikseb ukoll rata massima ta’ tnixxija ta’ 15 m3/(m2h) b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar.

Il-klassifikazzjoni tiddefinixxi kif ġie ttestjat l-element u tirreferi għal nar minn ġewwa “(i→o)” jew minn barra “(o→i)” jew għat-tnejn li huma “(i ↔o)”.

“ve” u/jew “ho” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali.

Il-klassifikazzjoni għandha tindika d-differenza fil-pressjoni użata fit-test.


Tabella 5.2

Tapplika għal

Barrieri tan-nirien

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

S

rata massima ta’ tnixxija ta’ 200 m3/(m2h) b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal:

(a)

l-iżgħar daqs f’temperatura ambjentali;

(b)

l-akbar daqs f’temperatura ambjentali u matul it-test tan-nar.

Noti

Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-barriera tan-nirien għandha wkoll:

(a)

tiġi ttestjata miż-żewġ naħat, u

(b)

tikseb rata massima ta’ tnixxija ta’ 360 m3/(m2h) b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal matul it-test tan-nar.

“ve” u/jew “ho” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għall-użu vertikali (eż. immuntat mal-ħajt) u/jew orizzontali (eż. immuntat mal-art).

“H” tindika barriera tan-nirien li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija orizzontali tax-xafra.

“V” tindika barriera tan-nirien li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija vertikali tax-xafra.

6.   Prodotti li għandhom jintużaw f’installazzjonijiet ta’ servizz ta’ bini tal-elettriku, tal-kontroll tal-potenza u tal-komunikazzjoni

Tabella 6.1

Tapplika għal

Sistemi ta’ protezzjoni min-nar għal sistemi ta’ kejbil u komponenti assoċjati

P

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Il-klassifikazzjoni għandha tindika:

It-tip ta’ kejbils li jistgħu jiġu installati fis-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar, jiġifieri kwalunkwe kejbil standard jew kejbils speċifiċi biss; u

il-konfigurazzjonijiet tal-kejbils li jistgħu jiġu protetti u l-vultaġġ operattiv, jiġifieri;

jew għat-tipi kollha ta’ kejbils tal-elettriku (vultaġġ nominali ta’ 300/500 V) għal vultaġġ operattiv sa 230/400 V (AC trifażi);

jew għat-tipi kollha ta’ kejbils tal-elettriku (vultaġġ nominali ta’ 450/750 V sa 0,6/1 kV) għal vultaġġ operattiv sa 400/690 V (AC bi tliet fażijiet);

jew għat-tipi kollha ta’ kejbils tas-sinjali/tal-kontroll (vultaġġ nominali sa 170 V) għal vultaġġ operattiv sa 110 V; jew

kwalunkwe kombinazzjoni tal-possibbiltajiet ta’ hawn fuq.


Tabella 6.2

Tapplika għal

Kejbils tal-elettriku, tal-kontroll tal-enerġija u tal-komunikazzjoni mhux protetti b’reżistenza intrinsika għan-nar

Pca

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Għall-kejbils tal-elettriku u l-kejbils tal-kontroll, il-klassifikazzjoni għandha tindika għal liema vultaġġ stmat il-kriterji tal-prestazzjoni huma ssodisfati.


Tabella 6.3

Tapplika għal

Kejbils żgħar tal-elettriku, tal-kontroll tal-potenza u tal-komunikazzjoni mhux protetti b’reżistenza għan-nar intrinsika (< 20 mm dijametru u b’daqsijiet tal-kondutturi ≤ 2,5 mm2)

PHca

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Għall-kejbils tal-elettriku u l-kejbils tal-kontroll, il-klassifikazzjoni għandha tindika għal liema vultaġġ stmat il-kriterji tal-prestazzjoni huma ssodisfati.

7.   Prodotti li għandhom jiġu wżati f’sistemi ta’ kontroll tad-duħħan u tas-sħana

Tabella 7.1

Tapplika għal

Kanali ta’ kontroll tad-duħħan b’kompartiment wieħed

E600

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

S

5 m3/(m2h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal f’temperatura ambjentali u 5 m3/(m2h) rata massima ta’ tnixxija relatata mal-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar.

Noti

Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-kanal irid jikseb ukoll rata massima ta’ tnixxija ta’ 10 m3/(m2h) b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar.

Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “wieħed” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ kompartiment wieħed biss.

“ve” u/jew “ho” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għall-użu vertikali u/jew orizzontali, fil-kompartiment.

“500”, “1 000 ”, “1 500 ” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dawn il-valuri ta’ pressjoni baxxa, imkejla f’Pa f’temperatura ambjentali.


Tabella 7.2

Tapplika għal

Kanali ta’ kontroll tad-duħħan ta’ aktar minn kompartiment wieħed

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

S

5 m3/(m2h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal f’temperatura ambjentali u 5 m3/(m2h) rata massima ta’ tnixxija relatata mal-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar.

Noti

Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-kanal irid jikseb ukoll rata massima ta’ tnixxija ta’ 10 m3/(m2h) b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar.

Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “multi” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ aktar minn kompartiment wieħed.

“ve” u/jew “ho” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali.

“500”, “1 000 ”, “1 500 ” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dawn il-valuri ta’ pressjoni baxxa, imkejla f’Pa f’temperatura ambjentali.


Tabella 7.3

Tapplika għal

Barrieri ta’ kontroll tad-duħħan ta’ kompartiment wieħed

E600

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

S

rata massima ta’ tnixxija ta’ 200 m3/(m2h) b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal:

(a)

l-iżgħar daqs f’temperatura ambjentali;

(b)

l-akbar daqs f’temperatura ambjentali u matul it-test tan-nar.

Noti

Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-barriera tal-kontroll tad-duħħan b’kompartiment wieħed għandha wkoll:

(a)

tiġi ttestjata miż-żewġ naħat,

(b)

tgħaddi mill-manutenzjoni tat-test tal-ftuħ, u

(c)

tikseb rata massima ta’ tnixxija ta’ 360 m3/(m2h) b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal matul it-test tan-nar

(1)

l-iżgħar daqs f’temperatura ambjentali, u

(2)

l-akbar daqs f’temperatura ambjentali u matul it-test tan-nar.

Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “wieħed” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ kompartiment wieħed.

“ved”, “vew”“vedw” u/jew “hod”, “how”“hodw” juru li l-prodott huwa maħsub għal użu vertikali u/jew orizzontali, flimkien mal-muntaġġ f’kanal jew f’ħajt/art jew fit-tnejn rispettivament.

“H” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan f’kompartiment wieħed li kapaċi tissodisfa l-integrità (E) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija orizzontali tax-xafra,

“V” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan f’kompartiment wieħed li kapaċi tissodisfa l-integrità (E) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi vertikali tax-xafra jew ġeometrija.

“500”, “1 000 ” u “1 500 ” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dan il-valur ta’ pressjoni baxxa f’Pa f’temperatura ambjentali.

“AA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jipprovdu attivazzjoni awtomatika, “MA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jeħtieġu intervent manwali jew li jipprovdu attivazzjoni awtomatika.

“C300”, C10 000 ”, “CMOD” jew “C300(N)”, C10 000 (N)”, “CMOD(N)” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża f’sistemi ta’ kontroll tad-duħħan biss, sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkontrollati bis-sħiħ u sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkombinati ma’ sistemi ambjentali jew umidifikaturi ta’ kontroll tad-duħħan maħsuba biex jintużaw fi kwalunkwe sistema li għandha pożizzjoni kkontrollata jew varjabbli, ittestjata taħt tagħbija, jew mingħajr tagħbija (N), rispettivament.

“HOT 400/30” (Temperatura Operattiva Għolja) tindika li l-umidifikatur għall-kontroll tad-duħħan b’kompartiment wieħed ġie soġġett għal test addizzjonali biex juri li għandu l-kapaċità li jinfetaħ u jingħalaq matul perjodu ta’ 30 minuta ta’ temperaturi sa 400 °C.


Tabella 7.4

Tapplika għal

Barrieri ta’ kontroll tad-duħħan ta’ aktar minn kompartiment wieħed

E

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

EI

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

S

rata massima ta’ tnixxija ta’ 200 m3/(m2h) b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal:

(a)

l-iżgħar daqs f’temperatura ambjentali;

(b)

l-akbar daqs f’temperatura ambjentali u matul it-test tan-nar.

Noti

Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E) jew l-integrità u l-iżolament (EI), il-barriera tal-kontroll tad-duħħan reżistenti għan-nar b’diversi kompartimenti għandha wkoll:

(a)

tiġi ttestjata miż-żewġ naħat,

(b)

tgħaddi mill-manutenzjoni tat-test tal-ftuħ, u

(c)

tikseb tnixxija massima ta’ 360 m3/(m2h) b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal matul it-test tan-nar

(1)

l-iżgħar daqs f’temperatura ambjentali, u

(2)

l-akbar daqs f’temperatura ambjentali u matul it-test tan-nar.

Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “multi” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ aktar minn kompartiment wieħed.

“ved”, “vew”“vedw” u/jew “hod”, “how”“hodw” juru li l-prodott huwa maħsub għal użu vertikali u/jew orizzontali, flimkien mal-muntaġġ f’kanal jew f’ħajt/art jew fit-tnejn rispettivament.

“H” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan b’diversi kompartimenti reżistenti għan-nar li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija orizzontali tax-xafra,

“V” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan b’diversi kompartimenti reżistenti għan-nar li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija vertikali tax-xafra.

“500”, “1 000 ” u “1 500 ” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dan il-valur ta’ pressjoni baxxa f’Pa f’temperatura ambjentali.

“AA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jipprovdu attivazzjoni awtomatika, “MA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jeħtieġu intervent manwali jew li jipprovdu attivazzjoni awtomatika.

“C300”, C10 000 ”, “CMOD” jew “C300(N)”, C10 000 (N)”, “CMOD(N)” juru li l-prodott huwa maħsub biex jintuża f’sistemi ta’ kontroll tad-duħħan biss, sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkontrollati bis-sħiħ u sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkombinati ma’ sistemi ambjentali jew umidifikaturi ta’ kontroll tad-duħħan maħsuba biex jintużaw fi kwalunkwe sistema li għandha pożizzjoni kkontrollata jew varjabbli, ittestjata taħt tagħbija, jew mingħajr tagħbija (N), rispettivament.

“HOT 400/30” (Temperatura Operattiva Għolja) tindika li l-umidifikatur tal-kontroll tad-duħħan reżistenti għan-nar b’diversi kompartimenti ġie soġġett għal test addizzjonali biex juri li għandu l-kapaċità li jinfetaħ u jingħalaq matul perjodu ta’ 30 minuta ta’ temperaturi sa 400 °C.


Tabella 7.5

Tapplika għal

Barrieri għad-duħħan

D600

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

DH

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360


Tabella 7.6

Tapplika għal

Ventilaturi motorizzati għall-kontroll tad-duħħan u tas-sħana (fannijiet), inklużi konnetturi

F200

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

F300

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

F400

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

F600

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

F842

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360


Tabella 7.7

Tapplika għal

Ventilaturi għad-duħħan u għall-egżost tas-sħana naturali

B300

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

B600

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Βθ

 

15

20

30

45

60

90

120

180

240

360

Noti

Fejn θ tindika l-kundizzjoni tal-espożizzjoni (temperatura), ogħla minn 300 °C.

Dawn il-prodotti huma ddisinjati biex jinfetħu f’każ ta’ nar u ma jkollhomx klassifikazzjoni tal-integrità (E).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1681/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top