Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1623

    Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta' kreditu, għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    PE/80/2023/INIT

    ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1623

    19.6.2024

    REGOLAMENT (UE) 2024/1623 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-31 ta’ Mejju 2024

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta' kreditu, għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

    Billi:

    (1)

    B'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009, l-Unjoni bdiet riforma wiesgħa tal-qafas prudenzjali għall-istituzzjonijiet, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) bl-għan li tiżdied ir-reżiljenza tas-settur bankarju tal-Unjoni. Wieħed mill-elementi ewlenin tar-riforma kien jikkonsisti fl-implimentazzjoni tal-standards internazzjonali miftehmin fl-2010 mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), speċifikament l-hekk imsejħa “riforma ta' Basel III” u l-istandards ta' Basel III li rriżultaw. Bis-saħħa ta' dik ir-riforma, is-settur bankarju tal-Unjoni daħal fil-kriżi tal-COVID-19 fuq pedament reżiljenti. Madankollu, filwaqt li l-livell ġenerali ta' kapital fl-istituzzjonijiet fl-Unjoni issa huwa ġeneralment sodisfaċenti, uħud mill-problemi li ġew identifikati wara l-kriżi finanzjarja globali għad iridu jiġu indirizzati.

    (2)

    Sabiex jiġu indirizzati dawk il-problemi, tiġi pprovduta ċertezza legali u jiġi indikat l-impenn tal-Unjoni lejn is-sħab internazzjonali tagħha fil-G20, huwa ta' importanza kbira li l-elementi pendenti tar-riforma ta' Basel III maqbula fl-2017 jiġu implimentati b'mod leali fil-liġi tal-Unjoni (il-“qafas finalizzat ta' Basel III”). Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tevita żieda sinifikanti fir-rekwiżiti ta' kapital ġenerali għas-sistema bankarja tal-Unjoni kollha kemm hi u tqis l-ispeċifiċitajiet tal-ekonomija tal-Unjoni. Meta jkun possibbli, jenħtieġ li l-aġġustamenti għall-istandards internazzjonali jiġu applikati fuq bażi tranżitorja. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tgħin sabiex jiġu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-istituzzjonijiet fl-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-attivitajiet kummerċjali, fejn dawk l-istituzzjonijiet jikkompetu direttament mal-pari internazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, bl-implimentazzjoni tal-qafas finalizzat ta' Basel III, l-Unjoni tlesti proċess ta' riforma li ilu għaddej għaxar snin. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni twettaq valutazzjoni ġenerali tas-sistema bankarja tagħha, filwaqt li tqis id-dimensjonijiet rilevanti kollha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-mandat li twettaq rieżami olistiku tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji. Jenħtieġ li dak ir-rieżami jqis id-diversi tipi ta' forom, strutturi u mudelli ta' negozju korporattivi madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li dak ir-rieżami jqis ukoll l-implimentazzjoni tal-minimu tal-output bħala parti mir-regoli prudenzjali dwar il-kapital u l-likwidità, kif ukoll il-livell ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami jivvaluta jekk il-minimu tal-output u l-livell ta' applikazzjoni tiegħu jiżgurawx livell adegwat ta' protezzjoni tad-depożitanti u jissalvagwardjawx l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu kemm l-iżviluppi fl-Unjoni kollha, kif ukoll l-iżviluppi fl-unjoni bankarja fid-dimensjonijiet kollha tagħha. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif xieraq id-dikjarazzjonijiet u l-konklużjonijiet korrispondenti dwar l-unjoni bankarja kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill Ewropew.

    (3)

    Fis-27 ta' Ġunju 2023, il-Kummissjoni impenjat ruħha li twettaq valutazzjoni olistika, ġusta u bbilanċjata tal-istat tas-sistema bankarja u tal-oqfsa regolatorji u superviżorji applikabbli fis-suq uniku. Meta tagħmel dan, ser tqis l-impatt tal-emendi introdotti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 minn dan ir-Regolament, kif ukoll tal-istat tal-unjoni bankarja fid-dimensjonijiet kollha tagħha. Fost il-kwistjonijiet li għandhom jiġu analizzati, il-Kummissjoni ser teżamina l-implimentazzjoni tal-minimu tal-output, inkluż il-livell ta' applikazzjoni tiegħu. Hija ser twettaq dik il-valutazzjoni abbażi tal-input mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-mekkaniżmu superviżorju uniku, u ser tikkonsulta mal-partijiet interessati biex tiżgura li d-diversi perspettivi jiġu kkunsidrati kif xieraq. Il-Kummissjoni, fejn xieraq, ser tippreżenta proposta leġiżlattiva bbażata fuq dak ir-rapport.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti lill-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji billi jużaw approċċi standardizzati jew inkella billi jużaw approċċi bbażati fuq mudelli interni. L-approċċi standardizzati jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bl-użu ta' parametri fissi, li huma bbażati fuq suppożizzjonijiet relattivament konservattivi u stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-approċċi ta' mudell intern, li għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti, jippermettu lill-istituzzjonijiet jistmaw għalihom infushom ħafna mill-parametri jew il-parametri kollha meħtieġa għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji. F'Diċembru 2017, il-BCBS iddeċieda li jintroduċi minimu aggregat tal-output. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq analiżi mwettqa malli feġġet il-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009, li żvelat li l-mudelli interni għandhom it-tendenza li jissottovalutaw ir-riskji li l-istituzzjonijiet ikunu skoperti għalihom, speċjalment għal ċerti tipi ta' skoperturi u riskji, u għalhekk, għandhom it-tendenza li jirriżultaw f'rekwiżiti ta' fondi propji insuffiċjenti. Meta mqabblin mar-rekwiżiti ta' fondi propji kkalkulati bl-użu ta' approċċi standardizzati, il-mudelli interni jipproduċu, bħala medja, rekwiżiti ta' fondi propji aktar baxxi għall-istess skoperturi.

    (5)

    Il-minimu tal-output jirrappreżenta waħda mill-miżuri ewlenin tar-riforma ta' Basel III. Għandu l-għan li jillimita l-varjabbiltà mhux ġustifikata fir-rekwiżiti ta' fondi propji prodotti minn mudelli interni u t-tnaqqis eċċessiv fil-kapital li istituzzjoni li tuża mudelli interni tista' tikseb meta mqabbla ma' istituzzjoni li tuża l-approċċi standardizzati. Billi jistabbilixxi limitu aktar baxx għar-rekwiżiti ta' fondi propji li huma prodotti mill-mudelli interni tal-istituzzjonijiet ta' 72.5 % tar-rekwiżiti ta' fondi propji li japplikaw li kieku jintużaw approċċi standardizzati minn dawk l-istituzzjonijiet, il-minimu tal-output jillimita r-riskju ta' tnaqqis eċċessiv fil-kapital. Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni jenħtieġ li jikkalkulaw żewġ settijiet ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji totali, b’kull sett jaggrega rekwiżiti ta’ fondi proprji mingħajr ebda għadd doppju. L-implimentazzjoni tal-minimu tal-output iżżid b'lealtà l-komparabbiltà tal-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjonijiet, tirrestawra l-kredibbiltà tal-mudelli interni u tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet li jużaw approċċi differenti għall-kalkolu tar-rekwiżiti tagħhom ta' fondi propji.

    (6)

    Sabiex jiġi żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b'mod xieraq u disponibbli biex jiġi protett it-tfaddil fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-minimu tal-output japplika fil-livelli kollha ta' konsolidazzjoni, għajr jekk Stat Membru jqis li dak l-objettiv jista' jinkiseb b'mod effettiv b'mod ieħor, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi, bħal gruppi kooperattivi b'korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati li jinsabu f'dak l-Istat Membru. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li Stat Membru jkun jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-minimu tal-output fuq bażi individwali jew subkonsolidata għall-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru, dment li, fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni f'dak l-Istat Membru, l-istituzzjoni prinċipali ta' dawk l-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru tikkonforma mal-minimu tal-output abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha.

    (7)

    Il-BCBS sab li l-Approċċ Standardizzat attwali għar-riskju ta' kreditu (SA-CR) mhuwiex sensittiv biżżejjed għar-riskju f'numru ta' oqsma, li jwassal għal kejl mhux preċiż jew mhux xieraq – jew għoli wisq jew baxx wisq – tar-riskju ta' kreditu u, għalhekk, tar-rekwiżiti ta' fondi propji. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar l-SA-CR jiġu riveduti sabiex tiżdied is-sensittività għar-riskju ta' dak l-approċċ fir-rigward ta' diversi aspetti ewlenin.

    (8)

    Għall-iskoperturi klassifikati għal istituzzjonijiet oħrajn, jenħtieġ li wħud mill-piżijiet tar-riskju jiġu rikalibrati f'konformità mal-istandards ta' Basel III. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trattament tal-piż tar-riskju għal skoperturi mhux klassifikati għall-istituzzjonijiet isir aktar granulari u diżakkoppjat mill-piż tar-riskju applikabbli għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-istituzzjoni mutwatarja, peress li jenħtieġ li l-appoġġ impliċitu tal-gvern għal tali istituzzjonijiet ma jibqax jiġi preżunt.

    (9)

    Għal skoperturi ta' dejn subordinat u assimilat b'mod prudenzjali, kif ukoll għal skoperturi ta' ekwità, huwa neċessarju trattament aktar granulari u strett tal-piż tar-riskju biex jiġi rifless ir-riskju ogħla ta' telf ta' skoperturi ta' dejn subordinat u ta' ekwità meta mqabblin ma' skoperturi ta' dejn, u biex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju bejn il-portafoll mhux tan-negozjar u l-portafoll tan-negozjar. L-istituzzjonijiet fl-Unjoni għandhom investimenti ta' ekwità strateġiċi u fit-tul f'korporattivi finanzjarji u mhux finanzjarji. Billi l-piż tar-riskju standard għall-iskoperturi ta' ekwità jiżdied fuq perjodu tranżitorju ta' ħames snin, jenħtieġ li l-holdings ta' ekwità strateġiċi eżistenti f'korporattivi u f'ċerti impriżi tal-assigurazzjoni taħt il-kontroll jew l-influwenza sinifikanti tal-istituzzjoni jiġu anterjorati biex jiġu evitati effetti ta' tfixkil u biex jiġi ppreservat ir-rwol tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni bħala investituri ta' ekwità dejjiema u strateġiċi. Minħabba s-salvagwardji prudenzjali u s-sorveljanza superviżorja biex titrawwem l-integrazzjoni tas-settur finanzjarju, għall-holdings ta' ekwità f'istituzzjonijiet oħrajn fl-istess grupp jew koperti bl-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li jinżamm ir-reġim attwali. Barra minn hekk, sabiex jissaħħu l-inizjattivi privati u pubbliċi bil-għan li tiġi pprovduta ekwità b'terminu twil lill-kumpaniji tal-Unjoni mhux elenkati, jenħtieġ li l-investimenti mwettqa direttament jew indirettament, pereżempju permezz ta' ditti ta' kapital ta' riskju ma jitqisux bħala spekulattivi meta dawk l-investimenti jsiru bl-intenzjoni soda tal-maniġment superjuri li jinżammu għal tal-inqas tliet snin.

    (10)

    Sabiex jiġu stimulati ċerti setturi tal-ekonomija, l-istandards ta' Basel III jipprevedu diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom li tippermetti lill-istituzzjonijiet japplikaw, f'ċerti limiti, trattament preferenzjali għal holdings ta' ekwità akkwistati skont programmi leġiżlattivi li jinvolvu sussidji sinifikanti għall-investiment u li jinvolvu sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-investimenti fl-ekwità. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dik id-diskrezzjoni fil-liġi tal-Unjoni tgħin ukoll fit-trawwim ta' investimenti ta' ekwità b'terminu twil.

    (11)

    Is-self korporattiv fl-Unjoni huwa pprovdut b'mod predominanti minn istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-“Approċċ IRB”) għar-riskju ta' kreditu sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji. Bl-implimentazzjoni tal-minimu tal-output, dawk l-istituzzjonijiet ser ikollhom japplikaw ukoll l-SA-CR, li jiddependi fuq valutazzjonijiet tal-kreditu pprovduti minn istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs) nominati sabiex tiġi ddeterminata l-kwalità tal-kreditu tal-mutwatarju korporattiv. Jenħtieġ li l-immappjar bejn il-klassifikazzjonijiet esterni u l-piżijiet tar-riskju applikabbli għal korporattivi kklassifikati jkun aktar granulari biex tali mmappjar isir konformi mal-istandards internazzjonali dwar din il-kwistjoni.

    (12)

    Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-korporattivi tal-Unjoni ma jfittxux klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni. Biex jiġi evitat impatt ta' tfixkil fuq is-self bankarju għal korporattivi mhux ikklassifikati u biex jiġi pprovdut biżżejjed żmien biex jiġu stabbiliti inizjattivi pubbliċi jew privati mmirati lejn iż-żieda fil-kopertura tal-klassifikazzjonijiet ta' kreditu esterni, huwa neċessarju li jiġi pprovdut perjodu tranżitorju. Matul dan il-perjodu tranżitorju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB ikunu jistgħu japplikaw trattament favorevoli meta jikkalkulaw il-minimu tal-output tagħhom għal skoperturi tal-grad ta' investiment għal korporattivi mhux ikklassifikati, filwaqt li jenħtieġ li jiġu stabbiliti inizjattivi biex jitrawwem użu mifrux tal-klassifikazzjonijiet ta' kreditu. Jenħtieġ li kwalunkwe estensjoni tal-perjodu tranżitorju tkun sostanzjata u limitata għal massimu ta' erba' snin.

    (13)

    Wara l-perjodu tranżitorju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jirreferu għall-valutazzjonijiet tal-kreditu mill-ECAIs nominati biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal parti sinifikanti tal-iskoperturi korporattivi tagħhom. Jenħtieġ li l-EBA, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), (kollettivament l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej”) jimmonitorjaw l-użu tal-arranġament tranżitorju u jenħtieġ li jikkunsidraw l-iżviluppi u x-xejriet rilevanti fis-suq tal-ECAI, l-impedimenti għad-disponibbiltà tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati, b'mod partikolari għall-korporattivi, u miżuri possibbli biex jiġu indirizzati dawk l-impedimenti. Jenħtieġ li l-perjodu tranżitorju jintuża biex jespandi b'mod sinifikanti d-disponibbiltà tal-klassifikazzjonijiet għall-korporattivi tal-Unjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta' klassifikazzjoni lil hinn mill-klassifikazzjoni eżistenti bħalissa biex b'mod speċjali korporattivi akbar tal-Unjoni jiġu inċentivizzati biex jiġu kklassifikati esternament. Minbarra l-esternalitajiet pożittivi ġġenerati mill-proċess ta' klassifikazzjoni, kopertura usa' tal-klassifikazzjoni ser trawwem, fost l-oħrajn, l-unjoni tas-swieq kapitali. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti relatati mal-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu, jew l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet addizzjonali li jipprovdu tali valutazzjonijiet, li jistgħu jinvolvu sforzi sostanzjali ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-banek ċentrali tagħhom, jivvalutaw jekk talba għar-rikonoxximent tal-bank ċentrali tagħhom bħala ECAI f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-forniment ta' klassifikazzjonijiet korporattivi mill-bank ċentrali għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tistax tkun mixtieqa sabiex tiżdied il-kopertura tal-klassifikazzjonijiet esterni.

    (14)

    Għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali u skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali, ġew żviluppati approċċi aktar sensittivi għar-riskju mill-BCBS biex jirriflettu aħjar il-mudelli u l-istadji ta' finanzjament differenti fil-proċess ta' kostruzzjoni.

    (15)

    Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009 żvelat numru ta' nuqqasijiet tat-trattament attwali skont l-approċċ standardizzat ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali u skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali. Dawk in-nuqqasijiet ġew indirizzati fl-istandards ta' Basel III. L-istandards ta' Basel III jiddistingwu bejn skoperturi fejn ir-ripagament jkun materjalment dipendenti fuq flussi ta' flus iġġenerati mill-proprjetà u skoperturi fejn dak ma jkunx il-każ. Jenħtieġ li dan tal-ewwel ikun soġġett għal trattament iddedikat tal-piż tar-riskju biex jiġi rifless b'mod aktar preċiż ir-riskju assoċjat ma' dawk l-iskoperturi, iżda wkoll biex tittejjeb il-konsistenza mat-trattament ta' proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu skont l-Approċċ IRB.

    (16)

    Għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali u skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali, jenħtieġ li jinżamm l-approċċ tal-qsim tas-self, peress li dak l-approċċ huwa sensittiv għat-tip ta' mutwatarju u jirrifletti l-effetti ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kollateral tal-proprjetà immobbli fil-piż tar-riskju applikabbli, anki fil-każ ta' skoperturi li jkollhom proporzjonijiet għoljin bejn is-self u l-valur. Madankollu, jenħtieġ li l-approċċ tal-qsim tas-self jiġi aġġustat f'konformità mal-istandards ta' Basel III peress li nstab li huwa konservattiv wisq għal ċerti ipoteki bi proporzjonijiet baxxi ħafna bejn is-self u l-valur.

    (17)

    Sabiex jiġi żgurat li l-impatt tal-minimu tal-output fuq is-self ipotekarju residenzjali b'riskju baxx mill-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB jinfirex fuq perjodu twil biżżejjed, u b'hekk jiġi evitat it-tfixkil għal dan it-tip ta' self li jista' jiġi kkawżat minn żidiet f'daqqa fir-rekwiżiti ta' fondi proprji, huwa neċessarju li jiġi previst arranġament tranżitorju speċifiku. Għal kemm idum il-perjodu tranżitorju, meta jiġi kkalkulat il-minimu tal-output, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB ikunu jistgħu japplikaw piż tar-riskju aktar baxx għall-parti tal-iskoperturi tagħhom iggarantita b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali skont l-SA-CR. Sabiex jiġi żgurat li l-arranġament tranżitorju jkun disponibbli biss għal skoperturi tal-ipoteki b'riskju baxx, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji xierqa ta' eliġibbiltà, ibbażati fuq kunċetti stabbiliti użati fl-SA-CR. Jenħtieġ li l-konformità ma' dawk il-kriterji tiġi vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti. Minħabba li s-swieq tal-proprjetà residenzjali jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi applikat l-arranġament tranżitorju titħalla f'idejn l-Istati Membri individwali. Jenħtieġ li l-użu tal-arranġament tranżitorju jiġi mmonitorjat mill-EBA. Jenħtieġ li kwalunkwe estensjoni tal-perjodu tranżitorju tkun sostanzjata u limitata għal massimu ta' erba' snin.

    (18)

    Minħabba n-nuqqas ta' ċarezza u s-sensittività għar-riskju tat-trattament attwali tal-finanzjament spekulattiv tal-proprjetà immobbli, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi spiss jitqiesu għoljin wisq jew baxxi wisq. Għalhekk, jenħtieġ li dak it-trattament jiġi sostitwit bi trattament iddedikat għal skoperturi għall-akkwist ta' art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni, li jinkludi self lil kumpaniji jew entitajiet bi skop speċjali li jiffinanzjaw kwalunkwe akkwist ta' art għal skopijiet ta' żvilupp u kostruzzjoni, jew żvilupp u kostruzzjoni ta' kwalunkwe proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali.

    (19)

    Huwa importanti li jitnaqqas l-impatt tal-effetti ċikliċi fuq il-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli li tiggarantixxi self u li r-rekwiżiti ta' fondi propji għall-ipoteki jinżammu aktar stabbli. Fil-każ ta' rivalwazzjoni ogħla mill-valur fiż-żmien meta ngħata s-self, dment li jkun hemm biżżejjed data, jenħtieġ għaldaqstant li l-valur tal-proprjetà immobbli rikonoxxut għal finijiet prudenzjali ma jaqbiżx il-valur medju ta' proprjetà komparabbli mkejla fuq perjodu twil biżżejjed, sakemm il-modifiki għal dik il-proprjetà ma jżidux il-valur tagħha b'mod inekwivoku. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati għall-funzjonament tas-swieq tal-bonds koperti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jivvalutaw mill-ġdid il-proprjetà immobbli fuq bażi regolari mingħajr ma japplikaw dawk il-limiti għal żidiet fil-valur. Modifiki li jtejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija jew ir-reżiljenza, il-protezzjoni u l-adattament għar-riskji fiżiċi tal-bini u l-unitajiet ta' akkomodazzjoni jistgħu jitqiesu li jżidu l-valur tal-proprjetà immobbli.

    (20)

    In-negozju tas-self speċjalizzat jitwettaq b'entitajiet bi skop speċjali li tipikament iservu bħala entitajiet mutwatarji, li għalihom ir-redditu fuq l-investiment huwa s-sors primarju tar-ripagament tal-finanzjament miksub. L-arranġamenti kuntrattwali tal-mudell ta' self speċjalizzat jipprovdu lill-mutwanti bi grad sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi li qed jiġu ffinanzjati, filwaqt li s-sors primarju ta' ripagament għall-obbligu huwa l-introjtu ġġenerat minn dawk l-assi. Għalhekk, sabiex jiġi rifless ir-riskju assoċjat b'mod aktar akkurat, jenħtieġ li dik il-forma ta' self tkun soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi ta' fondi propji għar-riskju ta' kreditu. F'konformità mal-istandards ta' Basel III dwar l-assenjazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ta' self speċjalizzat, jenħtieġ li tiġi introdotta klassi ddedikata ta' skoperturi ta' self speċjalizzat taħt l-SA-CR, u b'hekk tittejjeb il-konsistenza mat-trattament speċifiku diġà eżistenti ta' skoperturi ta' self speċjalizzat skont l-Approċċ IRB. Jenħtieġ li jiġi introdott trattament speċifiku għal skoperturi ta' self speċjalizzat, li fih jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn “finanzjament ta' proġett”, “finanzjament ta' oġġetti” u “finanzjament ta' komoditajiet” biex jiġu riflessi aħjar ir-riskji inerenti ta' dawk is-subklassijiet tal-klassi tal-iskoperturi ta' self speċjalizzat.

    (21)

    Filwaqt li t-trattament il-ġdid skont l-approċċ standardizzat għal skoperturi ta' self speċjalizzat mhux ikklassifikati stabbiliti fl-istandards ta' Basel III huwa aktar granulari mit-trattament standardizzat attwali tal-iskoperturi għal korporattivi, dan tal-ewwel mhuwiex sensittiv biżżejjed għar-riskju biex ikun jista' jirrifletti l-effetti ta' pakketti ta' garanzija u ipotekazzjonijiet komprensivi normalment assoċjati ma' dawk l-iskoperturi fl-Unjoni, li jippermettu lill-mutwanti jikkontrollaw il-flussi ta' flus futuri li għandhom jiġu ġġenerati matul il-ħajja tal-proġett jew tal-assi. Minħabba n-nuqqas ta' kopertura tal-klassifikazzjoni esterna ta' skoperturi ta' self speċjalizzat fl-Unjoni, dak it-trattament il-ġdid jista' joħloq ukoll inċentivi għall-istituzzjonijiet biex jieqfu milli jiffinanzjaw ċerti proġetti jew jieħdu riskji ogħla fi skoperturi li altrimenti jiġu ttrattati b'mod simili u li jkollhom profili tar-riskju differenti. Billi l-iskoperturi ta' self speċjalizzat huma ffinanzjati l-aktar minn istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom mudelli interni fis-seħħ għal dawk l-iskoperturi, l-impatt jista' jkun partikolarment sinifikanti fil-każ ta' skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, li jistgħu jkunu f'riskju ta' waqfien tal-attivitajiet, fil-kuntest partikolari tal-applikazzjoni tal-minimu tal-output. Biex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati tan-nuqqas ta' sensittività għar-riskju fl-istandards ta' Basel III għal skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti mhux ikklassifikati, jenħtieġ li skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti li jikkonformaw ma' sett ta' kriterji li kapaċi jbaxxu l-profil tar-riskju tagħhom għal standards ta' kwalità għolja kompatibbli ma' ġestjoni prudenti u konservattiva tar-riskji finanzjarji, jibbenefikaw minn piż tar-riskju mnaqqas fuq bażi tranżitorja. Jenħtieġ li dak l-arranġament tranżitorju jkun ivvalutat f'rapport imħejji mill-EBA.

    (22)

    Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-SA-CR u l-Approċċ IRB tiġi allinjata aktar biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-piżijiet tar-riskju korrispondenti għall-istess sett ta' skoperturi. F'konformità mal-istandards ta' Basel III, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal trattament differenzjat ta' skoperturi rotanti fil-livell tal-konsumatur li jissodisfaw sett ta' kundizzjonijiet ta' ripagament jew ta' użu li kapaċi jbaxxu l-profil tar-riskju tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-iskoperturi jiġu definiti bħala skoperturi ta' tranżatturi. Jenħtieġ li l-iskoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha sabiex jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur jiġu assenjati piż tar-riskju b'100 % taħt l-SA-CR.

    (23)

    L-istandards ta' Basel III jintroduċu fattur tal-konverżjoni ta' kreditu ta' 10 % għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet fl-SA-CR. Dak x'aktarx li jirriżulta f'impatt sinifikanti fuq id-debituri li jiddependu min-natura flessibbli tal-impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom meta jittrattaw il-fluttwazzjonijiet staġjonali fin-negozji tagħhom jew meta jimmaniġġaw bidliet mhux mistennijin b'terminu qasir fil-ħtiġijiet tal-kapital operatorju, speċjalment matul l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jkomplu japplikaw fattur tal-konverżjoni ta' kreditu aktar baxx għall-impenji kanċellabbli tagħhom mingħajr kundizzjonijiet, u, wara, jivvalutaw jekk żieda gradwali potenzjali tal-fatturi tal-konverżjoni ta' kreditu applikabbli tkunx iġġustifikata biex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jaġġustaw il-prattiki operattivi u l-prodotti tagħhom mingħajr ma jfixklu d-disponibbiltà tal-kreditu għad-debituri tal-istituzzjonijiet.

    (24)

    Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom rwol ewlieni fil-kontribut għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 anke billi jestendu miżuri proattivi ta' ristrutturar tad-dejn lejn debituri denji li qed jiffaċċaw jew dalwaqt ser jiffaċċaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ma jiġux skoraġġuti milli jestendu konċessjonijiet sinifikanti għal debituri fejn jitqies xieraq bħala riżultat ta' klassifikazzjoni potenzjali u mhux ġustifikata ta' kontropartijiet bħala inadempjenti fejn tali konċessjonijiet jistgħu jreġġgħu lura l-probabbiltà li dawk id-debituri jħallsu l-bqija tal-obbligi tad-dejn tagħhom. Meta tiżviluppa l-linji gwida fir-rigward tad-definizzjoni tal-inadempjenza ta' debitur jew ta' faċilità ta' kreditu, jenħtieġ li l-EBA tqis b'mod debitu l-ħtieġa li tingħata flessibbiltà adegwata lill-istituzzjonijiet.

    (25)

    Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009 żvelat li, f'xi każijiet, l-istituzzjonijiet użaw ukoll l-Approċċ IRB fuq portafolji mhux adatti għall-immudellar minħabba data mhux suffiċjenti, użu li kellu konsegwenzi detrimentali għall-affidabbiltà tar-riżultati. Għalhekk, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ma jiġux obbligati jużaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha tagħhom u li japplikaw ir-rekwiżit ta' tnedija fil-livell tal-klassijiet tal-iskoperturi. Huwa xieraq ukoll li jiġi ristrett l-użu tal-Approċċ IRB għall-klassijiet tal-iskoperturi fejn l-immudellar robust huwa aktar diffiċli sabiex jiżdiedu l-komparabbiltà u r-robustezza tar-rekwiżiti ta' fondi propji għar-riskju ta' kreditu skont l-Approċċ IRB.

    (26)

    L-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għal istituzzjonijiet oħrajn, għal entitajiet oħrajn tas-settur finanzjarju u għal korporattivi kbar tipikament juru livelli baxxi ta' inadempjenza. Għal portafolji b'inadempjenza baxxa bħal dawn, huwa diffiċli għall-istituzzjonijiet li jiksbu stimi affidabbli tat-telf fil-każ ta' inadempjenza (LGD), minħabba numru insuffiċjenti ta' inadempjenzi osservati f'dawk il-portafolji. Dik id-diffikultà rriżultat f'livell mhux mixtieq ta' dispersjoni fost l-istituzzjonijiet fil-livell ta' riskju stmat. Jenħtieġ għalhekk li l-istituzzjonijiet jużaw valuri regolatorji tal-LGD aktar milli stimi interni tal-LGD għal dawk il-portafolji b'inadempjenza baxxa.

    (27)

    L-istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni sabiex jistmaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu fir-rigward tal-iskoperturi ta' ekwità tipikament jibbażaw il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom fuq data disponibbli pubblikament, li għaliha l-istituzzjonijiet kollha jistgħu jiġu preżunti li għandhom aċċess identiku. F'dawn iċ-ċirkostanzi, id-differenzi fir-rekwiżiti ta' fondi proprji ma jistgħux jiġu ġġustifikati. Barra minn hekk, l-iskoperturi ta' ekwità miżmumin fil-portafoll mhux tan-negozjar jifformaw komponent żgħir ħafna tal-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet. Għalhekk, biex tiżdied il-komparabbiltà tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjonijiet u biex jiġi simplifikat il-qafas regolatorju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu fir-rigward tal-iskoperturi ta' ekwità bl-użu tal-SA-CR, u jenħtieġ li l-użu tal-Approċċ IRB ma jkunx permess għal dan il-għan.

    (28)

    Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-istimi tal-probabbiltà ta' inadempjenza, tal-LGD u tal-fatturi tal-konverżjoni ta' kreditu ta' skoperturi individwali ta' istituzzjonijiet li jitħallew jużaw mudelli interni sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi propji għar-riskju ta' kreditu ma jilħqux livelli baxxi mhux xierqa. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu introdotti valuri minimi għall-istimi proprji u li l-istituzzjonijiet jiġu obbligati jużaw l-ogħla waħda mill-istimi proprji tagħhom tal-parametri tar-riskju u l-valuri minimi għal dawk l-istimi proprji. Jenħtieġ li tali valuri minimi għall-parametri tar-riskju (“minimi tal-input”) jikkostitwixxu salvagwardja biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' fondi proprji ma jaqgħux taħt livelli prudenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li minimi tal-input bħal dawn jimmitigaw ir-riskju tal-mudell minħabba fatturi bħal speċifikazzjoni tal-mudell mhux korretta, żball fil-kejl u limitazzjonijiet tad-data. Il-minimi tal-input itejbu wkoll il-komparabbiltà tal-proporzjonijiet kapitali fl-istituzzjonijiet kollha. Sabiex jinkisbu dawk ir-riżultati, jenħtieġ li l-minimi tal-input jiġu kkalibrati b'mod konservattiv biżżejjed.

    (29)

    Il-minimi tal-input li huma kkalibrati b'mod konservattiv wisq jistgħu jiskoraġġixxu lill-istituzzjonijiet milli jadottaw l-Approċċ IRB u l-istandards assoċjati tal-ġestjoni tar-riskju. L-istituzzjonijiet jistgħu wkoll jingħataw inċentivi biex imexxu l-portafolji tagħhom għal skoperturi ta' riskju ogħla biex jevitaw ir-restrizzjonijiet imposti mill-minimi tal-input. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati bħal dawn, jenħtieġ li l-minimi tal-input jirriflettu b'mod xieraq ċerti karatteristiċi tar-riskju tal-iskoperturi sottostanti, b'mod partikolari billi jieħdu valuri differenti għal tipi differenti ta' skoperturi, fejn xieraq.

    (30)

    Skoperturi ta' self speċjalizzat għandhom karatteristiċi tar-riskju li jvarjaw minn dawk ta' skoperturi korporattivi ġenerali. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jitnaqqas il-minimu tal-input tal-LGD applikabbli għal skoperturi ta' self speċjalizzat. Jenħtieġ li kwalunkwe estensjoni tal-perjodu tranżitorju tkun sostanzjata u limitata għal massimu ta' erba' snin.

    (31)

    F'konformità mal-istandards tal-Basel III, jenħtieġ li l-Approċċ IRB għall-klassi tal-iskoperturi sovrani jibqa' fil-biċċa l-kbira mhux mimsus, minħabba n-natura speċjali ta’ u r-riskji relatati mad-debituri sottostanti. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-iskoperturi sovrani ma jkunux soġġetti għall-minimi tal-input.

    (32)

    Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-iskoperturi kollha għall-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku, jenħtieġ li jinħolqu żewġ klassijiet ġodda tal-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku, indipendentement kemm mill-klassijiet tal-iskoperturi sovrani kif ukoll dawk tal-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li t-trattament ta' skoperturi assimilati għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, li skont l-SA-CR jikkwalifikaw għal trattament bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, ma jiġix assenjat għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi ġodda skont l-Approċċ IRB u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal minimi tal-input. Barra minn hekk, jenħtieġ li minimi tal-input aktar baxxi speċifiċi skont l-Approċċ IRB jiġu kkalibrati għal skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, li mhumiex assimilati, sabiex jirriflettu b'mod xieraq il-profil tar-riskju tagħhom meta mqabbla mal-iskoperturi għal korporattivi.

    (33)

    Jenħtieġ li jiġi ċċarat kif l-effett ta' garanzija jenħtieġ li jiġi rikonoxxut għal skopertura garantita ttrattata skont l-Approċċ IRB bl-użu tal-istimi proprji tal-LGD meta l-garanti jappartjeni għal tip ta' skoperturi ttrattati skont l-Approċċ IRB iżda mingħajr ma jintużaw l-istimi proprji tal-LGD. B'mod partikolari, l-użu tal-approċċ ta' sostituzzjoni, li fih il-parametri tar-riskju relatati mal-iskopertura sottostanti jinbidlu b'dawk tal-garanti, jew ta' metodu li bih il-probabbiltà ta' inadempjenza jew l-LGD tad-debitur sottostanti jiġi aġġustat bl-użu ta' approċċ ta' mmudellar speċifiku biex jitqies l-effett tal-garanzija, jenħtieġ li ma jwassalx għal piż tar-riskju aġġustat li jkun anqas mill-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-garanti. Konsegwentement, meta l-garanti jiġi ttrattat skont l-SA-CR, jenħtieġ li r-rikonoxximent tal-garanzija skont l-Approċċ IRB ġeneralment iwassal għall-assenjazzjoni tal-piż tar-riskju tal-SA-CR tal-garanti għall-iskopertura garantita.

    (34)

    Il-qafas finalizzat ta' Basel III ma għadux jeħtieġ li istituzzjoni li adottat l-Approċċ IRB għal klassi tal-iskoperturi waħda tadotta dak l-approċċ għall-iskoperturi kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħha. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet li attwalment jittrattaw xi skoperturi skont l-Approċċ IRB u dawk li ma jagħmlux dan, jenħtieġ li arranġament tranżitorju jippermetti lill-istituzzjonijiet jerġgħu lura għal approċċi inqas sofistikati skont proċedura simplifikata. Jenħtieġ li dik il-proċedura tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jopponu talbiet għat-treġġigħ lura għal approċċ inqas sofistikat li jsiru bil-ħsieb ta' involviment f'arbitraġġ regolatorju. Għall-finijiet ta' dik il-proċedura, is-sempliċi fatt li t-treġġigħ lura għal approċċ inqas sofistikat jirriżulta fi tnaqqis tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ddeterminati għall-iskoperturi rispettivi jenħtieġ li ma jitqiesx biżżejjed biex jopponi talba għal raġunijiet ta' arbitraġġ regolatorju.

    (35)

    Fil-kuntest tat-tneħħija tal-varjabbiltà mhux ġustifikata fir-rekwiżiti ta' fondi proprji, jenħtieġ li r-regoli eżistenti dwar l-iskontar applikati għall-flussi ta' flus artifiċjali jiġu riveduti sabiex titneħħa kwalunkwe konsegwenza mhux intenzjonata. Jenħtieġ li l-EBA tingħata l-mandat li tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar ir-ritorn għal status mhux inadempjenti.

    (36)

    L-introduzzjoni tal-minimu tal-output jista' jkollha impatt sinifikanti fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni miżmuma mill-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni jew l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna. Għalkemm pożizzjonijiet bħal dawn ikunu ġeneralment żgħar meta mqabbla ma' skoperturi oħra, l-introduzzjoni tal-minimu tal-output tista' taffettwa l-vijabbiltà ekonomika tal-operazzjoni ta' titolizzazzjoni minħabba benefiċċju prudenzjali insuffiċjenti tat-trasferiment tar-riskju. Dan jista’ jseħħ meta l-iżvilupp tas-suq tat-titolizzazzjoni jkun parti mill-pjan ta' azzjoni dwar l-unjoni tas-swieq kapitali stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2020 intitolata “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta' azzjoni ġdid” (il-“pjan ta’ azzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali”) u wkoll fejn l-istituzzjonijiet oriġinaturi jista' jkollhom bżonn jużaw it-titolizzazzjoni b'mod aktar estensiv sabiex jimmaniġġaw b'mod aktar attiv il-portafolji tagħhom jekk jintrabtu bil-minimu tal-output. Matul perjodu tranżitorju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni jew l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna jkunu jistgħu japplikaw trattament favorevoli għall-fini tal-kalkolu tal-minimu tal-output tagħhom għall-pożizzjonijiet ta’ Titolizzazzjoni tagħhom li jkunu ponderati għar-riskju bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk l-Approċċi. Jenħtieġ li l-EBA tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li possibbilment jiġi rieżaminat it-trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, bil-ħsieb li tiżdied is-sensittività għar-riskju tat-trattament prudenzjali.

    (37)

    Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) emenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jimplimenta l-istandards ta' Basel III dwar ir-rieżami fundamentali tal-portafoll tan-negozjar iffinalizzat mill-BCBS fl-2019 (l-“istandards finali tal-FRTB”) għal finijiet ta' rapportar biss. L-introduzzjoni ta' rekwiżiti vinkolanti ta' fondi proprji bbażati fuq dawk l-istandards tħalliet għal proposta leġiżlattiva separata, wara l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq l-istituzzjonijiet fl-Unjoni.

    (38)

    Jenħtieġ li l-istandards finali tal-FRTB fir-rigward tal-limitu bejn il-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, peress li għandhom effett sinifikanti fuq il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. F'konformità mal-istandards ta' Basel III, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-limiti tinkludi l-listi ta' strumenti li għandhom jiġu assenjati lill-portafoll tan-negozjar jew lill-portafoll mhux tan-negozjar, kif ukoll id-deroga li tippermetti lill-istituzzjonijiet jassenjaw, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, ċerti strumenti normalment miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, inkluż l-ekwitajiet elenkati, lill-portafoll mhux tan-negozjar, fejn il-pożizzjonijiet f'dawk l-istrumenti ma jinżammux b'intenzjoni ta' negozjar jew ma jiħħeġġjawx pożizzjonijiet miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar.

    (39)

    Sabiex jiġi evitat piż operazzjonali sinifikanti għall-istituzzjonijiet fl-Unjoni, jenħtieġ li r-rekwiżiti kollha li jimplimentaw l-istandards finali tal-FRTB għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikollhom l-istess data ta' applikazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta' numru limitat ta' rekwiżiti tal-FRTB li diġà ġew introdotti bir-Regolament (UE) 2019/876 tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fis-27 ta' Frar 2023, l-EBA ħarġet opinjoni li jekk id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2019/876 ikunu daħlu fis-seħħ u l-qafas legali applikabbli jkun għadu ma jipprevedix l-applikazzjoni tal-approċċi ispirati mill-FRTB għall-finijiet tal-kalkolu tal-kapital, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 ma jipprijoritizzaw l-ebda azzjoni superviżorja jew ta' infurzar fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti, sakemm tinkiseb l-implimentazzjoni sħiħa tal-FRTB, li hija mistennija li tkun mill-1 ta' Jannar 2025.

    (40)

    Sabiex titlesta l-aġenda ta' riforma introdotta wara l-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009 u sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-qafas tar-riskju tas-suq attwali, jenħtieġ li fil-liġi tal-Unjoni jiġu implimentati rekwiżiti ta' fondi propji vinkolanti għar-riskju tas-suq abbażi tal-istandards finali tal-FRTB. Stimi reċenti tal-impatt tal-istandards finali tal-FRTB fuq l-istituzzjonijiet fl-Unjoni wrew li l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards fl-Unjoni ser twassal għal żieda kbira fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal ċerti attivitajiet ta' negozjar u ta' ġenerazzjoni tas-suq li huma importanti għall-ekonomija tal-Unjoni. Sabiex jittaffa dak l-impatt u jiġi ppreservat il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu introdotti aġġustamenti mmirati għall-implimentazzjoni tal-istandards finali tal-FRTB fil-liġi tal-Unjoni.

    (41)

    L-attivitajiet ta' negozjar tal-istituzzjonijiet fis-swieq tal-operaturi jistgħu jitwettqu faċilment bejn il-fruntieri, inkluż bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-istandards finali tal-FRTB jikkonverġu kemm jista' jkun fil-ġuriżdizzjonijiet kollha, kemm f'termini ta' sustanza kif ukoll f'termini ta' twaqqit. Inkella, ikun impossibbli li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi f'livell internazzjonali għal dawk l-attivitajiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istandards finali tal-FRTB f'ġuriżdizzjonijiet membri oħra tal-BCBS. Sabiex jiġu indirizzati, fejn meħtieġ, id-distorsjonijiet potenzjali fl-implimentazzjoni tal-istandards finali tal-FRTB, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Jenħtieġ li l-miżuri introdotti permezz ta' atti delegati jibqgħu temporanji. Fejn ikun xieraq li tali miżuri japplikaw fuq bażi permanenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (42)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għall-istituzzjonijiet b'negozju tal-portafoll tan-negozjar ta' daqs medju, u tikkalibra dawk ir-rekwiżiti kif xieraq. Għalhekk, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet b'b'negozju tal-portafoll tan-negozjar ta' daqs medju jitħallew jużaw approċċ standardizzat simplifikat biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, f'konformità mal-istandards miftehmin internazzjonalment. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kriterji ta' eliġibbiltà għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet b'negozju tal-portafoll tan-negozjar ta' daqs medju jibqgħu konsistenti mal-kriterji għall-eżenzjoni ta' tali istituzzjonijiet mir-rekwiżiti ta' rapportar tal-FRTB introdotti bir-Regolament (UE) 2019/876.

    (43)

    Fid-dawl tad-disinn aġġornat tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-Unjoni, l-istabbiltà tiegħu f'dawn l-aħħar snin u l-volatilità limitata tal-prezzijiet għall-krediti tal-karbonju, jenħtieġ li jiġi introdott piż tar-riskju speċifiku għall-iskoperturi għan-negozjar tal-karbonju skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) skont l-approċċ standardizzat alternattiv.

    (44)

    Skont l-approċċ standardizzat alternattiv, l-iskoperturi għal strumenti li jġorru riskji residwi huma soġġetti għal imposta supplimentari għar-riskju residwu biex jitqiesu r-riskji li mhumiex koperti mill-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet. Skont l-istandards ta' Basel III, strument u l-ħeġġ tiegħu jistgħu jiġu nnettjati għall-finijiet ta' dik l-imposta biss jekk jitpaċew perfettament. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jiħħeġġjaw fis-suq, fil-biċċa l-kbira, ir-riskju residwu ta' xi wħud mill-istrumenti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-imposta supplimentari għar-riskju residwu u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ġenerali tal-portafolji tagħhom, anki jekk dawk il-ħeġġijiet jistgħu ma jpaċux perfettament ir-riskju tal-pożizzjoni inizjali. Sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jkomplu l-iħħeġġjar mingħajr diżinċentivi bla bżonn u b'rikonoxximent tar-raġunament ekonomiku tat-tnaqqis tar-riskju ġenerali, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-imposta supplimentari għar-riskju residwu tippermetti fuq bażi temporanja, taħt kundizzjonijiet stretti u approvazzjoni superviżorja, li l-ħeġġijiet ta' dawk l-istrumenti li jistgħu jiġu ħħeġġjati fis-suq jiġu esklużi mill-imposta supplimentari għar-riskju residwu.

    (45)

    Il-BCBS irreveda l-istandard internazzjonali dwar ir-riskju operazzjonali biex jindirizza d-dgħufijiet li feġġew mal-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009. Minbarra nuqqas ta' sensittività għar-riskju fl-approċċi standardizzati, ġie identifikat nuqqas ta' komparabbiltà li jirriżulta minn firxa wiesgħa ta' prattiki ta' mmudellar intern skont l-approċċ ta' kejl avvanzat. Għalhekk, u sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas tar-riskju operazzjonali, l-approċċi eżistenti kollha għall-istima tar-rekwiżiti ta' fondi propji għar-riskju operazzjonali inbidlu b'metodu wieħed mhux ibbażat fuq mudell, jiġifieri l-approċċ standardizzat il-ġdid għar-riskju operazzjonali. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi allinjat mal-qafas finalizzat ta' Basel III biex jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni iżda li joperaw ukoll barra mill-Unjoni, u biex jiġi żgurat li l-qafas tar-riskju operazzjonali fil-livell tal-Unjoni jibqa' effettiv.

    (46)

    L-approċċ standardizzat il-ġdid għar-riskju operazzjonali introdott mill-BCBS jikkombina indikatur li jiddependi fuq id-daqs tan-negozju ta' istituzzjoni ma' indikatur li jqis l-istorja tat-telf ta' din l-istituzzjoni. Il-qafas finalizzat ta' Basel III jipprevedi grad ta' diskrezzjoni dwar kif l-indikatur li jqis l-istorja tat-telf ta' istituzzjoni jista' jiġi implimentat. Il-ġuriżdizzjonijiet jistgħu jinjoraw it-telf storiku għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali għall-istituzzjonijiet rilevanti kollha, jew iqisu d-data storika tat-telf anki għal istituzzjonijiet taħt ċertu daqs tan-negozju. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni u sabiex jiġi ssimplifikat il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali, jenħtieġ li dik id-diskrezzjoni tiġi eżerċitata b'mod armonizzat għar-rekwiżiti minimi ta' fondi proprji billi tiġi injorata d-data storika operazzjonali tat-telf għall-istituzzjonijiet kollha.

    (47)

    Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali, il-poloz tal-assigurazzjoni jistgħu fil-futur jitħallew jintużaw bħala teknika effettiva ta' mitigazzjoni tar-riskju. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-EBA tirrapporta lill-Kummissjoni dwar jekk huwiex xieraq li l-poloz tal-assigurazzjoni jiġu rikonoxxuti bħala teknika effettiva ta' mitigazzjoni tar-riskju u dwar il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-formula standard li għandhom jintużaw f'każijiet bħal dawn.

    (48)

    Il-pass straordinarju u bla preċedent tal-issikkar tal-politika monetarja wara l-pandemija tal-COVID-19 jista' jwassal għal livelli sinifikanti ta' volatilità fis-swieq finanzjarji. Flimkien ma' żieda fl-inċertezza li twassal għal żieda fir-rendimenti għad-dejn pubbliku, dan jista', min-naħa tiegħu, iwassal għal telf mhux realizzat għal holdings ta' dejn pubbliku ta' ċerti istituzzjonijiet. Sabiex jittaffa l-impatt negattiv konsiderevoli tal-volatilità fis-swieq tad-dejn tal-gvernijiet ċentrali fuq il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u b'hekk fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jsellfu, jenħtieġ li jiġi introdott mill-ġdid filtru prudenzjali temporanju li jinnewtralizza parzjalment dak l-impatt.

    (49)

    Il-finanzjament pubbliku permezz tal-ħruġ ta' bonds tal-gvern denominati fil-munita domestika ta' Stat Membru ieħor jista' jkompli jkun meħtieġ biex jappoġġa miżuri pubbliċi biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tax-xokk ekonomiku qawwi u doppju kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet fuq istituzzjonijiet li jinvestu f'tali bonds, huwa xieraq li jiġi introdott mill-ġdid l-arranġament tranżitorju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali meta dawk l-iskoperturi jkunu denominati fil-munita domestika ta' Stat Membru ieħor għall-finijiet tat-trattament ta' tali skoperturi skont il-qafas tar-riskju ta' kreditu.

    (50)

    Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) introduċa rekwiżit għal kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (NPEs), l-hekk imsejħa garanzija ta' kontinġenza prudenzjali. Il-miżura kellha l-għan li tevita l-bini mill-ġdid ta' skoperturi improduttivi miżmuma mill-istituzzjonijiet, filwaqt li, fl-istess ħin, tippromwovi l-ġestjoni proattiva tal-NPEs billi ttejjeb l-effiċjenza tal-proċedimenti ta' ristrutturar jew infurzar tal-istituzzjonijiet. F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu applikati xi bidliet immirati għall-NPEs garantiti minn aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni jew garanti pubbliċi. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċerti istituzzjonijiet li jissodisfaw kundizzjonijiet stretti u li huma speċjalizzati fl-akkwist tal-NPEs jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali.

    (51)

    Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-ammont u l-kwalità tal-iskoperturi produttivi, improduttivi u mrażżna, kif ukoll analiżi tal-maturazzjoni tal-kontabilizzazzjoni tal-iskoperturi skaduti jiġu ddivulgati wkoll minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi elenkati u minn istituzzjonijiet oħrajn. Dak l-obbligu ta' divulgazzjoni ma joħloqx piż addizzjonali fuq dawk l-istituzzjonijiet, peress li d-divulgazzjoni ta' tali sett limitat ta' informazzjoni diġà ġiet implimentata mill-EBA abbażi tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill tal-2017 biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa, li stieden lill-EBA ttejjeb ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni dwar il-kwalità tal-assi u s-self improduttiv għall-istituzzjonijiet kollha. Dak l-obbligu ta' divulgazzjoni huwa wkoll għalkollox konsistenti mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2020 intitolata “L-indirizzar ta' self improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19”.

    (52)

    Huwa neċessarju li jitnaqqas il-piż regolatorju għal skopijiet ta' divulgazzjoni u li tittejjeb il-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-EBA tistabbilixxi pjattaforma ċentralizzata bbażata fuq il-web li tippermetti d-divulgazzjoni tal-informazzjoni u d-data ppreżentati mill-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li dik il-pjattaforma ċentralizzata fuq il-web isservi bħala punt uniku ta' aċċess għad-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, filwaqt li jenħtieġ li s-sjieda tal-informazzjoni u tad-data u r-responsabbiltà għall-akkuratezza tagħhom jibqgħu f'idejn l-istituzzjonijiet li jipproduċuhom. Jenħtieġ li ċ-ċentralizzazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni divulgata tkun għalkollox konformi mal-pjan ta' azzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik il-pjattaforma ċentralizzata fuq il-web tkun interoperabbli mal-punt ta' aċċess uniku Ewropew.

    (53)

    Sabiex tippermetti integrazzjoni akbar tar-rapportar superviżorju u tad-divulgazzjonijiet, jenħtieġ li l-EBA tippubblika d-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet b'mod ċentralizzat, filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-istituzzjonijiet kollha li jippubblikaw id-data u l-informazzjoni huma stess. Jenħtieġ li tali divulgazzjonijiet ċentralizzati jippermettu lill-EBA tippubblika d-divulgazzjonijiet ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, abbażi tal-informazzjoni rrapportata minn dawk l-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u, għalhekk, jenħtieġ li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv li għalih huma soġġetti l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Fl-istess ħin, jenħtieġ li ċ-ċentralizzazzjoni tad-divulgazzjonijiet ma jkollha l-ebda impatt fuq l-ispejjeż għal istituzzjonijiet oħrajn, u żżid it-trasparenza u tnaqqas l-ispiża tal-aċċess għall-informazzjoni prudenzjali għall-parteċipanti fis-suq. Jenħtieġ li tali trasparenza miżjuda tiffaċilita l-komparabbiltà tad-data fost l-istituzzjonijiet u tippromwovi d-dixxiplina fis-suq.

    (54)

    Il-kisba tal-ambizzjonijiet ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 u l-kontribut għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti jirrikjedu li ammonti kbar ta' investimenti mis-settur privat jiġu diretti lejn investimenti sostenibbli fl-Unjoni. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrifletti l-importanza tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) u fehim sħiħ tar-riskji tal-iskoperturi għal attivitajiet li huma marbuta mas-sostenibbiltà ġenerali jew mal-objettivi ESG. Sabiex jiġu żgurati l-konverġenza madwar l-Unjoni u fehim uniformi tal-fatturi ESG, jenħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ġenerali. Il-fatturi ESG jistgħu jkollhom impatt pożittiv jew negattiv fuq il-prestazzjoni finanzjarja jew is-solvenza ta' entità, kemm jekk sovrana jew inkella individwali. Eżempji komuni ta' fatturi ESG jinkludu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, il-bijodiversità u l-użu u l-konsum tal-ilma fil-qasam tal-ambjent; id-drittijiet tal-bniedem, u kunsiderazzjonijiet tax-xogħol u tal-forza tax-xogħol fil-qasam soċjali; u d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-membri għolja tal-persunal u r-remunerazzjoni fil-qasam tal-governanza. Jenħtieġ li l-assi jew l-attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali jiġu definiti b'referenza għall-ambizzjoni tal-Unjoni li ssir newtrali għall-klima sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869, u l-għanijiet ta' sostenibbiltà rilevanti tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kriterji tekniċi ta' skrinjar fir-rigward tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” adottat f'konformità mar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif ukoll atti legali speċifiċi tal-Unjoni biex jiġi evitat it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità jintużaw biex jiġu identifikati assi jew skoperturi għall-fini tal-valutazzjoni ta' trattamenti prudenzjali dedikati u differenzjali tar-riskju.

    (55)

    L-iskoperturi għar-riskji ESG mhumiex neċessarjament proporzjonali għad-daqs u l-kumplessità ta' istituzzjoni. Il-livelli ta' skoperturi għar-riskji ESG madwar l-Unjoni huma wkoll pjuttost eteroġeni, b'xi Stati Membri juru impatt tranżitorju ħafif potenzjali u oħrajn juru impatt tranżitorju għoli potenzjali fuq l-iskoperturi relatati ma' attivitajiet li għandhom impatt negattiv sinifikanti, b'mod partikolari fuq l-ambjent. Ir-rekwiżiti ta' trasparenza li l-istituzzjonijiet huma soġġetti għalihom u r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fir-rigward tas-sostenibbiltà stabbiliti f'atti legali eżistenti oħra tal-Unjoni ser jipprovdu data aktar granulari fi ftit snin. Madankollu, sabiex jiġu vvalutati kif xieraq ir-riskji ESG li l-istituzzjonijiet jistgħu jiffaċċaw, huwa imperattiv li s-swieq u l-awtoritajiet kompetenti jiksbu data adegwata mill-entitajiet kollha esposti għal dawk ir-riskji. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu f'pożizzjoni li jidentifikaw u jiżguraw b'mod sistematiku trasparenza adegwata fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom għal attivitajiet li jitqiesu li jagħmlu ħsara sinifikanti lil wieħed mill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2020/852. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom data li tkun granulari, komprensiva u komparabbli għal finijiet ta' superviżjoni effettiva, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-iskoperturi għar-riskji ESG tiġi inkluża fir-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet. Sabiex tiġi garantita trasparenza komprensiva għas-swieq, jenħtieġ li d-divulgazzjonijiet tar-riskji ESG jiġu estiżi wkoll għall-istituzzjonijiet kollha. Jenħtieġ li l-granularità ta' dik l-informazzjoni tkun konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni konċernata u tal-materjalità tal-iskoperturi tagħha għar-riskji ESG. Meta tirrevedi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni tar-riskji ESG, jenħtieġ li l-EBA tivvaluta l-mezzi biex ittejjeb id-divulgazzjonijiet tar-riskji ESG tal-aggregazzjonijiet ta' kopertura ta' bonds koperti u tikkunsidra jekk l-informazzjoni dwar l-iskoperturi rilevanti tal-aggregazzjonijiet ta' self sottostanti għal bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet, kemm direttament kif ukoll permezz tat-trasferiment ta' self lil entità bi skop speċjali, jenħtieġx li jew tiġi inkluża fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni riveduti jew inkella fil-qafas regolatorju u ta' divulgazzjoni għall-bonds koperti.

    (56)

    Hekk kif it-tranżizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni lejn mudell ekonomiku sostenibbli żżid il-momentum, ir-riskji għas-sostenibbiltà jsiru aktar prominenti u potenzjalment jeħtieġu aktar kunsiderazzjoni. Jenħtieġ li valutazzjoni xierqa tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' data ESG affidabbli u konsistenti tifforma l-bażi għall-istabbiliment ta' rabta sħiħa bejn il-motivaturi tar-riskju ESG u l-kategoriji tradizzjonali ta' riskji finanzjarji u settijiet ta' skoperturi. Jenħtieġ li l-ESMA tikkontribwixxi wkoll għal dak il-ġbir ta' evidenza billi tirrapporta dwar jekk ir-riskji ESG humiex riflessi b'mod xieraq fil-klassifikazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu tal-kontropartijiet jew fl-iskoperturi li l-istituzzjonijiet jista' jkollhom. F'kuntest ta' żviluppi rapidi u kontinwi madwar l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-riskji ESG kemm mill-istituzzjonijiet kif ukoll mis-superviżuri, huwa meħtieġ ukoll li titressaq 'il quddiem għad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament parti mill-mandat tal-EBA biex jiġi vvalutat u rrapportat dwar jekk ikunx ġustifikat trattament prudenzjali dedikat ta' skoperturi relatati ma' assi jew attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali jew soċjali. Il-mandat eżistenti tal-EBA jenħtieġ li jinqasam f'sensiela ta' rapporti minħabba t-tul u l-kumplessità tal-ħidma ta' valutazzjoni li għandha titwettaq. Għalhekk, jenħtieġ li jitħejjew żewġ rapporti suċċessivi u annwali tal-EBA sa tmiem l-2024 u l-2025, rispettivament. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità karbonika sal-2050, ma tista' sseħħ l-ebda esplorazzjoni u espansjoni ġdida tal-fjuwils fossili. Dak ifisser li l-iskoperturi għall-fjuwils fossili huma suxxettibbli li jirrappreżentaw riskju ogħla kemm fil-livell mikro, peress li l-valur ta' tali assi huwa mistenni li jonqos maż-żmien, kif ukoll fil-livell makro, peress li l-finanzjament tal-attivitajiet tal-fjuwils fossili jipperikola l-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1.5 C il fuq mil-livelli preindustrijali u għalhekk jhedded l-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-suq jibbenefikaw minn trasparenza akbar mill-istituzzjonijiet dwar l-iskoperturi tagħhom lejn entitajiet tas-settur tal-fjuwils fossili, inkluż l-attività tagħhom fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

    (57)

    Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe aġġustament għall-iskoperturi għall-infrastruttura ma jimminax l-ambizzjonijiet klimatiċi tal-Unjoni, skoperturi ġodda jiksbu l-iskont tal-piż tar-riskju biss meta l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jikkontribwixxu b'mod pożittiv għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/852 u ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi l-oħra stabbiliti f'dak ir-Regolament, jew l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti f'dak ir-Regolament.

    (58)

    Huwa essenzjali għas-superviżuri li jkollhom is-setgħat neċessarji biex jivvalutaw u jikkalkolaw b'mod komprensiv ir-riskji li għalihom grupp bankarju jkun skopert f'livell konsolidat u li jkollhom il-flessibbiltà li jadattaw l-approċċi superviżorji tagħhom għal sorsi ġodda ta' riskju. Huwa importanti li jiġu evitati lakuni bejn il-konsolidazzjoni prudenzjali u kontabilistika li jistgħu jwasslu għal tranżazzjonijiet li għandhom l-għan li joħorġu assi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali, anki jekk jibqgħu riskji fil-grupp bankarju. In-nuqqas ta' koerenza fid-definizzjonijiet ta' “impriża prinċipali”, “sussidjarja” u “kontroll”, u n-nuqqas ta' ċarezza fid-definizzjoni ta' “impriża ta' servizzi anċillari”, “kumpanija azzjonarja finanzjarja” u ta' “istituzzjoni finanzjarja” jagħmluha aktar diffiċli għas-superviżuri biex japplikaw ir-regoli applikabbli b'mod konsistenti fl-Unjoni u biex jidentifikaw u jindirizzaw kif xieraq ir-riskji f'livell konsolidat. Għalhekk, jenħtieġ li dawn id-definizzjonijiet jiġu emendati u ċċarati aktar. Barra minn hekk, huwa meqjus xieraq li l-EBA tinvestiga aktar jekk dawk is-setgħat tas-superviżuri jistgħux ikunu limitati b'mod mhux intenzjonat minn xi diskrepanza jew lakuna li jifdal fid-dispożizzjonijiet regolatorji jew fl-interazzjoni tagħhom mal-qafas kontabilistiku applikabbli.

    (59)

    Is-swieq fil-kriptoassi kibru b'mod rapidu f'dawn l-aħħar snin. Sabiex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali għall-istituzzjonijiet ikkawżati mill-iskoperturi tagħhom għall-kriptoassi li mhumiex koperti biżżejjed mill-qafas prudenzjali eżistenti, f'Diċembru 2022 il-BCBS ippubblika standard komprensiv għat-trattament prudenzjali tal-iskoperturi għall-kriptoassi. Id-data rakkomandata tal-applikazzjoni ta' dak l-istandard hija l-1 ta' Jannar 2025, iżda xi elementi tekniċi tal-istandard kienu qed jiġu żviluppati aktar fil-livell tal-BCBS matul l-2023 u l-2024. Fid-dawl tal-iżviluppi li għaddejjin fis-swieq fil-kriptoassi u filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-istandards ta' Basel dwar l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għall-kriptoassi fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva sat-30 ta' Ġunju 2025 biex timplimenta dak l-istandard, u jenħtieġ li tispeċifika t-trattament prudenzjali applikabbli għal dawk l-iskoperturi matul il-perjodu tranżitorju sal-implimentazzjoni ta’ dak l-istandard. It-trattament prudenzjali tranżizzjonali jenħtieġ li jqis il-qafas legali introdott bir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għall-emittenti tal-kriptoassi u jispeċifika trattament prudenzjali ta' dawk il-kriptoassi. Għalhekk, matul il-perjodu tranżitorju, jenħtieġ li l-assi tradizzjonali tokenizzati, inkluż tokens tal-flus elettroniċi, jiġu rikonoxxuti bħala li jinvolvu riskji simili għall-assi tradizzjonali u għall-kriptoassi konformi ma' dak ir-Regolament u jenħtieġ li r-referenzjar ta' assi tradizzjonali għajr munita ta' kors legali waħda jibbenefika minn trattament prudenzjali konsistenti mar-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament. L-iskoperturi għal kriptoassi oħra, inkluż derivattivi tokenizzati fuq kriptoassi differenti minn dawk li jikkwalifikaw għat-trattament kapitali aktar favorevoli, jenħtieġ li jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 1 250 %.

    (60)

    In-nuqqas ta' ċarezza ta' ċerti aspetti tal-qafas tal-minimi tat-telf għal tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, żviluppat mill-BCBS bħala parti mill-qafas finalizzat ta' Basel III, kif ukoll riżervi dwar il-ġustifikazzjoni ekonomika tal-applikazzjoni tiegħu għal ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, qajmu l-kwistjoni dwar jekk l-objettivi prudenzjali ta' dak il-qafas jistgħux jintlaħqu mingħajr ma jinħolqu konsegwenzi mhux mixtieqa. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-qafas tal-minimi tat-telf għal tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli fil-liġi tal-Unjoni. Sabiex tipprovdi lill-Kummissjoni b'evidenza suffiċjenti, jenħtieġ li l-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt ta' dak il-qafas, u dwar l-aktar approċċ xieraq għall-implimentazzjoni tiegħu fil-liġi tal-Unjoni.

    (61)

    Skont il-qafas finalizzat ta' Basel III, in-natura b'terminu qasir ħafna tat-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli tista' ma tkunx riflessa sew fl-SA-CR, li jwassal biex rekwiżiti ta' fondi proprji kkalkulati skont dak l-approċċ jistgħu jkunu eċċessivament ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji kkalkulati skont l-Approċċ IRB. B'riżultat ta' dan, u anki minħabba l-introduzzjoni tal-minimu tal-output, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kkalkulati għal dawk l-iskoperturi jistgħu jiżdiedu b'mod sinifikanti, u jaffettwaw il-likwidità tas-swieq tad-dejn u tat-titoli, inkluż is-swieq tad-dejn sovran. Għalhekk, jenħtieġ li l-EBA tirrapporta dwar l-adegwatezza u l-impatt tal-istandards tar-riskju ta' kreditu għal tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, u speċifikament jekk aġġustament tal-SA-CR għal dawk l-iskoperturi jkunx iġġustifikat biex jirrifletti n-natura tagħhom b'terminu qasir.

    (62)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-istandards riveduti ta' Basel III dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (CVA), ippubblikati mill-BCBS f'Lulju 2020, peress li dawk l-istandards b'mod ġenerali jtejbu l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi jindirizzaw diversi kwistjonijiet osservati qabel, b'mod partikolari li l-qafas eżistenti tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' CVA jonqos milli jkopri b'mod xieraq ir-riskju ta' CVA.

    (63)

    Meta ġew implimentati l-istandards inizjali ta' Basel III dwar it-trattament tar-riskju ta' CVA fil-liġi tal-Unjoni, ċerti tranżazzjonijiet ġew eżentati mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA. Dawk l-eżenzjonijiet ġew miftiehma sabiex tiġi evitata żieda potenzjalment eċċessiva fil-kost ta' xi tranżazzjonijiet ta' derivattivi skattati mill-introduzzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, b'mod partikolari meta l-istituzzjonijiet ma setgħux jimmitigaw ir-riskju ta' CVA ta' ċerti klijenti li ma setgħux jiskambjaw kollateral. Skont l-impatt stmat ikkalkulat mill-EBA, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA skont l-istandards riveduti ta' Basel III jibqgħu għoljin wisq għal tranżazzjonijiet eżentati ma' dawk il-klijenti. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-klijenti jkomplu jiħħeġġjaw ir-riskji finanzjarji tagħhom permezz ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet jinżammu meta jiġu implimentati l-istandards riveduti ta' Basel III.

    (64)

    Madankollu, ir-riskju attwali ta' CVA tat-tranżazzjonijiet eżentati jista' jkun sors ta' riskju sinifikanti għall-istituzzjonijiet li japplikaw dawk l-eżenzjonijiet. Jekk dawk ir-riskji jimmaterjalizzaw, l-istituzzjonijiet ikkonċernati jistgħu jġarrbu telf sinifikanti. Kif enfasizzat l-EBA fir-rapport tagħha dwar is-CVA tal-25 ta' Frar 2015, ir-riskju ta' CVA tat-tranżazzjonijiet eżentati jqajjem tħassib prudenzjali li mhuwiex indirizzat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Sabiex jgħinu lis-superviżuri jimmonitorjaw ir-riskju ta' CVA li jinħoloq mit-tranżazzjonijiet eżentati, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrapportaw il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi propji għar-riskju ta' CVA tat-tranżazzjonijiet eżentati li jkunu meħtieġa jekk dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux eżentati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa linji gwida li jgħinu lis-superviżuri jidentifikaw riskju eċċessiv ta' CVA u jtejbu l-armonizzazzjoni tal-azzjonijiet superviżorji f'dak il-qasam madwar l-Unjoni.

    (65)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA fir-rigward tal-indikaturi għad-determinazzjoni taċ-ċirkostanzi straordinarji għal aġġustamenti fil-valur addizzjonali; il-metodu biex jiġi speċifikat il-motivatur ewlieni tar-riskju għal pożizzjoni u jekk hijiex pożizzjoni twila jew qasira; il-proċess għall-kalkolu u l-monitoraġġ ta' pożizzjonijiet qosra netti ta' kreditu jew qosra netti ta' ekwità fil-portafoll mhux tan-negozjar; it-trattament tal-ħeġġijiet tar-riskju tal-kambju tal-proporzjonijiet kapitali; il-kriterji li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet biex jassenjaw elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ; il-kriterji għal finanzjament ta' proġetti ta’ kwalità għolja u għal skoperturi ta’ finanzjament ta’ oġġetti fil-kuntest ta' self speċjalizzat li għalih ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli; it-tipi ta' fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju; it-terminu “mekkaniżmu legali ekwivalenti fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-proprjetà li tkun għadha qed tinbena titlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli”; il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni eżistenti; il-metodoloġija ta' valutazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti għall-użu tal-Approċċ IRB; il-kategorizzazzjoni tal-finanzjament tal-proġetti, il-finanzjament ta' oġġetti u l-finanzjament tal-komoditajiet; speċifikazzjoni ulterjuri tal-klassijiet tal-iskoperturi skont l-Approċċ IRB; il-fatturi għal self speċjalizzat; il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju għal riskji ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija; il-valutazzjoni tal-integrità tal-proċess ta' assenjazzjoni; il-metodoloġija ta' istituzzjoni għall-istima tal-probabbiltà ta' inadempjenza; il-proprjetà komparabbli; id-delta superviżorja tal-opzjonijiet ta' xiri u ta' put; il-komponenti tal-indikatur tan-negozju; l-aġġustament tal-indikatur tan-negozju; id-definizzjoni ta' piż bla bżonn fil-kuntest tal-kalkolu tat-telf annwali mir-riskji operazzjonali; it-tassonomija tar-riskju tar-riskju operazzjonali; il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-komputazzjoni tat-telf annwali mir-riskji operazzjonali; l-aġġustamenti għad-data dwar it-telf; il-ġestjoni tar-riskju operazzjonali; il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet; il-metodoloġija ta' valutazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti għall-approċċ standardizzat alternattiv; il-portafolli tan-negozjar tal-impriża ta' investiment kollettiv; il-kriterji għad-deroga supplimentari għar-riskju residwu; il-kundizzjonijiet u l-indikaturi użati biex jiġi ddeterminat jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji; il-kriterji għall-użu tal-inputs tad-data fil-mudell tal-kejl tar-riskju; il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju; il-kundizzjonijiet u l-kriterji li skonthom istituzzjoni tista' titħalla ma tgħoddx qbiż fil-valur; il-kriterji li jispeċifikaw jekk il-bidliet teoretiċi fil-valur ta' portafoll tal-post tan-negozjar humiex qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetiċi; il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskju ta' CVA li jirriżulta minn tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli b'valur ġust; il-firxiet ta' approssimazzjoni indiretta; il-valutazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-approċċ standardizzat għar-riskju ta' CVA; u l-elementi tekniċi meħtieġa biex l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom fir-rigward ta' ċerti kriptoassi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    (66)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-EBA fir-rigward tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta għall-Approċċ IRB ippreżentat mill-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE; l-entrati tal-indikatur tan-negozju billi dawk l-entrati jiġu mmappjati maċ-ċelloli ta' rapportar ikkonċernati; formati ta' divulgazzjoni uniformi, l-istruzzjonijiet assoċjati, l-informazzjoni dwar il-politika tas-sottomissjoni mill-ġdid u s-soluzzjonijiet tal-IT għad-divulgazzjonijiet; u divulgazzjonijiet ESG. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    (67)

    Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet fl-Unjoni kollha, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

    (68)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fil-punt (1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, it-Taqsima A, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża ta' investiment kollettiv, impriża tal-assigurazzjoni, jew ditta tal-investiment li għaliha l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu tiġi eżentata f'konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2013/36/UE:

    (i)

    il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriża stabbilita fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjarji tagħha stabbiliti f'pajjiż terz, ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;

    (ii)

    il-valur totali tal-assi tal-impriża stabbilita fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjarji tagħha stabbiliti f'pajjiż terz, ikun inqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha f'dak il-grupp li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjarji tagħhom stabbiliti f'pajjiż terz, li individwalment ikollhom assi totali ta' inqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, it-Taqsima A, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2014/65/UE jkun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;

    (iii)

    il-valur totali tal-assi tal-impriża stabbilita fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjajri tagħha stabbiliti f'pajjiż terz, ikun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, it-Taqsima A, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2014/65/UE, ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni f'konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta' ċirkomvenzjoni jew riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

    (*1)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;"

    (ii)

    jitħassar il-punt (12);

    (iii)

    il-punti (15) u (16) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “(15)

    ‘impriża prinċipali’ tfisser impriża li tikkontrolla, fis-sens tal-punt (37), impriża waħda jew aktar;

    (16)

    ‘sussidjarja’ tfisser impriża li hija kkontrollata, fis-sens tal-punt (37), minn impriża oħra; sussidjarji ta' sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom;”

    ;

    (iv)

    il-punt (18) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(18)

    ‘impriża ta' servizzi anċillari’ tfisser impriża li l-attività prinċipali tagħha, kemm jekk ipprovduta lil impriżi fil-grupp kif ukoll lil klijenti barra mill-grupp, tikkonsisti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    estensjoni diretta ta' operazzjoni bankarja;

    (b)

    kiri operattiv, is-sjieda jew l-amministrazzjoni ta' proprjetà, il-forniment ta' servizzi ta' pproċessar ta' data jew xi attività oħra sa fejn dawk l-attivitajiet huma anċillari għall-attività bankarja;

    (c)

    kull attività oħra meqjusa simili mill-EBA għal dawk imsemmija fil-punti (a) u (b);”

    ;

    (v)

    il-punt (20) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(20)

    ‘kumpanija azzjonarja finanzjarja’ tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    tkun istituzzjoni finanzjarja;

    (b)

    ma tkunx kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;

    (c)

    ikollha tal-anqas sussidjarja waħda li tkun istituzzjoni;

    (d)

    aktar minn 50 % ta' kwalunkwe wieħed mill-indikaturi li ġejjin ikunu assoċjati, fuq bażi kostanti, ma' sussidjarji li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, u b'attivitajiet imwettqin mill-impriża nnifisha li ma humiex relatati mal-akkwiżizzjoni jew mas-sjieda ta' holdings f'sussidjarji meta dawn l-attivitajiet ikunu tal-istess natura bħal dawk imwettqin minn istituzzjonijiet jew minn istituzzjonijiet finanzjarji:

    (i)

    l-ekwità tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;

    (ii)

    l-assi tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;

    (iii)

    id-dħul tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;

    (iv)

    il-persunal tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;

    (v)

    indikaturi oħra meqjusin rilevanti mill-awtorità kompetenti.

    L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li entità ma tikkwalifikax bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja anke jekk wieħed mill-indikaturi msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punti (i) sa (iii) jiġi ssodisfat, meta l-awtorità kompetenti tqis li l-indikatur rilevanti ma jagħtix stampa ġusta u vera tal-attivitajiet u r-riskji ewlenin tal-grupp. Qabel ma tieħu tali deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-EBA u tipprovdi ġustifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva sostanzjata u dettaljata. L-awtorità kompetenti għandha tqis b'mod dovut l-opinjoni tal-EBA u, meta tiddeċiedi li tiddevja minnha, għandha fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta tirċievi l-opinjoni tal-EBA, tipprovdi lill-EBA r-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti;”

    ;

    (vi)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(20a)

    ‘kumpanija azzjonarja ta' investiment’ tfisser kumpanija azzjonarja ta' investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2019/2033;”

    (vii)

    il-punt (26) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(26)

    ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża li tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ma tkunx istituzzjoni, kumpanija holding industrijali pura, entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2009/138/KE jew kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definita fl-Artikolu 212(1), il-punt (g), ta' dik id-Direttiva, ħlief meta kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni b'attività mħallta jkollha istituzzjoni sussidjarja;

    (b)

    tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-attività prinċipali tal-impriża hija li takkwista jew li tkun is-sid ta' holdings jew li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, il-punti 2 sa 12 u l-punti 15, 16 u 17, tad-Direttiva 2013/36/UE, jew li ssegwi wieħed jew aktar mis-servizzi jew mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, it-Taqsima A jew B, tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C, tad-Direttiva 2014/65/UE;

    (ii)

    l-impriża tkun ditta ta' investiment, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, kumpanija azzjonarja ta' investiment, fornitur ta' servizzi ta' pagament kif ikkategorizzat skont l-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża ta' servizzi anċillari;

    (*2)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).”;"

    (viii)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(26a)

    ‘kumpanija holding industrijali pura’ tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-attività prinċipali tagħha hija li takkwista jew tkun is-sid ta' holdings;

    (b)

    ma tkunx imsemmija fil-punt (27)(a), jew fil-punt (27)(d) sa (l), ta' dan il-paragrafu u ma tkunx ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, jew fornitur ta' servizzi ta' pagament kif ikkategorizzat skont l-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

    (c)

    ma jkollha l-ebda parteċipazzjoni f'entità tas-settur finanzjarju;”

    ;

    (ix)

    fil-punt (27) jitħassar il-punt (c);

    (x)

    il-punt (28) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(28)

    ‘istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja, jew li jkollha parteċipazzjoni f'istituzzjoni jew f'istituzzjoni finanzjarja, u li ma tkunx hija nnifisha sussidjarja ta' istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;”

    ;

    (xi)

    il-punt (35) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(35)

    ‘parteċipazzjoni’ tfisser interess ta' parteċipazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta' 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' impriża;

    (*3)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).”;"

    (xii)

    il-punt (37) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(37)

    ‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif definita fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, jew l-istandards ta' kontabbiltà li istituzzjoni hija soġġetta għalihom skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

    (*4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).”;"

    (xiii)

    il-punt (52) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(52)

    ‘riskju operazzjonali’ tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn proċessi interni, minn persuni u minn sistemi inadegwati jew li ma jirnexxux jew minn avvenimenti esterni, inkluż, iżda mhux limitat għal, riskju legali, riskju tal-mudell jew riskju tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), iżda eskluż riskju strateġiku u reputazzjonali;”

    ;

    (xiv)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(52a)

    ‘riskju legali’ tfisser ir-riskju ta' telf, inkluż, spejjeż, multi, penali jew danni punittivi, li tista' ġġarrab istituzzjoni bħala konsegwenza ta' avvenimenti li jirriżultaw fi proċedimenti legali, inkluż dawn li ġejjin:

    (a)

    azzjonijiet superviżorji u saldi privati;

    (b)

    nuqqas ta' aġir meta tkun neċessarja azzjoni sabiex tinżamm konformità ma' obbligu legali;

    (c)

    azzjoni meħuda sabiex tiġi evitata l-konformità ma' obbligu legali;

    (d)

    avvenimenti ta' kondotta ħażina, li huma avvenimenti li jirriżultaw minn imġiba ħażina volontarja jew negliġenti, inkluż forniment mhux xieraq ta' servizzi finanzjarji jew il-forniment ta' informazzjoni inadegwata jew qarrieqa dwar ir-riskju finanzjarju ta' prodotti mibjugħa mill-istituzzjoni;

    (e)

    nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe rekwiżit derivat minn dispożizzjonijiet statutorji jew leġiżlattivi nazzjonali jew internazzjonali;

    (f)

    nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe rekwiżit derivat minn arranġamenti kuntrattwali, jew ma' regoli interni u ma' kodiċijiet tal-kondotta stabbiliti f'konformità ma' regoli u prattiki nazzjonali jew internazzjonali;

    (g)

    nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-etika;

    (52b)

    ‘riskju tal-mudell’ tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn deċiżjonijiet li jkunu prinċipalment ibbażati fuq l-eżitu tal-mudelli interni, minħabba żbalji fit-tfassil, fl-iżvilupp, fl-istima tal-parametru, fl-implimentazzjoni, l-użu jew il-monitoraġġ ta' dawn il-mudelli, inkluż dawn li ġejjin:

    (a)

    it-tfassil mhux xieraq ta' mudell intern magħżul u tal-karatteristiċi tiegħu;

    (b)

    il-verifika mhux adegwata tal-adegwatezza ta' mudell intern magħżul għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi evalwat jew għall-prodott li għandu jiġi pprezzat, jew tal-adegwatezza tal-mudell intern magħżul għall-kundizzjonijiet tas-suq applikabbli;

    (c)

    żbalji fl-implimentazzjoni ta' mudell intern magħżul;

    (d)

    valwazzjonijiet skont il-valur fis-suq u kalkolu tar-riskju żbaljati minħabba żball matul ir-reġistrazzjoni ta' negozju fis-sistema tan-negozjar;

    (e)

    l-użu ta' mudell intern magħżul jew tar-riżultati tiegħu għal skop li għalih dak il-mudell ma kienx maħsub jew iddisinjat, inkluż il-manipulazzjoni tal-parametri tal-immudellar;

    (f)

    il-monitoraġġ jew il-validazzjoni mhux f'waqthom jew ineffettivi tal-prestazzjoni tal-mudell jew il-kapaċità ta' previżjoni sabiex jiġi vvalutat jekk il-mudell intern magħżul ikunx għadu adattat għall-iskop tiegħu;

    (52c)

    ‘riskju tal-ICT’ tfisser ir-riskju ta' telf relatat ma' kwalunkwe ċirkostanza raġonevolment identifikabbli relatata mal-użu tas-sistemi tan-network u tal-informazzjoni li, jekk iseħħ, jista' jikkomprometti s-sigurtà tas-sistemi tan-network u tal-informazzjoni, ta' kwalunkwe għodda jew proċess dipendenti mit-teknoloġija, ta' operazzjonijiet u proċessi, jew tal-forniment ta' servizzi billi jiġu prodotti effetti negattivi fl-ambjent diġitali jew fiżiku;

    (52d)

    ‘riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza’ jew ‘riskji ESG’ tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti attwali jew prospettivi ta' fatturi ambjentali, soċjali jew ta' governanza (ESG) fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta’ dik l-istituzzjoni; Ir-riskji ESG jimmaterjalizzaw permezz tal-kategoriji tradizzjonali ta' riskji finanzjarji;

    (52e)

    ‘riskju minn fatturi ambjentali’ tfisser kwalunkwe riskju ta' impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta’ dik l-istituzzjoni, inkluż fatturi relatati mat-tranżizzjoni lejn l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) ir-riskju minn fatturi ambjentali jinkludi kemm ir-riskju fiżiku kif ukoll ir-riskju ta' tranżizzjoni;

    (52f)

    ‘riskju fiżiku’, bħala parti mir-riskju minn fatturi ambjentali, tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-effetti fiżiċi tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta' dik l-istituzzjoni;

    (52g)

    ‘riskju ta' tranżizzjoni’, bħala parti mir-riskju minn fatturi ambjentali, tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tat-tranżizzjoni għal ekonomija ambjentalment sostenibbli fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta' dik l-istituzzjoni;

    (52h)

    ‘riskju soċjali’ tfisser ir-riskju ta' impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-fatturi soċjali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tagħha;

    (52i)

    ‘riskju ta' governanza’ tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-fatturi ta' governanza fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta' dik l-istituzzjoni;

    (*5)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).”;"

    (xv)

    il-punti (54), (55) u (56) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “(54)

    ‘probabbiltà ta' inadempjenza’ jew ‘PD’ tfisser il-probabbiltà ta' inadempjenza ta' debitur jew, fejn applikabbli, ta' faċilità ta' kreditu, fuq perjodu ta' sena, u, fil-kuntest tar-riskju ta' dilwizzjoni, il-probabbiltà ta' dilwizzjoni fuq perjodu ta' sena;

    (55)

    ‘telf fil-każ ta' inadempjenza’ jew ‘LGD’ tfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura relatata ma' faċilità waħda minħabba l-inadempjenza ta' debitur jew, fejn applikabbli, ta' faċilità ta' kreditu għall-ammont pendenti fil-mument tal-inadempjenza jew f'data ta' referenza partikolari wara d-data ta' inadempjenza u, fil-kuntest tar-riskju ta' dilwizzjoni, it-telf fil-każ ta' dilwizzjoni li jfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura relatata ma' riċevibbli mixtrija minħabba dilwizzjoni, għall-ammont pendenti tar-riċevibbli mixtrija;

    (56)

    ‘fattur ta' konverżjoni’ jew ‘fattur tal-konverżjoni ta' kreditu’ jew ‘CCF’ tfisser il-proporzjon tal-ammont mhux prelevat ta' impenn minn faċilità waħda li jista' jiġi prelevat minn dik il-faċilità waħda minn mument partikolari qabel inadempjenza u għalhekk ikun pendenti fil-mument tal-inadempjenza għall-ammont mhux prelevat tal-impenn minn dik il-faċilità, il-firxa tal-impenn li qed tiġi ddeterminata mil-limitu rakkomandat, sakemm il-limitu mhux rakkomandat ma jkunx ogħla;”

    ;

    (xvi)

    il-punti (58), (59) u 60 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “(58)

    ‘protezzjoni ta’ kreditu finanzjata’ jew ‘FCP’ tfisser it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta' istituzzjoni jidderivi mid-dritt ta' din l-istituzzjoni, fil-każ tal-inadempjenza tad-debitur jew tal-faċilità ta' kreditu, jew fl-okkorrenza ta' avvenimenti ta' kreditu speċifiċi oħra li jirrelataw mad-debitur, li tillikwida, jew li tikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta', jew li żżomm, ċerti assi jew ammonti, jew li tnaqqas l-ammont tal-iskopertura għal, jew li tibdlu bl-ammont tad-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-ammont ta' pretensjoni fuq l-istituzzjoni;

    (59)

    ‘protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata’ jew ‘UFCP’ tfisser teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju ta' kreditu fuq l-iskopertura ta' istituzzjoni jidderivi mill-obbligu ta' parti terza li tħallas ammont fil-każ ta' inadempjenza tad-debitur jew tal-faċilità ta' kreditu, jew l-okkorrenza ta' avvenimenti ta' kreditu speċifiċi oħra;

    (60)

    ‘strument assimilat ta' flus kontanti’ tfisser ċertifikat ta' depożitu, bond li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni mutwanti, li għaliha dik l-istituzzjoni mutwanti diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li jiġi rimborżat mingħajr kundizzjonijiet mill-istituzzjoni bil-valur nominali tiegħu;”

    ;

    (xvii)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(60a)

    ‘ingott tad-deheb’ tfisser deheb fil-forma ta' komodità, inkluż vireg tad-deheb, ingotti u muniti, ġeneralment aċċettati mis-suq tal-ingotti, fejn jeżistu swieq likwidi għall-ingotti, u li l-valur tagħhom jiġi ddeterminat mill-valur tal-kontenut tad-deheb, definit skont il-purità u l-massa, aktar milli mill-interess tiegħu għan-numismatisti;”

    ;

    (xviii)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(74a)

    ‘valur tal-proprjetà’ tfisser il-valur ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 229(1);”

    ;

    (xix)

    il-punt (75) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(75)

    ‘proprjetà residenzjali’ tfisser xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    proprjetà immobbli li għandha n-natura ta' abitazzjoni u li tissodisfa l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha li jippermettu li l-proprjetà tiġi okkupata għal skopijiet ta' abitazzjoni;

    (b)

    proprjetà immobbli li għandha n-natura ta' abitazzjoni u li għadha qed tinbena, dment li jkun hemm l-aspettattiva li l-proprjetà ser tissodisfa l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha li jippermettu li l-proprjetà tiġi okkupata għal skopijiet ta' abitazzjoni;

    (c)

    id-dritt li wieħed jgħix f'appartamenti f'kooperattivi tal-akkomodazzjoni li jinsabu fl-Iżvezja;

    (d)

    aċċessorju tal-art għal proprjetà msemmija fil-punt (a), (b) jew (c);”

    ;

    (xx)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(75a)

    ‘proprjetà immobbli kummerċjali’ tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli li ma hijiex proprjetà residenzjali;

    (75b)

    ‘skopertura għall-proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu’ jew ‘skopertura IPRE’ tfisser skopertura koperta minn proprjetà immobbli residenzjali jew proprjetà kummerċjali waħda jew aktar fejn l-issodisfar tal-obbligazzjonijiet ta' kreditu relatati mal-iskopertura jiddependi materjalment fuq il-flussi ta' flus kontanti ġġenerati minn dawk il-proprjetajiet immobbli li jiggarantixxu din l-iskopertura, aktar milli fuq il-kapaċità tad-debitur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet ta' kreditu minn sorsi oħrajn; is-sors primarju ta' tali flussi ta' flus kontanti jkun il-pagamenti tal-kiri, jew ir-rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali;

    (75c)

    ‘skopertura ta' proprjetà immobbli li ma tipproduċix introjtu’ jew ‘skopertura mhux IPRE’ tfisser kwalunkwe skopertura koperta minn proprjetà immobbli residenzjali jew proprjetà kummerċjali waħda jew aktar li mhijiex skopertura IPRE;

    (75d)

    ‘skopertura garantita bi proprjetà residenzjali’, jew ‘skopertura garantita b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali’ tfisser skopertura garantita bi proprjetà residenzjali jew skopertura meqjusa bħala tali f'konformità mal-Artikolu 108(4);

    (75e)

    ‘skopertura garantita bi proprjetà immobbli kummerċjali’, jew ‘skopertua garantita b'ipoteka fuq proprjetà immobbli kummerċjali’ tfisser skopertura garantita b'ipoteka fuq proprjetà immobbli kummerċjali;

    (75f)

    ‘skopertura garantita bi proprjetà immobbli’, jew ‘skopertura garantita b'ipoteka fuq proprjetà immobbli’ jew ‘skopertura garantita permezz ta’ proprjetà immobbli bħala kollateral’ tfisser skopertura garantita permezz ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali jew skopertura meqjusa bħala tali f'konformità mal-Artikolu 108(4);”

    ;

    (xxi)

    il-punt (78) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(78)

    ‘rata ta' inadempjenza ta' sena’ tfisser il-proporzjon bejn l-għadd ta' debituri jew, fejn id-definizzjoni ta' inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta' kreditu skont l-Artikolu 178(1), it-tieni subparagrafu, il-faċilitajiet ta' kreditu li fir-rigward tagħhom titqies li seħħet inadempjenza matul perjodu li jibda minn sena qabel data ta' osservazzjoni T, u l-għadd ta' debituri, jew fejn id-definizzjoni ta' inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta' kreditu skont l-Artikolu 178(1), it-tieni subparagrafu, faċilitajiet ta' kreditu assenjati għal dan il-grad jew aggregazzjoni sena qabel dik id-data ta' osservazzjoni T;”

    ;

    (xxii)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(78a)

    ‘skoperturi għall-akkwist ta' art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni’ jew ‘skoperturi ADC’ tfisser skoperturi għal korporattivi jew għal entitajiet bi skop speċjali li jiffinanzjaw kwalunkwe akkwist ta' art għal skopijiet ta' żvilupp u ta' kostruzzjoni, jew li jiffinanzjaw l-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta' kwalunkwe proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali;

    (78b)

    ‘skopertura mhux ADC’ tfisser kwalunkwe skopertura garantita bi proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali waħda jew aktar li ma hijiex skopertura ADC;”

    ;

    (xxiii)

    il-punt (79) jitħassar;

    (xxiv)

    il-punt (114) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(114)

    ‘holding indiretta’ tfisser kwalunkwe skopertura għal entità intermedja li jkollha skopertura għal strumenti kapitali maħruġin minn entità tas-settur finanzjarju jew għal obbligazzjonijiet maħruġin minn istituzzjoni fejn, fil-każ li l-istrumenti kapitali maħruġin mill-entità tas-settur finanzjarju jew tal-obbligazzjonijiet maħruġin mill-istituzzjoni jiġu permanentement ikkanċellati, it-telf li l-istituzzjoni ġġarrab bħala riżultat ma jkunx materjalment differenti mit-telf li l-istituzzjoni ġġarrab minn holding diretta ta' dawk l-istrumenti ta' kapital maħruġin mill-entità tas-settur finanzjarju jew minn dawk l-obbligazzjonijiet maħruġin mill-istituzzjoni;”

    ;

    (xxv)

    il-punt (126) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(126)

    ‘holding sintetika’ tfisser investiment minn istituzzjoni fi strument finanzjarju li l-valur tiegħu jkun direttament marbut mal-valur tal-istrumenti ta' kapital maħruġin minn entità tas-settur finanzjarju jew mal-valur tal-obbligazzjonijiet maħruġin minn istituzzjoni;”

    ;

    (xxvi)

    fil-punt (127), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    l-istituzzjonijiet huma kkonsolidati bis-sħiħ f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE u huma inklużi fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta' istituzzjoni li hija l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru f'konformità mal-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, ta' dan ir-Regolament u soġġetta għar-rekwiżiti tal-fondi proprji;”

    ;

    (xxvii)

    il-punt (144) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(144)

    ‘post tan-negozjar’ tfisser grupp identifikat tajjeb ta' kummerċjanti stabbilit mill-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 104b(1) sabiex jimmaniġġa b'mod konġunt portafoll ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, jew il-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar imsemmija fil-paragrafi (5) u (6) ta' dak l-Artikolu, f'konformità ma' strateġija kummerċjali definita tajjeb u konsistenti u li jopera taħt l-istess struttura ta' ġestjoni tar-riskju;”

    ;

    (xxviii)

    fil-punt (145), il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    l-assi jew l-obbligazzjonijiet konsolidati tal-istituzzjoni relatati ma' attivitajiet ma' kontropartijiet li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea, eskluż l-iskoperturi intragrupp fiż-Żona Ekonomika Ewropea, it-tnejn li huma jeċċedu l-75 % tat-total tal-karta tal-bilanċ konsolidata tal-istituzzjoni, eskluż fiż-żewġ każijiet l-iskopertura intragrupp;”

    ;

    (xxix)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(151)

    ‘skopertura rotanti’ tfisser skopertura li fiha l-bilanċ pendenti tal-mutwatarju jitħalla jvarja skont id-deċiżjonijiet tiegħu ta' teħid ta' self u ta' ripagament, sa limitu miftiehem;

    (152)

    ‘skopertura ta' tranżattur’ tfisser kwalunkwe skopertura rotanti li jkollha tal-anqas 12-il xahar ta' storja ta' ripagamenti u li tkun waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    skopertura li għaliha, fuq bażi regolari ta' tal-anqas kull 12-il xahar, il-bilanċ li jkollu jitħallas lura fid-data tar-ripagament skedata li jmiss jiġi ddeterminat bħala l-ammont prelevat f'data ta' referenza predefinita, b'data tar-ripagament skedata mhux aktar tard minn 12-il xahar, dment li l-bilanċ ikun tħallas lura kompletament f'kull data ta' ripagament skedata għat-12-il xahar preċedenti;

    (b)

    faċilità ta' overdraft li fiha ma kien hemm l-ebda ġbid ta' kreditu matul it-12-il xahar preċedenti;

    (153)

    ‘entità tas-settur tal-fjuwils fossili’ tfisser kumpanija, intrapriża jew impriża kklassifikata statistikament bħala li għandha l-attività ekonomika prinċipali tagħha fis-settur tal-faħam, taż-żejt jew tal-gass tal-attivitajiet ekonomiċi, kif stabbilit fl-Anness XXXIX, il-Mudell 3, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 (*6) u kif identifikat b'referenza għall-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE Reviżjoni 2) elenkati fl-Anness I, it-Taqsimiet B, C, D u G, tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7); meta l-attività ekonomika prinċipali ta' kumpanija, intrapriża jew impriża ma tkunx ikklassifikata bl-użu tal-kodiċijiet tan-NACE Reviżjoni 2 stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, jew klassifikazzjoni nazzjonali derivata minnhom, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw b'mod konservattiv jekk tali kumpanija, intrapriża jew impriża għandhiex l-attività prinċipali tagħha f'wieħed minn dawk is-setturi;

    (154)

    ‘skoperturi soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali’ tfisser skoperturi li jfixklu l-ambizzjoni tal-Unjoni li tilħaq l-objettivi regolatorji tagħha relatati mal-fatturi ESG, b'mod li jista' jkollu impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjonijiet fl-Unjoni;

    (155)

    ‘entità bankarja parallela’ tfisser entità li twettaq attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat;

    (*6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 tal-15 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjonijiet pubbliċi mill-istituzzjonijiet tal-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III tal-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1423/2013, ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1555, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/200 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2295 (ĠU L 136, 21.4.2021, p. 1)."

    (*7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).”;"

    (xxx)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punti (1)(b)(ii) u (iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni għandhom jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (1)(b)(iii), is-superviżur konsolidanti jista' jitlob l-informazzjoni rilevanti kollha mill-impriża sabiex jieħu d-deċiżjoni tiegħu.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (52a), ir-riskju legali ma għandux jinkludi rifużjonijiet lil partijiet terzi jew lil impjegati u pagamenti ta' avvjament minħabba opportunitajiet ta' negozju, fejn ma jkun seħħ l-ebda ksur ta' xi regola jew ta' mġiba etika u meta l-istituzzjoni tkun issodisfat l-obbligi tagħha fil-ħin. Ir-riskju legali lanqas ma għandu jinkludi l-ispejjeż legali esterni meta l-avveniment li jwassal għal dawk l-ispejjeż esterni ma jkunx avveniment ta' riskju operazzjonali.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (145)(e), ta' dan il-paragrafu, istituzzjoni tista' teskludi pożizzjonijiet derivattivi li tkun daħlet fihom mal-klijenti mhux finanzjarji tagħha u l-pożizzjonijiet ta' derivattivi li tuża sabiex tiħħeġġja dawk il-pożizzjonijiet, dment li l-valur ikkombinat tal-pożizzjonijiet esklużi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 273a(3) ma jaqbiżx l-10 % tal-assi totali tal-istituzzjoni li jidhru fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.”

    ;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   Sal-10 ta’ Jannar 2026, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (18), ta' dan l-Artikolu.”

    ;

    (2)

    l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(3)

    ‘telf mistenni’ jew ‘EL’ tfisser il-proporzjon, relatat ma' faċilità waħda, tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minn kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    inadempjenza potenzjali ta' debitur fuq perjodu ta' sena għall-ammont pendenti f'inadempjenza;

    (b)

    avveniment potenzjali ta' dilwizzjoni fuq perjodu ta' sena għall-ammont pendenti fid-data tal-okkorrenza tal-avveniment ta' dilwizzjoni;”

    ;

    (b)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(4)

    ‘obbligazzjoni ta' kreditu’ tfisser kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta minn kuntratt ta' kreditu, inkluż il-kapital, l-imgħax akkumulat u t-tariffi, dovuti minn debitur;

    (5)

    ‘skoperturi għall-kreditu’ tfisser kwalunkwe element li jidher jew ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, li jista' jirriżulta, f'obbligazzjoni ta' kreditu;

    (6)

    ‘faċilità’ jew ‘faċilità ta' kreditu’ tfisser skopertura għall-kreditu li tirriżulta minn kuntratt jew minn sett ta' kuntratti bejn debitur u istituzzjoni;

    (7)

    ‘marġni ta' konservattiviżmu’ tfisser żieda inkorporata fl-istimi tal-parametri tar-riskju sabiex tqis il-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima li jirriżultaw minn nuqqasijiet identifikati fid-data, fil-metodi, fil-mudelli, u l-bidliet fl-istandards ta' sottoskrizzjoni, fl-attitudni għar-riskji, fil-politiki ta' ġbir u ta' rkupru u fi kwalunkwe sors ieħor ta' inċertezza addizzjonali, kif ukoll minn żball ġenerali fl-istima;

    (8)

    ‘aġġustament xieraq’ tfisser l-impatt fuq l-istimi tal-parametri tar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodoloġiji fi ħdan l-istima tal-parametri tar-riskju biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet identifikati fid-data u fil-metodi ta' stima, u biex jitqiesu l-bidliet fl-istandards ta' sottoskrizzjoni, fl-attitudni għar-riskji, fil-politiki ta' ġbir u ta' rkupru u fi kwalunkwe sors ieħor ta' inċertezza addizzjonali, sa fejn ikun possibbli sabiex jiġu evitati preġudizzji fl-istimi tal-parametri tar-riskju;

    (9)

    ‘intrapriża żgħira u ta' daqs medju’ jew ‘SME’ tfisser kumpanija, intrapriża jew impriża li, skont l-aħħar kontijiet konsolidati tagħha, ikollha fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 000 000;

    (10)

    ‘impenn’ tfisser kwalunkwe arranġament kuntrattwali li istituzzjoni toffri lil klijent, u li jkun aċċettat minn dak il-klijent, għall-estensjoni ta’ kreditu, għax-xiri ta’ assi jew għall-ħruġ ta’ sostituti tal-kreditu; u kwalunkwe tali arranġament li jista’ jiġi kkanċellat mingħajr kundizzjoni minn istituzzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lil debitur jew kwalunkwe arranġament li jista’ jiġi kkanċellat minn istituzzjoni meta debitur jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-faċilità, inkluż il-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mid-debitur qabel kwalunkwe ġbid ta' kreditu inizjali jew sussegwenti skont l-arranġament, sakemm l-arranġamenti kuntrattwali jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha:

    (a)

    arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni ma tirċievi l-ebda tariffa jew kummissjoni sabiex tistabbilixxi jew iżżomm dawk l-arranġamenti kuntrattwali;

    (b)

    arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom il-klijent ikun meħtieġ japplika mal-istituzzjoni għall-ġbid ta' kreditu inizjali u għal kull ġbid ta' kreditu sussegwenti skont dawk l-arranġamenti kuntrattwali;

    (c)

    arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni jkollha awtorità sħiħa, irrispettivament mill-issodisfar mill-klijent tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-arranġament kuntrattwali, fuq l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu;

    (d)

    l-arranġamenti kuntrattwali jippermettu lill-istituzzjoni tivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal-klijent immedjatament qabel ma tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu u l-istituzzjoni tkun implimentat u tapplika proċeduri interni li jiżguraw li tali valutazzjoni ssir qabel l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu;

    (e)

    arranġamenti kuntrattwali li jiġu offruti lil entità korporattiva, inkluża SME, li tkun immonitorjata mill-qrib fuq bażi kontinwa;

    (11)

    ‘impenn kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet’ tfisser kwalunkwe impenn li t-termini tiegħu jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċella dan l-impenn sal-punt sħiħ permess skont il-protezzjoni tal-konsumatur u l-atti legali relatati, fejn applikabbli, fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lid-debitur jew li effettivament jipprevedu kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju.”

    ;

    (3)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 5a

    Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ‘kriptoassi’ tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) li mhuwiex munita diġitali tal-bank ċentrali;

    (2)

    ‘token tal-flus elettroniċi’ jew ‘token tal-flus elettroniċi’ tfisser token tal-flus elettroniċi jew token tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114;

    (3)

    ‘skopertura tal-kriptoassi’ tfisser assi jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ relatat ma' kriptoassi li jagħti lok għal riskju ta' kreditu, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, riskju operazzjonali jew riskju tal-likwidità;

    (4)

    ‘assi tradizzjonali’ tfisser kwalunkwe assi għajr kriptoassi, inkluż:

    (a)

    strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (50), ta' dan ir-Regolament;

    (b)

    fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

    (c)

    depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9) , inkluż depożiti strutturati;

    (d)

    pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-kuntest ta' titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (e)

    prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja li jaqgħu fil-klassijiet tal-assigurazzjoni elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2009/138/KE jew kuntratti ta' riassigurazzjoni u retroċessjoni msemmija f'dik id-Direttiva;

    (f)

    prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji;

    (g)

    skemi għal pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10) jew tad-Direttiva 2009/138/KE;

    (h)

    prodotti tal-pensjoni individwali li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott jew il-fornitur tal-pensjoni;

    (i)

    prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11);

    (j)

    l-iskemi tas-sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13);

    (5)

    ‘assi tradizzjonali tokenizzat’ tfisser tip ta' kriptoassi li jirrappreżenta assi tradizzjonali, inkluż token tal-flus elettroniċi;

    (6)

    ‘token irreferenzjat ma' assi’ tfisser token irreferenzjat ma' assi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2023/1114;

    (7)

    ‘servizz tal-kriptoassi’ tfisser servizz ta' kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114.

    (*8)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40)."

    (*9)  d-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)."

    (*10)  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37)."

    (*11)  Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1)."

    (*12)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1)."

    (*13)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).”;"

    (4)

    l-Artikolu 10a huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 10a

    L-applikazzjoni ta' rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata fejn id-ditti tal-investiment huma impriżi prinċipali

    Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, id-ditti tal-investiment u l-kumpaniji azzjonarji ta' investiment għandhom jitqiesu bħala kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru jew f'kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE meta tali ditti tal-investiment jew kumpaniji azzjonarji ta' investiment ikunu impriżi prinċipali ta' istituzzjoni jew ta' ditta tal-investiment soġġetta għal dan ir-Regolament li hija msemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.”

    ;

    (5)

    fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Sussidjarji kbar ta' istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 449a, 449b, 450, 451, 451a u 453 fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi subkonsolidata.”

    ;

    (6)

    l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jitħassar il-paragrafu 2;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Il-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet u fl-istituzzjonijiet finanzjarji ġestiti minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma' impriża waħda jew aktar li ma humiex inklużi fil-konsolidazzjoni għandhom jiġu kkonsolidati b'mod proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum, meta r-responsabbiltà ta' dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jirrikjedu l-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7), (8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Meta istituzzjoni jkollha sussidjarja li tkun impriża għajr istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew ikollha parteċipazzjoni f'tali impriża, hija għandha tapplika l-metodu tal-ekwità għal dik is-sussidjarja jew il-parteċipazzjoni. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.”

    ;

    (e)

    fil-paragrafu 8, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

    “Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' sussidjarja jew ta' impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew l-impriża ma hijiex istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja u fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”

    ;

    (f)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “10.   L-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025 dwar il-kompletezza u l-adegwatezza tad-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw is-superviżjoni tat-tipi kollha ta' riskji li għalihom huma esposti l-istituzzjonijiet f’livell konsolidat. L-EBA għandha tivvaluta b'mod partikolari xi diskrepanza li jifdal possibbli f'dawn id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet flimkien mal-interazzjoni tagħhom mal-qafas kontabilistiku applikabbli, u kull aspett li jifdal li jista' joħloq restrizzjonijiet mhux intenzjonati għal superviżjoni konsolidata li tkun komprensiva u adattabbli għal sorsi jew għal tipi ġodda ta' riskji jew ta' strutturi li jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju. L-EBA għandha taġġorna r-rapport tagħha mill-inqas darba kull sentejn.

    Fid-dawl tas-sejbiettal-EBA, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex isiru l-aġġustamenti għad-definizzjonijiet rilvanti jew l-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali.”

    ;

    (7)

    l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

    “Ma huwiex meħtieġ li istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja li tkun sussidjarja jew impriża li fiha tinżamm parteċipazzjoni tkun inkluża fil-konsolidazzjoni meta l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-impriża konċernata jkunu inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin:”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

    “L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin, fuq bażi ta' każ b'każ, li ma jkunx meħtieġ li istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm parteċipazzjoni, tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni:”

    ;

    (8)

    l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), fl-Artikolu 151(9), fl-Artikolu 283 u fl-Artikolu 325az ippreżentati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew b'mod konġunt mis-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sabiex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess jenħtieġ li jkun soġġett għalihom;”

    ;

    (ii)

    jitħassar it-tielet subparagrafu;

    (b)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, is-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tuża l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-kumpanija prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, ikkunsidrati flimkien, jissodisfaw il-kriterji ta' kwalifika stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta b'mod li jkun konsistenti mal-istruttura tal-grupp u mas-sistemi, mal-proċessi u mal-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “8.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(9) u l-Artikoli 283 u 325az bil-għan li jitħaffu d-deċiżjonijiet konġunti.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (9)

    l-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 22

    Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi

    1.   Istituzzjonijiet sussidjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji intermedji sussidjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta intermedji sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rapportar assoċjati stabbiliti fil-Parti Sebgħa A abbażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk ikollhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jew il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji intermedji sussidjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta intermedji sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji u l-parteċipazzjonijiet f'pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja sussidjarja jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta intermedja sussidjarja.”

    ;

    (10)

    fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1), jitħassar il-punt (v);

    (11)

    l-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 34

    Aġġustamenti fil-valur addizzjonali

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 għall-assi kollha tagħhom imkejla f'valur ġust meta jikkalkulaw l-ammont tal-fondi proprji tagħhom u għandhom inaqqsu mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont ta' kwalunkwe aġġustament fil-valur addizzjonali neċessarju.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, f'ċirkostanzi straordinarji, li l-eżistenza tagħhom għandha tiġi ddeterminata minn opinjoni pprovduta mill-EBA f'konformità mal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-aġġustamenti tal-valur addizzjonali totali fil-kalkolu tal-ammont totali li għandu jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

    3.   Għall-fini tal-għoti tal-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-EBA għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji u, jekk ikun hekk, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    4.   L-EBA, b’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-indikaturi u l-kundizzjonijiet li l-EBA ser tuża sabiex tiddetermina ċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija fil-paragrafu 2 u sabiex tispeċifika t-tnaqqis tal-aġġustamenti tal-valur addizzjonali aggregati totali msemmija f’dak il-paragrafu.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (12)

    l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-Approċċ IRB), in-nuqqas tal-IRB fejn applikabbli, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 159;”

    ;

    (ii)

    il-punt (k) huwa emendat kif ġej:

    (1)

    jitħassar il-punt (v);

    (2)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(vi)

    skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 1 250 % f'konformità mal-Artikolu 132(2), it-tieni subparagrafu.”

    ;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   Għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivif'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (m), ta' dan l-Artikolu, b'deroga mill-Artikolu 47c wara li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata, l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi mixtrija minn ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jkun żero. Id-deroga stabbilita f'dan is-subparagrafu għandha tapplika fuq bażi individwali u, fil-każ ta' gruppi li fihom l-istituzzjonijiet kollha jikkwalifikaw bħala ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn, fuq bażi konsolidata.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ‘ristrutturar speċjalizzat tad-dejn’ tfisser istituzzjoni li, matul is-sena finanzjarja preċedenti, ikkonformat mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata:

    (a)

    l-attività ewlenija tal-istituzzjoni hija x-xiri, il-ġestjoni u r-ristrutturar ta' skoperturi improduttivi f'konformità mal-proċess ta' deċiżjoni intern ċar u effettiv implimentat mill-korp maniġerjali tagħha;

    (b)

    il-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tagħha stess ma jaqbiżx 15 % tal-assi totali tagħha;

    (c)

    mill-inqas 5 % tal-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tiegħu stess jikkostitwixxi rifinanzjament totali jew parzjali, jew l-aġġustament tat-termini rilevanti, tal-iskoperturi improduttivi mixtrija li jikkwalifikaw bħala miżura ta' trażżin f'konformità mal-Artikolu 47b;

    (d)

    il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni ma jaqbiżx l-EUR 20 biljun;

    (e)

    l-istituzzjoni żżomm, fuq bażi kontinwa, proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' mill-inqas 130 %;

    (f)

    id-depożiti ta' domanda tal-istituzzjoni ma jaqbżux il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni.

    Ir-ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, jekk waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ma jibqgħux issodisfatti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.

    L-EBA għandha tistabbilixxi, iżżomm, u tippubblika lista ta' ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn. L-EBA għandha timmonitorja l-attività tar-ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn u għandha tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2028, lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' tali monitoraġġ u, fejn xieraq, għandha tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala ‘ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat’ humiex ibbażati biżżejjed fuq ir-riskju u xierqa bil-ħsieb li jiffavorixxu s-suq sekondarju għal self improduttiv, u tivvaluta jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet addizzjonali.”

    ;

    (13)

    fl-Artikolu 46(1), il-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n) bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”

    ;

    (14)

    l-Artikolu 47c huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-fatturi li ġejjin għandhom japplikaw għall-parti tal-iskopertura improduttiva garantita jew kontrogarantita minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fl-Artikolu 201(1), il-punti (a) sa (e), l-iskopertura mhux garantita li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 0 % skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2:”

    ;

    (ii)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    1 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandha tiġi applikata mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, sakemm il-fornitur tal-protezzjoni eliġibbli ma jkunx qabel li jissodisfa bis-sħiħ l-obbligi ta' pagament kollha tad-debitur lejn l-istituzzjoni u f'konformità mal-iskeda ta' pagament kuntrattwali oriġinali, f'liema każ għandu japplika fattur ta' 0 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   B'deroga mill-paragrafu 3, il-parti tal-iskopertura improduttiva garantitajew assigurata minn aġenzija uffiċjali ta' kreditu għall-esportazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.”

    ;

    (15)

    fl-Artikolu 48, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n), bl-esklużjoni tal-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”

    ;

    (b)

    fil-punt (b), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    l-Artikolu 36(1),il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n), bl-esklużjoni tal-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.”

    ;

    (16)

    fl-Artikolu 49, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Il-holdings li fir-rigward tagħhom ma jsirx tnaqqis f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2.

    Il-holdings li fir-rigward tagħhom ma jsirx tnaqqis f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom jiġu ponderati għar-riskju b'100 %.”

    ;

    (17)

    fil-punt (a) tal-Artikolu 60(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n), bl-esklużjoni tal-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”

    ;

    (18)

    fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 62, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, l-eċċess tal-IRB fejn applikabbli, gross mill-effetti tat-taxxa, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 159, sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju kkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3.”

    ;

    (19)

    fil-punt (a) tal-Artikolu 70(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii), sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n). bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”

    ;

    (20)

    fl-Artikolu 72b(3), l-ewwel subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 92(3), sakemm:”

    ;

    (21)

    fil-punt (a) tal-Artikolu 72i(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii), sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n). bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”

    ;

    (22)

    l-Artikolu 74 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 74

    Holdings ta' strumenti kapitali maħruġa minn entitajiet regolati tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju

    L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu minn xi element ta' fondi proprji holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta' stumenti kapitali maħruġa minn entità regolata tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju ta' dik l-entità. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piżijiet tar-riskju għal dawn il-holdings f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2.”

    ;

    (23)

    l-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

    (i)

    l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:

    (1)

    meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (a) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

    (2)

    meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

    (ii)

    l-ammont tal-kapital konsolidat ta' kapital Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata definit fl-Artikolu 128, il-punt 6, ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;”

    ;

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a) (i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' interess minoritarju huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 5, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    tikkonsolida istituzzjoni sussidjarja li fiha għandha biss parteċipazzjoni minoritarja bis-saħħa tar-relazzjoni ta' kontroll fis-sens tal-Artikolu 4(1), il-punt (37);”

    ;

    (24)

    fl-Artikolu 85, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-kapital ta' Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

    (i)

    l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:

    (1)

    meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a) ta' dan ir-Regolament, iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (b), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' din id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1;

    (2)

    meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 39(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1;

    (ii)

    l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1), il-punt (b), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tal-kapital definit fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Grad 1;”

    (b)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a)(i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' kapital ta’ Grad 1 huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.”

    ;

    (25)

    fl-Artikolu 87, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

    (i)

    l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:

    (1)

    meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (c), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati minn fondi proprji;

    (2)

    meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 39(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati minn fondi proprji;

    (ii)

    l-ammont tal-fondi proprji relatat ma' dik is-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1), il-punt (c), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tal-kapital definit fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-fondi proprji;”

    ;

    (b)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a)(i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' fondi proprji huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.”

    ;

    (26)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 88b

    Impriżi f'pajjiżi terzi

    Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, it-termini ‘ditta ta' investiment’ u ‘istituzzjoni’ għandhom jinftiehmu li jinkludu impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi, li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, ikunu jaqgħu taħt id-definizzjonijiet ta' dawn it-termini f'dan ir-Regolament.”

    ;

    (27)

    l-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “1.   Holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż 15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, f'impriża li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju, għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

    2.   L-ammont totali tal-holdings kwalifikattivi ta' istituzzjoni f'impriżi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li jeċċedi 60 % tal-kapital eliġibbli tagħha għandu jkun soġġett għall-paragrafu 3.”

    ;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 4;

    (28)

    l-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ġej:

    TREA = max {U-TREA; x∙S-TREA}

    fejn:

    TREA

    = l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità;

    U-TREA

    = l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu tal-entità kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4;

    S-TREA

    = l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju tal-entità kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 5;

    x

    = 72,5 %.

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu, ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4, għall-istituzzjonijiet li huma parti minn grupp b'istituzzjoni prinċipali fl-istess Stat Membru, dment li dik l-istituzzjoni prinċipali jew, fil-każ ta' gruppi magħmula minn korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati b'mod permanenti, it-total kif magħmul mill-korp ċentrali flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu tikkalkula l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tagħha f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi konsolidata.

    4.   L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-punti minn (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu wara li jitqies il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu:

    (a)

    l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, u riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati f’konformità mat-Titolu II ta’ din il-Parti u l-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali kollha ta’ istituzzjoni, bl-esklużjoni tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;

    (b)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:

    (i)

    ir-riskju tas-suq, ikkalkulat f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti;

    (ii)

    skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli minn 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif iddeterminati f'konformità mal-Parti Erbgħa;

    (c)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu IV ta' din il-Parti għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet;

    (d)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji ta' saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 378 sa 380;

    (e)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament fil-valwazzjoni tal-kreditu, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu VI ta' din il-Parti;

    (f)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu III ta' din il-Parti;

    (g)

    l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta' tranżazzjonijiet u ta' ftehimiet li ġejjin, ikkalkulati f'konformità mat-Titolu II ta' din il-Parti:

    (i)

    kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu;

    (ii)

    tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;

    (iii)

    tranżazzjonijiet ta' self b'marġni fuq il-bażi ta' titoli jew ta' komoditajiet;

    (iv)

    tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.”

    ;

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “5.   L-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-paragrafu 4, il-punti (a) sa (g), wara li jitqiesu l-paragrafu 6 u r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju ta’ kreditu għall-kontroparti, u r-riskju ta' dilwizzjoni, imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), u għar-riskju tal-kreditu għall-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-punt (g) ta' dak il-paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi li ġejjin:

    (i)

    l-approċċ ibbażat fuq mudell intern għall-ftehimiet ewlenin ta' netting stabbilit fl-Artikolu 221;

    (ii)

    l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 3;

    (iii)

    l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni stabbilit fl-Artikoli 258, 259 u 260 u l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna stabbilit fl-Artikolu 265;

    (iv)

    il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 6;

    (b)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i), għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintużaw:

    (i)

    l-approċċ ibbażat fuq mudell intern alternattiv stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b; jew

    (ii)

    kwalunkwe approċċ elenkat taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, fejn applikabbli;

    (c)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr l-użu tal-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudelli interni stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b.

    6.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkoli tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu msemmija fil-paragrafu 4 u tal-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju msemmija fil-paragrafu 5:

    (a)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (d), (e) u (f), għandhom jinkludu dawk li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali kollha ta' istituzzjoni;

    (b)

    l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punti (b) sa (f), bi 12,5.”

    ;

    (29)

    fl-Artikolu 92a(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 92(3);”

    ;

    (30)

    l-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

    “B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas miż-żewġ livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    għall-kuntratti elenkati fl-Anness II, il-punt 1, il-kuntratti relatati mal-ekwitajiet li huma msemmija fil-punt 3 ta' dak l-Anness u d-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw dawk il-pożizzjonijiet mir-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b);

    (b)

    għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b), bir-rekwiżit ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4), il-punt (a), u l-Artikolu 92(5), il-punt (a).”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel paragrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    l-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata.”

    ;

    (ii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, pożizzjoni twila hija waħda meta l-valur tas-suq tal-pożizzjoni jiżdied meta jiżdied il-valur tal-motivatur ewlieni tar-riskju tagħha, u pożizzjoni qasira hija waħda meta l-valur tas-suq tal-pożizzjoni jonqos meta jiżdied il-valur tal-motivatur ewlieni tagħha tar-riskju.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a).”

    ;

    (d)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “10.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu għall-identifikazzjoni tal-motivatur ewlieni tar-riskju ta' pożizzjoni u għad-determinazzjoni ta' jekk tranżazzjoni tirrappreżentax pożizzjoni twila jew qasira kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 273a(3) u 325a(2).

    Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis il-metodu żviluppat għall-istandards tekniċi regolatorji awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 279a(3), il-punt (b).

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (31)

    fl-Artikolu 95(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    is-somma tal-elementi msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punti (a) sa (e) u l-punt (g), wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(6);”

    ;

    (32)

    fl-Artikolu 96(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    l-Artikolu 92(4), il-punti (a) sa (e) u l-punt (g), wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(6);”

    ;

    (33)

    fl-Artikolu 102, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325(1), il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu assenjati lill-postijiet tan-negozjar.”

    ;

    (34)

    l-Artikolu 104 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 104

    Inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar

    1.   Istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b'mod ċar għad-determinazzjoni ta' liema pożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha, f'konformità mal-Artikolu 102 u ma' dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet u l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju tagħha. Istituzzjoni għandha tiddokumenta bis-sħiħ il-konformità tagħha ma' dawn il-politiki u l-proċeduri, għandha tippreżentahom għal awditu intern tal-anqas fuq bażi annwali u għandha tagħmel ir-riżultati ta' dak l-awditu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

    Istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ funzjoni indipendenti għall-kontroll tar-riskju li għandha tevalwa, fuq bażi kontinwa, jekk l-istrumenti tagħha humiex qed jiġu assenjati kif suppost lill-portafoll tan-negozjar jew lill-portafoll mhux tan-negozjar.

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw il-pożizzjonijiet fl-istrumenti li ġejjin lill-portafoll tan-negozjar:

    (a)

    strumenti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 325(6), (7) u (8), għall-inklużjoni fil-portafoll kummerċjali ta' korrelazzjoni alternattiv (ACTP);

    (b)

    strumenti li jwasslu għal pożizzjoni ta' kreditu jew ta' ekwità bin-nieqes netta fil-portafoll mhux tan-negozjar, bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet proprji tal-istituzzjoni, sakemm tali pożizzjonijiet ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-punt (e);

    (c)

    strumenti li jirriżultaw minn impenji ta' sottoskrizzjoni tat-titoli, meta dawk l-impenji ta' sottoskrizzjoni jkunu relatati biss ma' titoli li huma mistennija li jkunu mixtrijin mill-istituzzjoni fid-data tas-saldu;

    (d)

    strumenti kklassifikati b'mod mhux ambigwu bħala li għandhom għan ta' negozjar skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għall-istituzzjoni;

    (e)

    strumenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq;

    (f)

    pożizzjonijiet miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar, dment li dawk is-CIUs jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 8;

    (g)

    ekwitajiet elenkati;

    (h)

    tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli relatati man-negozjar;

    (i)

    opzjonijiet, jew derivati oħrajn, inkorporati fl-obbligazzjonijiet proprji tal-istituzzjoni jew minn strumenti oħrajn fil-portafoll mhux tan-negozjar li jirrigwardjaw ir-riskju ta' kreditu jew ir-riskju ta' ekwità.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), istituzzjoni għandu jkollha pożizzjoni qasira netta ta' ekwità fejn tnaqqis fil-prezz tal-ekwità jirriżulta fi profitt għall-istituzzjoni. Istituzzjoni għandu jkollha pożizzjoni qasira netta ta' kreditu fejn il-firxa tal-kreditu tiżdied, jew id-deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-emittent jew tal-grupp ta' emittenti jirriżulta fi profitt għall-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw kontinwament jekk l-istrumenti jagħtux lok għal pożizzjoni ta' kreditu jew ta' ekwità bin-nieqes netta fil-portafoll mhux tan-negozjar.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (i), istituzzjoni għandha taqsam l-għażla inkorporata, jew derivattiv ieħor, mill-obbligazzjoni tagħha stess fil-portafoll mhux tan-negozjar li jirrigwarda r-riskju ta' kreditu jew ir-riskju ta' ekwità. Hija għandha tassenja l-għażla inkorporata, jew derivattiv ieħor, lill-portafoll tan-negozjar u għandha tħalli l-obbligazzjoni tagħha stess fil-portafoll mhux tan-negozjar. Jekk minħabba n-natura tiegħu, ma jkunx possibbli li l-istrument jinqasam, istituzzjoni għandha tassenja l-istrument kollu lill-portafoll tan-negozjar. F'każ bħal dan, hija għandha tiddokumenta debitament ir-raġuni għall-applikazzjoni ta' dak it-trattament.

    3.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jassenjaw pożizzjonijiet fl-istrumenti li ġejjin lill-portafoll tan-negozjar:

    (a)

    strumenti speċifikati għar-realizzazzjoni tat-titolizzazzjoni;

    (b)

    strumenti relatati ma' parteċipazzjonijiet ta' proprjetà immobbli;

    (c)

    ekwitajiet mhux elenkati;

    (d)

    strumenti relatati mal-kreditu fil-livell tal-konsumatur u tal-SMEs;

    (e)

    pożizzjonijiet f'CIUs oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (f);

    (f)

    kuntratti tad-derivattivi u CIUs bi strument sottostanti wieħed jew aktar imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu;

    (g)

    strumenti miżmumin għall-iħħeġġjar ta' riskju partikolari ta' pożizzjoni waħda jew aktar fi strument imsemmi fil-punti (a) sa (f), (h) u (i) ta' dan il-paragrafu;

    (h)

    obbligazzjonijiet proprji tal-istituzzjoni, sakemm tali strumenti ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (e), jew il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu;

    (i)

    strumenti f'fondi spekulattivi.

    4.   B'deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni tista' tassenja lill-portafoll mhux tan-negozjar pożizzjoni fi strument imsemmi fil-punti (d) sa (i) ta' dak il-paragrafu, soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha li l-pożizzjoni ma tkunx miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar jew ma tiħħeġġjax pożizzjonijiet miżmumin b'intenzjoni ta' negozjar.

    5.   B'deroga mill-paragrafu 3, istituzzjoni tista' tassenja lill-portafoll tan-negozjar pożizzjoni fi strument imsemmi fil-punt (i) ta' dak il-paragrafu, soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha li l-pożizzjoni hija miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar jew tiħħeġġja pożizzjonijiet miżmumin b'intenzjoni ta' negozjar u li l-istituzzjoni tissodisfa mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 8 għal dik il-pożizzjoni.

    6.   Meta istituzzjoni tkun assenjat pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar fi strument għajr l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), (b) jew (c), l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tista' titlob lill-istituzzjoni tipprovdi evidenza sabiex tiġġustifika tali assenjazzjoni. Meta l-istituzzjoni tonqos milli tipprovdi evidenza xierqa, l-awtorità kompetenti tagħha tista' titlob lill-istituzzjoni tassenja mill-ġdid dik il-pożizzjoni għall-portafoll mhux tan-negozjar.

    7.   Meta istituzzjoni tkun assenjat pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar fi strument għajr l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tista' titlob lill-istituzzjoni tipprovdi evidenza li tiġġustifika tali assenjazzjoni. Meta l-istituzzjoni tonqos milli tipprovdi evidenza xierqa, l-awtorità kompetenti tagħha tista' titlob lill-istituzzjoni tassenja mill-ġdid dik il-pożizzjoni għall-portafoll tan-negozjar.

    8.   Istituzzjoni għandha tassenja lill-portafoll tan-negozjar pożizzjoni f'CIU, għajr il-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), li hija miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar, meta l-istituzzjoni tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-istituzzjoni tkun tista' tikseb informazzjoni suffiċjenti dwar l-iskoperturai sottostanti individwali tas-CIU;

    (b)

    l-istituzzjoni ma tkunx tista' tikseb informazzjoni suffiċjenti dwar l-iskoperturi sottostanti individwali tas-CIU, iżda l-istituzzjoni jkollha għarfien tal-kontenut tal-mandat tas-CIU u tkun tista' tikseb kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ta' kuljum għas-CIU.

    9.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar il-proċess li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw sabiex jikkalkulaw u jimmonitorjaw pożizzjonijiet qosra netti ta' kreditu jew qosra netti ta' ekwità fil-portafoll mhux tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b).

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (35)

    l-Artikolu 104a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta' prattiki superviżorji u għandha toħroġ sal-10 ta’ Lulju 2027 linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar liema ċirkostanzi eċċezzjonali huma involuti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Sakemm l-EBA toħroġ dawk il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA dwar, u jipprovdu r-raġuni għal, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk jagħtux jew le permess lil istituzzjoni biex tirriklassifika pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun irrevokabbli, ħlief fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 1.”

    ;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni tista' tikklassifika mill-ġdid pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104(2), il-punt (d), mingħajr ma titlob permess mill-awtorità kompetenti tagħha. F'każ bħal dan, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw għall-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tagħha meta tkun seħħet tali riklassifikazzjoni.”

    ;

    (36)

    l-Artikolu 104b huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu postijiet tan-negozjar u għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tagħhom u mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu lil wieħed minn dawk il-postijiet tan-negozjar. Il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu attribwiti lill-istess post tan-negozjar fil-każ biss meta dawk il-pożizzjonijiet ikunu konformi mal-istrateġija tan-negozjar miftiehma għal dak il-post tan-negozjar u jkunu ġestiti u mmonitorjati b'mod konsistenti f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”

    ;

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “5.   Sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet lill-postijiet tan-negozjar stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 1 li jimmaniġġjaw ir-riskji li huma simili għar-riskji ta’ dawk il-pożizzjonijiet.

    6.   B'deroga mill-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet, meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq, jistgħu jistabbilixxu post tan-negozjar wieħed jew aktar li lilu jassenjaw esklużivament pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet. Dawk il-postijiet tan-negozjar ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.”

    ;

    (37)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 104c

    Trattament tal-ħeġġijiet tar-riskju tal-kambju tal-proporzjonijiet kapitali

    1.   Istituzzjoni li tkun ħadet pożizzjoni ta' riskju b'mod deliberat sabiex tiħħeġġja, tal-anqas parzjalment, kontra movimenti avversi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 92(1), il-punti (a), (b) u (c), tista', soġġetta għall-permess tal-awtorità kompetenti tagħha, teskludi dik il-pożizzjoni ta' riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmija fl-Artikolu 325(1), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-ammont massimu tal-pożizzjoni tar-riskju li jkun eskluż mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikun limitat għall-ammont tal-pożizzjoni tar-riskju li jinnewtralizza s-sensittività ta' kwalunkwe wieħed mill-proporzjonijiet kapitali għall-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju;

    (b)

    il-pożizzjoni tar-riskju tkun eskluża mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal tal-anqas sitt xhur;

    (c)

    l-istituzzjoni tkun stabbiliet qafas xieraq ta' ġestjoni tar-riskju għall-iħħeġġjar tal-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha, inkluż strateġija ċara ta' ħħeġġjar u struttura ta' governanza;

    (d)

    l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtorità kompetenti ġustifikazzjoni għall-esklużjoni ta' pożizzjoni tar-riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, id-dettalji ta' dik il-pożizzjoni ta' riskju u l-ammont li għandu jiġi eskluż.

    2.   Kwalunkwe esklużjoni ta' pożizzjonijiet tar-riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi applikata b'mod konsistenti.

    3.   L-awtorità kompetenti għandha japprovaw kwalunkwe bidla mill-istituzzjoni fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju msemmi ful-paragrafu 1, il-punt (c), u fid-dettalji tal-pożizzjonijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d).

    4.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

    (a)

    il-pożizzjonijiet tar-riskju li istituzzjoni tista' tieħu deliberatament sabiex tiħħeġġja, tal-anqas parzjalment, kontra l-movimenti avversi tar-rati tal-kambju fuq kwalunkwe wieħed mill-proporzjonijiet kapitali tagħha msemmija fil-paragrafu 1;

    (b)

    kif jiġi ddeterminat l-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u l-mod li bih istituzzjoni trid teskludi dak l-ammont għal kull wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1);

    (c)

    il-kriterji li jiġu ssodisfati mill-qafas ta' ġestjoni tar-riskju ta' istituzzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt (c), sabiex jitqies xieraq għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (38)

    l-Artikolu 106 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “3.   Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti permezz ta' derivattiv ta' kreditu mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' kreditu għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punt (a), meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni ta' derivattiv ta' kreditu oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-portafoll mhux tan-negozjar u jpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

    Kemm ħeġġ intern rikonoxxut f'konformità mal-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), iż-żewġ pożizzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess post tan-negozjar li jimmaniġġja riskji simili.

    4.   Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' derivattiv ta' ekwità mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, din il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' ekwità għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punt (a), meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-ekwità oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-portafoll mhux tan-negozjar u tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

    Kemm ħeġġ intern rikonoxxut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. Sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemmi f l-Artikolu 325(1), il-punt (b), iż-żewġ pożizzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess post tan-negozjar li jimmaniġġja riskji simili.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4, it-tranżazzjoni derivattiva ta' kreditu jew ta' ekwità li tkun daħlet fiha istituzzjoni tista' tkun magħmula minn tranżazzjonijiet multipli ma' fornituri ta' protezzjoni ta' partijiet terzi eliġibbli multipli, dment li t-tranżazzjoni aggregata li tirriżulta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk il-paragrafi.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-valutazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar f'konformità mal-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1), il-punti (a), (b) u (c), il-pożizzjoni ġiet assenjata lil portafoll separat mill-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar, li l-istrateġija tan-negozju tiegħu hija ddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-ħeġġijiet interni tal-iskopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;

    (b)

    għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), il-pożizzjoni tkun ġiet assenjata lil post tan-negozjar li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu tkun iddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;

    (c)

    l-istituzzjoni ddokumentat b'mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE.”

    ;

    (d)

    jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “5a.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 5, l-istituzzjoni tista' tassenja lil dak il-portafoll pożizzjonijiet oħrajn tar-riskju tar-rata tal-imgħax li tkun ikkonkludiet ma' partijiet terzi, jew mal-portafoll tan-negozjar tagħha stess, dment li l-istituzzjoni tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax konklużi mal-portafoll tan-negozjar tagħha stess billi tidħol f'pożizzjonijiet opposti tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi.

    5b.   Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-post tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 5, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu:

    (a)

    dan il-post tan-negozjar jista' jikkonkludi pożizzjonijiet oħrajn tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi jew ma' postijiet tan-negozjar oħrajn tal-istituzzjoni, dment li dawn il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 104 u dawk il-postijiet tan-negozjar l-oħrajn jikkumpensaw perfettament għar-riskju tas-suq ta' dawn il-pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax oħrajn billi jikkonkludu pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax opposti ma' partijiet terzi;

    (b)

    l-ebda pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tiġi assenjata lil dak il-post tan-negozjar;

    (c)

    b'deroga mill-Artikolu 104b, dak il-post tan-negozjar ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dak l-Artikolu.”

    ;

    (e)

    il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “6.   Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll separat imsemmi fil-paragrafu 5, il-punt (a), jew lill-post tan-negozjar imsemmi fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu, għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi awtonoma, minbarra r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar.

    7.   Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (CVA) bl-użu ta' strument ta' derivati konkluż mal-portafoll tan-negozjar tagħha, il-pożizzjoni f'dak l-istrument ta' derivati għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern għall-iskopertura għar-riskju ta' CVA għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 383 jew 384, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-pożizzjoni tad-derivattivi tkun rikonoxxuta bħala ħeġġ eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 386;

    (b)

    meta l-pożizzjoni tad-derivattivi tkun soġġetta għal kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325c(2), il-punt (b) jew (c), jew fl-Artikolu 325e(1), il-punt (c), l-istituzzjoni tikkumpensa perfettament għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni tad-derivattivi billi tidħol f'pożizzjonijiet opposti ma' partijiet terzi.

    Il-pożizzjoni opposta tal-portafoll tan-negozjar tal-ħeġġ intern rikonoxxuta f'konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.”

    ;

    (39)

    fl-Artikolu 107, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw jew l-Approċċ Standardizzat previst fil-Kapitolu 2 jew, meta permessi mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 143, l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni previst fil-Kapitolu 3 sabiex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g).

    2.   Għall-iskoperturi kummerċjali u għall-kontribuzzjonijiet tal-fondi tal-inadempjenza għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stipulat fit-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g). Għat-tipi l-oħrajn kollha ta' skopertura għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw dawn l-iskoperturi bħala skoperturi għal istituzzjonijiet kif ġej:

    (a)

    bħala skoperturi għal istituzzjoni għal tipi oħrajn ta' skoperturi għal CCP kwalifikanti;

    (b)

    bħala skoperturi għal korporattiva għal tipi oħrajn ta' skoperturi għal CCP mhux kwalifikattiva.

    3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, skoperturi għal ditti ta' investiment ta' pajjiżi terzi, istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi u boroż ta' pajjiżi terzi, kif ukoll skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli ma' dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni biss jekk il-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.”

    ;

    (40)

    l-Artikolu 108 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 108

    Użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju ta' dilwizzjoni

    1.   Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 jew tapplika l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji tagħha ta' LGD skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu finanzjata f'konformità mal-Kapitolu 4 fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g) u, fejn rilevanti, tal-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d),u fl-Artikolu 62, il-punt (d).

    2.   Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu finanzjata f'konformità mal-Kapitolu 3 fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g), u, fejn rilevanti, tal-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 62, il-punt (d).

    3.   Meta istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskoperturi oriġinali kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Kapitolu 3 fil-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g), u, fejn rilevanti, fl-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 62, il-punt (d). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għal dawk il-finijiet, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju u fl-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 4.

    4.   Soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu s-self lil persuni fiżiċi bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, għall-finijiet tat-Titolu II, il-Kapitoli 2, 3 u 4, kif applikabbli, meta fi Stat Membru jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin għal dak is-self:

    (a)

    il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru ma jiġix ipprovdut bħala ipoteki f'forma ġuridika;

    (b)

    il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru huma ggarantiti minn fornitur tal-protezzjoni b'valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nnominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2, dan huwa meħtieġ sabiex l-istituzzjoni titħallas lura bis-sħiħ meta l-mutwatarju oriġinali jsir inadempjenti;

    (c)

    l-istituzzjoni għandha d-dritt legali li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni msemmi fil-punt (b) ma jissodisfax jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu jiġu ssodisfati fit-territorji nazzjonali tal-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, u għandhom jipprovdu l-ismijiet tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli għal dak it-trattament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 5.

    L-EBA għandha tippubblika l-lista tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli kollha bħal dawn fuq is-sit web tagħha u taġġorna dik il-lista kull sena.

    5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, is-self imsemmi f'dak il-paragrafu jista' jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-Approċċ Standardizzat ‘skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli’ skont l-Artikoli 124 u 125 bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;

    (b)

    għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ IRB, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-IRB ‘skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali’ imsemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (d)(ii), bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;

    (c)

    ma jkun hemm l-ebda rahan ipotekarju fuq il-proprjetà residenzjali meta jingħata s-self u għas-self mogħti mill-1 ta' Jannar 2014 il-mutwatarju jkun kuntrattwalment marbut li ma jagħti l-ebda rahan ipotekarju mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni li oriġinarjament tkun tat is-self;

    (d)

    il-fornitur tal-protezzjoni huwa fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, u għandu valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2;

    (e)

    il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni jew entità tas-settur finanzjarju soġġetta għal rekwiżiti ta' fondi proprji komparabbli għal dawk applikabbli għal istituzzjonijiet jew għal impriżi tal-assigurazzjoni;

    (f)

    il-fornitur tal-protezzjoni jkun stabbilixxa fond ta' garanzija reċiproka ffinanzjat bis-sħiħ jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex jassorbu t-telf mir-riskju ta' kreditu, li l-kalibrazzjoni tiegħu tiġi rrieżaminata perjodikament mill-awtorità kompetenti tiegħu u tkun soġġetta għal ittestjar għal stress perjodiku, tal-anqas kull sentejn;

    (g)

    l-istituzzjoni għandha kuntrattwalment u legalment is-setgħa li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta.

    6.   Istituzzjonijiet li jużaw l-għażla prevista fil-paragrafu 4 għal fornitur tal-protezzjoni eliġibbli partikolari skont il-mekkaniżmu msemmi f'dak il-paragrafu għandhom jagħmlu dan għall-iskoperturi kollha tiegħu għal persuni fiżiċi ggarantiti minn dak il-fornitur tal-protezzjoni skont dak il-mekkaniżmu.”

    ;

    (41)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 110a

    Monitoraġġ ta' arranġamenti kuntrattwali li mhumiex impenji

    L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l-arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 5, il-punti (10)(a) sa (e), it-tieni subparagrafu, u għandhom jiddokumentaw għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-konformità tagħhom ma' dawn il-kundizzjonijiet kollha.”

    ;

    (42)

    l-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 111

    Valur tal-iskopertura

    1.   Il-valur ta' iskopertura ta' element ta' assi għandu jkun il-valur kontabilistiku residwu tagħha wara li jkunu ġew applikati aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110, aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 34 relatati man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni, ammonti mnaqqsin f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), u tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatat mal-element ta' assi.

    2.   Il-valur tal-iskopertura ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun il-perċentwal li ġej tal-valur nominali tal-element wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110 u l-ammonti mnaqqsin f'konformità mal- Artikolu 36(1), il-punt (m):

    (a)

    100 % għall-elementi fil-bucket 1;

    (b)

    50 % għall-elementi fil-bucket 2;

    (c)

    40 % għall-elementi fil-bucket 3;

    (d)

    20 % għall-elementi fil-bucket 4;

    (e)

    10 % għall-elementi fil-bucket 5.

    3.   Il-valur tal-iskopertua ta' impenn fuq element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun l-aktar baxx mill-perċentwali li ġejjin tal-valur nominali tal-impenn wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u l-ammonti mnaqqsin f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m):

    (a)

    il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li huwa applikabbli għall-element li fuqu jsir l-impenn;

    (b)

    il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li huwa applikabbli għat-tip ta' impenn.

    4.   Arranġamenti kuntrattwali offruti minn istituzzjoni, iżda li għadhom ma ġewx aċċettati mill-klijent, li jsiru impenji jekk jiġu aċċettati mill-klijent, għandhom jiġu trattati bħala impenji u l-perċentwal applikabbli għandu jkun dak previst f'konformità mal-paragrafu 2.

    Għal arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5, il-punti (10)(a) sa (e), it-tieni subparagrafu, il-perċentwal applikabbli għandu jkun ta' 0 %.

    5.   Meta istituzzjoni tkun qiegħda tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura ta' titoli jew ta' komoditajiet mibjugħin, imdaħħla jew mogħtija b'self skont tranżazzjoni li tiffinanzja t-titoli għandu jiżdied bl-aġġustament għall-volatilità xieraq għal tali titoli jew komoditajiet f'konformità mal-Artikoli 223 u 224.

    6.   Il-valur tal-iskopertura ta' strument ta' derivati elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 6, filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-kuntratti ta' novazzjoni u ta' ftehimiet oħrajn ta' netting kif speċifikat f'dak il-Kapitolu. Il-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli u tranżazzjonijiet ta' saldu twil jista' jiġi ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 4 jew 6.

    7.   Meta l-iskopertura tkun koperta minn protezzjoni ta’ kreditu finanzjata, il-valur tal-iskoperturaa jista' jiġi emendat f'konformità mal-Kapitolu 4.

    8.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

    (a)

    il-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw sabiex jassenjaw elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-eċċezzjoni tal-elementi diġà inklużi fl-Anness I, għall-buckets minn 1 sa 5 imsemmija fl-Anness I;

    (b)

    il-fatturi li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jikkanċellaw l-impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness I;

    (c)

    il-proċess għan-notifika lill-EBA dwar il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' elementi oħrajn li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jġorru riskji simili għal dawk imsemmija fl-Anness I.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (43)

    l-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(i)

    skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli u skoperturi ADC;”

    ;

    (b)

    il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(k)

    skoperturi għal dejn subordinat;”

    ;

    (44)

    l-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju, il-piżijiet tar-riskju għandhom jiġu applikati għall-iskoperturi kollha, sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq il-klassi tal-iskoperturi li fiha tkun assenjata l-iskopertura u, sal-limitu speċifikat fit-Taqsima 2, il-kwalità kreditizja tagħha. Il-kwalità kreditizja tista' tiġi stabbilita b'referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs jew għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' aġenziji dwar krediti għall-esportazzjoni f'konformità mat-Taqsima 3. Bl-eċċezzjoni ta' skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi stabbiliti fl-Artikolu 112, il-punti (a), (b), (c) u (e), ta’ dan ir-Regolament meta l-valutazzjoni f'konformità mal-Artikolu 79, il-punt (b) tad-Direttiva 2013/36/UE tirrifletti karatteristiċi ta' riskju ogħla minn dawk implikati mill-iskala ta' kwalità kreditizja li għaliha tkun assenjata l-iskopertura abbażi tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija ta' krediti għall-esportazzjoni, l-istituzzjoni għandha tassenja piż tar-riskju tal-anqas skala waħda tal-kwalità kreditizja ogħla mill-piż tar-riskju implikat mill-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija ta' krediti għall-esportazzjoni.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Meta skopertura tkun soġġetta għall-protezzjoni ta’ kreditu, il-valur tal-iskopertura jew il-piż tar-riskju applikabbli għal dik l-iskopertura, kif xieraq, jistgħu jiġu emendati f'konformità ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu 4.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Il-valur tal-iskopertura ta' kwalunkwe element ieħor li għalih ma huwa pprovdut l-ebda piż tar-riskju skont dan il-Kapitolu għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 %.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Bl-eċċezzjoni ta' skoperturi li jwasslu għal elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali, istituzzjoni tista', soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-iskoperturi ta' dik l-istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha, jew impriża marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni skont it-tifsir tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jagħtu approvazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:”

    ;

    (ii)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-kontroparti tkun istituzzjoni, jew istituzzjoni finanzjarja soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;”

    ;

    (45)

    l-Artikolu 115 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “-1.   L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1, li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.

    Tabella 1

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20 %

    50 %

    50 %

    100 %

    100 %

    150 %

    ”;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mal-iskala ta' kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni fejn ikunu inkorporati l-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali f'konformità mat-Tabella 2.

    Tabella 2

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20 %

    50 %

    100 %

    100 %

    100 %

    150 %

    Għall-iskoperturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 % meta l-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu inkorporati gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ma jkunx ikklassifikat.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “B'deroga mill-paragrafi - 1 u 1, l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali fil-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu stabbiliti meta ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba s-setgħat speċifiċi ta' dawk tal-ewwel biex jiġġeneraw dħul, u l-eżistenza ta' arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li l-effett tagħhom ikun li jnaqqas ir-riskju ta' inadempjenza tagħhom.”

    ;

    (d)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-iskoperturi għal knejjes jew għal komunitajiet reliġjużi kostitwiti fil-forma ta' persuna ġuridika skont id-dritt pubbliku għandhom, sakemm jiġbru t-taxxi f'konformità mal-atti legali li tikkonferixxi lilhom id-dritt li jagħmlu dan, jiġu trattati bħala skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali. F'dak il-każ, il-paragrafu 2 ma għandux japplika.”

    ;

    (e)

    fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “B'deroga mill-paragrafi - 1 u 1, meta l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jittrattaw l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom u ma jkunx hemmx differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba li l-gvern reġjonali jew l-awtoritajiet lokali jkollhom setgħat speċifiċi biex jiġġeneraw dħul u arranġamenti istituzzjonali speċifiċi biex inaqqsu r-riskju ta' inadempjenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw ir-riskju ta' skoperturi għal dawn il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali bl-istess mod.”

    (f)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   B'deroga mill-paragrafi - 1 u 1, skoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali tal-Istati Membri li mhumiex imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 u li huma denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' dak il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %.”

    ;

    (46)

    l-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-Artikolu 115(-1).”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-EBA għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-entitajiet kollha tas-settur pubbliku fl-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.”

    ;

    (47)

    fl-Artikolu 117(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1. Skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 50 %.

    Tabella 1

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20 %

    30 %

    50 %

    100 %

    100 %

    150 %

    ”;

    (48)

    fl-Artikolu 119, jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

    (49)

    fl-Artikolu 120, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “1.   L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.

    Tabella 1

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20 %

    30 %

    50 %

    100 %

    100 %

    150 %

    2.   L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b'maturità oriġinali ta' tliet xhur jew anqas li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u skoperturi li jirriżultaw mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali b'maturità oriġinali ta' sitt xhur jew inqas u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 2 li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.

    Tabella 2

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20 %

    20 %

    20 %

    50 %

    50 %

    150 %

    ”;

    (50)

    l-Artikolu 121 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 121

    Skoperturi għal istituzzjonijiet mhux ikklassifikati

    1.   Skoperturi għal istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati għal wieħed mill-gradi li ġejjin:

    (a)

    meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad A:

    (i)

    l-istituzzjoni jkollha kapaċità adegwata sabiex twettaq l-impenji finanzjarji tagħha, inkluż ir-ripagamenti tal-kapital u tal-imgħax, fil-ħin, għall-ħajja mbassra tal-assi jew tal-iskoperturi u irrispettivament miċ-ċikli ekonomiċi u mill-kundizzjonijiet tan-negozju;

    (ii)

    l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-Artikolu 458(2), il-punti (d)(i) u (vi), u l-Artikolu 459, il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinit fl-Artikolu 128, il-punt (6) tad-Direttiva 2013/36/UE, jew kwalunkwe rekwiżit superviżorju u regolatorju lokali ekwivalenti jew addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, mill-kapital ta' Grad 1 jew mill-fondi proprji, kif applikabbli;

    (iii)

    l-informazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (ii) ta' dan il-punt humiex issodisfati jew jinqabżux mill-istituzzjoni tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b'xi mod ieħor għall-istituzzjoni mutwanti;

    (iv)

    il-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni mutwanti f'konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt;

    (b)

    meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u ma tiġix issodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad B:

    (i)

    l-istituzzjoni tkun soġġetta għal riskju ta' kreditu sostanzjali, inkluż il-kapaċitajiet ta' ripagament li jiddependu minn kundizzjonijiet ekonomiċi jew kummerċjali stabbli jew favorevoli;

    (ii)

    l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-Artikolu 458(2), il-punt (d)(i), u l-Artikolu 459, il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE,, jew kwalunkwe rekwiżit superviżorju jew regolatorju lokali ekwivalenti u addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, mill-kapital ta' Grad 1 jew mill-fondi proprji, kif applikabbli;

    (iii)

    l-informazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (ii) ta' dan il-punt humiex issodisfati jew jinqabżux mill-istituzzjoni tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b'xi mod ieħor għall-istituzzjoni mutwanti;

    (iv)

    il-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni mutwanti f'konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt.

    (c)

    meta l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet ma jiġux assenjati għall-Grad A jew B, jew meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad C:

    (i)

    l-istituzzjoni jkollha riskji materjali ta' inadempjenza u marġini limitati ta' sikurezza;

    (ii)

    il-kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi x'aktarx li jwasslu, jew wasslu, għall-inabbiltà tal-istituzzjoni li tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha;

    (iii)

    meta r-rapporti finanzjarji awditjati jkunu meħtieġa mil-liġi għall-istituzzjoni, l-awditur estern ikun ħareġ opinjoni tal-awditjar negattiva jew ikun esprima dubju sostanzjali dwar il-kapaċità tal-istituzzjoni li tkompli bħala istituzzjoni ta' negozju avvjat fir-rapporti finanzjarji awditjati jew fir-rapporti awditjati tiegħu fit-12-il xahar preċedenti.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii), ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti superviżorji u regolatorji lokali ekwivalenti u addizzjonali ma għandhomx jinkludu riżervi ta' kapital ekwivalenti għal dawk iddefiniti fl-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    2.   Għal skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji li huma ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 119(5), għall-fini li jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(ii) u (b)(ii) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu humiex issodisfati minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jissodisfawx jew jaqbżux kwalunkwe rekwiżit prudenzjali komparabbli.

    3.   Skoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju kif ġej:

    (a)

    l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju għal skoperturi fuq terminu qasir f'konformità mat-Tabella 1:

    (i)

    l-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta' tliet xhur jew anqas;

    (ii)

    L-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta' sitt xhur jew anqas u jirriżulta mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali;

    (b)

    l-iskoperturi assenjati għall-Grad A li ma humiex fuq terminu qasir għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 30 % meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    L-iskopertura ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);

    (ii)

    il-proporzjon tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jkun daqs jew ogħla minn 14 %;

    (iii)

    il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-istituzzjoni jkun ugwali għal jew ogħla minn 5 %;

    (c)

    l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1.

    Meta skopertura għal istituzzjoni ma tkunx denotata fil-munita domestika tal-ġuriżdizzjoni tal-inkorporazzjoni ta' dik l-istituzzjoni, jew meta dik l-istituzzjoni tkun irreġistrat l-obbligazzjoni ta' kreditu f'fergħa f'ġuriżdizzjoni differenti u l-iskopertura ma tkunx fil-munita domestika tal-ġuriżdizzjoni li fiha topera l-fergħa, il-piż tar-riskju assenjat f'konformità mal-punt (a), (b) jew (c), għal skoperturi minbarra dawk b'maturità ta' sena jew anqas li jirriżultaw minn elementi awtolikwidanti u kontinġenti relatati mal-kummerċ li jirriżultaw mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali ma għandux ikun anqas mill-piż tar-riskju ta' skopertura għall-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.

    Tabella 1

    Valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu

    Grad A

    Grad B

    Grad C

    Piż tar-riskju għal skoperturi fuq terminu qasir

    20 %

    50 %

    150 %

    Piż tar-riskju

    40 %

    75 %

    150 %

    ”;

    (51)

    l-Artikolu 122 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-Tabella 6 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Tabella 1

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20 %

    50 %

    75 %

    100 %

    150 %

    150 %

    ”;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Skoperturi li għalihom tali valutazzjoni tal-kreditu ma tkunx disponibbli għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %.”

    ;

    (52)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 122a

    Skoperturi fuq self speċjalizzat

    1.   Fil-klassi tal-iskoperturi korporattivi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (g), l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi fuq self speċjalizzat, skoperturi bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:

    (a)

    l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew tħaddem assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli ma' tali skopertura;

    (b)

    l-iskopertura ma tkunx relatata mal-finanzjament ta' proprjetà residenzjali jew ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u tkun fi ħdan id-definizzjonijiet ta' skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, ta' finanzjament ta' proġetti jew ta' finanzjament ta' komoditajiet stabbiliti fil-paragrafu 3;

    (c)

    l-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw l-obbligu relatat mal-iskopertura jagħtu lill-istituzzjoni grad sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u fuq l-introjtu li jiġġeneraw;

    (d)

    is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu relatat mal-iskopertura jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi finanzjat, aktar milli mill-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali akbar.

    2.   Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1.

    Tabella 1

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20 %

    50 %

    75 %

    100 %

    150 %

    150 %

    3.   Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju kif ġej:

    (a)

    meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' assi fiżiċi, inkluż vapuri, inġenji tal-ajru, satelliti, railcars u flotot, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk l-assi jkun fil-forma ta' flussi ta' flus iġġenerati mill-assi fiżiċi speċifiċi li jkunu ġew iffinanzjati u mirhuna jew assenjati lill-mutwanti (‘skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti’), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 %;

    (b)

    meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi previst finanzjament fuq terminu qasir ta' riżervi, inventarji jew riċevibbli ta' komoditajiet innegozjati fil-borża, inkluż żejt grezz, metalli, jew għelejjel, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk ir-riżervi, inventarji jew riċevibbli għandu jkun ir-rikavati mill-bejgħ tal-komodità (‘skoperturi ta' finanzjament ta' komoditajiet’), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 %;

    (c)

    meta l-iskop ta' skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat proġett individwali, jew fil-forma ta' kostruzzjoni ta' installazzjoni kapitali ġdida jew inkella rifinanzjament ta' installazzjoni eżistenti, b'titjib jew mingħajr titjib, għall-iżvilupp jew l-akkwist ta' installazzjonijiet kbar, kumplessi u għaljin, inkluż impjanti tal-enerġija, impjanti tal-ipproċessar kimiku, minjieri, infrastruttura tat-trasport, ambjent, u infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, li fih l-istituzzjoni mutwanti tħares primarjament lejn id-dħul iġġenerat mill-proġett iffinanzjat, kemm bħala s-sors ta' ripagament kif ukoll bħala t-titolu għas-self (‘skoperturi ta' finanzjament ta' proġetti’), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin:

    (i)

    130 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi preoperazzjonali;

    (ii)

    dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501a, 80 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi operazzjonali u l-iskopertura tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

    (1)

    ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għall-mutwanti, inkluż ir-restrizzjoni li ma jistax jinħareġ dejn ġdid mingħajr il-kunsens tal-fornituri tad-dejn eżistenti;

    (2)

    id-debitur ikollu biżżejjed fondi ta' riżerva ffinanzjati għalkollox fi flus kontanti, jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' entità, biex ikopri l-finanzjament ta' kontinġenza u l-ħtiġijiet ta' kapital operatorju tul il-ħajja tal-proġett li jkun qed jiġi ffinanzjat, dment li l-entità tiġi assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI minn ECAI rikonoxxuta bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;

    (3)

    il-proġett li miegħu tkun relatata l-iskopertura jiġġenera flussi ta' flus li jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti futuri kollha tas-self;

    (4)

    meta d-dħul tad-debitur ma jkunx iffinanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, is-sors ta' ripagament tal-obbligu jiddependi minn kontroparti ewlenija waħda u dik il-kontroparti ewlenija tkun waħda minn dawn li ġejjin:

    bank ċentrali, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, dment li dawn jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 u 115, jew jiġu assenjati klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta; jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, fejn il-bank ċentrali, il-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dawn jiġu assenjati klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dawn jiġu kklassifikati internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;

    entità tas-settur pubbliku, dment li dik l-entità tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 20 % jew inqas f'konformità mal-Artikolu 116, jew tiġi assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità tas-settur pubbliku ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità tas-settur pubbliku tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità tas-settur pubbliku tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;

    entità korporattiva li tkun ġiet assenjata klassifikazzjoni ta' ECAI bi skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 minn ECAI rikonoxxuta, jew, fil-każ ta' istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 3, meta l-entità korporattiva ma jkollhiex valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta, dik l-entità korporattiva tiġi assenjata klassifikazzjoni interna tal-kreditu ekwivalenti għal skala tal-kwalità kreditizja ta' mill-inqas 3 mill-istituzzjoni, dment li dik l-entità korporattiva tiġi kklassifikata internament mill-istituzzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, it-Taqsima 6;

    (5)

    il-klawżoli kuntrattwali li jirregolaw l-iskopertura għad-debitur jipprevedu grad għoli ta' protezzjoni għall-istituzzjoni mutwanti fil-każ ta' inadempjenza tad-debitur;

    (6)

    il-kontroparti ewlenija, jew kontropartijiet oħra li jikkonformaw b'mod simili mal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-kontroparti ewlenija, effettivament jipproteġu lill-istituzzjoni mutwanti kontra telf li jirriżulta mit-terminazzjoni tal-proġett;

    (7)

    l-assi u l-kuntratti kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-proġett ikunu ġew mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti sa fejn ikun permess mil-liġi applikabbli;

    (8)

    l-istituzzjoni mutwanti tkun tista' tieħu kontroll tad-debitur fil-każ ta' avveniment ta' inadempjenza;

    (iii)

    100 % meta l-proġett li l-iskopertura tkun relatata miegħu jkun fil-fażi operazzjonali u l-iskopertura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (ii);

    (d)

    għall-finijiet tal-punt (c)(ii)(3), il-flussi ta' flus iġġenerati m'għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tkunx tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà, li jfisser li, ladarba l-kostruzzjoni titlesta, dment li l-kundizzjonijiet kuntrattwali jiġu ssodisfati, id-debitur ikun intitolat għal pagamenti mill-kontropartijiet kuntrattwali tiegħu li jkopru l-ispejjeż operazzjonali u ta' manutenzjoni, l-ispejjeż tas-servizz tad-dejn u r-redditi tal-ekwità hekk kif id-debitur iħaddem il-proġett, u dawk il-pagamenti ma jkunux soġġetti għal varjazzjonijiet fid-domanda, bħal-livelli ta' traffiku, u jkunu aġġustati tipikament biss għal nuqqas ta' prestazzjoni jew nuqqas ta' disponibbiltà tal-assi għall-pubbliku;

    (ii)

    id-dħul ikun soġġett għal regolamentazzjoni tar-rata tar-redditu;

    (iii)

    id-dħul ikun soġġett għal kuntratt take-or-pay;

    (e)

    għall-finijiet tal-punt (c), il-fażi operazzjonali għandha tfisser il-fażi li fiha l-entità li tkun inħolqot speċifikament biex tiffinanzja l-proġett, jew li tkun ekonomikament komparabbli, tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-entità jkollha fluss ta' flus nett pożittiv li jkun biżżejjed biex ikopri kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jifdal;

    (ii)

    l-entità jkollha dejn fuq terminu twil li jkun qed jonqos.

    4.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet li skonthom jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, il-punt (c)(ii).

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (53)

    l-Artikolu 123 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 123

    Skoperturi fil-livell tal-konsumatur

    1.   Skoperturi li jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:

    (a)

    l-iskopertura tkun għal persuna fiżika waħda jew aktar jew għal SME;

    (b)

    l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, lill-impriżi prinċipali tagħha u lis-sussidjarji tagħha, mid-debitur jew mill-grupp ta' klijenti konnessi, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà m'għandux, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli biex tikkonferma s-sitwazzjoni, jaqbeż EUR 1 miljun;

    (c)

    l-iskopertura tirrappreżenta waħda minn numru sinifikanti ta' skoperturi b'karatteristiċi simili, b'tali modi li r-riskji assoċjati ma' tali skopertura jkunu mnaqqsa b'mod sostanzjali;

    (d)

    l-istituzzjoni kkonċernata tittratta l-iskopertura fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha u timmaniġġa l-iskopertura internament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur b'mod konsistenti maż-żmien u b'mod li jkun simili għat-trattament mill-istituzzjoni ta' skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur.

    Il-valur preżenti tal-pagamenti ta' kera minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jkun eliġibbli għall-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur.

    Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika metodi proporzjonati ta' diversifikazzjoni li skonthom skopertura għandha titqies bħala waħda minn għadd sinifikanti ta' skoperturi simili kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu.

    2.   L-iskoperturi li ġejjin m'għandhomx jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:

    (a)

    skoperturi mhux ta' dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew l-introjtu tal-emittent;

    (b)

    skoperturi ta' dejn u titoli, sħubiji, derivattivi oħra, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a);

    (c)

    l-iskoperturi kollha l-oħra fil-forma ta' titoli.

    3.   L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 75 %, għajr skoperturi ta' tranżatturi, li għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 45 %.

    4.   Meta kwalunkwe wieħed mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġix issodisfat għal skopertura għal persuna fiżika waħda jew aktar, l-iskopertura għandha titqies bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur u għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 100 %.

    5.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 3, l-iskoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni lil pensjonanti jew lil impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kundizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju tal-mutwatarju lil dik l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    biex jitħallas lura s-self, il-mutwatarju jawtorizza mingħajr kundizzjonijiet lill-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur biex jagħmel pagamenti diretti lill-istituzzjoni billi jnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar tal-mutwatarju;

    (b)

    ir-riskji ta' mewt, ta' inkapaċità għax-xogħol, ta' qgħad jew ta' tnaqqis nett tal-pensjoni jew tas-salarju ta' kull xahar tal-mutwatarju jkunu koperti kif xieraq permezz ta' polza tal-assigurazzjoni għall-benefiċċju tal-istituzzjoni;

    (c)

    il-pagamenti ta' kull xahar li għandhom isiru mill-mutwatarju fuq is-self kollu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) m'għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % tal-pensjoni jew is-salarju nett fix-xahar tal-mutwatarju;

    (d)

    il-massimu tal-maturità oriġinali tas-self ikun ugwali għal jew inqas minn 10 snin.”

    ;

    (54)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 123a

    Skoperturi b'diskrepanza fil-munita

    1.   Għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi imsemmija fl-Artikolu 112, il-punt (h), jew għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jikkwalifikaw bħala skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (i), il-piż tar-riskju assenjat f'konformità ma' dan il-Kapitolu għandu jiġi mmultiplikat b'fattur ta' 1,5, fejn il-piż tar-riskju li jirriżulta m'għandux ikun ogħla minn 150 %, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-iskopertura tkuniddenominata f'munita li hija differenti mill-munita tas-sors ta' introjtu tad-debitur;

    (b)

    id-debitur ma jkollux ħeġġ għar-riskju tal-pagament tiegħu minħabba d-diskrepanza fil-munita, jew permezz ta' strument finanzjarju jew inkella introjtu minn munita barranija li jaqbel mal-munita tal-iskopertura, jew it-total ta' tali ħeġġijiet disponibbli għall-mutwatarju jkopri inqas minn 90 % ta' kull pagament parzjali għal din l-iskopertura.

    Meta istituzzjoni ma tkunx tista' tagħżel dawk l-iskoperturi b'diskrepanza fil-munita, il-multiplikatur tal-piż tar-riskju ta' 1,5 għandu japplika għall-iskoperturi mhux iħħeġġjati kollha meta l-munita tal-iskoperturi tkun differenti mill-munita domestika tal-pajjiż ta' residenza tad-debitur.

    2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sors ta' introjtu jirreferi għal kwalunkwe sors li jiġġenera flussi ta' flus lid-debitur, inkluż minn rimessi, minn introjtu mill-kiri jew minn salarji, filwaqt li jeskludi r-rikavati mill-bejgħ ta' assi jew ta' azzjonijiet ta' rikors simili mill-istituzzjoni.

    3.   B'deroga mill-paragrafu 1, meta l-par muniti msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ikun magħmul mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II), il-multiplikatur tal-piż tar-riskju ta' 1,5 m'għandux japplika.”

    ;

    (55)

    L-Artikoli 124, 125 u 126 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    Artikolu 124

    Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli

    1.   Skopertura mhux ADC li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3, jew kwalunkwe parti minn skopertura mhux ADC li taqbeż l-ammont nominali tar-rahan fuq il-proprjetà, għandha tiġi ttrattata kif ġej:

    (a)

    skopertura mhux IPRE għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li mhijiex iggarantita permezz tal-proprjetà immobbli kkonċernata;

    (b)

    skopertura IPRE għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 150 %.

    2.   Skopertura mhux ADC, sal-ammont nominali tar-rahan fuq il-proprjetà, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandha tiġi ttrattata kif ġej:

    (a)

    meta l-iskopertura tkun iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali,

    (i)

    skopertura mhux IPRE għandha tiġi ttrattata f'konformità mal-Artikolu 125(1):

    (ii)

    skopertura IPRE għandha tiġi ttrattata f'konformità mal-Artikolu 125(1) meta tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    il-proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-iskopertura tkun ir-residenza primarja tad-debitur, jew meta l-proprjetà immobbli kollha kemm hi tikkostitwixxi unità ta' abitazzjoni waħda jew inkella meta l-proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-iskopertura tkun unità ta' abitazzjoni li tkun parti separata fil-proprjetà immobbli;

    (2)

    l-iskopertura tkun għal persuna fiżika u tkun iggarantita minn unità ta' abitazzjoni residenzjali li tipproduċi introjtu, jew meta l-proprjetà immobbli kollha kemm hi tikkostitwixxi unità ta' abitazzjoni waħda jew inkella meta l-unità ta' abitazzjoni tkun parti separata fil-proprjetà immobbli, u l-iskoperturi totali tal-istituzzjoni għal dik il-persuna fiżika ma jkunux iggarantiti permezz ta' aktar minn erba' proprjetajiet immobbli, inkluż dawk li ma jkunux proprjetajiet residenzjali jew li ma jissodisfaw l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti f'dan il-punt, jew unitajiet ta' abitazzjoni separati fil-proprjetajiet immobbli;

    (3)

    l-iskopertura tkun għal assoċjazzjonijiet jew kooperattivi ta' persuni fiżiċi li jkunu rregolati skont il-liġi nazzjonali u li jeżistu bl-għan uniku li joffru lill-membri tagħhom l-użu ta' residenza primarja fil-proprjetà li tiggarantixxi s-self;

    (4)

    l-iskopertura tkun għal kumpaniji ta' djar tal-gvern jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jkunu rregolati bil-liġi u li jeżistu biex jaqdu skopijiet soċjali u joffru abitazzjoni fit-tul lill-inkwilini;

    (iii)

    skopertura IPRE li ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (ii) ta' dan il-punt għandha tiġi ttrattata f'konformità mal-Artikolu 125(2);

    (b)

    meta l-iskopertura tkun iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali, din għandha tiġi ttrattata kif ġej:

    (i)

    skopertura mhux IPRE għandha tiġi ttrattata f'konformità mal-Artikolu 126(1);

    (ii)

    skopertura IPRE għandha tiġi ttrattata f'konformità mal-Artikolu 126(2).

    3.   Sabiex tkun eliġibbli għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 2, skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà immobbli għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    il-proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-iskopertura tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    il-proprjetà immobbli tkun tlestiet bis-sħiħ;

    (ii)

    il-proprjetà immobbli tkun foresta jew raba';

    (iii)

    is-self ikun għal persuna fiżika u l-proprjetà immobbli tkun jew proprjetà residenzjali li għadha qed tinbena jew tkun art li fuqha jkun ippjanat li tinbena proprjetà residenzjali meta dak il-pjan ikun ġie approvat legalment mill-awtoritajiet rilevanti kollha, kif applikabbli, u meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    il-proprjetà immobbli ma jkollhiex aktar minn erba' unitajiet ta' abitazzjoni residenzjali u ser tkun ir-residenza primarja tad-debitur u s-self lill-persuna fiżika ma jkunx qed jiffinanzja skoperturi ADC indirettament;

    (2)

    ikunu involuti gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali jew entità tas-settur pubbliku, li l-iskoperturi għalihom jiġu ttrattati f'konformità mal-Artikolu 115(2) jew l-Artikolu 116(4), rispettivament, u dawn ikollhom is-setgħat u l-kapaċità legali li jiżguraw li l-proprjetà li tkun għadha qed tinbena titlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli u jkunu meħtieġa, jew ikunu ħadu impenn legalment vinkolanti, li jiżguraw it-tlestija meta l-kostruzzjoni kieku ma titlestiex f'tali perjodu ta' żmien raġonevoli; inkella jkun hemm mekkaniżmu legali ekwivalenti fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-proprjetà li tkun għadha qed tinbena titlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

    (b)

    l-iskopertura tkun iggarantita bl-ewwel rahan miżmum mill-istituzzjoni fuq il-proprjetà immobbli, jew l-istituzzjoni żżomm l-ewwel rahan u kwalunkwe rahan sekwenzjali ta' klassifikazzjoni aktar baxxa fuq dik il-proprjetà;

    (c)

    il-valur tal-proprjetà ma jkunx materjalment dipendenti fuq il-kwalità kreditizja tad-debitur;

    (d)

    l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-oriġinazzjoni tal-iskopertura u għall-finijiet ta' monitoraġġ tkun iddokumentata kif xieraq, inkluż informazzjoni dwar il-kapaċità tad-debitur li jħallas lura u dwar il-valwazzjoni tal-proprjetà;

    (e)

    ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 208 ikunu ssodisfati u jiġu rispettati r-regoli dwar il-valwazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 229(1).

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tad-debitur.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki ta' sottoskrizzjoni fir-rigward tal-oriġinazzjoni ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli li jinkludu l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-mutwatarju li jħallas lura. Il-politiki ta' sottoskrizzjoni għandhom jinkludu l-metrika rilevanti għal dik il-valutazzjoni u l-livelli massimi rispettivi tagħhom.

    4.   B'deroga mill-paragrafu 3, il-punt (b), f'ġuriżdizzjonijiet li fihom irhna subordinati jipprovdu lid-detentur bi pretensjoni fuq kollateral li jkun legalment infurzabbli u jikkostitwixxi mitigant effettiv tar-riskju ta' kreditu, l-irhna subordinati miżmuma minn istituzzjoni li ma tkunx dik li żżomm ir-rahan prijoritarju jistgħu jiġu rrikonoxxuti wkoll, inkluż meta l-istituzzjoni ma żżommx ir-rahan prijoritarju jew ma żżommx rahan bi klassifikazzjoni bejn rahan aktar prijoritarju u rahan aktar subordinat it-tnejn li huma miżmuma mill-istituzzjoni.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-regoli li jirregolaw l-irhna għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

    (a)

    kull istituzzjoni li jkollha rahan fuq proprjetà tista' tibda l-bejgħ tal-proprjetà b'mod indipendenti minn entitajiet oħrajn li jkollhom rahan fuq il-proprjetà;

    (b)

    meta l-bejgħ tal-proprjetà ma jsirx permezz ta' rkant pubbliku, l-entitajiet li jkollhom rahan prijoritarju jieħdu passi raġonevoli biex jiksbu valur tas-suq ġust jew l-aħjar prezz li jista' jinkiseb fiċ-ċirkostanzi meta jeżerċitaw kwalunkwe setgħa ta' bejgħ waħedhom.

    5.   Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal faċilitajiet mhux miġbuda, l-irhna li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 4, jistgħu jiġu rikonoxxuti meta l-ġbid skont il-faċilità jkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni preċedenti jew simultanja ta' rahan sal-punt tal-interess tal-istituzzjoni fir-rahan ladarba tinġibed il-faċilità, b'tali mod li l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda interess fir-rahan sal-punt li l-faċilità ma tinġibidx.

    6.   Għall-finijiet tal-Artikolu 125(2) u l-Artikolu 126(2), il-proporzjon tal-iskopertura għall-valur (‘ETV’) għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont gross tal-iskopertura jiġi diviż bil-valur tal-proprjetà soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur kontabilistiku tal-element ta' assi relatat mal-iskopertura ggarantita permezz tal-proprjetà immobbli u kwalunkwe ammont mhux miġbud iżda impenjat li, ladarba jinġibed, iżid il-valur tal-iskopertura li tkun iggarantita permezz tal-proprjetà immobbli; dak l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitqiesu:

    (i)

    aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110;

    (ii)

    aġġustamenti għall-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 relatati man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni;

    (iii)

    l-ammonti mnaqqsa f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m); u

    (iv)

    tnaqqis ieħor ta' fondi proprji relatat mal-element ta' assi;

    (b)

    l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitqies kwalunkwe tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux iffinanzjata, ħlief għal kontijiet ta' depożiti mirhuna mal-istituzzjoni mutwanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għan-netting fil-karta tal-bilanċ, jew skont ftehimiet ewlenin ta' netting f'konformità mal-Artikoli 196 u 206 jew skont ftehimiet oħra ta' netting fil-karta tal-bilanċ f'konformità mal-Artikoli 195 u 205 u jkunu ġew mirhuna mingħajr kundizzjonijiet u b'mod irrevokabbli għall-għan uniku li jiġi ssodisfat l-obbligazzjoni ta' kreditu relatat mal-iskopertura ggarantita permezz ta' proprjetà immobbli;

    (c)

    għal skoperturi li jeħtieġ jiġu ttrattati f'konformità mal-Artikolu 125(2) jew l-Artikolu 126(2) meta parti li mhijiex l-istituzzjoni żżomm rahan prijoritarju u rahan subordinat miżmum mill-istituzzjoni jkun rikonoxxut skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-ammont gross tal-iskopertura tar-rahan miżmum mill-istituzzjoni u tal-ammonti gross tal-iskopertura għall-irhna kollha l-oħra bi klassifikazzjoni ugwali jew ogħla mir-rahan miżmum mill-istituzzjoni.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), meta istituzzjoni jkollha aktar minn skopertura waħda ggarantita permezz tal-istess proprjetà immobbli u dawk l-iskoperturi jkunu ggarantiti permezz ta' irhna fuq dik il-proprjetà immobbli li jkunu sekwenzjali f'ordni ta' klassifikazzjoni mingħajr l-ebda rahan miżmum minn parti terza fi klassifikazzjoni xi mkien fin-nofs, l-iskoperturi għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda kombinata u l-ammonti gross tal-iskopertura għall-iskoperturi individwali għandhom jingħaddu flimkien biex jiġi kkalkulat l-ammont gross tal-iskopertura għall-iskopertura unika kombinata.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), meta ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' tiġi aċċertata l-klassifikazzjoni ta' irhna l-oħra, l-istituzzjoni għandha tittratta lil dawk l-irhna bħala bi klassifikazzjoni pari passu mar-rahan subordinat miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha l-ewwel tiddetermina l-piż tar-riskju f'konformità mal-Artikolu 125(2) jew l-Artikolu 126(2) (‘piż tar-riskju bażi’), kif ikun applikabbli. Imbagħad, għandha taġġusta dan il-piż tar-riskju b’multiplikatur ta’ 1,25, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ponderati għar-riskju ta’ irhna subordinati. Meta l-piż tar-riskju bażi jikkorrispondi għall-bucket l-aktar baxx tal-iskopertura għall-valur, il-multiplikatur m’għandux jiġi applikat. Il-piż tar-riskju li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-piż tar-riskju bażi b’1,25 għandu jkun limitat għall-piż tar-riskju li jkun applikat għall-iskopertura li kieku ma jkunux ġew issodisfati r-rekwiżiti fil-paragrafu 3.

    7.   Skoperturi għal inkwilin skont tranżazzjoni ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli li skontha l-istituzzjoni tkun il-lokatur u l-inkwilin ikollu l-għażla li jixtri għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà immobbli u għandhom jiġu ttrattati f’konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 125 jew 126 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti f’dan l-Artikolu, dment li l-iskopertura tal-istituzzjoni tkun iggarantita mis-sjieda tagħha tal-proprjetà.

    8.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 9. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura.

    Meta l-awtorità maħtura mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tkun l-awtorità kompetenti, din għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu informati kif xieraq bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u li jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni tat-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 9.

    Meta l-awtorità maħtura mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tkun differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istat Membru għandu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità maħtura għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun meħtieġa għat-twettiq adegwat tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità maħtura skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità maħtura, kif ukoll li tiżgura li titqies kif xieraq l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    9.   Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u abbażi ta' kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu għandha tivvaluta perjodikament, u tal-inqas darba fis-sena, jekk il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikoli 125 u 126 għall-iskoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità jkunux ibbażati kif xieraq fuq:

    (a)

    l-esperjenza ta' telf ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli;

    (b)

    żviluppi prospettivi fis-swieq tal-proprjetà immobbli.

    Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125 jew 126 ma jirriflettux b'mod adegwat ir-riskji reali relatati ma' skoperturi għal segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-piżijiet tar-riskju jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' żżid il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal dawk l-iskoperturi fi ħdan il-meded iddeterminati fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

    L-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-EBA u l-BERS bi kwalunkwe aġġustament għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati skont dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-EBA u l-BERS għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat u jistgħu jindikaw f'dik l-opinjoni, fejn meħtieġ, jekk iqisux li l-aġġustamenti għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji humiex rakkomandati wkoll għal Stati Membri oħra. L-EBA u l-BERS għandhom jippubblikaw il-piżijiet tar-riskju u l-kriterji għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125 u 126 u fl-Artikolu 199(1), il-punt (a), kif implimentati mill-awtorità rilevanti.

    Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu tista' żżid il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 125(2), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 126(1), l-ewwel subparagrafu, jew l-Artikolu 126(2), l-ewwel subparagrafu, jew inkella timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi għal segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli li tinsab f'parti waħda jew aktar tat-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. Dik l-awtorità m'għandhiex iżżid dawk il-piżijiet tar-riskju għal aktar minn 150 %.

    Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu tista' tnaqqas ukoll il-perċentwali tal-valur tal-proprjetà msemmija fl-Artikolu 125(1) jew l-Artikolu 126(1) jew il-perċentwali tal-iskopertura għall-valur li jiddefinixxu l-bucket tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur stabbilit fl-Artikolu 125(2), it-Tabella 1, jew fl-Artikolu 126(2), it-Tabella 1. L-awtorità rilevanti għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-buckets tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur kollha, b'tali mod li l-piż tar-riskju ta' bucket tal-piż tar-riskju ta' skopertura għall-valur aktar baxx ikun dejjem aktar baxx jew daqs il-piż tar-riskju ta' bucket tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur superjuri.

    10.   Meta l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 tistabbilixxi piżijiet tar-riskju ogħla jew kriterji aktar stretti skont il-paragrafu 9, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perjodu tranżitorju ta' sitt xhur biex japplikawhom.

    11.   L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta' fatturi li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 9.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    12.   Il-BERS, permezz ta' rakkomandazzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, jista' jagħti gwida lill-awtoritajiet maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu dwar dawn it-tnejn li ġejjin:

    (a)

    fatturi li jista' jkollhom ‘effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura’ msemmija fil-paragrafu 9, it-tieni subparagrafu;

    (b)

    punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 għandha tqis meta tiddetermina piżijiet tar-riskju ogħla.

    13.   L-istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskji u l-kriterji li jkunu ġew iddeterminati mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor f'konformità mal-paragrafu 9 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

    14.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x'jikkostitwixxi ‘mekkaniżmu legali ekwivalenti fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-proprjetà li tkun għadha qed tinbena titlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli’, f'konformità mal-paragrafu 3, il-punt (a)(iii)(2).

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 125

    Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali

    1.   Għal skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(i) jew (ii), il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 20 %.

    Meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni.

    Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni għandu jitnaqqas bil-prodott ta':

    (a)

    55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u

    (b)

    l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.

    Meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9).

    Il-parti li jifdal tal-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li ma tkunx iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali.

    2.   Skopertura kif imsemmija fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(iii), għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju stabbilit f'konformità mal-bucket rispettiv tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur fit-Tabella 1.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-iskopertura għall-valur minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9).

    Tabella 1

    ETV

    ETV ≤ 50 %

    50 % < ETV ≤ 60 %

    60 % < ETV ≤ 80 %

    80 % < ETV ≤ 90 %

    90 % < ETV ≤100 %

    ETV > 100 %

    Piż tar-riskju

    30 %

    35 %

    45 %

    60 %

    75 %

    105 %

    Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat, f'konformità mal-Artikolu 430a(3), ir-rati ta' telf għal tali skoperturi li, abbażi tad-data aggregata rrapportata mill-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru għal dak is-suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli, ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat għal tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:

    (a)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,3 %;

    (b)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (b), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,5 %.

    3.   L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll id-deroga msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta' dan l-Artikolu f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

    Meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ma tippubblikax ir-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, l-EBA tista' tippubblika tali informazzjoni għal dak il-pajjiż terz, dment li tkun disponibbli data statistika valida li tkun statistikament rappreżentattiva tas-suq korrispondenti tal-proprjetà residenzjali.

    Artikolu 126

    Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali

    1.   Għal skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), il-punt (b)(i) il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 60 %.

    Meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 60 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni.

    Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 60 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni għandu jitnaqqas bil-prodott ta':

    (a)

    55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u

    (b)

    l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.

    Meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u l-perċentwal stabbilit f'konformità mal-Artikolu 124(9).

    Il-parti li jifdal tal-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li ma tkunx iggarantita permezz tal-proprjetà immobbli kummerċjali.

    2.   Skopertura kif imsemmija fl-Artikolu 124(2), il-punt (b)(ii), għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju stabbilit f'konformità mal-bucket tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur rispettiv fit-Tabella 1.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-iskopertura għall-valur minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbilit f'konformità mal-Artikolu 124(9).

    Tabella 1

     

    ETV ≤ 60 %

    60 % < ETV ≤ 80 %

    ETV > 80 %

    Piż tar-riskju

    70 %

    90 %

    110 %

    Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli kummerċjali li tkun tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat, f'konformità mal-Artikolu 430a(3), ir-rati ta' telf għal tali skoperturi li, abbażi tad-data aggregata rrapportata mill-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru għal dak is-suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli, ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat għal tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:

    (a)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (d), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż-0,3 %;

    (b)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (e), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż- 0,5 %.

    3.   L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-deroga msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu anke f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

    Meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ma tippubblikax ir-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, l-EBA tista' tippubblika tali informazzjoni għal pajjiż terz, dment li jkunu disponibbli data statistika valida, li huma statistikament rappreżentattivi tas-suq korrispondenti tal-proprjetà immobbli kummerċjali.

    4.   L-EBA għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-aġġustament tat-trattament ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali, inkluż skoperturi IPRE u mhux IPRE, filwaqt li tqis l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju u d-differenzi relattivi fir-riskju ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, id-differenzi fis-sensittività għar-riskju tal-iskoperturi IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali msemmija fl-Artikolu 125(2), it-Tabella 1, u l-iskoperturi IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fit-Tabella 1 f'dan l-Artikolu u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS dwar il-vulnerabbiltajiet fis-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali fl-Unjoni. L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

    Abbażi tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta' Diċembru 2028.”

    ;

    (56)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 126a

    Skoperturi għall-akkwist ta' art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni

    1.   Skopertura ADC għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 150 %.

    2.   L-iskoperturi ADC għal proprjetà residenzjali jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %, dment li l-istituzzjoni tapplika standards sodi ta' oriġinazzjoni u monitoraġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 74 u 79 tad-Direttiva 2013/36/UE u meta tal-inqas tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    kuntratti legalment vinkolanti ta' qabel il-bejgħ jew ta' qabel il-kiri, li għalihom ix-xerrej jew l-inkwilin ikun għamel depożitu sostanzjali ta' flus kontanti li jkun soġġett għal konfiska jekk il-kuntratt jiġi tterminat jew meta l-finanzjament ikun żgurat b'mod ekwivalenti, jew kuntratti legalment vinkolanti ta' bejgħ jew ta' kiri, inkluż fejn il-pagament isir b'pagamenti parzjali hekk kif ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jimxu 'l quddiem, jammontaw għal porzjon sinifikanti tal-kuntratti totali;

    (b)

    id-debitur ikollu ekwità sostanzjali f'riskju, li tkun irrappreżentata bħala ammont xieraq ta' ekwità ponderata għad-debitur għall-valur tal-proprjetà residenzjali mat-tlestija.

    3.   Sal-10 ta’ Lulju 2025 l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw it-termini ‘depożiti sostanzjali ta' flus kontanti’, ‘finanzjament żgurat b'mod ekwivalenti’, ‘porzjon sinifikanti tal-kuntratti totali’ u ‘ammont xieraq ta' ekwità kkontribwita mid-debitur’, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-self tal-istituzzjonijiet lil akkomodazzjoni pubblika jew lil entitajiet mingħajr skop ta' qligħ fl-Unjoni li huma rregolati bil-liġi u li jeżistu biex jaqdu skopijiet soċjali u biex joffru akkomodazzjoni fit-tul lill-inkwilini.”

    ;

    (57)

    l-Artikolu 127 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu msemmija fl-ewwel subparagrafu għal skopertura li tkun mixtrija meta diġà tkun f'inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu kwalunkwe differenza pożittiva bejn l-ammont dovut mid-debitur fuq dik l-iskopertura u s-somma tat-tnaqqis ta' fondi proprji addizzjonali jekk dik l-iskopertura kienet tħassret kompletament u kwalunkwe tnaqqis ta' fondi proprji diġà eżistenti relatat ma' dik l-iskopertura.”

    ;

    (b)

    il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “2.   Għall-fini tad-determinazzjoni tal-parti ggarantita ta' skopertura inadempjenti, il-kollateral u l-garanziji għandhom ikunu eliġibbli għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Kapitolu 4.

    3.   Il-valur tal-iskopertura li jifdal wara l-aġġustamenti tar-riskju ta' kreditu speċifiċi ta' skoperturi mhux IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikoli 125 u 126, rispettivament, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 % jekk tkun seħħet inadempjenza f'konformità mal-Artikolu 178.”

    ;

    (c)

    jitħassar il-paragrafu 4;

    (58)

    l-Artikolu 128 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 128

    Skoperturi ta' dejn subordinat

    1.   L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi ta' dejn subordinat:

    (a)

    skoperturi ta' dejn li jkunu subordinati għal pretensjonijiet ta' kredituri mhux garantiti ordinarji;

    (b)

    strumenti ta' fondi proprji sal-punt li dawk l-istrumenti mhumiex meqjusa li huma skoperturi ta' ekwità f'konformità mal-Artikolu 133(1); u

    (c)

    skoperturi li jirriżultaw mill-fatt li l-istituzzjoni jkollha strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b.

    2.   L-iskoperturi ta' dejn subordinat għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 150 %, sakemm dawk l-iskoperturi ta' dejn subordinat ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew ikunu soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu.”

    ;

    (59)

    l-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu, sal-1 ta' Lulju 2027, l-iskoperturi indiretti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu mingħajr klassifikazzjoni esterna li jiggarantixxu self ipotekarju sar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet ta' dak il-punt, bħala skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja, dment li jkunu skoperturi fuq terminu qasir assenjati għall-grad A skont l-Artikolu 121 u li s-self ipotekarju garantit, ladarba jiġi rreġistrat, ikun eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (d), (e) u (f), ta' dan il-paragrafu.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-fini tal-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jistgħu jippermettu li dik il-proprjetà tiġi vvalutata bil-valur tas-suq jew inqas minnu, jew f'dawk l-Istati Membri li stabbilew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, bil-valur tas-self ipotekarju ta' dik il-proprjetà, mingħajr l-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 229(1), il-punt (e), ta' dan ir-Regolament;”

    ;

    (c)

    il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “4.   Bonds koperti li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1 li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.

    Tabella 1

    Skala tal-kwalità kreditizja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    10 %

    20 %

    20 %

    50 %

    50 %

    100 %

    5.   Bonds koperti li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju abbażi tal-piż tar-riskju assenjat lil skoperturi superjuri mhux garantiti tal-istituzzjoni li toħroġhom. Għandha tapplika l-korrispondenza li ġejja bejn il-piżijiet tar-riskju:

    (a)

    jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 10 %;

    (aa)

    jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 30 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 15 %;

    (ab)

    jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 40 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 20 %;

    (b)

    jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 50 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 25 %;

    (ba)

    jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 75 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 35 %;

    (c)

    jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 50 %;

    (d)

    jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 150 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 %.”

    ;

    (60)

    fl-Artikolu 132a(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (d), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi ta' derivattivi ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattivi kkalkulati f'konformità mal-Kapitolu 6, it-Taqsima 3, 4 jew 5, ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.”

    ;

    (61)

    fl-Artikolu 132b, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 l-iskoperturi tal-ekwità sottostanti skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUsgħall-entitjaiet li l-obbligi ta’ kreditu tagħhom jiġu assenjati riskju ta’ ppeżar ta’ 0 % skont dan il-Kapitolu, inkluż dawk l-entitajiet sponsorjati pubblikament fejn ippeżar tar-riskju ta’ 0 % jista’ jiġi applikat, u l-iskoperturi tal-ekwità msemmija fl-Artikolu 133(5), u minflok japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għal dawk l-iskoperturi tal-ekwità.”

    ;

    (62)

    fl-Artikolu 132c(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bħala l-valur preżenti skontat tal-ammont iggarantit bl-użu ta' fattur ta' skont li jiġi derivat minn rata mingħajr riskju skont l-Artikolu 325l(2) jew (3), kif applikabbli. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura tal-impenn ta' valur minimu bi kwalunkwe telf rikonoxxut fir-rigward tal-impenn ta' valur minimu skont l-istandard kontabilistiku applikabbli.”

    ;

    (63)

    l-Artikolu 133 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 133

    Skoperturi ta' ekwità

    1.   Dawn kollha li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala skoperturi ta' ekwità:

    (a)

    kwalunkwe skopertura li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    ma tkunx tista' tiġi rkuprata fis-sens li r-redditu tal-fondi investiti jista' jinkiseb biss bil-bejgħ tal-investiment jew bil-bejgħ tad-drittijiet għall-investiment jew bil-likwidazzjoni tal-emittent;

    (ii)

    ma tinkorporax obbligu min-naħa tal-emittent;

    (iii)

    twassal għal pretensjoni residwa fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;

    (b)

    strumenti li jkunu jikkwalifikaw bħala entrati ta' Grad 1 li kieku jinħarġu minn istituzzjoni;

    (c)

    strumenti li jinkorporaw obbligu min-naħa tal-emittent u jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-emittent ikun kapaċi jiddifferixxi s-saldu tal-obbligu b'mod indefinit;

    (ii)

    l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent;

    (iii)

    l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta' numru varjabbli ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent u, ceteris paribus, kwalunkwe bidla fil-valur tal-obbligu tkun attribwibbli għal, komparabbli ma', u fl-istess direzzjoni bħall-bidla fil-valur ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent;

    (iv)

    id-detentur tal-istrument ikollu l-għażla li jirrikjedi li l-obbligu jiġi ssaldat f'azzjonijiet ta' ekwità, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    fil-każ ta' strument innegozjat, l-istituzzjoni tkun uriet, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-istrument huwa nnegozjat fis-suq aktar bħad-dejn tal-emittent milli bħall-ekwità tiegħu;

    (2)

    fil-każ ta' strumenti mhux innegozjati, l-istituzzjoni tkun uriet, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-istrument għandu jiġi ttrattat bħala pożizzjoni ta' dejn;

    (d)

    obbligi ta' dejn u titoli oħrajn, sħubijiet, derivattivi jew strumenti oħrajn strutturati b'tali mod li s-sustanza ekonomika tkun simili għall-iskoperturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), inkluż obbligazzjonijiet li minnhom ir-redditu jkun marbut ma' dak tal-ekwitajiet;

    (e)

    skoperturi ta' ekwità li jkunu rreġistrati bħala self iżda li jirriżultaw minn konverżjoni ta' dejn f'ekwità magħmula bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iii), l-obbligazzjonijiet jinkludu dawk li jeħtieġu jew jippermettu s-saldu permezz tal-ħruġ ta' numru varjabbli tal-azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent, li għalihom il-bidla fil-valur monetarju tal-obbligu tkun ugwali għall-bidla fil-valur ġust ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità multiplikat b'fattur speċifikat, meta kemm il-fattur kif ukoll in-numru ta' ishma referenzjati jkunu fissi.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iv), meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt, l-istituzzjoni tista' tiddekomponi r-riskji għal finijiet regolatorji, soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

    2.   L-investimenti ta' ekwità ma għandhomx jiġu ttrattati bħala skoperturi ta' ekwità fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (a)

    l-investimenti ta' ekwità huma strutturati b'tali mod li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għas-sustanza ekonomika tal-holdings ta' dejn li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1;

    (b)

    l-investimenti ta' ekwità jikkostitwixxu skoperturi ta' titolizzazzjoni.

    3.   Skoperturi ta' ekwità, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 250 %, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux meħtieġa jitnaqqsu jew jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tnejn.

    4.   L-iskoperturi ta' ekwità li ġejjin għal kumpaniji mhux elenkati għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 400 %, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux meħtieġa jitnaqqsu jew jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tnejn:

    (a)

    investimenti għal skopijiet ta' bejgħ mill-ġdid fuq terminu qasir;

    (b)

    investimenti f'ditti ta' kapital ta' riskju jew investimenti simili li jinkisbu b'antiċipazzjoni ta' qligħ kapitali sinifikanti fuq terminu qasir.

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-investimenti f'ekwità fit-tul, inkluż investimenti f'ekwitajiet ta' klijenti korporattivi li magħhom l-istituzzjoni jkollha jew ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi relazzjoni ta' negozju fit-tul u konverżjonijiet ta' dejn f'ekwità għal finijiet ta' ristrutturar korporattiv, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 3 jew 5, kif ikun applikabbli. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, investiment ta' ekwità fit-tul huwa investiment ta' ekwità li jinżamm għal tliet snin jew aktar jew li jiġġarrab bl-intenzjoni li jinżamm għal tliet snin jew aktar kif approvat mill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni.

    5.   L-istituzzjonijiet li jkunu rċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta' 100 % għal skoperturi ta' ekwità mġarrba taħt programmi leġiżlattivi biex jistimulaw setturi speċifikati tal-ekonomija, sal-parti ta' tali skoperturi ta' ekwità li b'mod aggregat ma taqbiżx l-10 % tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    il-programmi leġiżlattivi jipprovdu sussidji sinifikanti jew garanziji, inkluż minn banek multilaterali tal-iżvilupp, minn istituzzjonijiet ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif iddefiniti fl-Artikolu 429a(2) jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-investiment lill-istituzzjoni;

    (b)

    il-programmi leġiżlattivi jinvolvu xi forma ta' sorveljanza tal-gvern;

    (c)

    il-programmi leġiżlattivi jinvolvu restrizzjonijiet fuq l-investiment ta' ekwità, bħal limitazzjonijiet fuq id-daqs u t-tipi ta' negozji li l-istituzzjoni tkun qed tinvesti fihom, fuq l-ammonti permissibbli ta' interessi proprjetarji, fuq il-pożizzjoni ġeografika u fuq fatturi rilevanti oħra li jillimitaw ir-riskju potenzjali tal-investiment għall-istituzzjoni li tinvesti.

    6.   Skoperturi ta' ekwità għal banek ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 %.

    7.   Parteċipazzjoni fl-ekwità li tiġi reġistrata bħala self iżda li tkun irriżultat minn konverżjoni ta' dejn f'ekwità magħmula bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn ma għandhiex tiġi assenjata piż tar-riskju aktar baxx mill-piż tar-riskju li jkun japplika li kieku l-parteċipazzjoni fl-ekwità kienet ittrattata bħala skopertura ta' dejn.”

    ;

    (64)

    fl-Artikolu 134, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Elementi fi flus kontanti li qegħdin fil-proċess li jinġabru għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %. Flus kontanti li huma proprjetà ta' u miżmuma mill-istituzzjoni, jew fi tranżitu, u elementi fi flus kontanti ekwivalenti għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 %.”

    ;

    (65)

    fl-Artikolu 135, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-ESMA għandha tħejji rapport dwar jekk ir-riskji ESG humiex riflessi kif xieraq fil-metodoloġiji ta' klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu tal-ECAI u tippreżenta dak ir-rapport lill-Kummissjoni.

    Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar 2026.”

    ;

    (66)

    l-Artikolu 138 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(g)

    għal skoperturi għal istituzzjonijiet, istituzzjoni ma għandhiex tuża valutazzjoni tal-kreditu ta' ECAI li tinkorpora suppożizzjonijiet ta' appoġġ impliċitu mill-gvern, sakemm il-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI rispettiva ma tkunx tirreferi għal istituzzjoni li tkun proprjetà ta' jew stabbilita u sponsorjata minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali.”

    ;

    (b)

    jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (g), fil-każ ta' istituzzjonijiet, għajr istituzzjonijiet li huma proprjetà ta' jew stabbiliti u sponsorjati minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali, li għalihom jeżistu biss valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI li jinkorporaw suppożizzjonijiet ta' appoġġ impliċitu mill-gvern, l-iskoperturi għal tali istituzzjonijiet għandhom jiġu trattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet mhux ikklassifikati f'konformità mal-Artikolu 121.

    ‘Appoġġ impliċitu mill-gvern’ tfisser li l-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali jaġixxu biex jipprevjenu lill-kredituri tal-istituzzjoni milli jġarrbu telf fil-każ ta' inadempjenza jew ta' diffikultà tal-istituzzjoni.”

    ;

    (67)

    fl-Artikolu 139(2), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju ogħla milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:

    (i)

    ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;

    (ii)

    tikklassifika pari passu jew subordinata fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti;

    (b)

    il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju aktar baxx milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:

    (i)

    ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;

    (ii)

    tikklassifika pari passu jew prijoritarja fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti.”

    ;

    (68)

    l-Artikolu 141 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 141

    Elementi f'munita domestika u barranija

    1.   Valutazzjoni tal-kreditu li tirreferi għal element denominat fil-munita domestika tad-debitur ma għandhiex tintuża sabiex jiġi dderivat piż tar-riskju għal skopertura fuq dak l-istess debitur li tkun iddenominat f'munita barranija.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, meta skopertura tirriżulta permezz tal-parteċipazzjoni ta' istituzzjoni f'self li jkun ġie estiż minn, jew li jkun ġie ggarantit kontra r-riskju ta' konvertibbiltà u ta' trasferiment minn bank multilaterali tal-iżvilupp elenkat fl-Artikolu 117(2) li l-istatus ta' kreditur preferut tiegħu jkun irrikonoxxut fis-suq, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-element tal-munita domestika tad-debitur tista' tintuża sabiex jiġi dderivat piż tar-riskju għal skopertura fuq dak l-istess debitur li tkun iddenominata f'munita barranija.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, meta l-iskopertura ddenominata f'munita barranija ikun iggarantita kontra r-riskju ta' konvertibbiltà u ta' trasferiment, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-element tal-munita domestika tad-debitur tista' tintuża biss għall-finijiet ta' ponderazzjoni tar-riskju fuq il-parti ggarantita ta' dik l-iskopertura. Il-parti ta' dik l-iskopertura li m'hijiex iggarantita għandha tkun ponderata għar-riskju abbażi ta' valutazzjoni tal-kreditu fuq id-debitur li tirreferi għal element iddenominat f'dik il-munita barranija.”

    ;

    (69)

    fl-Artikolu 142, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(1a)

    ‘klassi tal-iskoperturi’ tfisser kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), il-punt (e), (ea), (f) jew (g);

    (1b)

    ‘skopertura korporattiva’ tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii);

    (1c)

    ‘skopertura fil-livell tal-konsumatur’ tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv);

    (1d)

    ‘skopertura għall-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku’ tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii);”

    ;

    (b)

    il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(2)

    ‘tip ta' skoperturi’ tfisser grupp ta' skoperturi mmaniġġati b'mod omoġenu, li jistgħu jkunu limitati għal entità waħda jew għal subsett wieħed ta' entitajiet fi grupp dment li l-istess tip ta' skoperturi jiġi mmaniġġat b'mod differenti f'entitajiet oħra tal-grupp;”

    ;

    (c)

    il-punti (4) u (5) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(4)

    ‘entità kbira regolata tas-settur finanzjarju’ tfisser entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-assi totali tal-entità, jew l-assi totali tal-kumpanija prinċipali tagħha meta l-entità jkollha kumpanija prinċipali, ikkalkulati fuq bażi individwali jew konsolidata, ikunu akbar minn jew ugwali għal EUR 70 biljun, bl-użu tal-aktar rapport finanzjarju awditjat jew rapport finanzjarju konsolidat reċenti sabiex jiġi ddeterminat id-daqs tal-assi;

    (b)

    l-entità tkun soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali, direttament fuq bażi individwali jew konsolidata, jew indirettament mill-konsolidazzjoni prudenzjali tal-impriża prinċipali tagħha, f'konformità ma' dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2019/2033, mad-Direttiva 2009/138/KE, jew ma' rekwiżiti prudenzjali legali ta' pajjiż terz li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk l-atti tal-Unjoni;

    (5)

    ‘entità mhux regolata tas-settur finanzjarju’ tfisser entità tas-settur finanzjarju li ma tissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (4)(b);”

    ;

    (d)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(5a)

    ‘korporattiva kbira’ tfisser kwalunkwe impriża korporattiva li jkollha bejgħ annwali konsolidat ta' aktar minn EUR 500 miljun jew li tappartjeni għal grupp li fih il-bejgħ annwali totali għall-grupp konsolidat ikun ta' aktar minn EUR 500 miljun;”

    ;

    (e)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(8a)

    ‘approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD’ tfisser aġġustament tal-LGD jew l-immudellar ta' aġġustament kemm tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti;

    (9)

    ‘minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni’ tfisser il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura komparabbli u diretta għall-fornitur tal-protezzjoni;

    (10)

    għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata ‘rikonoxxuta’ tfisser protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li l-effett tagħha fuq il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju jew l-ammonti ta' telf mistenni tal-iskopertura sottostanti jitqies b'wieħed mill-metodi li ġejjin, f'konformità mal-Artikolu 108(3):

    (a)

    approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD;

    (b)

    is-sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB, kif iddefinit fl-Artikolu 192, il-punt (5);

    (11)

    ‘SA-CCF’ tfisser il-perċentwal applikabbli skont il-Kapitolu 2, f'konformità mal-Artikolu 111(2);

    (12)

    ‘IRB-CCF’ tfisser l-istimi proprji tal-fattur ta' konverżjoni tal-kreditu.”

    ;

    (f)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (5a), meta ssir il-valutazzjoni għal-limitu tal-bejgħ, l-ammonti għandhom jiġu kif irrapportati, kif inhuma, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal-korporattivi jew, għal korporattivi li huma parti minn gruppi konsolidati, il-gruppi konsolidati tagħhom skont l-istandard kontabilistiku applikabbli għall-impriża prinċipali applikabbli tal-grupp konsolidat. Iċ-ċifri għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti medji kkalkulati matul it-tliet snin preċedenti, jew fuq l-aħħar ammonti aġġornati kull tliet snin mill-istituzzjoni.”

    ;

    (70)

    l-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Għandu jkun meħtieġ permess minn qabel biex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-istimi proprji tal-LGD u l-IRB-CCF, għal kull klassi tal-iskoperturi u għal kull sistema ta' klassifikazzjoni u għal kull approċċ għall-istima tal-LGDs u s-CCFs użati.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu,, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    bidliet materjali fil-medda ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża;

    (b)

    bidliet materjali f'sistema ta' klassifikazzjoni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża.”

    ;

    (c)

    il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “4.   L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-bidliet kollha fis-sistemi ta' klassifikazzjoni.

    5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni eżistenti għal skoperturi addizzjonali oħra mhux diġà koperti minn dik is-sistema ta' klassifikazzjoni u għal bidliet fis-sistemi ta' klassifikazzjoni skont l-Approċċ IRB.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (71)

    l-Artikolu 144 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    l-istituzzjoni tkun ivvalidat kull sistema ta' klassifikazzjoni matul perjodu xieraq qabel il-permess sabiex tintuża dik is-sistema ta' klassifikazzjoni, tkun ivvalutat matul dak il-perjodu jekk kull sistema ta' klassifikazzjoni hijiex adattata għall-medda ta' applikazzjoni ta' dik is-sistema ta' klassifikazzjoni, u tkun għamlet il-bidliet neċessarji f'kull sistema ta' klassifikazzjoni wara l-valutazzjoni tagħha;”

    ;

    (ii)

    il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(h)

    l-istituzzjoni tkun assenjat u tkun għadha tassenja kull skopertura fil-medda ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal grad jew għal aggregazzjoni ta' klassifikazzjoni ta' dik is-sistema ta' klassifikazzjoni.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija ta' valutazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu fil-valutazzjoni tal-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti għall-użu tal-Approċċ IRB.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (72)

    l-Artikolu 147 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Kull skopertura għandha tiġi assenjata għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

    (a)

    skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali;

    (aa)

    skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku li għandhom jiġu assenjati fil-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

    (i)

    skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali;

    (ii)

    skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku;

    (b)

    skoperturi għal istituzzjonijiet;

    (c)

    skoperturi għal korporattivi, li għandhom jiġu assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

    (i)

    korporattivi ġenerali;

    (ii)

    skoperturi fuq self speċjalizzat;

    (iii)

    riċevibbli mixtrija korporattivi;

    (d)

    skoperturi fil-livell tal-konsumatur, li għandhom jiġu assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:

    (i)

    skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotanti kwalifikanti (‘QRREs’);

    (ii)

    skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali;

    (iii)

    riċevibbli mixtrijin fil-livell tal-konsumatur;

    (iv)

    skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur;

    (e)

    skoperturi ta' ekwità;

    (ea)

    skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew ta' ishma f'CIU;

    (f)

    elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;

    (g)

    assi oħrajn b'obbligi mhux ta' kreditu.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, jitħassar il-punt (a);

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “3a.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu meta dawk l-iskoperturi jiġu ttrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali f'konformità mal-Artikolu 115 jew 116.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 4, jitħassru l-punti (a) u (b);

    (e)

    il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fil-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    skoperturi għal SME, dment li f'dak il-każ l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza, mill-klijent debitur jew mill-grupp debitur ta' klijenti konnessi, iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tivverifika l-ammont ta' dik l-iskopertura, ma jaqbiżx il-EUR 1 miljun;

    (iii)

    skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, inkluż l-ewwel irhna u dawk sussegwenti, self b'terminu, linji ta' kreditu rotanti ta' ekwità ta' dar, u skoperturi kif imsemmi fl-Artikolu 108(4) u (5), irrispettivament mid-daqs tal-iskopertura, sakemm l-iskopertura ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:

    (1)

    skopertura għal persuna fiżika;

    (2)

    skopertura għal assoċjazzjonijiet jew għal kooperattivi ta' individwi rregolati skont il-liġi nazzjonali u li jeżistu bl-għan uniku li joffru lill-membri tagħhom l-użu ta' residenza primarja fil-proprjetà li tiggarantixxi s-self;”

    ;

    (ii)

    il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    mhumiex immaniġġati biss fuq bażi individwali bħala skoperturi fil-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii);”

    ;

    (iii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iii), il-punti (b), (c) u (d), ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii).

    B'deroga mit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu mill-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii), self lil persuni fiżiċi li jkunu ipotekaw aktar minn erba' proprjetajiet immobbli jew unitajiet ta' abitazzjoni, inkluż is-self lill-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 108(4), u jassenjaw dak is-self lil waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii).”

    ;

    (f)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “5a.   Skoperturi fil-livell tal-konsumatur li jappartjenu għal tip ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(i):

    (a)

    l-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi jkunu għal persuna fiżika waħda jew aktar;

    (b)

    l-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi jkunu rotanti, mhux iggarantiti, u sa fejn ma jkunux prelevati immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, kanċellabbli mill-istituzzjoni;

    (c)

    l-iskopertura massima f'dak it-tip ta' skopertura għal persuna fiżika waħda tkun ta' EUR 100 000 jew inqas;

    (d)

    dak it-tip ta' skoperturi jkun wera volatilità baxxa tar-rati ta' telf, meta mqabbel mal-livell medju tar-rati ta' telf tiegħu, speċjalment fil-meded baxxi ta' PD;

    (e)

    it-trattament ta' skoperturi assenjati għal dak it-tip ta' skoperturi bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur rotanti kwalifikanti huwa konsistenti mal-karatteristiċi tar-riskju sottostanti ta' dak it-tip ta' skoperturi.

    Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ir-rekwiżit ta' nuqqas ta' garanzija ma għandux japplika fir-rigward ta' faċilitajiet ta' kreditu kollateralizzati marbutin ma' kont tal-paga. F'dak il-każ, l-ammonti rkuprati mill-kollateral ma għandhomx jitqiesu fl-istimi tal-LGD.

    L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw fil-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(i) l-iskoperturi ta' tranżatturi (‘tranżatturi tal-QRRE’) u l-iskoperturi li mhumiex skoperturi ta' tranżatturi (‘rotaturi tal-QRRE’). B'mod partikolari, QRREs b'inqas minn 12-il xahar ta' storja ta' ripagamenti għandhom jiġu identifikati bħala rotaturi tal-QRRE.”

    ;

    (g)

    il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “6.   Sakemm ma jkunux assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (ea) ta' dan l-Artikolu, l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 133(1) għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (e) ta' dan l-Artikolu.

    7.   Kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu mhux assenjat lill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), il-punt (aa)(i) u (ii), il-punt (b), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), il punt (e), (ea) jew (f), għandu jiġi assenjat għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-punt (c)(i), (ii) jew (iii) ta' dak il-paragrafu.”

    ;

    (h)

    fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Dawk l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(ii), u għandhom jiġu kkategorizzati kif ġej: ‘finanzjament ta' proġetti’ (PF), ‘finanzjament ta' oġġetti’ (OF), ‘finanzjament ta' komoditajiet’ (CF) u ‘proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu’ (IPRE).”

    ;

    (i)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “11.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a)

    il-kategorizzazzjoni għal PF, OF u CF, b'mod konsistenti mad-definizzjonijiet tal-Kapitolu 2;

    (b)

    id-determinazzjoni tal-kategorija IPRE, b'mod partikolari billi jiġi speċifikat liema skoperturi ADC u skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli jistgħu jew għandhom jiġu kkategorizzati bħala IPRE.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    12.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-assenjazzjoni ta' skoperturi għall-klassijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, fejn meħtieġ, biex tispeċifika aktar dawk il-klassijiet tal-iskoperturi.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (73)

    l-Artikolu 148 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   Istituzzjoni li hija permessa tapplika l-approċċ IRB f'konformità mal-Artikolu 107(1) għandha, flimkien ma' kwalunkwe impriża prinċipali u mas-sussidjarji tagħha, timplimenta l-Approċċ IRB għal tal-inqas waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), jew il-punt (g). Ladarba istituzzjoni tkun implimentat l-Approċċ IRB għal ċertu tip ta' skoperturi fi klassi tal-iskoperturi, hija għandha tagħmel dan għall-iskoperturi kollha f'dik il-klassi tal-iskoperturi, sakemm ma tkunx irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tuża l-Approċċ Standardizzat b'mod permanenti f'konformità mal-Artikolu 150.

    Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB tista' ssir sekwenzjalment fit-tipi differenti ta' skoperturi f'ċerta klassi tal-iskoperturi fl-istess unità tan-negozju u f'unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu ta' stimi proprji tal-LGD jew għall-użu tal-IRB-CCF.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-perjodu li matulu istituzzjoni u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha f'ċerta klassi tal-iskoperturi fit-tipi differenti ta' skoperturi fl-istess unità tan-negozju u f'unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew għall-użu tal-IRB-CCF. Dak il-perjodu għandu jkun wieħed li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun adatt fuq il-bażi tan-natura u tal-iskala tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata, jew ta' kwalunkwe impriża prinċipali u tas-sussidjarji tagħha, u tan-numru u tan-natura tas-sistemi ta' klassifikazzjoni li jkunu ser jiġu implimentati.

    3.   L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB f'konformità mal-kundizzjonijiet determinati mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tfassal dawk il-kundizzjonijiet b'mod li jiżguraw li l-flessibbiltà skont il-paragrafu 1 ma tintużax b'mod selettiv għall-fini tal-kisba ta' rekwiżiti tal-fondi proprji mnaqqsa fir-rigward ta' dawk it-tipi ta' skoperturi jew l-unitajiet kummerċjali li jkunu għadhom iridu jiġu inklużi fl-Approċċ IRB jew fl-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew fl-użu tal-IRB-CCF.”

    ;

    (b)

    jitħassru l-paragrafi 4, 5 u 6;

    (74)

    fl-Artikolu 149(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-Approċċ Standardizzat ma jkunx sar bil-ħsieb li tinvolvi ruħha f'arbitraġġ regolatorju, inkluż billi tnaqqas b'mod mhux dovut ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni; u li jkun meħtieġ abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperti totali ta' dak it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b'mod effettiv;”

    ;

    (75)

    l-Artikolu 150 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi kollha li ġejjin:

    (a)

    skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (e);

    (b)

    skoperturi assenjati għal klassijiet tal-iskoperturi jew li jappartjenu għal tipi ta' skoperturi fi klassi ta' skopertura, li għalihom l-istituzzjonijiet ma jkunux irċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni.

    Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni għal klassi tal-iskoperturi partikolari tista', soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għal xi tipi ta' skoperturi f'dik il-klassi tal-iskoperturi, inkluż skoperturi ta' fergħat barranin u gruppi ta' prodotti differenti, meta dawk it-tipi ta' skoperturi jkunu immaterjali f'termini ta' daqs u ta' profil tar-riskju perċepit.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, istituzzjoni tista', soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi li ġejjin fejn jiġi applikat l-Approċċ IRB għal tipi oħra ta' skoperturi fl-istess klassi tal-iskoperturi:

    (a)

    skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet fis-settur pubbliku tagħhom, sakemm:

    (i)

    ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali u dawk l-iskoperturi l-oħra minħabba arranġamenti pubbliċi speċifiċi; u

    (ii)

    l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4);

    (b)

    skoperturi ta' istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha, sakemm il-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali xierqa jew impriża konnessa permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

    (c)

    skoperturi bejn l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7).

    Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal xi tipi biss ta' skoperturi fi klassi tal-iskoperturi, għandha tapplika l-Approċċ Standardizzat għat-tipi li jifdal ta' skoperturi f'dik il-klassi tal-iskoperturi.

    Minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta' dan l-Artikolu u f’dan il-paragrafu, istituzzjoni tista' tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi għal knejjes u għal komunitajiet reliġjużi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 115(3).”

    ;

    (c)

    jitħassar il-paragrafu 2;

    (d)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   Sal-10 ta’ Lulju 2028, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar x'jikkostitwixxi tipi ta' skoperturi li huma immaterjali f'termini ta' daqs u profil tar-riskju perċepit.”

    ;

    (e)

    jitħassru l-paragrafi 3 u 4;

    (76)

    l-Artikolu 151 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu għal skoperturi li jappartjenu għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv) jew il-punt (g), sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew ikunu soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mas-Subtaqsima 2.”

    ;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 4;

    (c)

    il-paragrafi 7, 8 u 9 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “7.   Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGD, u tal-IRB-CCF fejn applikabbli skont l-Artikolu 166(8) u (8b), f'konformità mal-Artikolu 143 u t-Taqsima 6. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-SA-CCFs meta l-Artikolu 166(8) u (8b) ma jippermettux l-użu tal-IRB-CCF.

    8.   Għall-iskoperturi li ġejjin, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 161(1) u l-SA-CCFs f'konformità mal-Artikolu 166(8), (8a) u (8b):

    (a)

    skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (b);

    (b)

    skoperturi għall-entitajiet tas-settur finanzjarju għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;

    (c)

    skoperturi għal korporattivi kbar mhux assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(ii).

    Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii) u l-punt (c)(i), (ii) jew (iii), ħlief għall-iskoperturi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 161(1), u l-SA-CCFs f'konformità mal-Artikolu 166(8), (8a) u (8b), sakemm ma jkunux ingħataw permess li jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-LGD u tal-IRB-CCF għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu.

    9.   Għall-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGD, u tal-IRB-CCF fejn applikabbli skont l-Artikolu 166(8) u (8b), f'konformità mal-Artikolu 143 u t-Taqsima 6.”

    ;

    (d)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “11.   Għal skoperturi fil-forma ta' ishma jew unitajiet f'CIU li tappartjeni għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (ea), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 152, sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew ma jkunux soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu.”

    ;

    (77)

    l-Artikolu 152 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (e), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju tas-CIU f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi ta' derivattivi ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattivi kkalkulati f'konformità mal-Kapitolu 6, it-Taqsima 3, 4 jew 5, ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u li ma jużawx il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew fil-Kapitolu 5, kif applikabbli, għall-iskoperturi sottostanti kollha jew għal partijiet minnhom tas-CIU għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal dawk l-iskoperturi sottostanti kollha jew għal dawk il partijiet minnhom f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

    (a)

    għall-iskoperturi sottostanti li jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (e), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2;

    (b)

    għal skoperturi assenjati għall-elementi li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (f), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 254 bħallikieku dawk l-iskoperturi kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet;

    (c)

    għall-iskoperturi sottostanti l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2.”

    ;

    (78)

    l-Artikolu 153 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Soġġett għall-applikazzjoni tat-trattamenti speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:”

    ;

    (ii)

    il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(iii)

    jekk 0 < PD < 1, allura:

    Image 1

    fejn:

    N

    = il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri N(x) daqs il-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b'medjan ta' 0 u b'varjanza ta' 1 ikun inqas minn jew daqs x;

    G

    = il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri jekk x = G(z), x hija l-valur b'tali mod li N(x) = z;

    R

    = il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni, li huwa ddefinit bħala:

    Image 2

    b

    = il-fattur ta' aġġustament tal-maturità, li huwa ddefinit bħala:

    b = 0,11852 – 0,05478 ∙ lnPD2 ;

    M

    = il-maturità, espressa fi snin u ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 162.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Għal skoperturi għal entitajiet kbar tas-settur finanzjarju rregolati u għal entitajiet mhux regolati tas-settur finanzjarju, il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni R imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (iii), jew fil-paragrafu 4, kif applikabbli, għandu jiġi mmultiplikat b'1,25 meta jiġu kkalkulati l-piżijiet tar-riskju ta' dawk l-iskoperturi.”

    ;

    (d)

    jitħassar il-paragrafu 3;

    (e)

    il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “9.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi msemmija fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, meta jassenjaw il-piżijiet tar-riskju għal skoperturi fuq self speċjalizzat.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (79)

    l-Artikolu 154 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    jekk PD < 1, allura:

    Image 3

    fejn:

    N

    = il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri N(x) daqs il-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b'medjan ta' 0 u b'varjanza ta' 1 ikun inqas minn jew daqs x;

    G

    = il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri jekk x = G(z), x hija l-valur b'tali mod li N(x) = z;

    R

    = il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni, li huwa ddefinit bħala:

    Image 4

    ”;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 2;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur li mhumiex inadempjenti u li huma ggarantiti jew parzjalment iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, koeffiċjent ta' korrelazzjoni R ta' 0,15 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra prodotta bil-formula tal-koeffiċjent ta' korrelazzjoni fil-paragrafu 1.

    Il-piż tar-riskju kkalkulat għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali skont il-paragrafu 1, il-punt (ii), billi jitqies il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni R kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu jiġi applikat kemm għall-porzjon iggarantit kif ukoll il-parti mhux iggarantita ta' dik l-iskopertura.”

    ;

    (d)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Għal QRREs li ma humiex inadempjenti, koeffiċjent ta' korrelazzjoni R ta' 0,04 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra prodotta mill-formula tal-koeffiċjent ta' korrelazzjoni fil-paragrafu 1.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-volatilità relattiva tar-rati ta' telf fil-QRREs kollha li jappartjenu għall-istess tip ta' skoperturi, kif ukoll fil-klassi aggregata ta' skoperturi tal-QRRE, u għandhom jikkondividu informazzjoni dwar il-karatteristiċi tipiċi tar-rati ta' telf rotanti kwalifikanti fil-livell tal-konsumatur mal-Istati Membri u mal-EBA.”

    ;

    (80)

    jitħassar l-Artikolu 155;

    (81)

    fl-Artikolu 157, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment:

    (a)

    il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija, inkluż ir-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 160(4), u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-istimi proprji u l-parametri tal-approċċ ta' riżerva;

    (b)

    il-valutazzjoni tal-kriterju ta' immaterjalità għat-tip ta' skoperturi msemmi fil-paragrafu 5.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (82)

    l-Artikolu 158 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.   It-telf mistenni (EL) u l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku u skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

    expected loss (EL) = PD * LGD

    Ammont ta’ telf mistenni = EL [immultiplikat bil-]valur tal-iskopertura.

    Għall-iskoperturi inadempjenti (PD = 100 %) fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGD, l-EL għandu jkun ELBE, l-aħjar stima mill-istituzzjoni tat-telf mistenni għall-iskopertura inadempjenti skont l-Artikolu 181(1), il-punt (h).”

    ;

    (b)

    jitħassru l-paragrafi 7, 8 u 9.

    (83)

    l-Artikolu 159 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 159

    Trattament tal-ammonti ta' telf mistenni, ta' nuqqas tal-IRB u ta' eċċess tal-IRB

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta' telf mistenni tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 158(5), (6) u (10) mis-somma ta' dawn kollha li ġejjin:

    (a)

    l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta' kreditu relatati ma' dawk l-iskoperturi, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 110;

    (b)

    aġġustamenti ta' valur addizzjonali minħabba inadempjenza ta' kontroparti ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 34 u relatati ma' skoperturi li għalihom l-ammonti ta' telf mistenni jiġu kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10);

    (c)

    tnaqqis ieħor fil-fondi proprji relatat ma' dawk l-iskoperturi minbarra t-tnaqqis li sar f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m).

    Meta l-kalkolu mwettaq f'konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f'ammont pożittiv, l-ammont miksub għandu jissejjaħ ‘eċċess tal-IRB’. Meta l-kalkolu mwettaq f'konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f'ammont negattiv, l-ammont miksub għandu jissejjaħ ‘nuqqas tal-IRB’.

    2.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skontijiet iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 166(1) fuq skoperturi tal-karta tal-bilanċ mixtrija meta f'inadempjenza bl-istess mod bħall-aġġustamenti speċifiċi fir-riskju ta' kreditu. Skontijiet fuq l-iskoperturi tal-karta tal-bilanċ mixtrija meta ma jkunux inadempjenti ma għandhomx jitħallew jiġu inklużi fil-kalkolu tan-nuqqas tal-IRB jew tal-eċċess tal-IRB. L-aġġustamenti speċifiċi fir-riskju ta' kreditu fuq skoperturi f'inadempjenza ma għandhomx jintużaw biex ikopru l-ammonti ta' telf mistenni fuq skoperturi oħra. L-ammonti ta' telf mistenni għall-iskoperturi titolizzati u l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi fir-riskju ta' kreditu relatati ma' dawk l-iskoperturi ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tan-nuqqas tal-IRB jew tal-eċċess tal-IRB.”

    ;

    (84)

    fil-Parti Tlieta, tiddaħħal is-Subtaqsima li ġejja tiddaħħal wara t-Taqsima 4 “PD, LGD u maturità”:

    “Subtaqsima - 1

    Skoperturi koperti permezz ta' garanziji pprovduti mill-gvernijiet ċentrali u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri jew mill-BĊE

    Artikolu 159a

    Nuqqas ta' applikazzjoni tal-minimi tal-input tal-PD, tal-LGD u tas-CCF

    Għall-finijiet tal-Kapitolu 3, u b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 160(1), 161(4), 164(4) u 166(8c), meta skopertura tkun koperta permezz ta' garanzija eliġibbli pprovduta minn gvern ċentrali jew bank ċentrali jew mill-BĊE, il-minimi tal-input tal-PD, tal-LGD u tas-CCF m'għandhomx japplikaw għall-parti tal-iskopertura koperta permezz ta' dik il-garanzija. Madankollu, il-parti tal-iskopertura li ma tkunx koperta permezz ta' dik il-garanzija għandha tkun soġġetta għall-minimi tal-input tal-PD, tal-LGD u tas-CCF ikkonċernati.”

    ;

    (85)

    fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 4, it-titolu tas-Subtaqsima 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku”

    ;

    (86)

    l-Artikolu 160 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (b), jew il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikoli 153 u 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valur tal-PD li jintuża għal kull skopertura bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-PD li ġej: 0,05 %.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' dawk l-iskoperturi, il-valur tal-PD li jintuża għal kull skopertura bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-PD li ġej: 0,03 %.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura li tkun koperta mill-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Artikolu 183.”

    ;

    (d)

    jitħassar il-paragrafu 5;

    (e)

    il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “6.   Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tiġi ffissata ugwali għall-istimi tal-EL tal-istituzzjoni għar-riskju ta' dilwizzjoni. Istituzzjoni li tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi u li tista' tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija f'PDs u LGDs b'mod li l-awtorità kompetenti tqis affidabbli, tista' tuża l-istimi tal-PD li jirriżultaw minn dik id-dekompożizzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Kapitolu 4.

    7.   Istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex tuża l-istimi proprji tal-LGD għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata billi taġġusta l-PDs soġġetta għall-Artikolu 161(3).”

    ;

    (87)

    l-Artikolu 161 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    skoperturi prijoritarji mingħajr protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, għal entitajiet tas-settur finanzjarju u għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku: 45 %;”

    ;

    (ii)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(aa)

    skoperturi prijoritarji mingħajr protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għal korporattivi li mhumiex entitajiet tas-settur finanzjarju: 40 %;”

    ;

    (iii)

    jitħassar il-punt (c);

    (iv)

    il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(e)

    għal skoperturi prijoritarji ta' riċevibbli korporattivi mixtrija meta istituzzjoni ma tkunx tista' tistima l-PDs jew meta l-istimi tal-PD tal-istituzzjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6: 40 %;”

    ;

    (v)

    il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(g)

    għar-riskju ta' dilwazzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija: 100 %.”

    ;

    (b)

    il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “3.   Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura li tkun koperta minn protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fl-LGD f'konformità mal-Artikolu 183.

    4.   Għal skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 153(1), il-punt (iii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), meta jintużaw stimi proprji tal-LGD, il-valuri tal-LGD għal kull skopertura li tintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri minimi tal-input tal-LGD li ġejjin, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

    Tabella 1

    Il-minimi tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii)

    Skopertura mingħajr FCP eliġibbli (LGDU-floor)

    Skopertura ggarantit bis-sħiħ permezz ta' FCP eliġibbli (LGDS-floor)

    25 %

    kollateral finanzjarju

    0 %

    riċevibbli

    10 %

    proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali

    10 %

    kollateral fiżiku ieħor

    15 %

    ”;

    (c)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “5.   Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 153(1), il-punt (iii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), fejn jintużaw l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-LGD li jintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni għal skoperturi mingħajr FCP eliġibbli m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-LGD li ġej: 5 %.

    6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-minimi tal-input tal-LGD fit-Tabella 1 f'dak il-paragrafu għal skoperturi ggarantiti bis-sħiħ permezz ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għandhom japplikaw meta l-valur tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti għall-volatilità Hc u Hfx ikkonċernati f'konformità mal-Artikolu 230, ikun daqs jew jaqbeż il-valur tal-iskopertura sottostanti.

    Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-aġġustamenti relatati rilevanti, Hc u Hfx, f'konformità mal-Artikolu 230, il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandha tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu. F’dak il-każ, it-tip ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu ‘kollateral fiżiku ieħor’ fl-Artiklu 230, it-Tabella 1, għandha tinftiehem bħala ‘kollateral fiżiku ieħor u kollateral ieħor eliġibbli’.

    Il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta' FCP jiġi kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-LGDU-floor għall-parti tal-iskopertura mingħajr FCP u LGDS-floor għall-parti kompletament iggarantita, kif ġej:

    Image 5

    fejn:

    LGDU-floor u LGDS-floor huma l-valuri minimi rilevanti fit-Tabella 1;

    E, ES, EU u HE jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 230.

    7.   Meta istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD għal tip partikolari ta' skoperturi mhux iggarantiti għal korporattivi u skoperturi mhux iggarantiti għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku ma tkunx tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata li tiggarantixxi waħda mill-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi fl-istima proprja tal-LGD minħabba nuqqas ta' data dwar l-irkupri għal dik il-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata, l-istituzzjoni għandha titħalla tapplika l-formula stabbilita fl-Artikolu 230, bl-eċċezzjoni li l-LGDU f'dik il-formula għandu jkun l-istima proprja tal-istituzzjoni tal-LGD għal skoperturi mhux iggarantiti. F'dak il-każ, il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandha tkun eliġibbli f'konformità mal-Kapitolu 4 u l-istima proprja tal-istituzzjoni tal-LGD użati bħala l-LGDU għandha tiġi kkalkulata abbażi tat-telf sottostanti bl-esklużjoni ta' kwalunkwe rkupru li jirriżulta minn dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata.”

    ;

    (88)

    l-Artikolu 162 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Għal skoperturi li għalihom istituzzjoni ma tkunx irċeviet permess mill-awtorità kompetenti biex tuża l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-maturità (M) għandu jiġi applikat b'mod konsistenti u, jew ikun stabbilit għal sentejn u nofs, ħlief għal skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, li għalihom M għandu jkun ta' nofs sena, jew, inkella, jiġi kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 2”.

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Għal skoperturi li għalihom istituzzjoni tapplika l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-maturità (M) għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' perjodi espressi fi snin, kif stabbilit f'dan il-paragrafu u soġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. M m'għandux ikun akbar minn ħames snin, ħlief fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 384(2) fejn għandu jintuża M kif speċifikat hemmhekk. M għandu jiġi kkalkulat kif ġej f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:”

    ;

    (ii)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(da)

    għal tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta' netting, M għandu jkun il-medja ponderata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandu jkun tal-inqas 20 jum; għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta' kull tranżazzjoni;

    (db)

    għal ftehim ewlieni ta' netting li jinkludi aktar minn tip wieħed ta' tranżazzjoni li jikkorrispondu għall-punt (c), (d) jew (da) ta' dan il-paragrafu, M għandu jkun il-maturità medja ponderata li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas l-itwal perjodu ta' holding, espress fi snin, applikabbli għal tali tranżazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 224(2), jew 10 ijiem jew 20 jum, skont il-każijiet; għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta' kull tranżazzjoni;”

    ;

    (iii)

    il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    għal kwalunkwe strument għajr dawk imsemmija f'dan il-paragrafu jew meta istituzzjoni ma tkunx f'pożizzjoni li tikkalkula M kif stabbilit fil-punt (a), M għandu jkun iż-żmien massimu li jifdal, fi snin, permess lid-debitur biex iwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu, inkluż il-kapital, l-imgħax u t-tariffi, fejn M għandu jkun tal-inqas sena;”

    ;

    (iv)

    il-punti (i) u (j) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(i)

    għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi msemmija fl-Artikolu 382a(1), il-punt (a) jew (b), biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA tat-tranżazzjonijiet ma' kontroparti partikolari, M m'għandux ikun akbar minn 1 fil-formula stabbilita fl-Artikolu 153(1), il-punt (iii), għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għar-riskju ta' kontroparti għall-istess tranżazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (a) jew (g), kif applikabbli;

    (j)

    għal skoperturi rotanti, M għandu jiġi ddeterminat bl-użu tad-data massima ta' terminazzjoni kuntrattwali tal-faċilità; l-istituzzjonijiet m'għandhomx jużaw id-data tar-ripagament tal-prelevament kurrenti jekk dik id-data ma tkunx id-data massima ta' terminazzjoni kuntrattwali tal-faċilità.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Meta d-dokumentazzjoni tkun teħtieġ rimarġinazzjoni ta' kuljum u rivalwazzjoni ta' kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront jew it-tpaċija tal-kollateral fil-każ ta' inadempjenza jew ta' nuqqas ta' rimarġinazzjoni, M għandu jkun il-medja ponderata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet u M għandu jkun tal-inqas jum wieħed għal:”

    ;

    (ii)

    it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    (1)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    tranżazzjonijiet awtolikwidanti ta' finanzjament tal-kummerċ fuq terminu qasir u riċevibbli mixtrija korporattivi, dment li l-iskoperturi rispettivi jkollhom maturità residwa sa sena;”

    ;

    (2)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(e)

    ittri ta' kreditu kemm maħruġin kif ukoll ikkonfermati li huma għal terminu qasir, jiġifieri, għandhom maturità ta' inqas minn sena, u li huma awtolikwidanti.”

    ;

    (d)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Għal skoperturi għal korporattivi stabbiliti fl-Unjoni li mhumiex korporattivi kbar, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu M għat-tali skoperturi kollha kif stabbilit fil-paragrafu 1 minflok ma japplikaw il-paragrafu 2.”

    ;

    (e)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   Għall-fini tal-espressjoni fi snin tan-numri minimi ta' jiem imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c) sa (db), u fil-paragrafu 3, in-numri minimi ta' jiem għandhom jiġu diviżi bi 365,25.”

    ;

    (89)

    l-Artikolu 163 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' dawk l-iskoperturi, u b'mod partikolari għall-finijiet tal-Artikoli 154 u 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-PD għal kull skopertura li tintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni għandha tkun l-ogħla mill-PD ta' sena assoċjata mal-grad jew l-aggregazzjoni interna tal-mutwatarju li għaliha tkun assenjata l-iskopertura fil-livell tal-konsumatur u l-valuri minimi tal-input tal-PD li ġejjin:

    (a)

    0,1 % għar-rotaturi tal-QRRE;

    (b)

    0,05 % għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur li mhumiex rotaturi tal-QRRE.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Artikolu 183.”

    ;

    (90)

    l-Artikolu 164 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGD soġġett għar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6 ta' dan il-Kapitolu u għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti f'konformità mal-Artikolu 143. Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija, għandu jintuża valur tal-LGD ta' 100 %. Meta istituzzjoni tkun tista' tiddekomponi l-istimi tat-telf mistenni tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni tar-riċevibbli mixtrija f'PDs u f'LGDs b'mod affidabbli, l-istituzzjoni tista' tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD.

    2.   L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fl-LGD f'konformità mal-Artikolu 183.”

    ;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 3;

    (c)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, u b'mod partikolari skont l-Artikolu 154(1), il-punt (ii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valuri tal-LGD għal kull skopertura li tintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri minimi tal-input tal-LGD stabbiliti fit-Tabella 1, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 4a ta' dan l-Artikolu:

    Tabella 1

    Minimi tal-input tal-LGD (LGDfloor) għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur

    Skopertura mingħajr FCP (LGDU-floor)

    Skopertura ggarantita permezz ta' FCP (LGDS-floor)

    Skopertura fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali

    M/A

    Skopertura fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali

    5 %

    QRRE

    50 %

    QRRE

    M/A

    Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur

    30 %

    Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' kollateral finanzjarju

    0 %

    Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' riċevibbli

    10 %

    Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali

    10 %

    Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' kollateral fiżiku ieħor

    15 %

    ”;

    (d)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, għandu japplika dan li ġej:

    a)

    il-minimi tal-input tal-LGD fil-paragrafu 4, it-Tabella 1 għandhom ikunu applikabbli għal skoperturi ggarantiti permezz ta' protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata meta l-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu;

    (b)

    ħlief għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, il-minimi tal-input tal-LGD fil-paragrafu 4, it-Tabella 1, ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu applikabbli għal skoperturi ggarantiti bis-sħiħ permezz ta' protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata meta l-valur tal-FCP, wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti għall-volatilità rilevanti f'konformità mal-Artikolu 230, ikun daqs jew akbar mill-valur tal-iskopertura tal-iskopertura sottostanti; għall-fini tal-applikazzjoni tal-aġġustamenti relatati rilevanti, Hc u Hfx, f'konformità mal-Artikolu 230, il-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata għandha tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu;

    (c)

    ħlief għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta' protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata jiġi kkalkulat f'konformità mal-formula stabbilita fl-Artikolu 161(6);

    (d)

    għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD għandu jiġi ffissat għal 5 % irrispettivament mil-livell ta' kollateral ipprovdut mill-proprjetà residenzjali.”

    (e)

    il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “6.   Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u ta' kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, u filwaqt li tqis l-iżviluppi prospettivi tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-awtorità maħturaf'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas b'mod annwali, tivvaluta jekk il-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu humiex adatti għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità.

    Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jkunu jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. Dawk il-valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' tali skoperturi.

    L-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-EBA u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-EBA u l-BERS għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-EBA u l-BERS għandhom jippubblikaw l-ogħla valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

    7.   Meta l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 tistabbilixxi valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla skont il-paragrafu 6, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perjodu tranżitorju ta' sitt xhur biex japplikawhom.”

    ;

    (91)

    fil-Parti Tlieta, titħassar is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II;

    (92)

    l-Artikolu 166 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku u skoperturi fil-livell tal-konsumatur ”;

    (b)

    il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “8.   Il-valur tal-iskopertura ta' elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex kuntratti kif elenkati fl-Anness II, għandu jiġi kkalkulat bl-użu jew tal-IRB-CCF jew tal-SA-CCFs, f'konformità mal-paragrafi 8a u 8b ta' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 151(8).

    Meta l-bilanċi miġbuda biss ta' faċilitajiet rotanti jkunu ġew titolizzati, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkomplu jżommu l-ammont meħtieġ ta' fondi proprji kontra l-bilanċi mhux miġbuda assoċjati mat-titolizzazzjoni.

    Istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess tuża l-IRB-CCF għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura bħala l-ammont impenjat iżda mhux miġbud immoltiplikat bl-SA-CCF ikkonċernat.

    Istituzzjoni li tuża l-IRB-CCF għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal impenji mhux miġbuda bħala l-ammont mhux miġbud immultiplikat bl-IRB-CCF.”

    ;

    (c)

    jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “8a.   Għal skopertura li għalih istituzzjoni ma tkunx ingħatat permess tuża l-IRB-CCF, is-CCF applikabbli għandu jkun l-SA-CCF kif previst fil-Kapitolu 2 għall-istess tipi ta' elementi kif stabbiliti fl-Artikolu 111. L-ammont li għalih għandu jiġi applikat l-SA-CCF irid ikun l-aktar baxx mill-valur tal-ammont impenjat iżda mhux miġbud u l-valur li jirrifletti kwalunkwe restrizzjoni possibbli tad-disponibbiltà tal-faċilità, inkluż l-eżistenza ta' limitu massimu fuq l-ammont ta' self potenzjali li huwa relatat mal-fluss ta' flus irrapportat ta' debitur. Meta faċilità tkun ristretta b'dak il-mod, l-istituzzjoni għandu jkollha proċeduri suffiċjenti ta' monitoraġġ u ta' ġestjoni tal-linji biex issostni l-eżistenza ta' dik ir-restrizzjoni.

    8b.   Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jużaw l-IRB-CCF għal skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotanti mhux miġbuda ttrattati skont l-Approċċ IRB, dment li dawk l-iskoperturi ma jkunux soġġetti għal SA-CCF ta' 100 % skont l-Approċċ Standardizzat. L-SA-CCF għandu jintuża għal:

    (a)

    l-entrati l-oħra kollha li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, b'mod partikolari l-impenji mhux rotanti mhux miġbuda;

    (b)

    skoperturi meta r-rekwiżiti minimi għall-kalkolu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 ma jiġux issodisfati mill-istituzzjoni jew meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ippermettiet l-użu tal-IRB-CCF.

    Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, impenn għandu jitqies bħala ‘rotanti’ meta jippermetti lil debitur jikseb self li bih id-debitur ikollu l-flessibbiltà li jiddeċiedi kemm spiss jiġbed mis-self u kull kemm żmien, filwaqt li jippermetti lid-debitur jippreleva, jirrimborża u jerġa' jiġbed self avvanzat lilu. L-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu prepagamenti u l-ġbid mill-ġdid sussegwenti ta' dawk il-prepagamenti għandhom jitqiesu bħala rotanti.

    8c.   Meta jintuża l-IRB-CCF għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotanti għajr skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 147(2), il-punt (a), b'mod partikolari skont l-Artikolu 153(1), l-Artikolu 157 u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura li jintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mis-somma ta':

    (a)

    l-ammont miġbud tal-impenn rotanti;

    (b)

    50 % tal-ammont tal-iskopertura li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-parti mhux miġbuda li jifdal tal-impenn rotanti kkalkulat bl-użu tal-SA-CCF applikabbli previst fl-Artikolu 111.

    Is-somma tal-punti (a) u (b) għandha tissejjaħ il-‘minimu tal-input tas-CCF’.”

    ;

    (d)

    jitħassar il-paragrafu 10;

    (93)

    jitħassar l-Artikolu 167;

    (94)

    fl-Artikolu 169(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif għandhom jiġu applikati fil-prattika r-rekwiżiti dwar id-disinn tal-mudell, il-kwantifikazzjoni tar-riskju, il-validazzjoni u l-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju bl-użu ta' skali ta' klassifikazzjoni kontinwi jew granulari ħafna għal kull parametru tar-riskju.”

    ;

    (95)

    l-Artikolu 170 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu (4), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    il-karatteristiċi tar-riskju tat-tranżazzjoni, inkluż it-tipi tal-prodott u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, il-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata rikonoxxuta, il-kalkoli tas-self għall-valur, il-maturazzjoni u s-superjorità; l-istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw b'mod espliċitu l-każijiet li fihom diversi skoperturi jibbenefikaw mill-istess protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux iffinanzjata.”

    ;

    (96)

    fl-Artikolu 171, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw perjodu ta' żmien itwal minn sena fl-assenjazzjoni tal-klassifikazzjonijiet. Klassifikazzjoni ta' debitur għandha tirrappreżenta l-valutazzjoni tal-istituzzjoni tal-kapaċità u r-rieda tad-debitur li jonora kuntrattwalment minkejja kundizzjonijiet ekonomiċi avversi jew l-okkorrenza ta' avvenimenti mhux mistennija. Is-sistemi ta' klassifikazzjoni għandhom ikunu mfassla b'tali mod li bidliet idjosinkratiċi, fejn dawn ikunu motivaturi materjali tar-riskju għat-tip ta' skopertura, bidliet speċifiċi għall-industrija jkunu motivatur għal migrazzjonijiet minn grad għal ieħor jew minn aggregazzjoni għal oħra. L-effetti taċ-ċiklu tan-negozju jistgħu wkoll ikunu motivatur għal migrazzjonijiet.”

    ;

    (97)

    fl-Artikolu 172, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, l-assenjazzjoni ta' skoperturi għandha titwettaq f'konformità mal-kriterji li ġejjin:”

    ;

    (b)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    kull entità ġuridika separata li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni għandha tkun ikklassifikata b'mod separat;”

    ;

    (c)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), istituzzjoni għandu jkollha politiki xierqa għat-trattament ta' klijenti debituri individwali u ta' gruppi ta' klijenti konnessi. Dawk il-politiki għandu jkun fihom proċess għall-identifikazzjoni ta' riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għal kull entità ġuridika li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni.

    Għall-finijiet tal-Kapitolu 6, tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet fejn jiġi identifikat riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti meta jiġi kkalkolat il-valur tal-iskopertura tagħhom.”

    ;

    (98)

    l-Artikolu 173 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

    “Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, il-proċess tal-assenjazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-metodoloġiji tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw l-integrità tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-valutazzjoni regolari u indipendenti tar-riskji.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (99)

    l-Artikolu 174 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “L-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodi (‘mudelli’) statistiċi jew matematiċi oħrajn sabiex jassenjaw skoperturi għal gradi jew aggregazzjonijiet ta' debituri jew ta' faċilitajiet. Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:”

    ;

    (b)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-mudell għandu jkollu kapaċità ta' tbassir tajba u r-rekwiżiti ta' fondi proprji ma għandhomx jiġu distorti minħabba l-użu tiegħu;”

    ;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (a), il-varjabbli tal-input għandhom jifformaw bażi raġonevoli u effettiva għat-tbassir li jirriżulta. Il-mudell ma għandux ikollu preġudizzji materjali. Għandu jkun hemm rabta funzjonali bejn l-inputs u l-outputs tal-mudell, li tista' tiġi ddeterminata permezz ta' ġudizzju espert, fejn xieraq.”

    ;

    (100)

    l-Artikolu 176 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Għal skoperturi li għalihom dan il-Kapitolu jippermetti l-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew l-użu tal-IRB-CCF iżda li għalihom l-istituzzjonijiet ma jużawx l-istimi proprji tal-LGD jew tal-IRB-CCF, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu data dwar il-paraguni bejn l-LGDs realizzati u l-valuri kif stabbilit fl-Artikolu 161(1), u bejn is-CCF realizzati u l-SA-CCFs kif stabbilit fl-Artikolu 166(8a).”

    ;

    (101)

    l-Artikolu 177 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   Ix-xenarji użati skont il-paragrafu 2 għandhom jinkludu wkoll motivaturi tar-riskju ESG, b'mod partikolari motivaturi tar-riskju fiżiku u ta' tranżizzjoni li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima.

    L-EBA toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 2a.”

    ;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 3;

    (102)

    l-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Inadempjenza ta' debitur jew faċilità ta' kreditu”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b'aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 3, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    l-istituzzjoni tagħti l-kunsens tagħha għal miżura ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 47b tal-obbligazzjoni ta' kreditu meta dik il-miżura x'aktarx tirriżulta f'obbligazzjoni finanzjarju mnaqqsa minħabba l-maħfra materjali, jew posponiment, ta' kapital, imgħax jew fejn rilevanti, tariffi;”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 7, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex taġġorna l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. B'mod partikolari, dak l-aġġornament għandu jqis kif xieraq il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom f'ristrutturar tad-dejn proattiv, preventiv u sinifikanti biex jappoġġaw lid-debituri.

    Fl-iżvilupp ta' dawk il-linji gwida, l-EBA għandha tqis kif xieraq il-ħtieġa li tingħata biżżejjed flessibilità lill-istituzzjonijiet meta jispeċifikaw x'tikkostitwixxi ‘obbligazzjoni finanzjarja mnaqqsa’ għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (d).”

    ;

    (103)

    fl-Artikolu 179(1), il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    sabiex jingħelbu l-preġudizzji, istituzzjoni għandha tinkludi aġġustamenti xierqa fl-istimi tagħha sa fejn ikun possibbli; wara li tkun inkludiet aġġustament xieraq, istituzzjoni għandha żżid mal-istimi tagħha marġni suffiċjenti ta' konservattiviżmu li huwa relatat mal-medda mistennija ta' żbalji fl-istima; fejn il-metodi u d-data jitqiesu li jkunu inqas sodisfaċenti, il-medda mistennija ta' żbalji tkun akbar u l-marġni ta' konservattiviżmu għandu jkun akbar.”

    ;

    (104)

    l-Artikolu 180 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandhom jiġu assoċjati ma' gradi jew aggregazzjonijiet ta' klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għall-istima tal-PD għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi:”

    ;

    (ii)

    il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(e)

    sa fejn li l-istituzzjoni tuża data fuq esperjenza interna ta' inadempjenza għall-istima tal-PDs, l-istimi għandhom jirriflettu l-istandards ta' sottoskrizzjoni attwali u ta' kwalunkwe differenza fis-sistema ta' klassifikazzjoni li ġġenerat id-data u s-sistema ta' klassifikazzjoni attwali; fejn l-istandards ta' sottoskrizzjoni jew is-sistemi ta' klassifikazzjoni jkunu nbidlu, wara li jiġi inkluż aġġustament xieraq, l-istituzzjoni għandha żżid marġni akbar ta' konservattiviżmu fl-istima tagħha tal-PD relatati mal-medda mistennija ta' żbalji fl-istima li ma tkunx diġà koperta mill-aġġustament xieraq;”

    ;

    (iii)

    il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(h)

    irrispettivament minn jekk istituzzjoni hijiex tuża sorsi ta' data esterni, interni jew aggregati jew inkella kombinazzjoni ta' dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal tal-inqas sors wieħed.”

    ;

    (iv)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(i)

    irrispettivament mill-metodu użat għall-istima tal-PD, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw PD għal kull grad ta' klassifikazzjoni abbażi tar-rata ta' inadempjenza medja storika osservata ta' sena li hija medja aritmetika bbażata fuq in-numru ta' debituri (ponderati għall-għadd); approċċi oħrajn, inkluż medji ponderati għall-iskoperturi, ma għandhomx ikunu permessi.”

    ;

    (v)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta' dan il-paragrafu meta l-perjodu ta' osservazzjoni disponibbli jkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, u meta dik id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Id-data għandha tinkludi taħlita rappreżentattiva ta' snin tajbin u ħżiena taċ-ċiklu ekonomiku rilevanti għat-tip ta' skoperturi. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li ma jkunux rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex jużaw l-istimi proprji tal-LGD jew biex jużaw l-IRB-CCF, jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tad-debitur jew tal-faċilità minn medji fit-tul ta' rati ta' inadempjenza ta' sena, u r-rati ta' inadempjenza għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-faċilità biss meta d-definizzjoni ta' inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta' kreditu individwali skont l-Artikolu 178(1), it-tieni subparagrafu;”

    ;

    (ii)

    il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(e)

    irrispettivament minn jekk istituzzjoni hijiex tuża sorsi ta' data esterni, interni jew aggregati, jew inkella kombinazzjoni ta' dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-anqas ħames snin għal tal-anqas sors wieħed.”

    ;

    (iii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-PD għandha tkun ibbażata fuq ir-rata ta' inadempjenza medja storika osservata ta' sena.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), meta l-osservazzjoni disponibbli tkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, u meta dik id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Id-data għandha tinkludi taħlita rappreżentattiva ta' snin tajbin u ħżiena taċ-ċiklu ekonomiku rilevanti għat-tip ta' skoperturi. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin.”

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġiji li f'konformità magħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-metodoloġija ta' istituzzjoni għall-istima tal-PD skont l-Artikolu 143.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (105)

    l-Artikolu 181 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punti minn (c) sa (g) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(c)

    istituzzjoni għandha tikkunsidra l-firxa ta' kwalunkwe dipendenza bejn, minn naħa, ir-riskju tad-debitur u, min-naħa l-oħra, dak tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, jew il-fornitur tagħha.;

    (d)

    id-diskrepanzi fil-munita bejn l-obbligu sottostanti u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għandhom jiġu ttrattati b'mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-LGD tal-istituzzjoni;

    (e)

    sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, dawk l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-valur stmat tas-suq tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata;

    (f)

    sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-ġestjoni, għaċ-ċertezza legali u għall-ġestjoni tar-riskju ta' dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, u dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġeneralment konsistenti ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 3, is-Subtaqsima 1;

    (g)

    sa fejn li istituzzjoni tirrikonoxxi protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti f'konformità mal-Kapitolu 6, Taqsima 5 jew 6, kwalunkwe ammont li jkun mistenni li jiġi rkuprat minn dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;”

    ;

    (ii)

    il-punti (i) u (j) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(i)

    sa fejn it-tariffi għal pagamenti tard, imposti fuq id-debitur qabel il-ħin tal-inadempjenza, ikunu ġew ikkapitalizzati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu mal-kalkolu tal-iskopertura u tat-telf tal-istituzzjoni;

    (j)

    għal skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin, u jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ data wieħed, jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal.”

    ;

    (iii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu l-istituzzjonijiet għandhom iqisu b'mod adegwat l-irkupri realizzati matul il-proċessi ta' rkupru rilevanti minn kwalunkwe tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata kif ukoll mill-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni fl-Artikolu 142(1), il-punt (10).

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), każijiet li fihom ikun hemm grad sinifikanti ta' dipendenza għandhom jiġu indirizzati b'mod konservattiv.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-istimi tal-LGD għandhom iqisu l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet li jieħdu kontroll malajr tal-kollateral tagħhom u jillikwidawh.”

    ;

    b)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    jirriflettu ġbid futur jew fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD;”

    ;

    (ii)

    jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta l-istituzzjonijiet jinkludu ġbid addizzjonali futur fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom, dawk għandhom jitqiesu fl-LGD kemm fin-numeratur kif ukoll fid-denominatur. Meta l-istituzzjonijiet ma jinkludux ġbid addizzjonali futur fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom, dawk għandhom jitqiesu fin-numeratur tal-LGD biss;”

    ;

    (iii)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq minimu ta' ħames snin. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin.”

    ;

    (c)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “4.   L-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tiċċara t-trattament ta' kwalunkwe tip ta'protezzjoni ta' kreditu finanzjata u protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a),ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-parametri tal-LGD;

    5.   Għall-fini tal-kalkolu tat-telf, l-EBA għandha, sal-31 ta' Diċembru 2025, toħroġ linji gwida aġġornati, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar dan li ġej:

    (a)

    fir-rigward ta' każijiet li jirritornaw għal status ta' mhux inadempjenti, filwaqt li jiġi speċifikat kif il-fluss ta' flus artifiċjali għandu jiġi ttrattat u jekk huwiex aktar xieraq għall-istituzzjonijiet li jiskontaw il-fluss ta' flus artifiċjali matul il-perjodu attwali ta' inadempjenza;

    (b)

    il-valutazzjoni ta' jekk il-kalibrazzjoni u l-applikazzjoni tar-rata ta' skont humiex xierqa għall-kalkolu tat-telf ekonomiku fl-iskoperturi kollha.”

    ;

    (106)

    l-Artikolu 182 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-possibbiltà ta' ġbid addizzjonali mid-debitur sa meta u wara li jiġi skattat avveniment ta' inadempjenza;”

    ;

    (ii)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(g)

    l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu stmati bl-użu ta' approċċ b'perjodu fiss ta' 12-il xahar;

    (h)

    l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq data ta' referenza li tirrifletti l-karatteristiċi tal-prattika tal-ġestjoni tad-debitur, tal-faċilità u tal-bank tal-iskoperturi li għalihom jiġu applikati l-istimi.”

    ;

    (iii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fejn l-istituzzjonijiet josservaw fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fuq l-osservazzjonijiet ta' inadempjenza tagħhom, il-fattur ta' konverżjoni realizzat fuq dawk l-osservazzjonijiet għandu jkun ugwali għal żero għall-fini ta' kwantifikazzjoni tal-IRB-CCF tagħhom. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell għall-fini tad-differenzjazzjoni tar-riskju.

    Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-IRB-CCF għandhom jinkludu marġni akbar ta' konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b'saħħitha tista' tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta' konverżjoni.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), kull inadempjenza għandha tkun marbuta mal-karatteristiċi rilevanti tad-debitur u tal-faċilità fid-data ta' referenza fissa definita bħala 12-il xahar qabel id-data ta' inadempjenza.”

    ;

    (b)

    jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “1a.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (h), l-IRB-CCF applikati għal skoperturi partikolari ma għandhomx ikunu bbażati fuq data li tħallat l-effetti ta' karatteristiċi differenti jew data minn skoperturi li juru karatteristiċi ta' riskju materjalment differenti. L-IRB-CCF għandhom ikunu bbażati fuq segmenti omoġenji kif xieraq. Għal dak l-għan, il-prattiki li ġejjin għandhom ikunu permessi biss abbażi ta' skrutinju u ġustifikazzjoni dettaljati minn istituzzjoni:

    (a)

    id-data sottostanti għall-SMEs/għas-suq medju li tiġi applikata għal debituri korporattivi kbar;

    (b)

    id-data minn impenji b'disponibbiltà ta' limitu mhux użata żgħira li tiġi applikata għal faċilitajiet b'disponibbiltà ta' limitu mhux użata kbira;

    (c)

    id-data minn debituri delinkwenti jew imblukkata għal prelevamenti ulterjuri fid-data ta' referenza li tiġi applikata għal debituri mingħajr ebda delinkwenza magħrufa jew restrizzjonijiet rilevanti;

    (d)

    id-data li tkun ġiet affettwata minn bidliet fit-taħlita ta' prodotti ta' teħid b'self u ta' prodotti oħrajn relatati mal-kreditu tad-debituri matul il-perjodu ta' osservazzjoni sakemm dik id-data ma tkunx ġiet aġġustata effettivament billi jitneħħew l-effetti tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti.

    1b.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, il-punt (d), l-istituzzjonijiet għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom fehim dettaljat tal-impatt tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti tal-klijenti fuq is-settijiet ta' data ta' referenza tal-iskoperturi u fuq l-istimi assoċjati tal-IRB-CCF, u li l-impatt huwa immaterjali jew ġie mmitigat b'mod effettiv fil-proċess ta' stima tagħhom. F'dak ir-rigward, dan li ġej ma għandux jitqies xieraq:

    (a)

    l-iffissar ta' limiti minimi jew ta' limiti massimi għal osservazzjonijiet tas-CCF jew tal-valuri tal-iskopertura, bl-eċċezzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat ugwali għal żero, f'konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;

    (b)

    l-użu ta' stimi fil-livell tad-debitur li ma jkoprux għalkollox l-għażliet rilevanti tat-trasformazzjoni tal-prodott jew li jikkombinaw prodotti b'karatteristiċi differenti ħafna b'mod mhux xieraq;

    (c)

    l-aġġustament tal-osservazzjonijiet materjali biss affettwati mit-trasformazzjoni tal-prodott;

    (d)

    l-esklużjoni tal-osservazzjonijiet affettwati mit-trasformazzjoni tal-profil tal-prodott.

    1c.   L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-IRB-CCF tagħhom ikunu effettivament separati mill-effetti potenzjali ta' reġjun ta' instabbiltà kkawżati minn faċilità li tkun qrib li tinġibed għalkollox fid-data ta' referenza.

    1d.   Id-data ta' referenza m’għandhiex tkun limitata għall-ammont prinċipali pendenti ta' faċilità jew il-limitu ta' faċilità disponibbli. Imgħax akkumulat, pagamenti oħra dovuti u ġbid li jaqbeż il-limiti ta' faċilità għandhom jiġu inklużi fid-data ta' referenza.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data li tkopri perijodu minimu ta’ ħames snin, li tiżdied b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq il-minimu ta’ seba’ snin, għal sors wieħed ta’ data mill-anqas. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u d-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perijodu itwal.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri minn tal-inqas ħames snin.”

    ;

    (e)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika l-metodoloġija li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw sabiex jistmaw l-IRB-CCF.”

    ;

    (107)

    l-Artikolu 183 huwa emendat kif ġej

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata għall-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, u skoperturi għal korporattivi meta jintużaw l-istimi proprji tal-LGD u għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    il-garanzija għandha tkun evidenzjata bil-miktub, mhux kanċellabbli u ma tistax tinbidel min-naħa tal-garanti, fis-seħħ sakemm l-obbligazzjoni tkun sodisfatta bis-sħiħ, sal-ammont u san-natura tal-garanzija, u legalment infurzabbli kontra l-garanti f'ġuriżdizzjoni fejn il-garanti jkollu assi li fuqhom tista” tiġi eżegwita sentenza;

    (ii)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(d)

    il-garanzija għandha tkun mingħajr kundizzjoni.”

    ;

    (iii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (d), ‘garanzija mingħajr kundizzjoni’ tfisser garanzija fejn il-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola li l-eżekuzzjoni tagħha tkun barra mill-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti u, li tista' tipprevjeni lill-garanti milli jkun obbligat iħallas kollox fil-ħin wara li d-debitur isir inadempjenti jew li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas. Klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta żbaljata jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-garanzija offruta mill-garanti ma għandhiex tiskwalifika dik il-garanzija milli titqies mhux kundizzjonali.

    Garanziji li fihom il-pagament mill-garanti jkun soġġett għall-fatt li l-istituzzjoni mutwanti l-ewwel ikollha tfittex lid-debitur u li jkopru biss it-telf li jifdal wara li l-istituzzjoni tkunu lestiet il-proċess ta' workout għandhom jitqiesu bħala mhux kundizzjonali.”

    ;

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw jew l-approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD, f'konformità ma' dan l-Artikolu u soġġett għar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, jew inkella s-sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB f'konformità mal-Artikolu 236a u soġġett għar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-Kapitolu 4. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari għall-valutazzjoni tal-effetti tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fuq il-parametri tar-riskju. Il-politiki tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-prattiki interni tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u għandhom jirriflettu r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu. Dawk il-politiki għandhom jispeċifikaw b'mod ċar liema mill-metodi speċifiċi deskritti f'dan il-paragrafu jintużaw għal kull sistema ta' klassifikazzjoni, u l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawk il-politiki b'mod konsistenti maż-żmien.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Id-derivattivi ta' kreditu tat-tip ‘first-to-default’ jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli. Madankollu, id-derivattivi ta' kreditu tat-tip ‘second-to-default’ u d-derivattivi ta' kreditu tat-tip ‘nth-to-default’ l-oħrajn kollha ma għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eleġibbli.”

    ;

    (e)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Meta l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata bl-approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD, il-parti koperta tal-iskopertura sottostanti ma għandux jiġi assenjat piż tar-riskju li jkun aktar baxx mill-minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni. Għal dan il-għan, il-minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-istess PD, LGD u funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 236a.”

    ;

    (f)

    jitħassar il-paragrafu 6;

    (108)

    fil-Parti Tlieta, titħassar is-Subtaqsima 4 tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II;

    (109)

    fl-Artikolu 192, jiżdied il-punt li ġej:

    “(5)

    ‘sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB’ tfisser is-sostituzzjoni, f'konformità mal-Artikolu 236a, tal-parametri tar-riskju tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti mal-PD u l-LGD korrispondenti li jkunu assenjati skont l-approċċ IRB bl-użu tal-istimi proprji tal-LGD għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni.”

    ;

    (110)

    fl-Artikolu 193, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “7.   Kollateral li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' eliġibbiltà stabbiliti f'dan il-Kapitolu jista' jiġi rrikonoxxut anki għal skoperturi assoċjati ma' faċilitajiet mhux miġbudin, meta l-ġbid skont il-faċilità jkun kundizzjonali fuq ix-xiri jew ir-riċeviment preċedenti jew simultanju ta' kollateral sal-punt tal-interess tal-istituzzjoni fil-kollateral ladarba tinġibed il-faċilità, b'tali mod li l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda interess fil-kollateral sa fejn ma tinġibidx il-faċilità.”

    ;

    (111)

    fl-Artikolu 194, jitħassar il-paragrafu 10;

    (112)

    l-Artikolu 197 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punti minn (b) sa (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(b)

    titoli ta’ dejn, maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI jew aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni fejn:

    (i)

    l-ECAI jew l-aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

    (ii)

    il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2, 3 jew 4 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali skont il-Kapitolu 2;

    (c)

    titoli ta’ dejn, maħruġa minn istituzzjonijiet, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:

    (i)

    l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

    (ii)

    il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;

    (d)

    titoli ta’ dejn, maħruġa minn entitajiet oħra, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:

    (i)

    l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

    (ii)

    il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;

    (e)

    titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni tal-kreditu b’terminu qasir minn ECAI fejn:

    (i)

    l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

    (ii)

    il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi fuq terminu qasir skont il-Kapitolu 2;”

    ;

    (ii)

    il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(g)

    ingott tad-deheb;”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fejn CIU (is-‘CIU oriġinali’) jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha ma tkunx limitata għal investiment fi strumenti li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    fejn l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ta’ trasparenza msemmi fl-Artikolu 132a(1) jew l-Artikolu 152(2) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu;

    (b)

    meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-mandat imsemmi fl-Artikolu 132a(2) jew 152(5) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha jkunu investew fi strumenti mhux eliġibbli sal-limitu massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.”

    ;

    (113)

    fl-Artikolu 198, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Fejn is-CIU jew kwalunkwe CIU sottostanti ma tkunx limitata għall-investiment fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 197(1) u (4) u fl-elementi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    fejn l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ta' trasparenza msemmi fl-Artikolu 132a(1) jew l-Artikolu 152(2) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f'dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont l-Artikolu 197(1) u (4), u l-elementi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu;

    (b)

    meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-mandat imsemmi fl-Artikolu 132a(2) jew 152(5) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f'dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont l-Artikolu 197(1) u (4), u l-elementi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha jkunu investew fi strumenti mhux eliġibbli sal-limitu massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.

    Fejn strumenti mhux eliġibbli jista' jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

    (a)

    jikkalkulaw il-valur totali tal-istrumenti mhux eliġibbli;

    (b)

    fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu l-valur assolut ta' dak l-ammont mill-valur totali tal-istrumenti eliġibbli”

    ;

    (114)

    l-Artikolu 199 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(9), bħala kollateral eliġibbli l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali li hija li jew ser tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċjarju fil-każ ta' kumpaniji ta' investiment personali, u proprjetà immobbli kummerċjali, inkluż uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-valur tal-proprjetà ma jkunx jiddependi materjalment mill-kwalità tal-kreditu tad-debitur;

    (b)

    ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment mill-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda mill-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħrajn, u bħala konsegwenza l-ħlas lura tal-faċilità ma jkunx jiddependi materjalment minn kwalunkwe fluss ta' flus kontanti ġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx iż-0.3 %;

    (b)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (b), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx iż-0.5 %.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (d), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż-0.3 %;

    (b)

    l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (e), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż-0.5 %.”

    ;

    (d)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll id-derogi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.”

    ;

    (e)

    fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Meta istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif iddefinita fl-Artikolu 429a(2) ta' dan ir-Regolament toħroġ self promozzjonali kif iddefinit fl-Artikolu 429a(3) ta' dan ir-Regolament għal istituzzjoni oħra, jew għal istituzzjoni finanzjarja li tkun awtorizzata twettaq attivitajiet kif imsemmija fl-Anness I, il-punt 2 jew 3, tad-Direttiva 2013/36/UE u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 119(5) ta' dan ir-Regolament, u meta dik l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra tgħaddi direttament jew indirettament dak is-self promozzjonali lil debitur aħħari u ċċedi r-riċevibbli mis-self promozzjonali bħala kollateral lill-istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku tista' tuża r-riċevibbli ċedut bħala kollateral eliġibbli, irrispettivament mill-maturità oriġinali tar-riċevibbli ċedut.”

    ;

    (f)

    fil-paragrafu 6, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    l-istituzzjoni turi li f'tal-anqas 90 % tal-likwidazzjonijiet kollha għal tip partikolari ta' kollateral, ir-rikavati realizzati mill-kollateral ma jkunux anqas minn 70 % tal-valur tal-kollateral; fejn hemm volatilità materjali fil-prezzijiet tas-suq, l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-valwazzjoni tagħha tal-kollateral hija konservattiva biżżejjed.”

    ;

    (115)

    l-Artikolu 201 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    organizzazzjonijiet internazzjonali li għalihom huwa assenjat piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 118;”

    ;

    (ii)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(fa)

    entitajiet regolati tas-settur finanzjarju;”

    ;

    (iii)

    il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(g)

    meta l-protezzjoni tal-kreditu ma tkunx ipprovduta għal skopertura ta' titolizzazzjoni, impriżi oħrajn, li jkollhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, inkluż impriżi prinċipali, sussidjarji jew entitajiet affiljati tad-debitur meta skopertura diretta għal dawk l-impriżi prinċipali, is-sussidjarji jew l-entitajiet affiljati jkollha piż tar-riskju aktar baxx mill-iskopertura għad-debitur;”

    ;

    (iv)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (fa), ta’ dan l-Artikolu, ‘entità regolata tas-settur finanzjarju’ tfisser entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 142(1), il-punt (4)(b).”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Minbarra l-fornituri tal-protezzjoni elenkati fil-paragrafu 1, l-entitajiet korporattivi li huma kklassifikati internament mill-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 3, tat-Taqsima 6, għandhom ikunu fornituri eliġibbli tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata meta l-istituzzjoni tuża l-approċċ IRB għall-iskoperturi għal dawk l-entitajiet korporattivi.”

    ;

    (116)

    jitħassar l-Artikolu 202;

    (117)

    fl-Artikolu 204, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Id-derivattivi ta' kreditu tat-tip ‘first-to-default’ u d-derivattivi ta' kreditu tat-tip ‘nth-to-default’ l-oħrajn kollha ma għandhomx ikunu tipi eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata skont dan il-Kapitolu.”

    ;

    (118)

    fl-Artikolu 207(4), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    għandhom jikkalkulaw il-valur tas-suq tal-kollateral, u jivvalutawh mill-ġdid kif adatt, mill-inqas darba kull sitt xhur u kull meta jkollhom raġuni biex jaħsbu li seħħ tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral; Il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG għandhom iwasslu għal valutazzjoni ta' jekk seħħx tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral;”

    ;

    (119)

    l-Artikolu 208 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    il-valwazzjoni tal-proprjetà tiġi riveduta meta l-informazzjoni disponibbli għall-istituzzjonijiet tindika li l-valur tal-proprjetà jista' jkun li naqas materjalment fir-rigward tal-prezzijiet ġenerali tas-suq u dik ir-reviżjoni titwettaq minn valwatur li għandu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valwazzjoni u li huwa indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu; Kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG, inkluż dawk relatati mal-limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi, għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni li l-valur tal-proprjetà seta' naqas materjalment, meta mqabbel mal-prezzijiet ġenerali tas-suq; għal self li jaqbeż EUR 3 miljuni jew il-5 % tal-fondi proprji ta' istituzzjoni, il-valwazzjoni tal-proprjetà għandha tiġi riveduta minn tali valwatur mill-inqas kull tliet snin.”

    ;

    (ii)

    jitħassar it-tieni subparagrafu;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “3a.   L-istituzzjonijiet jistgħu jimmonitorjaw il-valur tal-proprjetà immobbli u jidentifikaw il-proprjetà immobbli li teħtieġ rivalwazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 3, permezz ta' metodi statistiċi avvanzati jew metodi matematiċi oħra (‘mudelli’), dment li dawk il-metodi jiġu żviluppati indipendentement mill-proċess ta' deċiżjoni dwar il-kreditu u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil-politiki u fil-proċeduri tagħhom, il-kriterji għall-użu ta' mudelli għall-monitoraġġ tal-valuri tal-kollateral u għall-identifikazzjoni tal-proprjetajiet li għandhom jiġu vvalwati mill-ġdid; dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu r-rekord ipprovat ta' tali mudelli, il-varjabbli speċifiċi għall-proprjetà kkunsidrati, l-użu ta' informazzjoni minima disponibbli u akkurata, u l-inċertezza tal-mudelli;

    (b)

    l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-mudelli użati jkunu:

    (i)

    speċifiċi għall-proprjetà u għall-post f'livell suffiċjenti ta' granularità;

    (ii)

    validi u akkurati, u soġġetti għal ittestjar retrospettiv robust u regolari skont il-prezzijiet attwali osservati tat-tranżazzjonijiet;

    (iii)

    ibbażati fuq kampjun kbir u rappreżentattiv biżżejjed, fuq il-bażi tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet osservati;

    (iv)

    ibbażati fuq data aġġornata ta' kwalità għolja;

    (c)

    l-istituzzjonijiet huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-mudelli;

    (d)

    l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-dokumentazzjoni tal-mudelli tkun aġġornata;

    (e)

    l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal-IT u jkollhom data suffiċjenti u akkurata għal kwalunkwe monitoraġġ ibbażat fuq mudelli tal-valur tal-kollateral tal-proprjetà immobbli u l-identifikazzjoni ta' proprjetà li teħtieġ rivalwazzjoni;

    (f)

    l-istimi tal-mudelli jiġu vvalidati b'mod indipendenti u l-proċess ta' validazzjoni jkun ġeneralment konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 185, fejn applikabbli.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Il-proprjetà immobbli meħuda bħala protezzjoni ta' kreditu għandha tkun assigurata b'mod adegwat kontra r-riskju ta' dannu u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-assigurazzjoni.

    B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 2025, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu billi jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-LGD ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”

    ;

    (120)

    l-Artikolu 210 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(g)

    meta jwettqu l-valwazzjoni u r-rivalwazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta' kull deterjorament jew obsolexxenza tal-kollateral, billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti tal-passaġġ taż-żmien fuq kollateral sensittiv għall-moda jew iż-żmien; għal kollateral fiżiku, l-obsolexxenza tal-kollateral għandha tinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet ta' valwazzjoni relatati mal-ESG relatati ma' projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi;”

    ;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “Meta ftehimiet ta' titoli ġenerali, jew forom oħra ta' imposta flessibbli, jipprovdu lill-istituzzjoni mutwanti bi pretensjoni reġistrata fuq l-assi ta' kumpanija u meta dik il-pretensjoni jkun fiha kemm assi li ma jkunux eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB kif ukoll assi li jkunu eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjoni tista' tirrikonoxxi dawk l-assi tal-aħħar bħala protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata eliġibbli. F'dak il-każ, dak ir-rikonoxximent għandu jkun kundizzjonali fuq dawk l-assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-eliġibbiltà tal-kollateral skont l-Approċċ IRB kif stabbilit f'dan il-Kapitolu.”

    ;

    (121)

    fl-Artikolu 213, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Soġġett għall-Artikolu 214(1), il-protezzjoni ta' kreditu minn garanzija jew minn derivattiv ta' kreditu għandha tikkwalifika bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    il-protezzjoni tal-kreditu tkun diretta;

    (b)

    ikun hemm definizzjoni ċara u inkontrovertibbli ta' sa fejn tasal il-protezzjoni tal-kreditu;

    (c)

    il-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola, li t-twettiq tagħha ma taqax taħt il-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti, li:

    (i)

    tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni jħassar jew jibdel il-protezzjoni ta' kreditu b'mod unilaterali;

    (ii)

    iżżid l-ispiża effettiva tal-protezzjoni ta' kreditu bħala konsegwenza ta' deterjorament fil-kwalità tal-kreditu tal-iskopertura protetta;

    (iii)

    tista' tipprevjeni lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat li jħallas fil-ħin f'każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas xi pagament dovut, jew meta l-kuntratt tal-kiri jkun skada għall-finijiet ta' rikonoxximent tal-valur reżidwu garantit skont l-Artikoli 134(7) u 166(4);

    (iv)

    tista' tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni ta' kreditu titnaqqas mill-fornitur tal-protezzjoni;

    (d)

    il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li jkunu rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta żbaljata jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-protezzjoni ta' kreditu offruta mill-garanti, ma għandhiex tiskwalifika dik il-protezzjoni ta' kreditu milli tkun eliġibbli.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-fornitur tal-protezzjoni jista' jagħmel pagament wieħed ta' somma f'daqqa tal-flejjes kollha dovuti skont il-pretensjoni, jew jista' jassumi l-obbligi ta' pagament futuri tad-debitur koperti mill-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu.”

    ;

    (122)

    l-Artikolu 215 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    meta d-debitur isir inadempjenti jew jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti jkollha d-dritt li tfittex bla dewmien lill-garanti għal kwalunkwe ammont ta' flejjes dovuti skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha tkun ipprovduta l-protezzjoni;”

    ;

    (ii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Il-pagament mill-garanti ma għandux ikun soġġett għall-fatt li l-istituzzjoni mutwanti l-ewwel tfittex lid-debitur.

    Fil-każ ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li tkopri self ipotekarju residenzjali, ir-rekwiżiti fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), u fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, għandhom ikunu meħtieġa li jiġu ssodisfati fi żmien 24 xahar biss.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Fil-każ ta' garanziji pprovduti fil-kuntest ta' skemi ta' garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati meta tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    wara li d-debitur oriġinali jsir inadempjenti jew wara li dan jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament proviżorju mill-garanti li jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    il-pagament proviżorju jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf li l-istituzzjoni mutwanti x'aktarx iġġarrab, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju jkun obbligat li jagħmel;

    (ii)

    il-pagament proviżorju jkun proporzjonali għall-kopertura tal-garanzija;

    (b)

    l-istituzzjoni mutwanti tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament; dik il-ġustifikazzjoni għandha tiġi ddokumentata kif xieraq u soġġetta għal approvazzjoni interna dedikata u proċeduri tal-awditjar.”

    ;

    (123)

    fl-Artikolu 216, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal skopertura korporattiva koperta permezz ta' derivattiv ta' kreditu, l-avveniment ta' kreditu msemmi fil-punt (a)(iii) ta' dak il-paragrafu ma għandux ikun meħtieġ jiġi speċifikat fil-kuntratt tad-derivattivi, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    ikun meħtieġ vot ta' 100 % sabiex tiġi emendata l-maturità, il-kapital, il-kupun, il-munita jew l-istatus ta' prijorità tal-iskopertura korporattiva sottostanti;

    (b)

    id-domiċilju legali li fih tkun irregolata l-iskopertura korporattiva jkollu kodiċi ta' falliment stabbilit sew li jippermetti li kumpanija torganizza mill-ġdid u tirristruttura, u jipprevedi saldu ordnat tal-pretensjonijiet tal-kredituri.

    Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu ma jkunux issodisfati, il-protezzjoni ta' kreditu xorta waħda tista' tkun eliġibbli soġġett għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 233(2).”

    ;

    (124)

    jitħassar l-Artikolu 217;

    (125)

    l-Artikolu 219 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 219

    Netting fil-karta tal-bilanċ

    Self lil u depożiti mal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu ttrattati minn dik l-istituzzjoni bħala kollateral fi flus kontanti għall-fini tal-kalkolu tal-effett tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata għal dawk is-self u d-depożiti tal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fil-karta tal-bilanċ.”

    ;

    (126)

    l-Artikolu 220 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Użu tal-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità għall-ftehimiet ewlenin ta' netting”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw il-‘valur tal-iskopertura aġġustat għalkollox’ (E*) għall-iskoperturi soġġetti għal ftehim ewlieni ta' netting eliġibbli li jkopri tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli jew tranżazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għandhom jikkalkulaw l-aġġustamenti għall-volatilità li jeħtieġu japplikaw billi jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità stabbilit fl-Artikoli 223 sa 227 għall-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    "japplika l-valur tal-aġġustament għall-volatilità, jew, fejn rilevanti, li-valur assolut tal-aġġustament għall-volatilità xieraq għal grupp partikolari ta' titoli jew għal tip partikolari ta' komoditajiet, għall-valur assolut tal-pożizzjoni netta pożittiva jew negattiva fit-titoli f'dak il-grupp ta' titoli, jew għall-komoditajiet minn dak it-tip ta' komoditajiet;”

    ;

    (d)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw E * skont il-formula li ġejja:

    Image 6

    fejn:

    i

    = l-indiċi li jindika t-titoli, il-komoditajiet jew il-pożizzjonijiet fi flus kontanti separati kollha skont il-ftehim li jew jingħataw b'self, jinbiegħu bi ftehim ta' xiri mill-ġdid jew jiddaħħlu mill-istituzzjoni għand il-kontroparti;

    j

    = l-indiċi li jindika t-titoli, il-komoditajiet jew il-pożizzjonijiet fi flus kontanti separati kollha skont il-ftehim li jew jittieħdu b'self, jinxtraw bi ftehim ta' bejgħ mill-ġdid jew jinżammu mill-istituzzjoni;

    k

    = l-indiċi li jindika l-muniti separati kollha li fihom jiġi ddenominat kwalunkwe titolu, komodità jew pożizzjoni fi flus kontanti skont il-ftehim;

    Ei

    = il-valur tal-iskopertura ta' titolu, komodità jew ta' pożizzjoni fi flus kontanti i partikolari, li tingħata b'self, tinbiegħ bi ftehim ta' xiri mill-ġdid, jew tiddaħħal għand il-kontroparti skont il-ftehim li japplika fin-nuqqas ta' protezzjoni ta' kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 jew mal-Kapitolu 3, kif applikabbli;

    Cj

    = il-valur ta' titolu, ta' komodità jew ta' pożizzjoni fi flus kontanti j partikolari li tittieħed b'self, tinxtara bi ftehim ta' bejgħ mill-ġdid jew tinżamm mill-istituzzjoni skont il-ftehim;

    Image 7

    = il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) f'munita partikolari k għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim kif ikkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b);

    Image 8

    = l-aġġustament għall-volatilità tal-kambju għall-munita k;

    Enet

    = l-iskopertura netta tal-ftehim, ikkalkulata kif ġej:

    Image 9

    fejn:

    l

    = l-indiċi li jindika l-gruppi distinti kollha tal-istess titoli u t-tipi distinti kollha tal-istess komoditajiet skont il-ftehim;

    Image 10

    = il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) fi grupp partikolari ta' titoli l, jew f'tip partikolari ta' komoditajiet l, skont il-ftehim, ikkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a);

    Image 11

    = l-aġġustament għall-volatilità xieraq għal grupp partikolari ta' titoli l, jew għal tip partikolari ta' komoditajiet l, iddeterminat f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (c); is-sinjal ta'

    Image 12
    għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    (a)

    għandu jkollu sinjal pożittiv fejn il-grupp ta' titoli l jingħata b'self, jinbiegħ bi ftehim ta' xiri mill-ġdid jew jiġi nnegozjat b'mod simili għal self ta' titoli jew għal ftehim ta' xiri mill-ġdid;

    (b)

    għandu jkollu sinjal negattiv fejn il-grupp ta' titoli l jittieħed b'self, jinxtara bi ftehim għall-bejgħ mill-ġdid jew jiġi nnegozjat b'mod simili għal ftehim ta' teħid b'self ta' titoli jew operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid;

    N

    = in-numru totali ta' gruppi distinti tal-istess titoli u ta' tipi distinti tal-istess komoditajiet skont il-ftehim; għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, dawk il-gruppi u t-tipi

    Image 13

    li għalihom

    Image 14

    hija anqas minn

    Image 15

    ma għandhomx jingħaddu;

    Egross

    = l-iskopertura grossa tal-ftehim, ikkalkulata kif ġej:

    Image 16
    .”

    ;

    (127)

    l-Artikolu 221 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli jew għal tranżazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għajr tranżazzjonijiet ta' derivattivi koperti minn ftehim ewlieni ta' netting eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 6, it-Taqsima 7, istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura aġġustat għalkollox (E*) tal-ftehim bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq mudell intern, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

    2.   Istituzzjoni tista' tuża l-approċċ ibbażat fuq mudell intern meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-istituzzjoni tuża dak l-approċċ biss għal skoperturi li għalihom l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju huma kkalkulati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3;

    (b)

    l-istituzzjoni tingħata l-permess li tuża dak l-approċċ mill-awtorità kompetenti tagħha.

    3.   Istituzzjoni li tuża approċċ ibbażat fuq mudell intern għandha tagħmel dan għall-kontropartijiet u għat-titoli kollha, bl-eċċezzjoni ta' portafolli immaterjali li għalihom tista' tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità stabbilit fl-Artikolu 220”

    ;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 8.

    (128)

    fl-Artikolu 222, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw lil dawk il-porzjonijiet tal-valuri tal-iskoperturi li huma kollateralizzati mill-valur tas-suq tal-kollateral eliġibbli dak il-piż tar-riskju li kieku jassenjaw skont il-Kapitolu 2 fejn l-istituzzjoni mutwanti kellha skopertura diretta għall-istrument tal-kollateral. Għal dak il-għan, il-valur tal-iskopertura ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun daqs 100 % tal-valur tal-element u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(2).”

    ;

    (129)

    l-Artikolu 223 huwa emendat kif ġej

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta' E fil-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur tal-iskopertura ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun ta' 100 % tal-valur ta' dak l-element u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(2);

    (b)

    għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valuri tal-iskopertura tagħhom billi jużaw CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCF jew l-IRB-CCF previsti fil-Artikolu 166(8), (8a) u (8b).”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-aġġustamenti għall-volatilità billi jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità msemmi fl-Artikoli 224 sa 227.”

    ;

    (130)

    fl-Artikolu 224, il-paragrafu 1, it-Tabelli minn 1 sa 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Tabella 1

    Skala tal-kwalità kreditizja li magħha hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu tat-titolu ta' dejn

    Maturità residwa (m), espressa fi snin

    Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta' dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 197(1), il-punt (b)

    Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta' dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 197(1), il-punti (c) u (d)

    Aġġustamenti għall-volatilità għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u l-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197(1), il-punt (h)

     

     

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    1

    m ≤ 1

    0,707

    0,5

    0,354

    1,414

    1

    0,707

    2,828

    2

    1,414

     

    1 < m ≤ 3

    2,828

    2

    1,414

    4,243

    3

    2,121

    11,314

    8

    5,657

     

    3 < m ≤ 5

    2,828

    2

    1,414

    5,657

    4

    2,828

    11,314

    8

    5,657

     

    5 < m ≤ 10

    5,657

    4

    2,828

    8,485

    6

    4,243

    22,627

    16

    11,314

     

    m > 10

    5,657

    4

    2,828

    16,971

    12

    8,485

    22,627

    16

    11,314

    2 sa 3

    m ≤ 1

    1,414

    1

    0,707

    2,828

    2

    1,414

    5,657

    4

    2,828

     

    1 < m ≤ 3

    4,243

    3

    2,121

    5,657

    4

    2,828

    16,971

    12

    8,485

     

    3 < m ≤ 5

    4,243

    3

    2,121

    8,485

    6

    4,243

    16,971

    12

    8,485

     

    5 < m ≤ 10

    8,485

    6

    4,243

    16,971

    12

    8,485

    33,941

    24

    16,971

     

    m > 10

    8,485

    6

    4,243

    28,284

    20

    14,142

    33,941

    24

    16,971

    4

    kollha

    21,213

    15

    10,607

    M/A

    M/A

    M/A

    M/A

    M/A

    M/A


    Tabella 2

    Skala tal-kwalità tal-kreditu li magħha hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu ta' titolu ta' dejn b'terminu qasir

    Maturità residwa (m), espressa fi snin

    Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta' dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 197(1), il-punt (b), b'valutazzjonijiet tal-kreditu b'terminu qasir

    Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta' dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 197(1), il-punti (c) u (d), b'valutazzjonijiet tal-kreditu b'terminu qasir

    Aġġustamenti għall-volatilità għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u l-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197(1), il-punt (h) b'valutazzjonijiet tal-kreditu b'terminu qasir

     

     

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%

    )perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    1

     

    0,707

    0,5

    0,354

    1,414

    1

    0,707

    2,828

    1

    1,414

    2 sa 3

     

    1,414

    1

    0,707

    2,828

    2

    1,414

    5,657

    4

    2,828


    Tabella 3

    Tipi oħra ta' kollateral jew ta' skopertura

     

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    Indiċi ewlieni tal-ekwitajiet, indiċi ewlieni tal-bonds konvertibbli

    28,284

    20

    14,142

    Ewkitajiet jew bonds konvertibbli oħrajn elenkati f'borża rikonoxxuta

    42,426

    30

    21,213

    Flus kontanti

    0

    0

    0

    Ingott tad-deheb

    28,284

    20

    14,142


    Tabella 4

    Aġġustament għall-volatilità għal diskrepanza fil-munita (Hfx)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 20 jum (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem (%)

    perjodu ta' likwidazzjoni ta' ħamest ijiem (%)

    11,314

    8

    5,657

    ”;

    (131)

    jitħassar l-Artikolu 225;

    (132)

    l-Artikolu 226 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 226

    Żieda fl-aġġustament għall-volatilità skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju

    L-aġġustamenti għall-volatilità stabbiliti fl-Artikolu 224 huma l-aġġustamenti għall-volatilità li l-istituzzjoni għandha tapplika fejn ikun hemm rivalwazzjoni ta' kuljum. Fejn ir-rivalwazzjoni ma ssirx kuljum, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti għall-volatilità akbar. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulawhom billi jżidu l-aġġustamenti għall-volatilità tar-rivalwazzjoni ta' kuljum, billi jużaw il-formula tal-għerq kwadrat taż-żmien li ġejja:

    Image 17

    fejn:

    H

    = l-aġġustament għall-volatilità li jrid jiġi applikat;

    HM

    = l-aġġustament għall-volatilità fejn hemm rivalwazzjoni ta' kuljum;

    NR

    = in-numru attwali ta' jiem ta' negozju bejn ir-rivalwazzjonijiet;

    TM

    = il-perjodu ta' likwidazzjoni għat-tip ta' tranżazzjoni inkwistjoni.”

    ;

    (133)

    fl-Artikolu 227, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità msemmi fl-Artikolu 224 jistgħu, għal tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid u għal tranżazzjonijiet ta' għoti jew ta' teħid b'self ta' titoli, japplikaw aġġustament għall-volatilità ta' 0 % minflok l-aġġustamenti għall-volatilità kkalkulati skont l-Artikoli 224 u 226, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (h), ta' dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ ibbażat fuq mudell intern stabbilit fl-Artikolu 221 ma għandhomx jużaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu.”

    ;

    (134)

    l-Artikolu 228 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Artikolu 228

    Kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju għall-iskoperturi trattati skont l-Approċċ Standardizzat

    Skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E * kif ikkalkulat skont l-Artikolu 223(5) bħala l-valur tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 113. Fil-każ ta' elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ elenkati fl-Anness I, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E * bħala l-valur li għalih għandhom jiġu applikati l-perċentwali indikati fl-Artikolu 111(2) biex jintlaħaq il-valur tal-iskopertura.”

    ;

    (135)

    l-Artikolu 229 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Prinċipji ta' valwazzjoni għal kollateral eliġibbli għajr kollateral finanzjarju”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Il-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (a)

    il-valur jiġi stmat b'mod indipendenti mill-akkwiżizzjoni ipotekarja, mill-ipproċessar tas-self u mill-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni dwar is-self ta' istituzzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq valwazzjoni;

    (b)

    il-valur jiġi stmat bl-użu ta' kriterji ta' valwazzjoni prudentement konservattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (i)

    il-valur jeskludi l-aspettattivi fuq iż-żidiet fil-prezzijiet;

    (ii)

    il-valur jiġi aġġustat biex iqis il-potenzjal li l-valur tas-suq attwali jkun ogħla b'mod sinifikanti mill-valur li jkun sostenibbli matul il-ħajja tas-self;

    (c)

    il-valur ikun dokumentat b'mod trasparenti u ċar;

    (d)

    il-valur ma jkunx ogħla minn valur tas-suq għall-proprjetà immobbli fejn jista' jiġi ddeterminat it-tali valur tas-suq;

    (e)

    meta l-proprjetà tiġi rivalutata, il-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx il-valur medju mkejjel għal dik il-proprjetà, jew għal proprjetà komparabbli matul l-aħħar sitt snin għal proprjetà residenzjali jew tmien snin għal proprjetà immobbli kummerċjali jew il-valur fl-oriġinazzjoni, skont liema jkun l-ogħla.

    Għall-fini tal-kalkolu tal-valur medju, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja tal-valuri tal-proprjetà osservati f'intervalli ugwali u l-perjodu ta' referenza għandu jinkludi mill-inqas tliet punti ta' data.

    Għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur medju, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-valuri ta' proprjetà f'konformità mal-Artikolu 208(3). Il-valur tal-proprjetà jista' jaqbeż dak il-valur medju jew il-valur fl-oriġinazzjoni, kif applikabbli, f'każ ta' modifiki magħmula lill-proprjetà li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha, bħal titjib fil-prestazzjoni enerġetika jew titjib fir-reżiljenza, il-protezzjoni u l-adattament għar-riskji fiżiċi tal-bini jew tal-unità ta' akkomodazzjoni. Il-valur tal-proprjetà ma għandux jiġi rivalutat 'il fuq jekk l-istituzzjonijiet ma għandhomx biżżejjed data biex jikkalkulaw il-valur medju ħlief jekk iż-żieda tal-valur tkun ibbażata fuq modifiki li jżidu b'mod inekwivoku l-valur tagħha.

    Il-valwazzjoni ta' proprjetà immobbli għandha tqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà, sakemm ma titqiesx pretensjoni preċedenti fil-kalkolu tal-ammont gross tal-iskopertura skont l-Artikolu 124(6), il-punt (c), jew bħala li tnaqqas l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà skont l-Artikolu 125(1) jew l-Artikolu 126(1), u tirrifletti, fejn applikabbli, ir-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3).”

    ;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tat-terminu ‘proprjetà komparabbli’, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e).

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (136)

    l-Artikolu 230 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 230

    Kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli skont l-Approċċ IRB

    1.   Skont l-Approċċ IRB, ħlief għal dawk l-iskoperturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 220, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-LGD effettiv (LGD*) bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3 biex jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli skont dan il-Kapitolu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-LGD * kif ġej:

    Image 18

    fejn:

    E

    = il-valur tal-iskopertura qabel ma jitqies l-effett tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata; għal skopertura garantita minn kollateral finanzjarju eliġibbli f'konformità ma' dan il-Kapitolu, dak l-ammont għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 223(3); fil-każ ta' titoli mogħtija b'self jew imdaħħla, dak l-ammont għandu jkun ugwali għall-flus kontanti mogħtija b'self jew għat-titoli mogħtija b'self jew imdaħħla; għal titoli mogħtija b'self jew imdaħħla, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied billi jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità (HE) f'konformità mal-Artikoli 223 sa 227;

    ES

    = il-valur attwali tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata riċevuta wara l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità applikabbli għal dak it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata (HC) u l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità għad-diskrepanzi fil-munita (Hfx) bejn l-iskopertura u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3; ES għandha tiġi limitata bil-valur li ġej: E·(1+HE);

    EU

    = E·(1+HE) – ES;

    LGDU

    = l-LGD applikabbli għal skopertura mhux garantita kif stabbilit fl-Artikolu 161(1);

    LGDS

    = l-LGD applikabbli għall-iskoperturi garantiti mit-tip ta' FCP eliġibbli użat fit-tranżazzjoni, kif speċifikat fil-paragrafu 2, Tabella 1.

    2.   It-Tabella 1 tispeċifika l-valuri tal-LGDs u tal-Hc applikabbli fil-formula stabbilita fil-paragrafu 1.

    Tabella 1

    Tip ta' FCP

    LGDS

    Aġġustament għall-volatilità (Hc)

    Kollateral finanzjarju

    0 %

    Aġġustament għall-volatilità Hc kif stabbilit fl-Artikoli 224 sa 227

    Riċevibbli

    20 %

    40 %

    Proprjetà residenzjali u proprjetà immobbli kummerċjali

    20 %

    40 %

    Kollateral fiżiku ieħor

    25 %

    40 %

    FCP ineliġibbli

    Mhux applikabbli

    100 %

    3.   Meta protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli tkun iddenominata f'munita differenti minn dik tal-iskopertura, l-aġġustament għall-volatilità għad-diskrepanza fil-munita (Hfx) għandu jkun l-istess bħal dak li japplika skont l-Artikoli 224 sa 227.

    4.   Minflok it-trattament stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u soġġetti għall-Artikolu 124(9), l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta' 50 % għall-parti tal-iskopertura li hija, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 126(1), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, kollateralizzata totalment minn proprjetà residenzjali jew minn proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 199(3) jew (4).

    5.   Sabiex jiġu kkalkulati l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għall-iskoperturi tal-IRB li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 220, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E * f'konformità mal-Artikolu 220(4) u għandhom jużaw l-LGD għal iskoperturi mhux garantiti, kif stabbilit fl-Artikolu 161(1), il-punti (a), (aa) u (b).”

    ;

    (137)

    l-Artikolu 231 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 231

    Kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni fil-każ ta' aggregazzjonijiet ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjati eliġibbli għal skopertura ttrattata skont l-Approċċ IRB

    L-istituzzjonijiet li jkunu kisbu diversi tipi ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jistgħu, għal skoperturi ttrattati skont l-Approċċ IRB, japplikaw il-formula stabbilita fl-Artikolu 230, b'mod sekwenzjali għal kull tip individwali ta' kollateral. Għal dak l-għan, dawk l-istituzzjonijiet għandhom, wara kull pass tar-rikonoxximent ta' tip individwali wieħed ta' FCP, inaqqsu l-valur li jifdal tal-iskopertura mhux garantita (EU) bil-valur aġġustat tal-kollateral (ES) rikonoxxut f'dak il-pass. F'konformità mal-Artikolu 230(1), it-total ta' ES fit-tipi kollha ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandu jkun limitat għall-valur ta' E·(1+HE), li jirriżulta fil-formula li ġejja:

    Image 19

    fejn:

    LGDS,i

    = l-LGD applikabbli għall-FCP i, kif speċifikat fl-Artikolu 230(2);

    ES,i

    = il-valur attwali tal-FCP i riċevut wara l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità applikabbli għat-tip ta' FCP (Hc) skont l-Artikolu 230(2).”

    ;

    (138)

    l-Artikolu 232 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 212(1), flus kontanti depożitati ma', jew strumenti assimilati ta' flus kontanti miżmuma minn, istituzzjoni terza f'arranġament mhux ta' kustodja u mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti, jistgħu jiġu ttrattati bħala garanzija pprovduta mill-istituzzjoni terza.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, jiżdied il-punt li ġej:

    “(ba)

    ponderazzjoni tar-riskju ta’ 52,5 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux iggarantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 75 %;”

    ;

    (139)

    fl-Artikolu 233, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   L-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw l-aġġustamenti għall-volatilità għal kwalunkwe diskrepanza fil-munita fuq perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem ta' xogħol, bis-suppożizzjoni li ssir rivalwazzjoni kuljum, u għandhom jikkalkulaw dawk l-aġġustamenti abbażi tal-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità kif stabbilit fl-Artikolu 224. L-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-aġġustamenti għall-volatilità f'konformità mal-Artikolu 226.”

    ;

    (140)

    l-Artikolu 235 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    (a)

    it-titolu huwa emendat kif ġej:

    Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat ”;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 113(3), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju għal skoperturi bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għalihom dawk l-istituzzjonijiet japplikaw l-Approċċ Standardizzat, irrispettivament mit-trattament ta' skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, f'konformità mal-formula li ġejja:

    max{0, E – GA} · r + GA · g

    fejn:

    E

    = il-valur tal-iskopertura kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 111; għal dak l-għan, il-valur tal-iskopertura ta' entrata li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun daqs 100 % tal-valur tagħha u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(2);

    GA

    = l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat fl-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu;

    r

    = il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 2;

    g

    = il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 114(4) u (7), għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali daqslikieku dawk l-iskoperturi kienu skoperturi diretti għall-gvern ċentrali jew għall-bank ċentrali, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 114(4) jew (7), kif applikabbli, jiġu ssodisfati għal tali skoperturi diretti.”

    ;

    (141)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 235a

    Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat

    1.   Għal skoperturi bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għalihom istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbiliti fil-Kapitolu 3 u fejn skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju f'konformità mal-formula li ġejja:

    max{0, E – GA} · r + GA · g

    fejn:

    E

    = il-valur tal-iskopertura ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 5; għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fl-Artikolu 166(8), (8a) u (8b);

    GA

    = l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu;

    r

    = il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 3;

    g

    = il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.

    2.   Meta l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu (GA) ikun anqas mill-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-formula speċifikata fil-paragrafu 1 biss meta l-partijiet protetti u mhux protetti tal-iskopertura jkollhom superjorità ugwali.

    3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 114(4) u (7), għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali daqslikieku dawk l-iskoperturi kienu skoperturi diretti għall-gvern ċentrali jew għall-bank ċentrali, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 114(4) jew (7), kif applikabbli, jiġu ssodisfati għal tali skoperturi diretti.

    4.   L-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun żero.

    5.   Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.”

    ;

    (142)

    l-Artikolu 236 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Artikolu 236

    Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB mingħajr l-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB

    1.   Għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha, u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, l-istituzzjoni għandha tiddetermina il-parti koperta tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura (E) u l-valur aġġustat tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata (GA).

    1a.   Istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni bl-użu tal-istimi proprji tal-PD għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura billi tuża l-PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-LGD applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f'konformità mal-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

    1b.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura sottostanti billi jużaw il-PD, l-LGD speċifikat fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.

    1c.   L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).

    1d.   Minkejja l-paragrafu 1c ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi garantiti billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura billi jużaw il-PD, l-LGD applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f'konformità mal-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità ma' dan il-Kapitolu.

    2.   Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.

    3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, (GA) huwa l-ammont tal-protezzjoni tal-kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat skont l-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu. Il-valur tal-iskopertura (E) huwa l-valur tal-iskopertura ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fl-Artikolu 166(8), (8a) u (8b).”

    ;

    (143)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 236a

    Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB

    1.   Għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 li tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha, l-istituzzjoni għandha tiddetermina il-parti koperta tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura (E) u l-valur aġġustat tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata (GA), ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 235a(1). L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura bl-użu tal-PD, tal-LGD u tal-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandha tuża l-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.

    2.   L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma jużaw l-istimi proprji ta' LGD tagħhom għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandhom jiddeterminaw l-LGD f'konformità mal-Artikolu 161(1). Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità ma' dan il-Kapitolu.

    3.   L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 billi jużaw l-istimi proprji ta' LGD tagħhom għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura sottostanti billi jużaw il-PD, l-LGD u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.

    4.   L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).

    5.   Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.”

    ;

    (144)

    fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4, titħassar it-Taqsima 6;

    (145)

    fl-Artikolu 252, il-punt (b), id-definizzjoni tal-RW * hija sostitwita b’dan li ġej:

    “RW * = l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punt (a);”

    (146)

    l-Artikolu 273 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu, bl-eċċezzjoni tad-derivattivi ta' kreditu msemmija fil-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, abbażi ta' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 f'konformità ma' dan l-Artikolu.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    f'konformità mal-Artikolu 183, fejn ikun ingħata permess f'konformità mal-Artikolu 143.”

    ;

    (147)

    fl-Artikolu 273a, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    il-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata;”

    ;

    (b)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, it-tifsira ta' pożizzjonijiet twal u qosra hija l-istess bħal dik stabbilita fl-Artikolu 94(3).

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (c).”

    ;

    (148)

    l-Artikolu 273b huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi u l-approċċ simplifikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkulaw il-valuri tal-iskoperturi għal pożizzjonijiet tad-derivattivi tagħhom f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5 u jieqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 385, kif applikabbli, fi żmien tliet xhur minn meta sseħħ sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-istituzzjonijiet li jkunu waqfu jikkalkulaw il-valuri tal-iskoperturi għal pożizzjonijiet tad-derivattivi tagħhom f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5 u waqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 385, kif ikun applikabbli, għandhom jitħallew jerġgħu jibdew jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi tagħhom biss kif stabbilit fit-Taqsima 4 jew 5 u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 385 meta juru lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2), ikunu ġew issodisfati għal perjodu mhux interrott ta' sena.”

    ;

    (149)

    l-Artikolu 274 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Meta japplikaw ftehimiet dwar il-marġni multipli għall-istess sett ta' netting, jew l-istess sett ta' netting jinkludi kemm tranżazzjonijiet soġġetti għal ftehim dwar il-marġni kif ukoll tranżazzjonijiet mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni, istituzzjoni għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura tagħha kif ġej:

    (a)

    l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi s-settijiet ta' subnetting ipotetiku kkonċernati, magħmula minn tranżazzjonijiet inklużi fis-sett ta' netting, kif ġej:

    (i)

    it-tranżazzjonijiet kollha soġġetti għal ftehim dwar il-marġni u għall-istess perjodu ta' riskju ta' marġni kif iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 285(2) sa (5), għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta' subnetting;

    (ii)

    it-tranżazzjonijiet kollha mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta' subnetting, distint mis-settijiet ta' subnetting stabbiliti f'konformità mal-punt (i) ta' dan il-paragrafu;

    (b)

    l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ispiża tas-sostituzzjoni tas-sett ta' netting f'konformità mal-Artikolu 275(2), b'kont meħud tat-tranżazzjonijiet kollha fis-sett ta' netting, soġġetti għal ftehim dwar il-marġni jew le, u tapplika dan kollu li ġej:

    (i)

    CMV għandu jiġi kkalkulat għat-tranżazzjonijiet kollha f'sett ta' netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew ippreżentat meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett sabiex jinħadem is-CMV;

    (ii)

    NICA, VM, TH, u MTA, fejn applikabbli, għandha tiġi kkalkulata separatament bħala s-somma tal-inputs kollha applikabbli għal kull ftehim dwar il-marġni individwali tas-sett ta' netting;

    (c)

    l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-iskopertura futura potenzjali tas-sett ta' netting imsemmi fl-Artikolu 278 billi tapplika dan kollu li ġej:

    (i)

    il-moltiplikatur imsemmi fl-Artikolu 278(1) għandu jkun ibbażat fuq l-inputs CMV, NICA u VM, kif applikabbli, f'konformità mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

    (ii)

    Image 20

    għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 278, separatament għal kull sett ta' subnetting ipotetiku msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.”
    ;

    (b)

    fil-paragrafu 6, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu dritt diġitali vanilla li l-eżerċitar tiegħu jkun daqs K bil-kombinazzjoni tal-collar rilevanti ta' żewġ drittijiet ta' xiri u put vanilla mibjugħin u mixtrijin li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    iż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar ikollhom:

    (i)

    l-istess data ta' skadenza u l-istess prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti bħad-dritt diġitali vanilla;

    (ii)

    eżerċitar ugwali għal 0,95∙K u 1,05∙K rispettivament;

    (b)

    il-kombinazzjoni tal-collar tirreplika eżattament il-gwadann tad-dritt diġitali vanilla li jirriżulta barra mill-medda bejn l-ewwel u t-tieni eżerċitar imsemmija fil-punt (a);

    Il-pożizzjoni tar-riskju taż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar imsemmija fit-tieni subparagrafu għandha tiġi kkalkulata separatament f'konformità mal-Artikolu 279.”

    ;

    (150)

    fl-Artikolu 276(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    il-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe tip ta' kollateral irċevut jew iddepożitat għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 223;”

    ;

    (151)

    fl-Artikolu 277a(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet għal sett ta' ħħeġġjar separat tal-kategorija ta' riskju rilevanti wara l-istess kostruzzjoni ta' sett ta' ħħeġġjar stabbilita fil-paragrafu 1.”

    ;

    (152)

    l-Artikolu 279a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-punt (a), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “(a)

    għal opzjonijiet ta' xiri u ta' put li jagħtu dritt lix-xerrej ta' opzjoni jixtri jew ibigħ strument sottostanti bi prezz pożittiv f'data waħda jew f'diversi dati fil-futur, ħlief meta dawk l-opzjonijiet huma kklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    f'konformità mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali, il-formuli li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jikkalkulaw id-delta superviżjorja tal-opzjonijiet ta' xiri u put ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet kompatibbli mal-kundizzjonijiet tas-suq li fihom ir-rati tal-imgħax jew il-prezzijiet tal-komoditajiet jistgħu jkunu negattivi u l-volatilità superviżorja li hija adatta għal dawk il-formuli;”

    ;

    (ii)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.”

    ;

    (153)

    l-Artikolu 285 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “7.   Jekk istituzzjoni ma tistax timmudella l-kollateral b'mod konġunt mal-iskopertura, ma għandhiex tirrikonoxxi l-effett tal-kollateral fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura tagħha għad-derivattivi OTC, għajr il-flus fl-istess munita bħall-iskopertura stess, sakemm l-istituzzjoni ma tużax l-aġġustamenti għall-volatilità skont l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità standard f'konformità mal-Kapitolu 4.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “7a.   Jekk istituzzjoni ma tkunx tista' timmudella kollateral b'mod konġunt mal-iskopertura, hija ma għandhiex tirrikonoxxi fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura tagħha għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli l-effett ta' kollateral għajr flus kontanti tal-istess munita bħall-iskopertura nnifisha.”

    ;

    (154)

    fl-Artikolu 291(5), il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    sa fejn il-kalkolu juża kalkoli tar-riskju tas-suq eżistenti għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, it-Taqsima 4 jew 5, jew għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b, it-Taqsima 3, li diġà fihom suppożizzjoni tal-LGD, l-LGD fil-formula użata għandha tkun ta' 100 %.”

    ;

    (155)

    fil-Parti Tlieta, it-Titolu III huwa sostitwit b'dan li ġej:

    TITOLU III

    REKWIŻIT TA' FONDI PROPRJI GĦAR-RISKJU OPERAZZJONALI

    KAPITOLU 1

    KALKOLU TAR-REKWIŻIT TA' FONDI PROPRJI GĦAR-RISKJU OPERAZZJONALI

    Artikolu 311a

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ‘avveniment ta' riskju operazzjonali’ tfisser kwalunkwe avveniment marbut ma' riskju operazzjonali li jiġġenera telf jew telf multiplu, fi żmien sena finanzjarja waħda jew aktar;

    (2)

    ‘telf gross aggregat’ tfisser is-somma tat-telf gross kollu marbut mal-istess avveniment ta' riskju operazzjonali fuq sena finanzjarja waħda jew aktar;

    (3)

    ‘telf nett aggregat’ tfisser is-somma tat-telf nett kollu marbut mal-istess avveniment ta' riskju operazzjonali fuq sena finanzjarja waħda jew aktar;

    (4)

    ‘telf raggruppat’ tfisser it-telf operazzjonali kollu kkawżat minn skattatur sottostanti komuni jew kawża ewlenija li jistgħu jiġu raggruppati f'avveniment ta' riskju operazzjonali wieħed.

    Artikolu 312

    Rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali

    Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali għandu jkun il-komponent tal-indikatur tan-negozju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 313.

    Artikolu 313

    Komponent tal-indikatur tan-negozju

    L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-komponent tal-indikatur tan-negozju tagħhom f'konformità mal-formula li ġejja:

    Image 21

    fejn:

    BIC

    = il-komponent tal-indikatur tan-negozju;

    BI

    = l-indikatur tan-negozju, espress f'biljuni ta' euro, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 314.

    Artikolu 314

    Indikatur tan-negozju

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-indikatur tan-negozju tagħhom f'konformità mal-formula li ġejja:

    BI = ILDC + SC + FC

    fejn:

    BI

    = l-indikatur tan-negozju, espress f'biljuni ta' euro;

    ILDC

    = il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi, espress f'biljuni ta' euro u kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 2;

    SC

    = il-komponent tas-servizzi, espress f'biljuni ta' euro u kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 5;

    FC

    = il-komponent finanzjarju, espress f'biljuni ta' euro u kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 6.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi għandu jiġi kkalkulati f'konformità mal-formula li ġejja:

    Image 22

    fejn:

    ILDC

    = il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi;

    IC

    = il-komponent tal-imgħax, li huwa l-introjtu mill-imgħax tal-istituzzjoni mill-assi finanzjarji kollha u minn introjtu ieħor mill-imgħax, inkluż introjtu finanzjarju minn kiri finanzjarju u introjtu minn kiri operattiv u profitti minn assi mikrija, nieqes l-ispejjeż tal-imgħax tal-istituzzjoni mill-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha u spejjeż oħrajn tal-imgħax, inkluż l-ispiża tal-imgħax minn kiri finanzjarju u operattiv, id-deprezzament u l-indeboliment ta', u t-telf minn, assi mikrija operattivi, ikkalkulati bħala l-medja annwali tal-valuri assoluti tad-differenzi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji;

    AC

    = il-komponent tal-assi, li huwa s-somma tas-self pendenti gross totali tal-istituzzjoni, tal-avvanzi, tat-titoli li jġorru l-imgħax, inkluż bonds tal-gvern, u assi ta' kiri, ikkalkulata bħala l-medja annwali fuq l-aħħar tliet snin finanzjarji fuq il-bażi tal-ammonti fi tmiem kull waħda mis-snin finanzjarji rispettivi;

    DC

    = il-komponent tad-dividendi, li huwa l-introjtu mid-dividendi tal-istituzzjoni minn investimenti fi stokks u f'fondi mhux konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni, inkluż l-introjtu mid-dividendi minn sussidjarji mhux konsolidati, minn kumpaniji assoċjati u minn impriżi konġunti, ikkalkulat bħala l-medja annwali fuq l-aħħar tliet snin finanzjarji.

    3.   B'deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', sal-31 ta' Diċembru 2027, titlob permess mis-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħha sabiex tikkalkula il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi separati għal kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet sussidjarji speċifiċi tagħha u sabiex iżżid l-eżitu ta' dak il-kalkolu mal-imgħax, il-kirjiet u l-komponent tad-dividendi kkalkulat, fuq bażi konsolidata, għall-entitajiet l-oħra tal-grupp meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-attività tagħhom;

    (b)

    proporzjon sinifikanti mill-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jinkludu self assoċjat bi probabbiltà għolja ta' inadempjenza;

    (c)

    l-użu tad-deroga jipprovdi bażi xierqa għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE għar-riskju operazzjonali.

    Ladarba jingħata, il-permess, u l-kundizzjonijiet tiegħu, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid mis-superviżur tal-konsolidazzjoni kull sentejn.

    Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika lill-EBA hekk kif tali permess jingħata, jiġi kkonfermat jew irtirat.

    Sal-31 ta' Diċembru 2031, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu u l-adegwatezza tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu filwaqt li tqis, b'mod partikolari, il-mudelli ta' negozju speċifiċi kkonċernati u l-adegwatezza tar-rekwiżit relatat ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta' Diċembru 2032.

    4.   Sal-31 ta' Diċembru 2027 jew sakemm is-superviżur tal-konsolidazzjoni jagħti permess f'konformità mal-paragrafu 3, skont liema jiġi l-ewwel, istituzzjoni prinċipali tal-UE li tkun ingħatat permess biex tapplika l-approċċ standardizzat alternattiv għal-linji tan-negozju tagħha ta' servizzi bankarji għall-konsumatur u servizzi bankarji kummerċjali biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji tagħha għar-riskju operazzjonali tista', wara li tkun infurmat lis-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħha, tkompli tuża l-approċċ standardizzat alternattiv kif stabbilit fil-verżjoni ta’ dan ir-Regolament applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali relatati ma' dawk iż-żewġ linji tan-negozju u skont il-kamp ta' applikazzjoni tal-permess eżistenti.

    5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent tas-servizzi għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-formula li ġejja:

    SC = max (OI, OE) + max (FI, FE)

    fejn:

    SC

    = il-komponent tas-servizzi;

    OI

    = l-introjtu operatorju l-ieħor, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-introjtu tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f'elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta' natura simili;

    OE

    = l-ispejjeż operatorji l-oħrajn, li huma l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-ispejjeż u tat-telf tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f'elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta' natura simili, u minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali;

    FI

    = il-komponent tal-introjtu mit-tariffi u mill-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-introjtu tal-istituzzjoni riċevut mill-għoti ta' pariri u ta' servizzi, inkluż l-introjtu riċevut mill-istituzzjoni bħala esternalizzatur tas-servizzi finanzjarji;

    FE

    = il-komponent tal-ispejjeż tat-tariffi u tal-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-ispejjeż tal-istituzzjoni mħallsa biex tirċievi pariri u servizzi, inkluż it-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin mill-istituzzjoni għall-provvista ta' servizzi finanzjarji, iżda esklużi t-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin għall-provvista ta' servizzi mhux finanzjarji.

    Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, u sal-punt li l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jkollha għad-dispożizzjoni tagħha sistemi xierqa u stabbiliti b'mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni ta' riskji operazzjonali, l-istituzzjonijiet li huma membri ta' skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) jistgħu jikkalkulaw il-komponent tas-servizzi nett minn kwalunkwe introjtu riċevut minn jew spejjeż imħallsa lill-istituzzjonijiet, li huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali. Kwalunkwe telf li jirriżulta mir-riskji operazzjonali relatati huwa soġġett għal mutwalizzazzjoni fost il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali.

    6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent finanzjarju għandu jiġi kkalkuolat f'konformità mal-formula li ġejja:

    FC = TC + BC

    fejn:

    FC

    = il-komponent finanzjarju;

    TC

    = il-komponent tal-portafoll tan-negozjar, li huwa l-medja annwali tal-valuri assoluti matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-profitt jew telf nett, kif applikabbli, fuq il-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni, iddeterminat bħala xieraq jew f'konformità mal-istandards kontablilistiċi jew f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu I, il-Kapitolu 3, inkluż mill-assi tan-negozjar u fuq l-obbligazzjonijiet tan-negozjar, mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, u mid-differenzi tal-kambju;

    BC

    = il-komponent tal-portafoll bankarju, li huwa l-medja annwali tal-valuri assoluti matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-profitt jew telf nett, kif applikabbli, fuq il-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni, inkluż minn assi u obbligazzjonijiet finanzjarji mkejlin fuq il-bażi tal-valur ġust permezz ta' profitt u telf, mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, minn differenzi tal-kambju, u minn qligħ u t-telf realizzat fuq l-assi u fuq l-obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejlin fuq il-bażi tal-valur ġust permezz ta' profitt u telf.

    7.   L-istituzzjonijiet ma għandhom jużaw l-ebda wieħed mill-elementi li ġejjin fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tagħhom:

    (a)

    introjtu u spejjeż minn negozju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

    (b)

    primjums imħallsin u pagamenti riċevuti minn poloz tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mixtrija;

    (c)

    l-ispejjeż amministrattivi, inklużi l-ispejjeż tal-persunal, it-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin għall-provvista ta' servizzi mhux finanzjarji, u spejjeż amministrattivi oħrajn;

    (d)

    l-irkupru tal-ispejjeż amministrattivi inkluż l-irkupru tal-pagamenti f'isem il-klijenti;

    (e)

    l-ispejjeż tal-bini u tal-assi fissi, ħlief meta dawk l-ispejjeż jirriżultaw minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali;

    (f)

    id-deprezzament tal-assi tanġibbli u tal-amortizzament tal-assi intanġibbli, ħlief id-deprezzament relatat mal-assi tal-kiri operattiv, li għandu jiġi inkluż fl-ispejjeż tal-kiri finanzjarju u operattiv;

    (g)

    provvedimenti u treġġigħ lura ta' provvedimenti, ħlief meta dawk id-dispożizzjonijiet ikunu relatati ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali;

    (h)

    spejjeż dovuti għal kapital azzjonarju ripagabbli fuq talba;

    (i)

    indeboliment u treġġigħ lura tal-indeboliment;

    (j)

    bidliet fl-avvjament negattiv rikonoxxut fil-profitt jew telf;

    (k)

    taxxa korporattiva.

    8.   Meta istituzzjoni tkun ilha topera għal inqas minn tliet snin, hija għandha tuża stimi tan-negozju li jħarsu 'l quddiem fil-kalkolu tal-komponenti rilevanti tal-indikatur tan-negozju tagħha, soġġett għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha. L-istituzzjoni għandha tibda tuża data storika hekk kif dik id-data tkun disponibbli.

    9.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a)

    il-komponenti tal-indikatur tan-negozju, u l-użu tagħhom, billi jiġu żviluppati listi ta' subelementi tipiċi, filwaqt li jitqiesu l-istandards regolatorji internazzjonali u, fejn xieraq, il-limitu prudenzjali definit fil-Parti Tlieta, it-Titolu I, il-Kapitolu 3;

    (b)

    l-elementi elenkati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    10.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-elementi tal-indikatur tan-negozju billi tikklassifika dawk l-elementi maċ-ċelloli ta' rapportar korrispondenti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (*14), fejn xieraq.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 315

    Aġġustamenti għall-indikatur tan-negozju

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu elementi tal-indikatur tan-negozju ta' entitajiet jew attivitajiet fużi jew akkwiżiti fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tagħhom miż-żmien tal-fużjoni jew tal-akkwiżizzjoni, kif ikun applikabbli, u għandhom ikopru l-aħħar tliet snin finanzjarji.

    2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jitolbu permess mill-awtorità kompetenti sabiex jeskludu mill-indikatur tan-negozju ammonti relatati ma' entitajiet jew ma' attivitajiet disposti.

    3.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a)

    kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-aġġustamenti għall-indikatur tan-negozju msemmi fil-paragrafi 1 u 2;

    (b)

    il-kundizzjonijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 2;

    (c)

    it-twaqqit għall-aġġustamenti msemmija fil-paragrafu 2.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    KAPITOLU 2

    ĠBIR U GOVERNANZA TAD-DATA

    Artikolu 316

    Kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali

    1.   L-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju ugwali għal jew ogħla minn EUR 750 miljun għandhom jikkalkulaw it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom bħala s-somma tat-telf nett kollu fuq sena finanzjarja partikolari, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 318(1), li huwa daqs jew jaqbeż il-limiti tad-data dwar it-telf stabbiliti fl-Artikolu 319(1) jew (2).

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li jiġi kkalkulat telf annwali mir-riskju operazzjonali lill-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju li ma jaqbiżx il-EUR 1 biljun, dment li l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jkun ta' piż bla bżonn għall-istituzzjoni li tapplika l-ewwel subparagrafu.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-indikatur tan-negozju rilevanti għandu jkun l-ogħla valur tal-indikatur tan-negozju li l-istituzzjoni tkun irrapportat fl-aħħar tmien dati ta' referenza tar-rapportar. Istituzzjoni li tkun għadha ma rrapportatx l-indikatur tan-negozju tagħha għandha tuża l-aktar indikatur tan-negozju reċenti tagħha.

    3.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjoni ta' ‘piż bla bżonn’ għall-finijiet tal-paragrafu 1.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 317

    Sett ta' data dwar it-telf

    1.   L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw telf annwali mir-riskju operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 316(1) għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi biex jistabbilixxu u jżommu aġġornat fuq bażi kontinwa sett ta' data dwar it-telf li jiġbor għal kull avveniment ta' riskju operazzjonali rreġistrat l-ammonti ta' telf gross, l-irkupri mhux tal-assigurazzjoni, l-irkupri tal-assigurazzjoni, id-dati ta' referenza u t-telf raggruppat, inkluż dawk minn avvenimenti ta' kondotta ħażina.

    2.   Is-sett ta' data dwar it-telf tal-istituzzjoni għandu jkopri l-avvenimenti kollha ta' riskju operazzjonali li jirriżultaw mill-entitajiet kollha li huma parti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2.

    3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom:

    (a)

    jinkludu fis-sett tad-data dwar it-telf kull avveniment ta' riskju operazzjonali rreġistrat matul sena finanzjarja waħda jew aktar;

    (b)

    jużaw id-data tal-kontabilità għall-inklużjoni ta' telf relatat ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali fis-sett ta' data dwar it-telf;

    (c)

    jallokaw it-telf u l-irkupri relatati ma' avveniment ta' riskju operazzjonali komuni jew ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati maż-żmien u inklużi fil-kontijiet tul diversi snin, għas-snin finanzjarji korrispondenti tas-sett ta' data dwar it-telf, f'konformità mat-trattament kontabilistiku tagħhom.

    4.   L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru wkoll:

    (a)

    informazzjoni dwar id-dati ta' referenza tal-avvenimenti ta' riskju operazzjonali, inkluż:

    (i)

    id-data meta seħħ jew beda l-avveniment ta' riskju operazzjonali (‘data tal-okkorrenza’), fejn disponibbli;

    (ii)

    id-data li fiha l-istituzzjoni saret taf bl-avveniment ta' riskju operazzjonali (‘data ta' skoperta’);

    (iii)

    id-data jew id-dati li fihom avveniment ta' riskju operazzjonali jirriżulta f'telf, jew ir-riżerva jew il-provvediment kontra telf, rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni (‘data tal-kontabilità’);

    (b)

    informazzjoni dwar kwalunkwe rkupru ta' ammonti ta' telf gross kif ukoll informazzjoni deskrittiva dwar il-fatturi jew il-kawżi tal-avvenimenti ta' telf.

    Il-livell ta' dettall ta' kwalunkwe informazzjoni deskrittiva għandu jkun proporzjonat mad-daqs tal-ammont ta' telf gross.

    5.   Istituzzjoni ma għandhiex tinkludi fis-sett ta' data dwar it-telf avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati mar-riskju ta' kreditu li jitqiesu fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għar-riskju ta' kreditu. L-avvenimenti tar-riskju operazzjonali li jirrigwardjaw ir-riskju ta' kreditu iżda li ma jiġux ikkunsidrati fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għar-riskju ta' kreditu għandhom jiġu inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf.

    6.   L-avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati mar-riskju tas-suq għandhom jiġu ttrattati bħala riskju operazzjonali u għandhom jiġu inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf.

    7.   Istituzzjoni għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tkun tista' tidentifika d-data storika interna tagħha dwar it-telf għat-tip ta' avveniment.

    8.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom neċessarji biex jinżamm u jiġi aġġornat is-sett ta' data dwar it-telf, b'mod partikolari billi jiġi żgurat dan kollu li ġej:

    (a)

    is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom ikunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;

    (b)

    is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;

    (c)

    meta istituzzjoni testernalizza partijiet mill-manutenzjoni tas-sistema u l-infrastruttura tal-IT tagħha, is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistema u tal-infrastruttura tal-IT ikunu żgurati billi jiġi kkonfermat tal-anqas dan li ġej:

    (i)

    is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħha jkunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;

    (ii)

    il-proċess għall-ippjanar, għall-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT jkunu solidi u xierqa b'referenza għall-immaniġġjar tal-proġett, għall-immaniġġjar tar-riskju, għall-governanza, għall-inġinerija, għall-assigurazzjoni tal-kwalità u għall-ippjanar tat-testijiet, għall-immudellar u għall-iżvilupp tas-sistemi, għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-attivitajiet kollha, inkluż ir-rieżamijiet tal-kodiċi u, fejn xieraq, fil-verifika tal-kodiċi, u fl-ittestjar, inkluż fl-aċċettazzjoni tal-utenti;

    (iii)

    is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;

    (iv)

    il-proċess għall-ippjanar, il-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT u l-pjanijiet ta' kontinġenza huwa approvat mill-korp maniġerjali jew mill-maniġment superjuri u l-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri jiġu infurmati perjodikament dwar il-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT.

    9.   Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operazzjonali li jikkonformaw ma' standards internazzjonali u metodoloġija biex tikklassifika l-avvenimenti ta' telf inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf fuq il-bażi ta' dik it-tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operazzjonali.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    10.   Għall-finijiet tal-paragrafu 8, l-EBA għandha tiżviluppa linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispjegaw l-elementi tekniċi neċessarji sabiex tiżgura s-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza biex jinżamm is-sett ta' data dwar it-telf, b'enfasi partikolari fuq is-sistemi u l-infrastrutturi tal-IT.

    Artikolu 318

    Kalkolu tat-telf nett u tat-telf gross

    1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 316(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw għal kull avveniment ta' riskju operazzjonali telf nett kif ġej:

    telf nett = telf gross – irkupru

    fejn:

    telf gross

    = telf marbut ma' avveniment ta' riskju operazzjonali qabel l-irkupri ta' kwalunkwe tip;

    irkupru

    = avveniment indipendenti wieħed jew aktar, relatat mal-avveniment tar-riskju operazzjonali oriġinali, separat fiż-żmien, li fih jiġu riċevuti fondi jew influssi ta' benefiċċji ekonomiċi minn parti terza.

    L-istituzzjonijiet għandhom iżommu fuq bażi kontinwa kalkolu aġġornat tat-telf nett għal kull avveniment speċifiku ta' riskju operazzjonali. Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-kalkolu tat-telf nett fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet osservati jew stmati tat-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mill-aħħar 10 snin finanzjarji. Meta t-telf, marbut mal-istess avveniment ta' riskju operazzjonali, jiġi osservat matul snin finanzjarji multipli f'dak il-perjodu ta' żmien ta' 10 snin, l-istituzzjoni għandha tikkalkula u żżomm aġġornat:

    (a)

    it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mis-snin finanzjarji tal-perjodu ta' żmien ta' 10 snin fejn dawk it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru ġew irreġistrati;

    (b)

    it-telf nett aggregat, it-telf gross aggregat u l-irkupru aggregat tas-snin finanzjarji rilevanti kollha tal-perjodu ta' żmien ta' 10 snin.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-komputazzjoni tat-telf gross:

    (a)

    imposti diretti, bħal indebolimenti, saldi, ammonti mħallsa biex jagħmlu tajjeb għad-danni, penali u imgħax f'arretrati u tariffi legali għar-rapporti tal-introjtu tal-istituzzjoni u tniżżil fil-valur minħabba l-avveniment ta' riskju operazzjonali, inkluż:

    (i)

    meta l-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun relatat mar-riskju tas-suq, l-ispejjeż għat-treġġigħ lura ta' stralċ tal-pożizzjonijiet tas-suq fl-ammont ta' telf irreġistrat tal-elementi tar-riskju operazzjonali;

    (ii)

    meta l-pagamenti jkunu relatati ma' nuqqasijiet jew ma' proċessi inadegwati tal-istituzzjoni, penali, imposti tal-imgħax, imposti fuq ħlas tard, tariffi legali u, bl-esklużjoni tal-ammont tat-taxxa oriġinarjament dovut, it-taxxa, ħlief jekk dak l-ammont ikun diġà inkluż taħt il-punt (e);

    (b)

    l-ispejjeż imġarrba bħala konsegwenza tal-avveniment tar-riskju operazzjonali, inkluż l-ispejjeż esterni b'rabta diretta mal-avveniment ta' riskju operazzjonali u l-ispejjeż tat-tiswija jew tas-sostituzzjoni, imġarrba biex tiġi rrestawrata l-pożizzjoni li kienet prevalenti qabel ma seħħ l-avveniment ta' riskju operazzjonali;

    (c)

    provvedimenti jew riżervi mniżżla fir-rapporti tal-introjtu kontra l-impatt potenzjali tat-telf operattiv, inkluż dawk minn avvenimenti ta' mġiba ħażina;

    (d)

    telf li jirriżulta minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali b'impatt finanzjarju definittiv li huma temporanjament iddepożitati f'kontijiet tranżitorji jew sospiżi u li jkunu għadhom ma humiex riflessi fir-rapporti tal-introjtu (‘telf pendenti’);

    (e)

    impatti ekonomiċi negattivi ddepożitati f'sena finanzjarja u li huma dovuti għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali li jħallu impatt fuq il-flussi ta' flus jew fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tas-snin finanzjarji preċedenti (‘telf tat-twaqqit’).

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), it-telf pendenti materjali għandu jiġi inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf f'perjodu ta' żmien proporzjonat mad-daqs u mal-età tal-element pendenti.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-istituzzjoni għandha tinkludi fis-sett ta' data dwar it-telf, it-telf tat-twaqqit materjali meta dak it-telf ikun dovut għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali li jkopru aktar minn sena finanzjarja waħda. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl-ammont ta' telf irreġistrat tal-element tar-riskju operazzjonali ta' telf ta' sena finanzjarja li huwa dovut għall-korrezzjoni ta' żbalji tat-tidħil fil-kotba li jkunu seħħew fi kwalunkwe sena finanzjarja preċedenti, anki meta dak it-telf ma jkunx jaffettwa lil terzi persuni direttament. Meta jkun hemm telf materjali ta' twaqqit u l-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun jaffettwa lil terzi persuni direttament, inkluż lil klijenti, lil fornituri u lil impjegati tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi wkoll id-dikjarazzjoni mill-ġdid uffiċjali ta' rapporti finanzjarji maħruġa qabel.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tat-telf gross:

    (a)

    l-ispejjeż ta' kuntratti tal-manutenzjoni ġenerali fuq proprjetà, fuq impjant jew fuq tagħmir;

    (b)

    in-nefqa interna jew esterna biex jissaħħaħ in-negozju wara telf mir-riskju operazzjonali, inkluż aġġornamenti, titjib, inizjattivi tal-valutazzjoni tar-riskju u tisħiħ;

    (c)

    primjums tal-assigurazzjoni.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-irkupri għandhom jintużaw biex jitnaqqas it-telf gross biss meta l-istituzzjoni tkun irċiviet pagament. Ir-riċevibbli ma għandhomx jitqiesu bħala rkupri.

    Fuq talba mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni għandha tipprovdi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu verifikati l-pagamenti riċevuti u meqjusin fil-kalkolu tat-telf nett ta' avveniment ta' riskju operazzjonali.

    Artikolu 319

    Limiti ta' data dwar it-telf

    1.   Sabiex jikkalkulaw it-telf annwali mir-riskju operazzjonali msemmi fl-Artikolu 316(1), l-istituzzjonijiet għandhom iqisu mis-sett ta' data dwar it-telf avvenimenti ta' riskju operazzjonali b'telf nett, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 318, li huma daqs jew jaqbżu l-EUR 20 000.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 446, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ukoll it-telf annwali mir-riskju operazzjonali msemmi fl-Artikolu 316(1), filwaqt li jqisu l-avvenimenti ta' riskju operazzjonalitas-sett ta' data dwar it-telf b'telf nett, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 318, li jkunu daqs jew jaqbżu l-EUR 100 000.

    3.   Fil-każ ta' avveniment ta' riskju operazzjonali li jwassal għal telf matul aktar minn sena finanzjarja waħda, kif imsemmi fl-Artikolu 318(1), it-tieni subparagrafu, it-telf nett li għandu jitqies għal-limiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun it-telf nett aggregat.

    Artikolu 320

    Esklużjoni tat-telf

    1.   Istituzzjoni tista' titlob permess mill-awtorità kompetenti biex teskludi mill-kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħha avvenimenti eċċezzjonali ta' riskju operazzjonali li ma jkunux għadhom rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-istituzzjoni tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-kawża tal-avveniment ta' riskju operazzjonali fl-oriġini ta' dak it-telf mir-riskju operazzjonali mhux ser jerġa' jseħħ;

    (b)

    it-telf nett aggregat tal-avveniment ta' riskju operazzjonali korrispondenti huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i)

    daqs jew jaqbżu l-10 % tat-telf medju annwali mir-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni, ikkalkulat fuq l-aħħar 10 snin finanzjarji u bbażat fuq il-limitu msemmi fl-Artikolu 319(1), meta l-avveniment ta' telf mir-riskju operazzjonali jirreferi għal attivitajiet li għadhom parti mill-indikatur tan-negozju;

    (ii)

    relatat ma' avveniment ta' riskju operazzjonali li jirreferi għal attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2);

    (c)

    it-telf mir-riskju operazzjonali kien fil-bażi ta' data dwar it-telf għal perjodu minimu ta' sena, sakemm it-telf mir-riskju operazzjonali ma jkunx relatat ma' attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2).

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu il-perjodu minimu ta' sena għandu jibda mid-data li fiha l-avveniment ta' riskju operazzjonali, inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf, l-ewwel sar akbar mil-limitu ta' materjalità previst fl-Artikolu 319(1).

    2.   Istituzzjoni li titlob il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'ġustifikazzjonijiet iddokumentati għall-esklużjoni ta' avveniment ta' riskju operazzjonali eċċezzjonali, inkluż:

    (a)

    deskrizzjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali;

    (b)

    prova li t-telf mill-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun ogħla mil-limitu ta' materjalità għall-esklużjoni tat-telf imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i), inkluż id-data li fiha dak l-avveniment ta' riskju operazzjonali jsir akbar mil-limitu ta' materjalità;

    (c)

    id-data li fiha l-avveniment ta' riskju operazzjonali kkonċernat jiġi eskluż, meta jitqies il-perjodu minimu ta' żamma stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c);

    (d)

    ir-raġuni għaliex l-avveniment ta' riskju operazzjonali ma għadux meqjus rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

    (e)

    dimostrazzjoni li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwu u li l-avveniment ta' riskju operazzjonali li għandu jiġi eskluż ma għandu l-ebda rilevanza għal attivitajiet jew għal prodotti oħra;

    (f)

    rapporti tar-rieżami jew tal-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjoni, li jikkonfermaw li l-avveniment ta' riskju operazzjonali ma għadux rilevanti u li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwu;

    (g)

    prova li l-korpi kompetenti tal-istituzzjoni, permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni, ikunu approvaw it-talba għall-esklużjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali u d-data ta' tali approvazzjoni;

    (h)

    l-impatt tal-esklużjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali fuq it-telf annwali tar-riskju operazzjonali.

    3.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta skont il-paragrafu 1, inkluż kif it-telf medju annwali mir-riskju operazzjonali għandu jiġi kkalkulat u kif l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tinġabar skont il-paragrafu 2 jew kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja biex titwettaq il-valutazzjoni.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 321

    Inklużjoni ta' telf minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti

    1.   It-telf li jirriżulta minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti għandu jiġi inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf malli l-elementi tal-indikatur tan-negozju relatati ma' dawk l-entitajiet jew l-attivitajiet jiġu inklużi fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tal-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 315(1). Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu t-telf osservat matul perjodu ta' 10 snin qabel l-akkwiżizzjoni jew il-fużjoni.

    2.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-aġġustamenti għas-sett ta' data dwar it-telf tagħhom wara l-inklużjoni tat-telf minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti kif imsemmi fil-paragrafu 1.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 322

    Komprensività, akkuratezza u kwalità tad-data dwar it-telf

    1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ l-organizzazzjoni u l-proċessi sabiex jiżguraw il-komprensività, l-akkuratezza u l-kwalità tad-data dwar it-telf u biex dik id-data tiġi soġġetta għal rieżami indipendenti.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw perjodikament, u tal-anqas kull ħames snin, il-kwalità tad-data dwar it-telf ta' istituzzjoni li tikkalkula t-telf annwali mir-riskju operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 316(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu tali rieżami tal-anqas kull tliet snin għal istituzzjoni b'indikatur tan-negozju li jaqbeż il-EUR 1 biljun.

    Artikolu 323

    Qafas għall-ġestjoni tar-riskju operazzjonali

    1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ:

    (a)

    sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni ddokumentata sew għar-riskju operazzjonali li tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta' ġestjoni tar-riskju ta' kuljum, tifforma parti integrali mill-proċess ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-profil tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni, u li għaliha ġew assenjati responsabbiltajiet ċari; is-sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni għar-riskju operazzjonali għandha tidentifika l-iskoperturi tal-istituzzjoni għar-riskju operazzjonali u ssegwi d-data rilevanti dwar ir-riskju operazzjonali, inkluż id-data dwar it-telf materjali;

    (b)

    funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji operazzjonali li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju u operazzjonali tal-istituzzjoni;

    (c)

    sistema ta' rapportar lill-maniġment superjuri li tipprovdi rapporti dwar ir-riskju operazzjonali lill-funzjonijiet rilevanti fl-istituzzjoni;

    (d)

    sistema ta' monitoraġġ u ta' rapportar regolari tal-iskoperturi għar-riskju operazzjonali u tal-esperjenza tat-telf, u proċeduri għat-teħid ta' azzjonijiet korrettivi xierqa;

    (e)

    rutini għall-iżgurar tal-konformità, u politiki għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità;

    (f)

    rieżamijiet regolari tal-proċessi u tas-sistemi ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali u ta' ġestjoni tal-istituzzjoni, imwettqin minn awdituri interni jew esterni li jkollhom l-għarfien neċessarju;

    (g)

    proċessi ta' validazzjoni interna li joperaw b'mod tajjeb u effettiv;

    (h)

    flussi u proċessi tad-data trasparenti u aċċessibbli assoċjati mas-sistema ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni.

    2.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-obbligi skont il-paragrafu 1, il-punti minn (a) sa (h), filwaqt li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    (*14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).”;"

    (156)

    l-Artikolu 325 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1 u 5 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “1.   Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u kull pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:

    (a)

    l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a;

    (b)

    l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b għal dawk il-pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat permess mill-awtorità kompetenti tagħha biex tuża dak l-approċċ alternattiv kif stabbilit fl-Artikolu 325az(1);

    (c)

    l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1).

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tikkalkula rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju għal pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju meta dawk il-pożizzjonijiet jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-użu tagħha tad-deroga stabbilita f'dan is-subparagrafu, inkluż l-impatt u l-materjalità tagħha, u tqiegħed l-informazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tagħha.

    2.   Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkuolati f'konformità mal-approċċ standardizzat simplifikat għandhom ikunu s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif ikun applikabbli:

    (a)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju fil-pożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 2, immoltiplikati bi:

    (i)

    1,3, għar-riskji ġenerali u speċifiċi tal-pożizzjonijiet fl-istrumenti ta' dejn, esklużi l-istrumenti ta' titolizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 337;

    (ii)

    3,5, għar-riskji ġenerali u speċifiċi ta' pożizzjonijiet fi strumenti azzjonarji;

    (b)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmi fil-Kapitolu 3, immoltiplikati b'1,2;

    (c)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet imsemmija fil-Kapitolu 4, immoltiplikati b'1,9;

    (d)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istrumenti ta' titolizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 337.

    3.   Istituzzjoni li tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta' pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tagħha l-kalkolu ta' kull xahar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu għal kull post tan-negozjar li lilu jkunu ġew assenjati dawk il-pożizzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104b.

    4.   Istituzzjoni tista' tuża kombinazzjoni tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu fuq bażi permanenti, dment li r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq ikkalkulati bl-użu tal-approċċ tal-mudell intern alternattiv jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tar-rekwiżiti ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq. Fuq bażi individwali, istituzzjoni ma għandha tuża l-ebda wieħed minn dawk l-approċċi kkombinat mal-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu. Fil-livell konsolidat, istituzzjoni tista' tuża kombinazzjoni ta' dawk it-tliet approċċi sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 325b(4), il-punt (b), dment li l-approċċ standardizzat simplifikat ma jintużax flimkien maż-żewġ approċċi l-oħra f'entità ġuridika waħda.

    5.   Istituzzjoni ma għandhiex tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għal strumenti fil-portafoll tan-negozjar tagħha li huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet inklużi fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiv (ACTP) stabbilit fil-paragrafi 6, 7 u 8.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “9.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) ta' dan l-Artikolu, b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 104b(5) u (6), fejn applikabbli.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (157)

    l-Artikolu 325a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Kundizzjonijiet għall-użu tal-approċċ standardizzat simplifikat ”;

    (b)

    fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), dment li d-daqs tan-negozju li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun daqs jew anqas minn kull wieħed mil-limiti li ġejjin, fuq il-bażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu ta' data mill-aħħar jum tax-xahar:”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    il-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi, ħlief dawk il-pożizzjonijiet li huma esklużi mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju f'konformità mal-Artikolu 104c jew li jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjonijiet;”

    ;

    (ii)

    il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    l-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata.”

    ;

    (iii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, it-tifsira ta' pożizzjonijiet twal u qosra hija l-istess bħat-tifsira stabbilita fl-Artikolu 94(3).

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 5, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), fi żmien tliet xhur minn wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:”

    ;

    (e)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Istituzzjoni li tkun waqfet tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), għandha tkun permessa biss li tibda tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża dak l-approċċ meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ikunu ġew issodisfati għal perjodu mingħajr interruzzjoni ta' sena.”

    ;

    (f)

    jitħassar il-paragrafu 8;

    (158)

    fl-Artikolu 325b, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   Meta awtorità kompetenti ma tkunx tat lil istituzzjoni l-permess imsemmi fil-paragrafu 2 għal tal-anqas istituzzjoni jew impriża waħda tal-grupp, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju tas-suq fuq bażi konsolidata f'konformità ma' dan it-Titolu:

    (a)

    l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu għall-pożizzjonijiet kollha fl-istituzzjonijiet jew fl-impriżi tal-grupp li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2, billi tuża t-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;

    (b)

    l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu individwalment għall-pożizzjonijiet kollha f'kull istituzzjoni jew impriża tal-grupp li għaliha l-istituzzjoni ma tkunx ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2;

    (c)

    l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata billi żżid l-ammonti kkalkulati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

    Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), l-istituzzjonijiet u l-impriżi msemmija fihom għandhom jużaw l-istess munita ta' rapportar bħall-munita ta' rapportar użata sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata għall-grupp.”

    ;

    (159)

    l-Artikolu 325c huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Ambitu, struttura u rekwiżiti kwalitattivi tal-approċċ standardizzat alternattiv ”;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ, u jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, sett dokumentat ta' politiki, ta' proċeduri u ta' kontrolli interni għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Kwalunkwe bidla f'dawk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien xieraq.”

    ;

    (c)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “3.   B'deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ standardizzat alternattiv għall-parteċipazzjonijiet tal-istituzzjoni tal-istrumenti tad-dejn proprji tagħha bħala s-somma taż-żewġ komponenti msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (c). Meta tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għall-istrumenti ta' dejn proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), l-istituzzjoni għandha teskludi minn dak il-kalkolu r-riskji mill-firxa tal-kreditu proprja tal-istituzzjoni.

    4.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri. Dik l-unità għall-kontroll tar-riskji għandha tkun responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-approċċ standardizzat alternattiv. Għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kull xahar dwar l-output tal-approċċ standardizzat alternattiv, kif ukoll dwar l-adegwatezza tal-limiti tan-negozjar tal-istituzzjoni.

    5.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrieżaminaw b'mod indipendenti l-approċċ standardizzat alternattiv li jużaw għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jew bħala parti mill-proċess ta' awditjar intern regolari tagħhom, jew billi jagħtu mandat lil impriża terza sabiex twettaq dak ir-rieżami. L-eżitu ta' tali rieżami għandu jiġi rrappurtat lill-korpi maniġerjali xierqa.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ‘impriża ta' parti terza’ tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' awditjar jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq.

    6.   Ir-rieżami tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkopri l-attivitajiet kemm tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji u għandu jivvaluta tal-anqas dawn li ġej:

    (a)

    il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

    (b)

    l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u tal-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

    (c)

    l-akkuratezza tal-komputazzjonijiet tas-sensittività u tal-proċess użat sabiex jiġu dderivati dawk il-komputazzjonijiet mill-mudelli tal-ipprezzar tal-istituzzjoni li jservu bħala bażi għar-rapportar tal-profitt u telf lill-maniġment superjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 325t;

    (d)

    il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża biex tevalwa l-konsistenza, il-puntwalità u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv, inkluż l-indipendenza ta' dawk is-sorsi tad-data.

    Istituzzjoni għandha twettaq ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-anqas darba fis-sena, jew fuq bażi anqas frekwenti sa kull sentejn meta l-istituzzjoni tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li d-daqs, l-importanza sistematika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha jiġġustifikaw rieżami aktar frekwenti.

    7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, inkluż l-implimentazzjoni minn istituzzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu u fl-Artikolu 325a, jitwettaq b'integrità.

    8.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija ta' valutazzjoni li skontha l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifika msemmija fil-paragrafu 7;

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2028.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (160)

    l-Artikolu 325j huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni f'CIU billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:

    (a)

    istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (a), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tixtarr il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIU, fuq bażi ta' kull xahar, daqslikieku dawk il-pożizzjonijiet kienu miżmumin direttament mill-istituzzjoni;

    (b)

    istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:

    (i)

    għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità unika allokata lill-bucket ‘settur ieħor’ fl-Artikolu 325ap(1), it-Tabella 8;

    (ii)

    għandha tqis il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u fil-liġi rilevanti.

    Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii) ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi tas-CIU, bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 132a(3).”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Għall-finijiet tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu l-istituzzjoni għandha:

    (a)

    tapplika r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbilita fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f'CIU, meta l-mandat ta' dik is-CIU jippermettilha tinvesti fi skoperturi li għandhom ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti ta' fondi proprji; meta jintuża l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità mhux klassifikata unika allokata lill-bucket ‘mhux klassifikata’ fl-Artikolu 325y(1), it-Tabella 2; u

    (b)

    għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU, tuża l-istess approċċ fost l-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.”

    ;

    (c)

    il-paragrafi 3, 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “3.   Istituzzjoni tista’ tikkombina l-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), għall-pożizzjonijiet tagħha fis-CIUs. Madankollu, istituzzjoni għandha tuża biss wieħed minn dawk l-approċċi għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), ta' dan l-Artikolu istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tiddetermina l-portafoll ipotetiku tas-CIU li jkun jattira l-ogħla rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325c(2), il-punt (a), fuq il-bażi tal-mandat jew tal-liġi rilevanti tas-CIU, b'kont meħud tal-lieva finanzjarja sal-punt massimu, fejn applikabbli.

    L-istituzzjoni għandha tuża l-istess portafoll ipotetiku bħal dak imsemmi fl-ewwel subparagrafu sabiex tikkalkula, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbiliti fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f'CIU.

    Il-metodoloġija żviluppata mill-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-portafolli ipotetika tal-pożizzjonijiet kollha fis-CIUs li għalihom jintużaw il-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti tagħha.

    5.   Istituzzjoni tista’ tuża l-approċċi msemmija fil-paragrafu 1 fil-każijiet biss li fihom is-CIU tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 132(3). Fil-każijiet li fihom is-CIU ma tissodisfax il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet tagħha f’dik is-CIU għall-portafoll mhux tan-negozjar.

    6.   Sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni ta' CIU f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq parti terza sabiex twettaq tali kalkolu, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    il-parti terza tkun waħda minn dawn li ġejjin:

    (i)

    l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;

    (ii)

    għal CIUs li ma jkunux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), il-punt (a);

    (iii)

    bejjiegħ terz bil-kundizzjoni li d-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju jiġu pprovduti jew ikkalkulati mill-partijiet terzi msemmija fil-punt(i) jew (ii) ta' dan il-punt jew minn bejjiegħ terz ieħor bħal dan;

    (b)

    il-parti terza tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data, bl-informazzjoni jew bil-metriċi tar-riskju sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f'konformità mal-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu;

    (c)

    awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju tal-parti terza msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal dik id-data,l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju fuq talba.

    7.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tal-metodoloġija sabiex jiġu ddeterminati l-portafolli ipotetika għall-finijiet tal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 4, inkluż il-mod li bih l-istituzzjonijiet għandhom iqisu fil-metodoloġija, fejn applikabbli, il-lieva finanzjarja sal-punt massimu.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (161)

    fl-Artikolu 325q, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Il-fatturi vega ta' riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal drittijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati. Dawk il-volatilitajiet implikati għandhom jiġu kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tad-drittijiet korrispondenti soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 ta' sena, sena (1), 3 snin, 5 snin u 10 snin.”

    ;

    (162)

    fl-Artikolu 325s(1), il-formula hija sk sostitwita b'dan li ġej:

    Image 23

    ”;

    (163)

    l-Artikolu 325t huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li istituzzjoni li ngħatat il-permess tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tuża l-funzjonijiet ta' pprezzar tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni tagħhom fil-kalkolu ta' sensittivitajiet skont dan il-Kapitolu għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' kalkolu u ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 325(3).”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 6, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;

    (b)

    l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex jispjegaw is-sensittivitajiet għall-pożizzjoni milli huma l-formuli stabbiliti f'din is-Subtaqsima, li t-trasformazzjoni lineari msemmija fl-ewwel subparagrafu tirrifletti sensittività għar-riskju vega, u li s-sensittivitajiet li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk li japplikaw dawk il-formuli.”

    ;

    (164)

    l-Artikolu 325u huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   B'deroga mill-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2032, istituzzjoni ma għandhiex tapplika r-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi għal strumenti li għandhom l-għan biss li jiħħeġġjaw ir-riskju tas-suq ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li jiġġeneraw rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi u li huma soġġetti għall-istess tip ta' riskji residwi bħall-pożizzjonijiet li jiħħeġġjaw.

    L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex jiġi applikat it-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jekk l-istituzzjoni tista' turi fuq bażi kontinwa għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istrumenti jikkonformaw mal-kriterji li għandhom jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet ta' ħħeġġjar.

    L-istituzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti r-riżultat tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi għall-istrumenti kollha li għalihom tiġi applikata d-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu.”

    ;

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “6.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jidentifikaw il-pożizzjonijiet li jikkwalifikaw għad-deroga msemmija fil-paragrafu 4a. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, mill-inqas, in-natura tal-istrumenti msemmija f'dak il-paragrafu, il-profitt u t-telf nett tal-pożizzjonijiet ikkombinati, is-sensittivitajiet tal-pożizzjonijiet ikkombinati u r-riskji li jibqgħu mhux iħħeġġjati fil-pożizzjonijiet ikkombinati, filwaqt li titqies b'mod partikolari l-possibbiltà li l-pożizzjoni oriġinali tista' tiġi ħħeġġjata b'ammont parzjali.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2024.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    7.   Sal-31 ta' Diċembru 2029, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-applikazzjoni tat-trattament imsemmi fil-paragrafu 4a. Abbażi tas-sejbiet ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ittawwal it-trattament imsemmi f'dak il-paragrafu.”

    ;

    (165)

    fl-Artikolu 325v, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Għal derivattivi ta' kreditu u tal-ekwità mhux ta' titolizzazzjoni nnegozjati, l-ammonti tal-JTD skont il-kostitwenti individwali għandhom jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta' approċċ ta' trasparenza.”

    ;

    (166)

    fl-Artikolu 325x, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   Meta t-termini kuntrattwali jew legali ta' pożizzjoni tad-derivattivi li jkollha strument ta' dejn jew ta' flus ta' ekwità bħala sottostanti, u ħħeġġjati b'dak l-istrument ta' dejn jew ta' flus ta' ekwità, jippermettu lil istituzzjoni tagħlaq iż-żewġ komponenti ta' dik il-pożizzjoni fiż-żmien tal-iskadenza tal-ewwel li jimmatura miż-żewġ komponenti mingħajr ebda skopertura għar-riskju ta' inadempjenza tas-sottostanti, l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata tal-pożizzjoni kkombinata għandu jiġi stabbilit għal żero.”

    ;

    (167)

    fl-Artikolu 325y, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 2.”

    ;

    (168)

    fl-Artikolu 325ab, jitħassar il-paragrafu 2;

    (169)

    l-Artikolu 325ad huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-ammonti netti ta' JTD għandhom jiġu mmoltiplikati bi:

    (a)

    għal prodotti mhux issegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu għall-kwalità kreditizja kif speċifikat fl-Artikolu 325y(1) u (2);

    (b)

    għal prodotti ssegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325aa(1).”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, il-formula għal DRCb hija sostitwita b'dan li ġej:

    Image 24

    ”;

    (170)

    fl-Artikolu 325ae, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Il-piżijiet tar-riskju tal-fatturi tar-riskju bbażati fuq il-muniti inklużi fis-subkategorija tal-munita l-aktar likwida kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(7), il-punt (b), u fuq il-munita domestika tal-istituzzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    (a)

    għall-fatturi ta' riskju tar-rata mingħajr riskju, il-piżijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, it-Tabella 3, ta' dan l-Artikolu, diviżi bi

    Image 25

    ;

    (b)

    għall-fattur tar-riskju tal-inflazzjoni u għall-fatturi tar-riskju bażi bejn muniti differenti, il-piżijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu diviżi bi

    Image 26

    .”
    ;

    (171)

    l-Artikolu 325ah huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fit-Tabella 4, is-settur tal-bucket 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, umutwanti promozzjonali u bonds koperti”

    ;

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 2.”

    ;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw skopertura għar-riskju ta’ bond kopert mhux ikklassifikat għall-bucket 4 meta l-istituzzjoni li tkun ħarġet il-bond kopert ikollha l-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja.”

    ;

    (172)

    fl-Artikolu 325ai(1), id-definizzjoni ta’ ρkl (isem) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “ρkl (isem) għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi; għandha tkun ugwali għal 35 % meta ż-żewġ ismijiet tas-sensitivitajiet k u l ikunu fil-buckets minn 1 sa 18 fl-Artikolu 325ah(1), it-Tabella 4, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %”

    ;

    (173)

    fl-Artikolu 325aj, id-definizzjoni ta’ γbc (klassifikazzjoni) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “γbc (klassifikazzjoni) għandha tkun ugwali għal:

    (a)

    1, meta l-buckets b u c ikunu l-buckets 1 sa 17 u ż-żewġ buckets ikollhom l-istess kategorija ta’ kwalità kreditizja (jew skali minn 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja jew skali minn 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja); inkella għandha tkun ugwali għal 50 %; għall-finijiet ta’ dak il-kalkolu, il-bucket 1 għandu jitqies li jappartjeni għall-istess kategorija ta’ kwalità kreditizja bħal buckets li jinsabu fl-iskali minn 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja;

    (b)

    1, fejn jew il-bucket b jew c huwa l-bucket 18;

    (c)

    1, fejn il-bucket b jew c huwa l-bucket 19 u l-bucket l-ieħor għandu l-iskala minn 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja; inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;

    (d)

    1, fejn il-bucket b jew c huwa l-bucket 20 u l-bucket l-ieħor għandu l-iskala minn 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja; inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;”

    ;

    (174)

    l-Artikolu 325ak huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-Tabella 6 hija emendata kif ġej:

    (i)

    il-kolonna “kwalità kreditizja” hija emendata kif ġej:

    (1)

    it-tieni ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Skala 1 sa 10 tal-kwalità kreditizja”

    (2)

    it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Skala 11 sa 17 tal-kwalità kreditizja”

    ;

    (ii)

    is-settur tal-bucket 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, umutwanti promozzjonali u bonds koperti”

    ;

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 2.

    B’deroga mit-tieni paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw skopertura għar-riskju ta' bond kopert mhux ikklassifikat għall-bucket 4 meta l-istituzzjoni li toħroġ il-bond kopert ikollha l-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja.”

    ;

    (175)

    l-Artikolu 325am huwa emendat kif ġej:,

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-Tabella 7, il-kolonna “kwalità kreditizja” hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-ewwel ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Superjuri u skala tal-kwalità kreditizja 1 sa 10”

    (ii)

    it-tieni ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Mhux superjuri u skala tal-kwalità kreditizja 1 sa 10”

    ;

    (iii)

    it-tielet ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Skala 11 sa 17 tal-kwalità kreditizja u mingħajr klassifikazzjoni”

    ;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 5.”

    ;

    (176)

    fl-Artikolu 325as, it-Tabella 9 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-isem tal-bucket tal-bucket 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Enerġija – elettriku”

    ;

    (b)

    jiddaħħlu l-oqsma li ġejjin:

    3a

    Enerġija – skambju tal-karbonju tal-EU ETS

    40 %

    3b

    Enerġija – skambju tal-karbonju mhux tal-EU ETS

    60 %

    ”;

    (177)

    l-Artikolu 325ax huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   Il-buckets għall-fatturi vega tar-riskju għandhom ikunu simili għall-buckets stabbiliti għall-fatturi delta tar-riskju f'konformità mat-Taqsima 3, is-Subtaqsima 1.

    2.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi vega tar-riskju għandhom jiġu assenjati f'konformità mal-klassi tar-riskju tal-fatturi tar-riskju, kif ġej:

    Tabella 1

    Klassi tar-riskju

    Piżijiet tar-riskju

    GIRR

    100 %

    Nontitolizzazzjonijiet CSR

    100 %

    Titolizzazzjonijiet CSR (ACTP)

    100 %

    Titolizzazzjonijiet CSR (mhux ACTP)

    100 %

    Ekwità (kapitalizzazzjoni kbira u indiċijiet)

    77,78  %

    Ekwità (kapitalizzazzjoni żgħira u settur ieħor)

    100 %

    Komodità

    100 %

    Munita barranija

    100 %

    ”;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 3.

    (c)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Għall-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tar-rata tal-imgħax ġenerali, tal-firxa tal-kreditu u tal-komoditajiet, il-piż tar-riskju ta' kurvatura għandu jkun iċ-ċaqliq parallel tal-punti kollha għal kull kurva abbażi tal-ogħla piż tar-riskju delta preskritt imsemmi fis-Subtaqsima 1 għall-bucket rilevanti.”

    ;

    (178)

    l-Artikolu 325az huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-approċċ tal-mudell intern alternattiv jista' jintuża minn istituzzjoni sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għar-riskju tas-suq, dment li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan il-Kapitolu.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(c)

    il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325bf(3);

    (d)

    il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf (‘attribuzzjoni P&L’) imsemmija fl-Artikolu 325bg;”

    ;

    (ii)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(g)

    ma tkun ġiet assenjata l-ebda pożizzjoni fis-CIUs li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), lill-postijiet tan-negozjar.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw il-permess biex jużaw l-approċċ tal-mudell intern alternattiv għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżit ta' rapportar stabbilit fl-Artikolu 325(3).”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 8, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu.”

    ;

    (e)

    il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “9.   L-EBA għandha toħroġ opinjoni dwar jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 325bf(6), it-tieni subparagrafu.

    Għall-fini tal-għoti ta' dik l-opinjoni, l-EBA għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji u, jekk dak ikun il-każ, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih.

    10.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-indikaturi li l-EBA għandha tuża biex tiddetermina jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2024.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (179)

    l-Artikolu 325ba huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Meta tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu ta' mudell intern f'konformità mal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tinkludi l-firxiet tal-kreditu tagħha stess fil-kalkolu tal-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) għal pożizzjonijiet fl-istrumenti tad-dejn proprji tal-istituzzjoni.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għar-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għall-parteċipazzjonijiet tal-istrumenti ta' dejn proprji tagħha.”

    ;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar u għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-formula li ġejja:

    Image 27

    fejn:

    AIMA

    = is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

    PLAaddon

    = ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 325bg(2);

    ASAnon-aima

    = ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkulati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fl-Artikolu 325(1), punt (a) għall-portafoll tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet li għalihom l-istituzzjoni tkun tuża l-approċċ standardizzat alternattiv sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq;

    ASAallportfolio

    = ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkulati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (a), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar u għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet;

    ASAaima

    = ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkulati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (a), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet li għalihom l-istituzzjoni tkun tuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.”

    ;

    (180)

    fl-Artikolu 325bc, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji għall-użu tal-inputs tad-data fil-mudell tal-kalkolu tar-riskju msemmi f'dan l-Artikolu, inkluż kriterji dwar l-akkuratezza tad-data u kriterji dwar il-kalibrazzjoni tal-inputs tad-data fejn id-data tas-suq ma tkunx biżżejjed.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (181)

    fl-Artikolu 325bd, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “5a.   Muniti ta' Stati Membri li qed jipparteċipaw fl-ERM II għandhom jiġu inklużi fis-subkategorija tal-muniti l-aktar likwidi u tal-munita domestika fil-kategorija wiesgħa ta' fatturi tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tat-Tabella 2.”

    ;

    (182)

    l-Artikolu 325be huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tqis mhux mudellabbli fattur tar-riskju li jkun ġie vvalutat bħala mudellabbli mill-istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fattur tar-riskju ma jissodisfawx, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 325bc(6).”

    ;

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   F'ċirkostanzi straordinarji, li jseħħu matul perjodi ta' tnaqqis sinifikanti f'ċerti attivitajiet ta' negozjar fis-swieq finanzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu jikkunsidraw bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli minn dawk l-istituzzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 1, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-fatturi tar-riskju soġġetti għat-trattament jikkorrispondu għall-attivitajiet ta' negozjar li jitnaqqsu b'mod sinifikanti fis-swieq finanzjarji;

    (b)

    it-trattament jiġi applikat temporanjament, u mhux għal aktar minn sitt xhur fi żmien sena finanzjarja waħda;

    (c)

    it-trattament ma jnaqqasx b'mod sinifikanti r-rekwiżiti totali ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet li japplikawh;

    (d)

    l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw minnufih lill-EBA bi kwalunkwe deċiżjoni li tippermetti lill-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu biex iqisu bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli, kif ukoll tal-attivitajiet tan-negozjar ikkonċernati, u jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.”

    ;

    (d)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji sabiex tiġi vvalutata l-mudellabbiltà ta' fatturi tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 1, inkluż meta tintuża d-data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi, u l-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;;

    (183)

    l-Artikolu 325bf huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Il-fattur ta' multiplikazzjoni (mc) għandu jkun ugwali għal tal-anqas is-somma ta' 1,5 u żieda ddeterminata f'konformità mat-Tabella 3. Għall-portafoll imsemmi fil-paragrafu 5, dik iż-żieda għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tan-numru ta' qabżiet fil-valur li jkunu seħħew matul l-aktar 250 ġurnata ta' xogħol reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu. Il-kalkolu taż-żieda għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:”

    ;

    (ii)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “F'ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni li tagħmel waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:

    (a)

    tillimita l-kalkolu taż-żieda għal dak li jirriżulta minn qabżiet tal-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' bidliet ipotetiċi meta n-numru ta' qabżiet tal-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' bidliet attwali ma jirriżultax minn nuqqasijiet fil-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni;

    (b)

    teskludi l-qabżiet tal-valur evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv ta' bidliet ipotetika jew attwali mill-kalkolu taż-żieda meta dawk il-qabżiet tal-valur ma jirriżultawx minn nuqqasijiet fil-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni.”

    ;

    (iii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu l-valur tal-mc 'il fuq mis-somma msemmija f'dak is-subparagrafu, meta mudell intern alternattiv ta' istituzzjoni juri nuqqasijiet li jipprevjenu l-kalkolu xieraq tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “8.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 6, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni ma tgħoddx qbiż tal-valur meta bidla ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern ta' dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli.”

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “10.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji li skont dawn istituzzjoni tista' titħalla ma tgħoddx qbiż tal-valur meta l-bidla ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern ta' dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    (184)

    l-Artikolu 325bg huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   Post tan-negozjar ta' istituzzjoni jkun jissodisfa r-rekwiżiti ta' attribuzzjoni P&L meta l-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' dak il-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kalkolu tar-riskju tal-istituzzjoni, ikunu qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetika fil-valur tal-portafoll ta' dak l-uffiċċju tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell ta' pprezzar tal-istituzzjoni.

    2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta l-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kalkolu tar-riskju tal-istituzzjoni jkunu qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetika fil-valur tal-portafoll ta' dak il-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkula, għall-pożizzjonijiet kollha assenjati lil dak il-post tan-negozjar, rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(1) u (2).

    3.   Abbażi tar-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjoni għandha tiddetermina u tiddokumenta lista preċiża ta' fatturi tar-riskju inklużi fil-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni li jitqiesu adatti għall-verifika tal-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv stabbilit fl-Artikolu 325bf. L-istituzzjoni għandha tittraċċa kwalunkwe bidla fil-lista ta' dawk il-fatturi ta' riskju.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    il-kriterji li jispeċifikaw jekk il-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar ikunux qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi regolatorji internazzjonali;

    (b)

    ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2;”

    ;

    (ii)

    jitħassar il-punt (e);

    (iii)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.”

    ;

    (185)

    l-Artikolu 325bh huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jiġbor fih il-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għad-deheb u għall-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni; għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU; l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, sakemm il-korrettezza ta' dak ir-rapport tkun żgurata b'mod adegwat;”

    (ii)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(i)

    għal pożizzjonijiet f'CIUs, l-istituzzjonijiet għandhom iħarsu lejn il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIUs tal-anqas kull ġimgħa sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità ma' dan il-Kapitolu; fejn l-approċċ ta' trasparenza jitwettaq kull ġimgħa, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jimmonitorjaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni tas-CIU; l-istituzzjonijiet li ma għandhomx inputs tad-data jew informazzjoni adegwata sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni ta' CIU f'konformità mal-approċċ ta' trasparenza jistgħu jiddependu fuq parti terza biex tikseb dawk l-inputs tad-data jew l-informazzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    il-parti terza tkun waħda minn dawn li ġejjin:

    (1)

    l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;

    (2)

    il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), il-punt (a);

    (3)

    bejjiegħ terz bil-kundizzjoni li d-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju jiġu pprovduti jew ikkalkulati mill-partijiet terzi msemmija fil-punt (1) jew (2) ta' dan il-punt jew bejjiegħ terz ieħor bħal dan;

    (ii)

    il-parti terza tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f'konformità mal-approċċ ta' trasparenza msemmi fl-ewwel subparagrafu;

    (iii)

    awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju tal-parti terza msemmija fil-punt (ii) u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal dik id-data,l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju fuq talba.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Istituzzjoni tista' tuża korrelazzjonijiet empiriċi f'kategoriji wiesgħa ta' fatturi tar-riskju u, għall-fini tal-kalkolu tal-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni tal-UESt kif imsemmi fl-Artikolu 325bb(1) f'kategoriji wiesgħa ta' fatturi tar-riskju biss fejn l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kejl ta' dawk il-korrelazzjonijiet ikun tajjeb, konsistenti mal-perjodi ta' likwidità applikabbli jew, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, mal-perjodu ta' żmien bażi ta' 10 ijiem stabbiliti fl-Artikolu 325bc(1) u implimentat b'integrità.”

    ;

    (c)

    jitħassar il-paragrafu 3;

    (186)

    fl-Artikolu 325bi, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; dik l-unità għandha:

    (i)

    tkun responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu;

    (ii)

    tkun responsabbli għas-sistema ġenerali ta' ġestjoni tar-riskju;

    (iii)

    tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;”

    ;

    (b)

    jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

    “Unità ta' validazzjoni, li tkun separata mill-unità ta' kontroll tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandha twettaq il-validazzjoni inizjali u kontinwa ta' kwalunkwe mudell intern ta' kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.”

    ;

    (187)

    fl-Artikolu 325bo, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Fil-mudelli interni tagħhom tar-riskju ta' inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom ikopru r-riskji ta' bażi materjali fl-istrateġiji tal-iħħeġġjar li jirriżultaw minn differenzi fit-tip ta' prodott, is-superjorità fl-istruttura kapitali, il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni, il-vintage u differenzi oħra.

    L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li diskrepanzi fil-maturità bejn strument għall-iħħeġġjar u l-istrument iħħeġġjat li jistgħu jseħħu matul il-perjodu ta' żmien ta' sena, fejn dawk id-diskrepanzi ma jinqabdux fil-mudell intern tagħhom għar-riskju ta' inadempjenza, ma jwasslux għal sottovalutazzjoni materjali tar-riskju.

    L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu strument ta' ħħeġġjar biss sakemm dan ikun jista' jinżamm anki waqt li d-debitur javviċina avveniment ta' kreditu jew avveniment ieħor.”

    ;

    (188)

    l-Artikolu 325bp huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,01 % għal skoperturi li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 sa 118 u ta' 0,01 % għal bonds koperti li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129; inkella, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03 %;”

    ;

    (ii)

    il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(d)

    istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal emittent partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;

    (e)

    istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza msemmija fil-punt (d) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma dawn il-probabbiltajiet ta' inadempjenza b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għall-istimi tal-probabbiltà ta' inadempjenza skont dan l-Artikolu.”

    ;

    (iii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), id-data sabiex jiġu stimati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess debitur li għaliha tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(c)

    istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-LGD f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1, għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal skopertura partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-istimi tal-LGD ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;

    (d)

    istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-LGD msemmi fil-punt (c) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma l-LGD b'mod konsistenti mar-rekwiżiti li japplikaw għall-istimi tal-LGD skont dan l-Artikolu.”

    ;

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), id-data sabiex jiġi stimat l-LGD ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess skopertura li għaliha tistma l-LGD f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu.”

    ;

    (189)

    fl-Artikolu 332, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 325(6) jew (8) għandhom jiġu inklużi biss fid-determinazzjoni tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku f'konformità mal-Artikolu 338(2).”

    ;

    (190)

    l-Artikolu 337 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Meta jiddeterminaw il-piżijiet tar-riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw esklużivament l-approċċ stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 5, it-Taqsima 3.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4   L-istituzzjoni għandha tgħodd flimkien il-pożizzjonijiet ponderati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk humiex twal jew qosra, sabiex tkun tista' tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha kontra riskju speċifiku, għajr għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni soġġetti għall-Artikolu 338(2).”

    ;

    (191)

    l-Artikolu 338 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 338

    Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni

    1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, istituzzjoni għandha tiddetermina l-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 325(6), (7) u (8).

    2.   Istituzzjoni għandha tiddetermina l-akbar wieħed mill-ammonti li ġejjin bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku għall-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni:

    (a)

    ir-rekwiżit totali ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti twal tal-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni;

    (b)

    ir-rekwiżit totali ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti qosra tal-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni.”

    ;

    (192)

    fl-Artikolu 348, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra f'din it-Taqsima, pożizzjonijiet f'CIUs għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi r-riskju ġenerali u speċifiku, ta' 32 %. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 353 meħud flimkien mat-trattament emendat għad-deheb stabbilit fl-Artikolu 352(4) il-pożizzjonijiet f'CIUs għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi riskju ġenerali u speċifiku, u riskju tal-kambju ta' 40 %.”

    ;

    (193)

    l-Artikolu 351 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 351

    De minimis u ponderar għar-riskju tal-kambju

    Jekk is-somma tal-pożizzjoni netta kumplessiva tal-kambju ta' istituzzjoni u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb, ikkalkulata skont il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 352, taqbeż it-2 % tal-fondi proprji totali tagħha, l-istituzzjoni għandha tikkalkula rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju għandu jkun is-somma tal-pożizzjoni netta kumplessiva tagħha tal-kambju u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb fil-munita tar-rapportar, immultiplikata bi 8 %.”

    ;

    (194)

    fl-Artikolu 352, jitħassar il-paragrafu 2;

    (195)

    l-Artikolu 361 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jitħassar il-punt (c);

    (b)

    it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw l-użu li jagħmlu minn dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.”

    ;

    (196)

    fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, jitħassar il-Kapitolu 5;

    (197)

    fl-Artikolu 381, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, ‘riskju ta' CVA’ tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn bidliet fil-valur ta' CVA, ikkalkulat għall-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' kontroparti kif stabbilit fl-ewwel paragrafu, minħabba movimenti fil-fatturi tar-riskju tal-firxa tal-kreditu ta' kontroparti u f'fatturi tar-riskju oħrajn inkorporati fil-portafoll tat-tranżazzjonijiet.”

    ;

    (198)

    l-Artikolu 382 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Istituzzjoni għandha tinkludi fil-kalkolu tal-fondi proprji meħtieġa mill-paragrafu 1 tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'valur ġust skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għall-istituzzjoni meta l-iskoperturi tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet ikunu materjali.”

    ;

    (b)

    jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “4a.   B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, istituzzjoni tista' tagħżel li tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, billi tuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 382a(1), għat-tranżazzjonijiet li huma esklużi skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, meta l-istituzzjoni tuża ħeġġijiet eliġibbli ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 386 sabiex jittaffa r-riskju ta' CVA ta' dawk it-tranżazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki li jispeċifikaw l-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għal tali tranżazzjonijiet.

    4b.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom ir-riżultati tal-kalkoli tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta' dak ir-rekwiżit ta' rapportar, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi jużaw l-approċċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 382a(1), li kienu jużaw sabiex jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA li kieku dawk it-tranżazzjonijiet ma kinux esklużi mill-ambitu skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.”

    ;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jivvalutaw jekk l-iskoperturi għar-riskju ta' CVA li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli b'valur ġust humiex materjali, kif ukoll il-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (199)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 382a

    Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA

    1.   Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 382 f'konformità mal-approċċi li ġejjin:

    (a)

    l-approċċ standardizzat stabbilit fl-Artikolu 383, meta l-istituzzjoni tkun ingħatat permess mill-awtorità kompetenti biex tuża dak l-approċċ;

    (b)

    l-approċċ bażiku stabbilit fl-Artikolu 384;

    (c)

    l-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 385, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.

    2.   Istituzzjoni ma għandhiex tuża l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), flimkien mal-approċċ imsemmi fil-punt (a) jew (b) ta' dak il-paragrafu.

    3.   Istituzzjoni tista' tuża taħlita tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA fuq bażi permanenti għal:

    (a)

    kontropartijiet differenti;

    (b)

    settijiet ta' netting eliġibbli differenti mal-istess kontroparti;

    (c)

    tranżazzjonijiet differenti tal-istess sett ta' netting eliġibbli, dment li tiġi ssodisfatta kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu is-sett ta' netting eliġibbli f'sett ta' netting ipotetiku li fih it-tranżazzjonijiet soġġetti għall-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), u sett ta' netting ipotetiku li fih it-tranżazzjonijiet soġġetti għall-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b).

    5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (c), il-kundizzjonijiet imsemmija fih għandhom jinkludu dan li ġej:

    (a)

    il-qasma hija konsistenti mat-trattament tas-set tan-netting legali meta jiġi kkalkulat is-CVA għal finijiet kontabilistiċi;

    (b)

    il-permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), huwa limitat għas-sett ta' netting ipotetiku korrispondenti u ma jkoprix it-tranżazzjonijiet kollha fi ħdan is-sett ta' netting eliġibbli.

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw kif jużaw taħlita tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), u kif stabbilit f'dan il-paragrafu, sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA fuq bażi permanenti.”

    ;

    (200)

    l-Artikolu 383 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 383

    Approċċ standardizzat

    1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess lill-istituzzjoni sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għar-riskju ta' CVA għal portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' kontroparti waħda jew aktar billi tuża l-approċċ standardizzat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, wara li tkun ivvalutat jekk l-istituzzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    l-istituzzjoni tkun stabbiliet unità distinta li tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tar-riskju u għall-iħħeġġjar tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni;

    (b)

    għal kull kontroparti kkonċernata, l-istituzzjoni tkun żviluppat mudell regolatorju ta' CVA sabiex tikkalkula s-CVA ta' dik il-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 383a;

    (c)

    għal kull kontroparti kkonċernata, l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula, tal-anqas fuq bażi ta' kull xahar, is-sensittivitajiet tas-CVA tagħha għall-fatturi tar-riskju kkonċernati kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 383b;

    (d)

    għall-pożizzjonijiet kollha f'ħeġġijiet eliġibbli rikonoxxuti f'konformità mal-Artikolu 386 għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat, l-istituzzjoni tista' tikkalkula, u tal-anqas fuq bażi ta' kull xahar, is-sensittivitajiet ta' dawk il-pożizzjonijiet għall-fatturi tar-riskju rilevanti ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 383b;

    (e)

    l-istituzzjoni tkun stabbiliet unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u l-unità msemmija fil-punt (a), u li tirrapporta direttament lill-korp maniġerjali; dik l-unità ta' kontroll tar-riskju għandha tkun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-approċċ standardizzat u għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kull xahar dwar l-eżitu ta' dak l-approċċ u, barra minn hekk, l-unità għall-kontroll tar-riskju għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-limiti tan-negozjar tal-istituzzjoni u tinkludi r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni fir-rapporti tagħha ta' kull xahar; l-unità ta' kontroll tar-riskju għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li jkun xieraq sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu s-sensittività ta' CVA ta' kontroparti għal fattur tar-riskju tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta' dak is-CVA, bħala riżultat ta' bidla fil-valur ta' wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti ta' dak is-CVA, ikkalkulata bl-użu tal-mudell regolatorju ta' CVA tal-istituzzjoni f'konformità mal-Artikoli minn 383i u 383j.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta' dan il-paragrafu s-sensittività ta' pożizzjoni f'ħeġġ eliġibbli għal fattur tar-riskju tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta' dik il-pożizzjoni, bħala riżultat ta' bidla fil-valur ta' wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti ta' dik il-pożizzjoni, ikkalkulata bl-użu tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni f'konformità mal-Artikoli minn 383i u 383j.

    2.   Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ‘klassi tar-riskju’ tfisser kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    (a)

    riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

    (b)

    riskju ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;

    (c)

    riskju ta' firxa tal-kreditu ta' referenza;

    (d)

    riskju ta' ekwità;

    (e)

    riskju tal-komoditajiet;

    (f)

    riskju tal-kambju;

    (2)

    ‘portafoll ta' CVA’ tfisser il-portafoll magħmul mis-CVA aggregat u l-ħeġġijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d);

    (3)

    ‘CVA aggregat’ tfisser is-somma ta' CVAs ikkalkulata bl-użu tal-mudell regolatorju ta' CVA għall-kontropartijiet msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.

    3.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat bħala s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 383b:

    (a)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta li jkopru r-riskju ta' bidliet fil-portafoll ta' CVA tal-istituzzjoni minħabba l-movimenti fil-fatturi tar-riskju rilevanti relatati man-nonvolatilità;

    (b)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju vega li jkopru r-riskju ta' bidliet fil-portafoll ta' CVA tal-istituzzjoni minħabba l-movimenti fil-fatturi tar-riskju rilevanti relatati mal-volatilità.”

    ;

    (201)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    Artikolu 383a

    Mudell regolatorju ta' CVA

    1.   Mudell regolatorju ta' CVA użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383 għandu jkun validu kunċettwalment, jiġi implimentat b'integrità, u jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (a)

    il-mudell regolatorju ta' CVA huwa kapaċi jimmudella s-CVA ta' kontroparti partikolari, filwaqt li jirrikonoxxi ftehimiet ta' netting u dwar il-marġni fil-livell tas-sett ta' netting, fejn rilevanti, f'konformità ma' dan l-Artikolu;

    (b)

    l-istituzzjoni tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti mill-firxiet ta' kreditu tal-kontroparti u mit-telf fil-każ ta' inadempjenza skont il-kunsens tas-suq mistenni għal dik il-kontroparti;

    (c)

    it-telf mistenni f'inadempjenza msemmi fil-punt (a) għandu jkun l-istess bħat-telf fil-każ ta' inadempjenza skont il-kunsens tas-suq mistenni msemmi fil-punt (b), sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista' turi li l-prijorità tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' dik il-kontroparti tkun differenti mill-prijorità ta' bonds superjuri mhux iggarantiti maħruġin minn dik il-kontroparti;

    (d)

    f'kull mument fil-futur, l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' kontroparti tiġi kkalkulata b'mudell ta' skopertura billi jiġu pprezzati mill-ġdid it-tranżazzjonijiet kollha f'dak il-portafoll, fuq il-bażi tal-bidliet konġunti ssimulati tal-fatturi tar-riskju tas-suq li huma materjali għal dawk it-tranżazzjonijiet bl-użu ta' numru xieraq ta' xenarji, u l-iskontar tal-prezzijiet sad-data tal-kalkolu bl-użu ta' rati tal-imgħax mingħajr riskju;

    (e)

    il-mudell regolatorju ta' CVA ikun kapaċi jimmudella dipendenza sinifikanti bejn l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet u l-firxiet ta' kreditu tal-kontroparti;

    (f)

    meta t-tranżazzjonijiet tal-portafoll jiġu inklużi f'sett ta' netting soġġett għal ftehim dwar il-marġni u għal valwazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, il-kollateral depożitat u riċevut bħala parti minn dak il-ftehim jiġi rrikonoxxut bħala mitigant tar-riskju fl-iskpertura futura skontata simulata, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta' riskju tal-marġni għal dak is-sett ta' netting f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 285(2) u (5), u tirrifletti dak il-perjodu ta' marġni fil-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata;

    (ii)

    il-karatteristiċi applikabbli kollha tal-ftehim dwar il-marġni, inkluż il-frekwenza tas-sejħiet ta' marġni, it-tip ta' kollateral eliġibbli kuntrattwalment, l-ammonti ta' limitu, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali kemm għall-istituzzjoni kif ukoll għall-kontroparti jkunu riflessi kif xieraq fil-kalkolu tal-skopertura futura skontata simulata;

    (iii)

    l-istituzzjoni tkun stabbiliet unità ta' ġestjoni tal-kollateral li tikkonforma mal-Artikolu 287 għall-kollateral kollu rrikonoxxut għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), CVA għandu jkollu sinjal pożittiv u għandu jiġi kkalkulat bħala funzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza mistenni tal-kontroparti, sett xieraq tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti f'punti ta' żmien futuri u sett xieraq ta' skoperturi futuri skontati simulati tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' dik il-kontroparti f'punti ta' żmien futuri sal-maturità tal-itwal tranżazzjoni f'dak il-portafoll.

    Għall-finijiet tad-dimostrazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-kollateral riċevut mill-kontroparti ma għandux jibdel il-prijorità tal-iskopertura.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (f)(iii), ta’ dan il-paragrafu meta l-istituzzjoni tkun diġà stabbiliet unità ta' ġestjoni tal-kollateral għall-użu tal-metodu tal-mudell intern imsemmi fl-Artikolu 283, l-istituzzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa tistabbilixxi unità ta' ġestjoni tal-kollateral addizzjonali meta dik l-istituzzjoni turi lill-awtorità kompetenti tagħha li tali unità tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 287 għall-kollateral rikonoxxut għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), fejn il-firxiet tal-iswaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-kontroparti jkunu osservabbli fis-suq, istituzzjoni għandha tuża dawk il-firxiet. Meta tali firxiet ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu ma jkunux disponibbli, istituzzjoni għandha tuża wieħed milli ġejjin:

    (a)

    firxiet tal-kreditu minn strumenti oħrajn maħruġin mill-kontroparti li jirriflettu l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq;

    (b)

    firxiet ta' approssimazzjoni indiretta li jkunu xierqa meta jitqiesu l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti.

    3.   Istituzzjoni li tuża mudell regolatorju ta' CVA għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:

    (a)

    il-mudell tal-eskopertura msemmi fil-paragrafu 1 huwa parti mis-sistema interna ta' ġestjoni tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni li tinkludi l-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni, l-approvazzjoni u r-rapportar intern ta' CVA u tar-riskju ta' CVA għal finijiet kontabilistiċi;

    (b)

    l-istituzzjoni għandha fis-seħħ proċess sabiex tiżgura l-konformità ma' sett dokumentat ta' politiki interni, ta' kontrolli, ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni u ta' proċeduri tal-mudell li jikkonċernaw il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1;

    (c)

    l-istituzzjoni għandu jkollha unità ta' validazzjoni indipendenti li tkun responsabbli għall-validazzjoni inizjali u kontinwa effettiva tal-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; dik l-unità għandha tkun indipendenti mill-kreditu tan-negozju u mill-unitajiet tan-negozjar, inkluż l-unità msemmija fl-Artikolu 383(1), il-punt (a), u tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li jkun xieraq sabiex tilħaq dak l-għan;

    (d)

    il-maniġment superjuri għandu jkun involut b'mod attiv fil-proċess ta' kontroll tar-riskju u għandu jqis il-kontroll tar-riskju ta' CVA bħala aspett essenzjali tan-negozju, li għalih jeħtieġ li jiġu ddedikati r-riżorsi xierqa;

    (e)

    l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-proċess għall-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 għal livell ta' dettall li jippermetti lil parti terza tifhem kif joperaw il-mudelli, il-limitazzjonijiet tagħhom u s-suppożizzjonijiet ewlenin tagħhom, u terġa' toħloq l-analiżi; dik id-dokumentazzjoni għandha tistabbilixxi l-frekwenza minima li biha ser titwettaq il-validazzjoni kontinwa, kif ukoll ċirkostanzi oħrajn, bħal bidla f'daqqa fl-imġiba tas-suq, li fihom għandha titwettaq validazzjoni addizzjonali; għandha tiddeskrivi kif titwettaq il-validazzjoni fir-rigward tal-flussi u tal-portafolli tad-data, liema analiżijiet jintużaw u kif jinbnew il-portafolli tal-kontroparti rappreżentattivi;

    (f)

    il-mudelli tal-ipprezzar użati fil-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 għal xenarju partikolari ta' fatturi tar-riskju tas-suq issimulati għandhom jiġu ttestjati skont parametri referenzjarji indipendenti xierqa għal firxa wiesgħa ta' stati tas-suq bħala parti mill-proċess inizjali u kontinwu ta' validazzjoni tal-mudell; mudelli tal-ipprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta' linearità tal-valur tal-opzjonijiet rigward il-fatturi tar-riskju tas-suq;

    (g)

    rieżami indipendenti tas-sistema interna ta' ġestjoni tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq mill-proċess ta' awditjar intern tal-istituzzjoni fuq bażi regolari; dak ir-rieżami għandu jinkludi l-attivitajiet kemm tal-unità msemmija fl-Artikolu 383(1), il-punt (a), kif ukoll tal-unità ta' validazzjoni indipendenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

    (h)

    il-mudell regolatorju ta' CVA użat mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jirrifletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet u l-ftehimiet dwar il-marġni b'mod puntwali, komplut, u konservattiv; it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrisjedu f'bażi ta' data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku; it-trażmissjoni tad-data u tal-ftehimiet tal-marġni tat-termini u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet għall-mudell tal-iskopertura għandha tkun soġġetta wkoll għal awditu intern, u għandhom ikunu fis-seħħ proċessi formali ta' rikonċiljazzjoni bejn il-mudell intern u s-sistemi tad-data tas-sors sabiex jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li t-termini, l-ispeċifikazzjonijiet u l-ftehimiet tal-marġni tat-tranżazzjonijiet ikunu qed jiġu riflessi fis-sistema ta' skopertura b'mod korrett jew, tal-anqas, b'mod konservattiv;

    (i)

    l-inputs kurrenti u storiċi tad-data tas-suq użati fil-mudell mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkisbu indipendentement mil-linji operatorji u jiddaħħlu f'dak il-mudell fil-ħin u b'mod sħiħ u miżmuma f'bażi tad-data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku; istituzzjoni għandu jkollha proċess żviluppat sew ta' integrità tad-data sabiex tittratta osservazzjonijiet mhux xierqa tad-data; meta l-mudell jiddependi fuq data tas-suq ta' approssimazzjoni, istituzzjoni għandha tfassal politiki interni sabiex tidentifika approssimazzjonijiet xierqa u għandha turi b'mod empiriku fuq bażi kontinwa li l-approssimazzjonijiet jipprovdu rappreżentazzjoni konservattiva tar-riskju sottostanti;

    (j)

    il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafi 1 għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-tranżazzjonijiet u kuntrattwali neċessarja sabiex jiġu aggregati skoperturi fil-livell tas-sett ta' netting; istituzzjoni għandha tivverifika li t-tranżazzjonijiet jiġu assenjati għas-sett ta' netting adatt fil-mudell.

    Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista' jkollu speċifikazzjonijiet u suppożizzjonijiet differenti sabiex jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 383a, ħlief li l-inputs tad-data tas-suq u r-rikonoxximent tan-netting tagħha għandhom jibqgħu l-istess bħal dawk użati għall-finijiet kontabilistiċi.

    4.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

    (a)

    kif il-firxiet ta' approssimazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandhom jiġu ddeterminati mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza;

    (b)

    elementi tekniċi ulterjuri li l-istituzzjonijiet għandhom iqisu meta jikkalkulaw t-telf fil-każ ta' inadempjenza mistenni tal-kontroparti, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti u l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' dik il-kontroparti u s-CVA, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

    (c)

    liema strumenti oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), huma xierqa sabiex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza tal-kontroparti u kif l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu din l-istima.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

    (a)

    il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u tal-bidliet fl-użu tal-approċċ standardizzat kif imsemmi fl-Artikolu 383(3);

    (b)

    il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 383 u 383a.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2028.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 383b

    Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi tar-riskju delta u vega deskritti fl-Artikoli minn 383c sa 383h, u l-proċess stabbilit fil-paragrafi minn 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu, sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji delta u vega.

    2.   Għal kull klassi ta' riskju msemmija fl-Artikolu 383(2), is-sensittività tas-CVAs aggregati u s-sensittività tal-pożizzjonijiet kollha f'ħeġġijiet eliġibbli li jaqgħu fl-ambitu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi tar-riskju delta jew vega applikabbli inkluż f'dik il-klassi tar-riskju għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-formuli korrispondenti stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi tar-riskju, is-sensittività għandha tiġi ddeterminata b'mod separat għal kull fattur tar-riskju.

    Għall-kalkolu tas-sensittivitajiet għar-riskju vega tas-CVAs aggregati, għandhom jiġu inklużi s-sensittivitajiet kemm għall-volatilitajiet użati fil-mudell tal-iskopertura sabiex jiġu ssimulati l-fatturi tar-riskju kif ukoll għall-volatilitajiet użati sabiex jerġgħu jiġu pprezzati t-tranżazzjonijiet tal-opzjonijiet fil-portafoll mal-kontroparti.

    Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, soġġetta għall-permess mill-awtorità kompetenti, istituzzjoni tista' tuża definizzjonijiet alternattivi ta' sensittivitajiet għar-riskju delta u vega fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;

    (b)

    l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet tal-pożizzjoni mill-formuli stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j, u li s-sensittivitajiet għar-riskju delta u vega li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk miksuba bl-applikazzjoni tal-formuli stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j, rispettivament.

    3.   Meta ħeġġ eliġibbli tkun strument tal-indiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' dik il-ħeġġ eliġibbli għall-fatturi tar-riskju rilevanti kollha billi japplikaw il-bidla ta' wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti għal kull wieħed mill-kostitwenti tal-indiċi.

    4.   Istituzzjoni tista' tintroduċi fatturi ta' riskju addizzjonali li jikkorrispondu għal strumenti tal-indiċi kwalifikati għall-klassijiet ta' riskju li ġejjin:

    (a)

    riskju ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;

    (b)

    riskju ta' firxa tal-kreditu ta' referenza; u

    (c)

    riskju ta' ekwità.

    Għall-finijiet tar-riskji delta, strument tal-indiċi għandu jitqies ikkwalifikat meta jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325i. Għal riskji vega, l-istrumenti tal-indiċi kollha għandhom jitqiesu bħala kwalifikati.

    Istituzzjoni għandha tikkalkula s-sensittivitajiet ta' CVA u ta' ħeġġijiet eliġibbli għal fatturi tar-riskju tal-indiċi kwalifikati minbarra s-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju mhux tal-indiċi.

    Istituzzjoni għandha tikkalkula s-sensittivitajiet għar-riskju delta u vega għal fattur tar-riskju tal-indiċi kwalifikat bħala sensittività unika għall-indiċi kkwalifikat sottostanti. Meta 75 % tal-kostitwenti ta' indiċi kkwalifikat jiġu mmappjati għall-istess settur kif stabbilit fl-Artikoli 383p, 383s u 383v, l-istituzzjoni għandha timmappja l-indiċi kkwalifikat għal dak l-istess settur. Inkella, l-istituzzjoni għandha timmappja s-sensittività għall-bucket tal-indiċi kkwalifikat applikabbli.

    5.   Is-sensittivitajiet ponderati tas-CVA aggregat u tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha għal kull fattur tar-riskju għandhom jiġu kkalkulati billi s-sensittivitajiet netti rispettivi jiġu mmultiplikati bil-piż tar-riskju korrispondenti, f'konformità mal-formuli li ġejjin:

    Image 28

    Image 29

    fejn:

    k

    = l-indiċi li jiddenota l-fattur tar-riskju k;

    Image 30

    = is-sensittività ponderata tas-CVA aggregat għall-fattur tar-riskju k;

    RWk

    = il-piż tar-riskju applikabbli għall-fattur tar-riskju k;

    Image 31

    = is-sensittività netta tas-CVA aggregat għall-fattur tar-riskju k;

    Image 32

    = is-sensittività ponderata tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha fil-portafoll ta' CVA għall-fattur tar-riskju k;

    Image 33

    = is-sensittività netta tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha fil-portafoll ta' CVA għall-fattur tar-riskju k.

    6.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività ponderata netta WSk tal-portafoll ta' CVA għall-fattur tar-riskju k f'konformità mal-formula li ġejja:

    Image 34

    7.   Is-sensittivitajiet netti ponderati fl-istess bucket għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula li ġejja, bl-użu tal-korrelazzjonijiet korrispondenti ρkl għas-sensittivitajiet ponderati fl-istess bucket stabbiliti fl-Artikoli 383l, 383t u 383q li jwasslu għas-sensittività speċifika għall-bucket Kb :

    Image 35

    fejn:

    Kb

    = is-sensittività speċifika għall-bucket tal-bucket b;

    WSk

    = is-sensittivitajiet netti ponderati;

    ρkl

    = il-parametri ta' korrelazzjoni intrabucket korrispondenti;

    R

    = il-parametru ta' esklużjoni tal-iħħeġġjar ugwali għal 0,01.

    8.   Is-sensittività speċifika għall-bucket għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu għal kull bucket fi klassi tar-riskju. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet ponderati għal kull fattur tar-riskju fil-buckets għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula li ġejja, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc għal sensittivitajiet ponderati f'buckets differenti stabbiliti fl-Artikoli 383l, 383o, 383r, 383u, 383w u 383z li jwasslu għar-rekwiżit ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju għar-riskju delta jew vega:

    Image 36

    fejn:

    mCVA

    = fattur moltiplikatur li huwa ugwali għal 1; l-awtorità kompetenti tista' żżid il-valur ta'mCVA meta l-mudell regolatorju ta' CVA tal-istituzzjoni juri nuqqasijiet li jipprevjenu l-kalkolu xieraq tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA;

    Kb

    = is-sensittività speċifika għall-bucket tal-bucket b;

    γbc

    = il-parametru ta' korrelazzjoni bejn il-buckets b u c;

    Image 37

    għall-fatturi tar-riskju kollha fil-bucket b;

    Image 38

    għall-fatturi tar-riskju kollha fil-bucket c.

    Artikolu 383c

    Fatturi tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

    1.   Għall-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju tar-rata tal-inflazzjoni, għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita, b'kull bucket li jkun fih tipi differenti ta' fatturi tar-riskju.

    Il-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax li huma applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-portafoll ta' CVA għandhom ikunu r-rati mingħajr riskju għal kull munita kkonċernata u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: sena (1), sentejn (2), 5 snin, 10 snin u 30 sena.

    Il-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-inflazzjoni fil-portafoll ta' CVA għandhom ikunu r-rati tal-inflazzjoni għal kull munita kkonċernata u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: sena (1), sentejn (2), 5 snin, 10 snin u 30 sena.

    2.   Il-muniti li għalihom istituzzjoni għandha tapplika l-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom ikunu l-euro, il-krona Żvediża, id-dollaru Awstraljan, id-dollaru Kanadiż, l-isterlina Brittanika, il-yen Ġappuniż u d-dollaru Amerikan, il-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni u l-munita ta' Stat Membru li jipparteċipa fl-ERM II.

    3.   Għall-muniti mhux speċifikati fil-paragrafu 2, il-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax għandhom ikunu l-bidla assoluta fir-rata tal-inflazzjoni u x-xift parallela tal-kurva sħiħa mingħajr riskju għal munita partikolari.

    4.   L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu r-rati mingħajr riskju għal kull munita mill-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni li jkollhom l-aktar riskju ta' kreditu baxx, inkluż swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada.

    5.   Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu japplikaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 4, ir-rati mingħajr riskju għandhom ikunu bbażati fuq kurva ta' swaps implikata mis-suq waħda jew aktar użati mill-istituzzjonijiet sabiex jipprezzaw il-pożizzjonijiet skont il-valur tas-suq, bħall-kurvi ta' swaps ta' rati interbankarji offruti.

    Meta d-data dwar kurvi ta' swaps implikati mis-suq deskritti fl-ewwel subparagrafu tkun insuffiċjenti, ir-rati mingħajr riskju jistgħu jiġu derivati mill-kurva tal-bonds sovrani l-iktar xierqa għal munita partikolari.

    6.   Il-fattur tar-riskju vega tar-rata tal-imgħax applikabbli għall-istrumenti fil-portafoll ta’ CVA sensittivi għal volatilità tar-rati tal-kambju għandu jkun il-volatilitajiet kollha tar-rata tal-imgħax tat-tenuri kollha għal munita partikolari. Il-fattur tar-riskju vega tar-rata tal-inflazzjoni applikabbli għall-istrumenti fil-portafoll ta’ CVA sensittivi għal volatilità tar-rati tal-kambju għandu jkun il-volatilitajiet kollha tar-rata tal-imgħax tat-tenuri kollha għal munita partikolari. Għandu jkun hemm sesittività waħda għar-rati tal-imgħax u sensittività waħda għar-rata tal-inflazzjoni netta kkalkulata għal kull munita.

    Artikolu 383d

    Fatturi tar-riskju tal-kambju

    1.   Il-fatturi tar-riskju delta tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti fil-portafoll ta' CVA sensittivi għar-rati tal-kambju spot għandhom ikunu r-rati spot tal-kambju bejn il-munita li fiha jkun iddenominat l-istrument u l-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni fejn l-istituzzjoni tkun qed tuża munita bażi f'konformità mal-Artikolu 325q(7). Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta' muniti akkoppjati, li tkun tinkludi fattur tar-riskju uniku u sensittività netta unika.

    2.   Il-fatturi tar-riskju vega tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti f'portafoll ta' CVA sensittivi għall-volatilità tal-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati msemmija fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm bucket wieħed għall-muniti u għall-maturitajiet kollha, li jkun fih il-fatturi kollha tar-riskju vega tal-kambju u sensittività netta waħda.

    3.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta' munita għall-fatturi kollha tar-riskju delta u vega.

    Artikolu 383e

    Fatturi tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti

    1.   Il-fatturi tar-riskju delta tal-firxiet ta' kreditu tal-kontroparti applikabbli għal strumenti sensittivi għall-firxiet ta' kreditu tal-kontroparti fil-portafoll ta' CVA għandhom ikunu l-firxiet ta' kreditu tal-kontropartijiet individwali u l-ismijiet ta' referenza u l-indiċijiet ikkwalifikati għall-maturitajiet li ġejjin: 0,5 ta' sena, sena (1), 3 snin, 5 snin u 10 snin.

    2.   Il-klassi tar-riskju tal-firxa ta' kreditu tal-kontroparti m’għandhiex tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-fondi proprji tar-riskju vega.

    Artikolu 383f

    Fatturi tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu ta' referenza

    1.   Il-fatturi tar-riskju delta tal-firxiet ta' kreditu ta' referenza applikabbli għal strumenti sensittivi għall-firxiet ta' kreditu ta' referenza fil-portafoll ta' CVA għandhom ikunu l-firxiet ta' kreditu tal-maturitajiet kollha għall-ismijiet ta' referenza kollha f'bucket. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkulata għal kull bucket.

    2.   Il-fatturi tar-riskju vega ta' firxiet ta' kreditu ta' referenza applikabbli għal strumenti fil-portafoll ta' CVA sensittivi għall-volatilità tal-firxiet ta' kreditu ta' referenza għandhom ikunu l-volatilitajiet tal-firxiet ta' kreditu tat-tenuri kollha għall-ismijiet ta' referenza kollha f'bucket. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkulata għal kull bucket.

    Artikolu 383g

    Fatturi tar-riskju ta' ekwità

    1.   Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju ta' ekwità għandhom ikunu l-buckets imsemmija fl-Artikolu 383t.

    2.   Il-fatturi tar-riskju delta ta' ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta' CVA sensittivi għall-prezzijiet spot ta' ekwità għandhom ikunu l-prezzijiet spot tal-ekwitajiet kollha mmappjati għall-istess taqsima msemmija fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkulata għal kull bucket.

    3.   Il-fatturi tar-riskju vega ta' ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta' CVA sensittivi għall-volatilità ta' ekwità għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-ekwitajiet kollha mmappjati għall-istess bucket imsemmi fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkulata għal kull bucket.

    Artikolu 383h

    Fatturi tar-riskju tal-komoditajiet

    1.   It-taqsimiet għall-fatturi kollha tar-riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu l-buckets tas-settur imsemmija fl-Artikolu 383x.

    2.   Il-fatturi tar-riskju delta tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta' CVA sensittivi għall-prezzijiet spot tal-komoditajiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot tal-komoditajiet kollha mmappjati għall-istess bucket tas-settur imsemmi fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkulata għal kull bucket tas-settur.

    3.   Il-fatturi tar-riskju vega tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta' CVA sensittivi għall-volatilità tal-prezz tal-komoditajiet għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-komoditajiet kollha mmappjati għall-istess bucket tas-settur imsemmi fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkulata għal kull bucket tas-settur.

    Artikolu 383i

    Sensittivitajiet għar-riskju delta

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta li jikkonsistu f'fatturi tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax kif ġej:

    (a)

    is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f'rati mingħajr riskju, kif ukoll f'ħeġġ eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

    Image 39

    Image 40

    fejn:

    Image 41

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata mingħajr riskju;

    rkt

    = il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata mingħajr riskju k bil-maturità t;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi tar-riskju minbarra rkt fi VCVA ;

    Image 42

    = is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata mingħajr riskju;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra rkt fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi ;

    (b)

    is-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f'rati tal-inflazzjoni kif ukoll f'ħeġġ eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

    Image 43

    Image 44

    fejn:

    Image 45

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni;

    inflkt

    = il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni k bil-maturità t;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi tar-riskju minbarra inflkt fi VCVA ;

    Image 46

    = is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra inflkt fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi .

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f'rati spot tal-kambju, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:

    Image 47

    Image 48

    fejn:

    Image 49

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata spot tal-kambju;

    FXk

    = il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata spot tal-kambju k;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi tar-riskju minbarra FXk fi VCVA ;

    Image 50

    = is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata spot tal-kambju;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra FXk fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi .

    3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f'rati ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:

    Image 51

    Image 52

    fejn:

    Image 53

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;

    ccskt

    = il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti k fil-maturità t;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi tar-riskju minbarra ccskt fi VCVA ;

    Image 54

    = is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra ccskt fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi .

    4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f'rati ta' firxiet tal-kreditu ta' referenza, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:

    Image 55

    Image 56

    fejn:

    Image 57

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata ta' firxiet tal-kreditu ta' referenza;

    rcskt

    = il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata ta' firxiet tal-kreditu ta' referenza k fil-maturità t;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi ta' riskju minbarra ccskt fi VCVA ;

    Image 58

    = is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata ta' firxiet tal-kreditu ta' referenza;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra ccskt fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi .

    5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu fi prezzijiet spot ta' ekwità, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:

    Image 59

    Image 60

    fejn:

    Image 61

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tal-prezz spot ta' ekwità;

    EQ

    = il-valur tal-prezz spot ta' ekwità;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi tar-riskju minbarra EQ fi VCVA ;

    Image 62

    = is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tal-prezz spot ta' ekwità;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra EQ fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi .

    6.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu fi prezzijiet spot tal-komoditajiet, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:

    Image 63

    Image 64

    fejn:

    Image 65

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tal-prezz spot tal-komoditajiet;

    CTY

    = il-valur tal-prezz spot tal-komoditajiet;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi tar-riskju minbarra CTY fi VCVA ;

    Image 66

    = is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tal-prezz spot tal-komoditajiet;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra CTY fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi .

    Artikolu 383j

    Sensittivitajiet għar-riskju vega

    L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju vega tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f'volatilità impliċita, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:

    Image 67

    Image 68

    fejn:

    Image 69

    = is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tal-volatilità impliċita;

    volk

    = il-valur tal-fattur tar-riskju tal-volatilità impliċita;

    VCVA

    = is-CVA aggregat ikkalkulat bil-mudell regolatorju ta' CVA;

    x,y

    = fatturi tar-riskju minbarra volk fil-funzjoni tal-ipprezzar VCVA ;

    Image 70

    = is-sensittivitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar eliġibbli i għal fattur tar-riskju tal-volatilità impliċita;

    Vi

    = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;

    w,z

    = fatturi tar-riskju minbarra volk fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi .

    Artikolu 383k

    Piżijiet tar-riskju għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

    1.   Għall-muniti msemmija fl-Artikolu 383c(2), il-piżijiet tar-riskju tas-sensittivitajiet delta tar-rata mingħajr riskju għal kull bucket fit-Tabella 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Bucket

    Maturità

    Piż tar-riskju

    1

    sena

    1,11  %

    2

    Sentejn

    0,93  %

    3

    5 snin

    0,74  %

    4

    10 snin

    0,74  %

    5

    30 sena

    0,74  %

    2.   Għal muniti li mhumiex il-muniti msemmija fl-Artikolu 383c(2), il-piż tar-riskju tas-sensittivitajiet delta tar-rata mingħajr riskju għandu jkun ta' 1,58 %.

    3.   Għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni ddenominat f'waħda mill-muniti msemmija fl-Artikolu 383c(2), il-piż tar-riskju tas-sensittività delta għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni għandu jkun ta' 1,11 %.

    4.   Għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni ddenominat f'munita li mhijiex il-muniti msemmija fl-Artikolu 383c(2), il-piż tar-riskju tas-sensittività delta għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni għandu jkun ta' 1,58 %.

    5.   Il-piżijiet tar-riskju li għandhom jiġu applikati għas-sensittivitajiet għall-fatturi tar-riskju vega tar-rata tal-imgħax u għall-fatturi tar-riskju vega tar-rata tal-inflazzjoni għall-muniti kollha għandhom ikunu ta' 100 %.

    Artikolu 383l

    Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

    1.   Għall-muniti msemmija fl-Artikolu 383c(2), il-parametri ta' korrelazzjoni li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw għall-aggregazzjoni tas-sensittivitajiet delta tar-rata mingħajr riskju bejn il-buckets differenti stabbiliti fl-Artikolu 383k, it-Tabella 1, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Bucket

    1

    2

    3

    4

    5

    1

    100 %

    91 %

    72 %

    55 %

    31 %

    2

     

    100 %

    87 %

    72 %

    45 %

    3

     

     

    100 %

    91 %

    68 %

    4

     

     

     

    100 %

    83 %

    5

     

     

     

     

    100 %

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw parametru ta' korrelazzjoni ta' 40 % għall-aggregazzjoni tas-sensittività għar-riskju delta tar-rata tal-inflazzjoni u tas-sensittività delta tar-rata mingħajr riskju ddenominati fl-istess munita.

    3.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw parametru ta' korrelazzjoni ta' 40 % għall-aggregazzjoni tas-sensittività tal-fattur tar-riskju vega tar-rata tal-inflazzjoni u tas-sensittività għall-fattur tar-riskju vega tar-rata tal-imgħax iddenominati fl-istess munita.

    Artikolu 383m

    Korrelazzjoni bejn il-buckets għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

    Il-parametru ta' korrelazzjoni bejn il-buckets għar-riskji delta u vega tar-rata tal-imgħax għandu jiġi stabbilit għal 0,5 għall-muniti akkoppjati kollha.

    Artikolu 383n

    Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju

    1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju bejn munita tar-rapportar ta' istituzzjoni u munita oħra għandhom ikunu ta' 11 %.

    2.   Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu magħmula mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fl-ERM II għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)

    il-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1, diviż bi 3;

    (b)

    il-fluttwazzjoni massima fil-faxxa ta' fluttwazzjoni formalment maqbula mill-Istat Membru u l-BĊE, jekk dik il-faxxa ta' fluttwazzjoni tkun idjaq mill-faxxa ta' fluttwazzjoni ddefinita skont l-ERM II.

    3.   Minkejja l-paragrafu 2, il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw il-muniti msemmija f'dak il-paragrafu li jipparteċipaw fl-ERM II b'faxxa ta' fluttwazzjoni maqbula formalment li tkun idjaq mill-faxxa standard ta' bejn wieħed u ieħor 15 % għandu jkun ugwali għall-fluttwazzjoni massima tal-perċentwal f'dik il-faxxa idjaq.

    4.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet vega kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju għandhom ikunu ta' 100 %.

    Artikolu 383o

    Korrelazzjonijiet għar-riskju tal-kambju

    1.   Parametru ta' korrelazzjoni uniformi ugwali għal 60 % għandu japplika għall-aggregazzjoni tas-sensitivitajiet għall-fattur tar-riskju delta tal-kambju bejn il-buckets.

    2.   Parametru ta' korrelazzjoni uniformi ugwali għal 60 % għandu japplika għall-aggregazzjoni tas-sensitivitajiet għall-fattur tar-riskju vega tal-kambju bejn il-buckets.

    Artikolu 383p

    Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti

    1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 1 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Numru tal-Bucket

    Kwalità Kreditizja

    Settur

    Piż tar-riskju

    1

    Kollha

    Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri

    0,5  %

    2

    Skali 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja

    Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118

    0,5  %

    3

    Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

    1,0  %

    4

    L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali

    5,0  %

    5

    Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

    3,0  %

    6

    Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn

    3,0  %

    7

    Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

    2,0  %

    8

    Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

    1,5  %

    9

    Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri

    1,0  %

    10

    Skali 1 tal-kwalità kreditizja

    Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi

    1,5  %

    Skali 2 sa 3 tal-kwalità kreditizja

    2,5  %

    11

    Skali 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja

    Settur ieħor

    5,0  %

    12

    Indiċijiet ikkwalifikati

    1,5  %

    13

    Skali 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja u mingħajr klassifikazzjoni

    Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118

    2,0  %

    14

    Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

    4,0  %

    15

    L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali

    12,0  %

    16

    Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

    7,0  %

    17

    Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn

    8,5  %

    18

    Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

    5,5  %

    19

    Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

    5,0  %

    20

    Settur ieħor

    12,0  %

    21

    Indiċijiet ikkwalifikati

    5,0  %

    Meta ma jkun hemm l-ebda klassifikazzjoni esterna għal kontroparti speċifika, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġett għal approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jimmappjaw il-klassifikazzjoni interna ma' klassifikazzjoni esterna korrispondenti u jassenjaw piż tar-riskju li jikkorrispondi jew għall-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja jew inkella għall-iskala 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja. Inkella, għandhom jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju għal skoperturi mingħajr klassifikazzjoni.

    2.   Biex jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu minn klassifikazzjoni li tintuża spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed biss mill-buckets tas-settur stabbiliti fit-Tabella 1. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tkunx tista' tassenjahom għal settur b'tali mod għandhom jiġu assenjati jew għall-bucket 11 jew inkella għall-bucket 20 fit-Tabella 1, skont il-kwalità kreditizja tal-emittent.

    3.   L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw biss għall-buckets 12 u 21 fit-Tabella 1 dawk l-iskoperturi li jagħmlu referenza għall-indiċijiet ikkwalifikati kif imsemmi fl-Artikolu 383b(4).

    4.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ ta' trasparenza biex jiddeterminaw is-sensittivitajiet ta' skopertura li tirreferi għal indiċi mhux ikkwalifikat.

    Artikolu 383q

    Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti

    1.   Bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl , li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati għall-buckets 1 sa 11 u 13 sa 20 tas-settur, kif stabbilit fl-Artikolu 383p(1), it-Tabella 1, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

    Image 71

    fejn:

    Image 72

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;

    Image 73

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, 90 % jekk iż-żewġ ismijiet ikunu distinti iżda relatati legalment, inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;

    Image 74

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu t-tnejn li huma fil-buckets 1 sa 11 jew ikunu t-tnejn li huma fil-buckets 13 sa 20, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.

    2.   Bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati għall-buckets 12 u 21 tas-settur, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

    Image 75

    fejn:

    Image 76

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;

    Image 77

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ta' sensittivitajiet k u l ikunu identiċi u ż-żewġ indiċijiet ikunu tal-istess serje, 90 % jekk iż-żewġ indiċijiet ikunu l-istess iżda ta' serje distinta, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %;

    Image 78

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu t-tnejn li huma fil-bucket 12 jew ikunu t-tnejn li huma fil-bucket 21, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.

    Artikolu 383r

    Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti

    Il-korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju delta tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Bucket

    1, 2, 3, 13 u 14

    4 u 15

    5 u 16

    6 u 17

    7 u 18

    8 u 19

    9 u 10

    11 u 20

    12 u 21

    1, 2, 3, 13 u 14

    100 %

    10 %

    20 %

    25 %

    20 %

    15 %

    10 %

    0 %

    45 %

    4 u 15

     

    100 %

    5 %

    15 %

    20 %

    5 %

    20 %

    0 %

    45 %

    5 u 16

     

     

    100 %

    20 %

    25 %

    5 %

    5 %

    0 %

    45 %

    6 u 17

     

     

     

    100 %

    25 %

    5 %

    15 %

    0 %

    45 %

    7 u 18

     

     

     

     

    100 %

    5 %

    20 %

    0 %

    45 %

    8 u 19

     

     

     

     

     

    100 %

    5 %

    0 %

    45 %

    9 u 10

     

     

     

     

     

     

    100 %

    0 %

    45 %

    11 u 20

     

     

     

     

     

     

     

    100 %

    0 %

    12 u 21

     

     

     

     

     

     

     

     

    100 %

    Artikolu 383s

    Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu ta' referenza

    1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-firxiet tal-kreditu ta' referenza għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) u għall-iskoperturi kollha għall-firxiet tal-kreditu ta' referenza f'kull bucket fit-Tabella 1 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Numru tal-bucket

    Kwalità kreditizja

    Settur

    Piż tar-riskju

    1

    Kollha

    Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri

    0,5  %

    2

    Skali 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja

    Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118

    0,5  %

    3

    Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

    1,0  %

    4

    L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali

    5,0  %

    5

    Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

    3,0  %

    6

    Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn

    3,0  %

    7

    Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

    2,0  %

    8

    Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

    1,5  %

    9

    Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri

    1,0  %

    10

    Skala 1 tal-kwalità kreditizja

    Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi

    1,5  %

    Skali 2 sa 3 tal-kwalità kreditizja

    2,5  %

    11

    Skali 1 sa 3 tal-Kwalità Kreditizja

    Indiċijiet ikkwalifikati

    1,5  %

    12

    Skali 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja u mingħajr klassifikazzjoni

    Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118

    2,0  %

    13

    Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

    4,0  %

    14

    L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali

    12,0  %

    15

    Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

    7,0  %

    16

    Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn

    8,5  %

    17

    Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

    5,5  %

    18

    Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

    5,0  %

    19

    Indiċijiet ikkwalifikati

    5,0  %

    20

    Settur ieħor

    12,0  %

    Meta ma jkun hemm l-ebda klassifikazzjoni esterna għal kontroparti speċifika, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġett għal approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jimmappjaw il-klassifikazzjoni interna ma' klassifikazzjoni esterna korrispondenti u jassenjaw piż tar-riskju li jikkorrispondi jew għall-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja jew inkella għall-iskala 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja. Inkella, għandhom jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju għal skoperturi mingħajr klassifikazzjoni.

    2.   Il-piżijiet tar-riskju għall-volatilitajiet tal-firxiet tal-kreditu ta' referenza għandhom jiġu stabbiliti għal 100 %.

    3.   Biex jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu minn klassifikazzjoni li tintuża spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed biss mill-buckets tas-settur fit-Tabella 1. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tkunx tista' tassenjahom għal settur b'tali mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 20 fit-Tabella 1.

    4.   L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw biss għall-buckets 11 u 19 dawk l-iskoperturi li jagħmlu referenza għall-indiċijiet ikkwalifikati kif imsemmi fl-Artikolu 383b(4).

    5.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ ta' trasparenza biex jiddeterminaw is-sensittivitajiet ta' skopertura li tirreferi għal indiċi mhux ikkwalifikat.

    Artikolu 383t

    Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu ta' referenza

    1.   Bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSk , li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati għall-buckets 1 sa 10, 12 sa 18 u 20 tal-Artikolu 383s(1), it-Tabella 1, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

    Image 79

    fejn:

    Image 80

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;

    Image 81

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, 90 % jekk iż-żewġ ismijiet ikunu distinti iżda relatati legalment, inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;

    Image 82

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu t-tnejn li huma fil-buckets 1 sa 10, ikunu t-tnejn li huma fil-buckets 12 sa 18, jew ikunu t-tnejn li huma fil-bucket 20, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.

    2.   Bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl , li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati għall-buckets 11 u 19 tas-settur, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

    Image 83

    fejn:

    Image 84

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;

    Image 85

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi u ż-żewġ indiċijiet ikunu tal-istess serje, 90 % jekk iż-żewġ indiċijiet ikunu l-istess iżda ta' serje distinta, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %;

    Image 86

    għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu t-tnejn li huma fil-bucket 11 jew ikunu t-tnejn li huma fil-bucket 19, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.

    Artikolu 383u

    Korrelazzjonijiet għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu ta' referenza

    1.   Il-korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju delta tal-firxiet tal-kreditu ta' referenza u għar-riskju vega tal-firxiet tal-kreditu ta' referenza għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Bucket

    1, 2 u 12

    3 u 14

    4 u 15

    5 u 16

    6 u 17

    7 u 18

    8 u 19

    9 u 10

    20

    11

    19

    1, 2 u 12

    100 %

    75 %

    10 %

    20 %

    25 %

    20 %

    15 %

    10 %

    0 %

    45 %

    45 %

    3 u 14

     

    100 %

    5 %

    15 %

    20 %

    15 %

    10 %

    10 %

    0 %

    45 %

    45 %

    4 u 15

     

     

    100 %

    5 %

    15 %

    20 %

    5 %

    20 %

    0 %

    45 %

    45 %

    5 u 16

     

     

     

    100 %

    20 %

    25 %

    5 %

    5 %

    0 %

    45 %

    45 %

    6 u 17

     

     

     

     

    100 %

    25 %

    5 %

    15 %

    0 %

    45 %

    45 %

    7 u 18

     

     

     

     

     

    100 %

    5 %

    20 %

    0 %

    45 %

    45 %

    8 u 19

     

     

     

     

     

     

    100 %

    5 %

    0 %

    45 %

    45 %

    9 u 10

     

     

     

     

     

     

     

    100 %

    0 %

    45 %

    45 %

    20

     

     

     

     

     

     

     

     

    100 %

    0 %

    0 %

    11

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    100 %

    75 %

    19

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    100 %

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-valuri ta' korrelazzjoni bejn il-buckets ikkalkulati f'dak il-paragrafu għandhom jiġu diviżi bi 2 għal korrelazzjonijiet bejn bucket mill-grupp ta' buckets 1 sa 10 u bucket mill-grupp ta' buckets 12 sa 18.

    Artikolu 383v

    Buckets tal-piż tar-riskju għar-riskju ta' ekwità

    1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-prezz spot ta' ekwità għandhom ikunu l-istess għall-iskoperturi kollha għar-riskju ta' ekwità f'kull bucket fit-Tabella 1 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Numru tal-bucket

    Kapitalizzazzjoni tas-suq

    Ekonomija

    Settur

    Piż tar-riskju għall-prezz spot ta' ekwità

    1

    Kbira

    Ekonomija tas-suq emerġenti

    Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

    55 %

    2

    Telekomunikazzjonijiet, industrijali

    60 %

    3

    Materjali bażiċi, enerġija, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

    45 %

    4

    Finanzjarji, inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

    55 %

    5

    Ekonomija avvanzata

    Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

    30 %

    6

    Telekomunikazzjonijiet, industrijali

    35 %

    7

    Materjali bażiċi, enerġija, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

    40 %

    8

    Finanzjarji, inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

    50 %

    9

    Żgħira

    Ekonomija tas-suq emerġenti

    Is-setturi kollha deskritti taħt in-numri tal-buckets 1, 2, 3 u 4

    70 %

    10

    Ekonomija avvanzata

    Is-setturi kollha deskritti taħt in-numri tal-buckets 5, 6, 7 u 8

    50 %

    11

    Settur ieħor

    70 %

    12

    Kbira

    Ekonomija avvanzata

    Indiċijiet ikkwalifikati

    15 %

    13

    Oħrajn

    Indiċijiet ikkwalifikati

    25 %

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi kapitalizzazzjoni żgħira u kbira għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 325bd(7).

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi suq emerġenti u ekonomija avvanzata għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 325ap(3).

    4.   Meta jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu minn klassifikazzjoni li tintuża spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur industrijali. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed biss mill-buckets tas-settur fil-paragrafu 1, it-Tabella 1, u għandhom jassenjaw lill-emittenti kollha mill-istess industrija għall-istess settur. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tkunx tista' tassenjahom għal settur b'tali mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 11. L-emittenti ta' ekwità multinazzjonali jew multisettorjali għandhom jiġu allokati għal bucket partikolari abbażi tal-aktar reġjun u settur materjali li fihom jopera l-emittent ta' ekwità.

    5.   Il-piżijiet tar-riskju għar-riskju vega ta' ekwità għandhom jiġu stabbiliti għal 78 % għall-buckets 1 sa 8 u l-bucket 12, u għal 100 % għall-buckets l-oħra kollha.

    Artikolu 383w

    Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju ta' ekwità

    Il-parametru ta' korrelazzjoni bejn il-buckets għar-riskju delta u vega ta' ekwità għandu jiġi stabbilit għal:

    (a)

    15 %, meta ż-żewġ buckets jaqgħu fil-buckets 1 sa 10 fl-Artikolu 383v(1), it-Tabella 1;

    (b)

    75 %, meta ż-żewġ buckets ikunu l-buckets 12 u 13 fl-Artikolu 383v(1), it-Tabella 1;

    (c)

    45 %, meta wieħed mill-buckets ikun il-bucket 12 jew 13 fl-Artikolu 383v(1), it-Tabella 1, u l-bucket l-ieħor jaqa' fi ħdan il-buckets 1 sa 10 fl-Artikolu 383v(1), it-Tabella 1;

    (d)

    0 %, meta wieħed miż-żewġ buckets ikun il-bucket 11 fl-Artikolu 383v(1), it-Tabella 1.

    Artikolu 383x

    Buckets tal-piż tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet

    1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-prezz spot tal-komoditajiet għandhom ikunu l-istess għall-iskoperturi kollha għar-riskju tal-komoditajiet f'kull bucket fit-Tabella 1 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Tabella 1

    Numru tal-bucket

    Isem il-bucket

    Piż tar-riskju għall-prezz spot tal-komoditajiet

    1

    Enerġija – kombustibbli solidi

    30 %

    2

    Enerġija – kombustibbli likwidi

    35 %

    3

    Enerġija – elettriku

    60 %

    4

    Enerġija – skambju tal-karbonju tal-EU ETS

    40 %

    5

    Enerġija – skambju tal-karbonju mhux tal-EU ETS

    60 %

    6

    Merkanzija

    80 %

    7

    Metalli – mhux prezzjużi

    40 %

    8

    Kombustibbli gassużi

    45 %

    9

    Metalli prezzjużi, inkluż id-deheb

    20 %

    10

    Ħbub u żrieragħ żejtnin

    35 %

    11

    Bhejjem u prodotti tal-ħalib

    25 %

    12

    Komoditajiet agrikoli bażiċi u komoditajiet agrikoli oħra

    35 %

    13

    Komodità oħra

    50 %

    2.   Il-piżijiet tar-riskju għar-riskju vega tal-komoditajiet għandhom jiġu stabbiliti għal 100 %.

    Artikolu 383z

    Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju tal-komoditajiet

    1.   Il-parametru ta' korrelazzjoni bejn il-buckets għar-riskju delta tal-komoditajiet għandu jiġi stabbilit għal:

    (a)

    20 %, meta ż-żewġ buckets jaqgħu fil-buckets 1 sa 12 fl-Artikolu 383x(1), it-Tabella 1;

    (b)

    0 %, meta wieħed miż-żewġ buckets ikun il-bucket 13 fl-Artikolu 383x(1), it-Tabella 1.

    2.   Il-parametru ta' korrelazzjoni bejn il-buckets għar-riskju vega tal-komoditajiet għandu jiġi stabbilit għal:

    (a)

    20 %, meta ż-żewġ buckets jaqgħu fil-buckets 1 sa 12 fl-Artikolu 383x(1), it-Tabella 1;

    (b)

    0 %, meta wieħed miż-żewġ buckets ikun il-bucket 13 fl-Artikolu 383x(1), it-Tabella 1.”

    ;

    (202)

    l-Artikoli 384, 385 u 386 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    Artikolu 384

    Approċċ bażiku

    1.   Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif ikun applikabbli, għal portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' kontroparti waħda jew aktar billi tuża waħda mill-formuli li ġejjin, kif xieraq:

    (a)

    il-formula stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta l-istituzzjoni tinkludi fil-kalkolu ħeġġ eliġibbli waħda jew aktar rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 386;

    (b)

    il-formula stabbilita fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, meta l-istituzzjoni ma tkunx tinkludi fil-kalkolu kwalunkwe ħeġġ eliġibbli rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 386.

    L-approċċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), m'għandhomx jintużaw flimkien.

    2.   Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fl-paragrafu 1, il-punt (a), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA kif ġej:

    BACVAtotal = β ∙ BACVAcsr-unhedged + DSCVA ∙ (1 – β) ∙ BACVAcsr-hedged

    fejn:

    BACVAtotal

    = ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA skont l-approċċ bażiku;

    BACVAcsr-unhedged

    = ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA skont l-approċċ bażiku kif ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 3 għal istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (b);

    DSCVA

    = 0,65;

    β

    = 0,25;

    Image 87

    fejn:

    Image 88

    Image 89

    Image 90

    Image 91

    a

    = 1,4;

    ρ

    = 0,5;

    c

    = l-indiċi li jiddenota l-kontropartijiet kollha li għalihom l-istituzzjoni tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f'dan l-Artikolu;

    NS

    = l-indiċi li jiddenota s-settijiet ta' netting kollha ma' kontroparti partikolari li għalihom l-istituzzjoni tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f'dan l-Artikolu;

    h

    = l-indiċi li jiddenota l-istrumenti kollha b'isem wieħed rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 386 għal kontroparti partikolari kollha li għalihom l-istituzzjoni tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f'dan l-Artikolu;

    i

    = l-indiċi li jiddenota l-istrumenti tal-indiċi kollha rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 386 għall-kontropartijiet kollha li għalihom l-istituzzjoni tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f'dan l-Artikolu;

    RWc

    = il-piż tar-riskju applikabbli għall-kontroparti c; il-kontroparti c għandha tiġi mmappjata ma' wieħed mill-piżijiet tar-riskju abbażi ta' kombinament tas-settur u l-kwalità kreditizja u tiġi ddeterminata f'konformità mat-Tabella 1.

    Meta ma jkun hemm l-ebda klassifikazzjoni esterna għal kontroparti speċifika, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġett għal approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jimmappjaw il-klassifikazzjoni interna ma' klassifikazzjoni esterna korrispondenti u jassenjaw piż tar-riskju li jikkorrispondi jew għall-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja jew inkella għall-iskala 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja; inkella, għandhom jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju għal skoperturi mingħajr klassifikazzjoni.

    Image 92
    = il-maturità effettiva għas-sett ta' netting NS mal-kontroparti c;

    Image 93
    għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162; madankollu, għal dak il-kalkolu,
    Image 94
    m'għandhiex tkun limitata għal ħames snin, iżda għall-itwal maturità kuntrattwali li jifdal fis-sett ta' netting;

    Image 95

    = il-valur tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tas-sett ta' netting NS mal-kontroparti c, inkluż l-effett tal-kollateral f'konformità mal-metodi stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3 sa 6, kif applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g);

    Image 96

    = il-fattur ta' skont superviżorju għas-sett ta' netting NS mal-kontroparti c.

    Għal istituzzjoni, bl-użu tal-metodi stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 6, il-fattur ta' skont superviżorju għandu jiġi stabbilit għal 1; fil-każijiet l-oħra kollha, il-fattur ta' skont superviżorju għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

    Image 97

    rhc

    = il-fattur tal-korrelazzjoni superviżorja bejn ir-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti c u r-riskju tal-firxiet tal-kreditu ta' strument b'isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli h għall-kontroparti c, iddeterminata f'konformità mat-Tabella 2;

    Image 98

    = il-maturità residwa ta' strument b'isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli;

    Image 99

    = in-nozzjonali ta' strument b'isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli;

    Image 100

    = il-fattur ta' skont superviżorju għal strument b'isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli, ikkalkulat kif ġej:

    Image 101

    Image 102

    = il-piż tar-riskju superviżorju ta' strument b'isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli; dawk il-piżijiet tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq kombinament tas-settur u l-kwalità kreditizja tal-firxa tal-kreditu ta' referenza tal-istrument għall-iħħeġġjar u jiġu ddeterminati f'konformità mat-Tabella 1;

    Image 103

    = il-maturità residwa ta' pożizzjoni waħda jew aktar fl-istess strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli; fil-każ ta' aktar minn pożizzjoni waħda fl-istess strument tal-indiċi,

    Image 104
    għandha tkun il-maturità pponderata b'mod nozzjonali ta' dawk il-pożizzjonijiet kollha;

    Image 105

    = in-nozzjonali sħiħ ta' pożizzjoni waħda jew aktar fl-istess strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli;

    Image 106

    = il-fattur ta' skont superviżorju għal pożizzjoni waħda jew aktar fl-istess strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli, ikkalkulat kif ġej:

    Image 107

    Image 108

    = il-piż tar-riskju superviżorju ta' strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli;

    Image 109
    għandu jkun ibbażat fuq kombinament tas-settur u l-kwalità kreditizja tal-kostitwenti kollha tal-indiċi, ikkalkulat kif ġej:

    (a)

    meta l-kostitwenti kollha tal-indiċi jkunu jappartjenu għall-istess settur u jkollhom l-istess kwalità kreditizja, kif iddeterminat f'konformità mat-Tabella 1,

    Image 110

    għandha tiġi kkalkulata bħala l-piż tar-riskju rilevanti tat-Tabella 1 għal dak is-settur u dik il-kwalità kreditizja mmultiplikat b'0,7;

    (b)

    meta l-kostitwenti kollha tal-indiċi ma jkunux jappartjenu għall-istess settur jew ma jkollhomx l-istess kwalità kreditizja,

    Image 111

    għandha tiġi kkalkulata bħala medja pponderata tal-piżijiet tar-riskju tal-kostitwenti kollha tal-indiċi, kif iddeterminat f'konformità mat-Tabella 1, immultiplikata b'0,7;

    Tabella 1

    Settur tal-kontroparti

    Kwalità kreditizja

    Skali 1 sa 3

    tal-kwalità kreditizja

    Skali 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja u mingħajr klassifikazzjoni

    Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

    0,5  %

    2,0  %

    Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

    1,0  %

    4,0  %

    L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali

    5,0  %

    12,0  %

    Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

    3,0  %

    7,0  %

    Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn

    3,0  %

    8,5  %

    Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

    2,0  %

    5,5  %

    Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

    1,5  %

    5,0  %

    Settur ieħor

    5,0  %

    12,0  %


    Tabella 2

    Korrelazzjonijiet bejn il-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti u l-ħeġġ b'isem wieħed

    Ħeġġ b'isem wieħed h tal-kontroparti i

    Valur ta' rhc

    Kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 386(3), il-punt (a)(i)

    100 %

    Kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 386(3), il-punt (a)(ii)

    80 %

    Kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 386(3), il-punt (a)(iii)

    50 %

    3.   Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA kif ġej:

    Image 112

    meta t-termini kollha jkunu dawk stabbiliti fil-paragrafu 2.

    Artikolu 385

    Approċċ simplifikat

    1.   Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(2), jew li tkun ingħatat il-permess mill-awtorità kompetenti tagħha f'konformità mal-Artikolu 273a(4) biex tapplika l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 282, tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bħala l-ammonti tal-skopertura ponderati għar-riskju għar-riskju għall-kontroparti għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar u fil-portafoll tan-negozjar, rispettivament, imsemmija fl-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g), diviżi bi 12,5.

    2.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    huma biss tranżazzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA stabbiliti fl-Artikolu 382 li huma soġġetti għal dak il-kalkolu;

    (b)

    id-derivattivi ta' kreditu li jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet interni kontra skoperturi għar-riskju għall-kontroparti mhumiex inklużi f'dak il-kalkolu.

    3.   Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) jew (4), kif applikabbli, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 273b.

    Artikolu 386

    Ħeġġijiet eliġibbli

    1.   Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384 meta dawk il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (a)

    dawn jintużaw għall-fini tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' CVA u jiġu mmaniġġati bħala tali;

    (b)

    dawn jistgħu jiġu konklużi ma' partijiet terzi jew mal-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni bħala ħeġġ intern, u f'dak il-każ għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 106(7);

    (c)

    huma biss il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu li jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384, rispettivament.

    Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383, il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli meta, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu, tali strumenti għall-iħħeġġjar jiffurmaw pożizzjoni waħda f'ħeġġ eliġibbli u ma jinqasmux f'aktar minn pożizzjoni waħda f'aktar minn ħeġġ eliġibbli waħda.

    2.   Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383, huma biss il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar li ġejjin li għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli:

    (a)

    strumenti li jiħħeġġjaw il-varjabbiltà tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 325(5);

    (b)

    strumenti li jiħħeġġjaw il-varjabbiltà tal-komponent tal-iskopertura tar-riskju ta' CVA, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 325(5).

    3.   Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 384, huma biss il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar li ġejjin li għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli:

    (a)

    swaps ta' inadempjenza tal-kreditu b'isem wieħed u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu kontinġenti b'isem wieħed, li jirreferu għal:

    (i)

    il-kontroparti direttament;

    (ii)

    entità legalment relatata mal-kontroparti, fejn legalment relatata tirreferi għal każijiet li fihom l-isem ta' referenza u l-kontroparti jkunu jew impriża prinċipali u s-sussidjarja tagħha jew żewġ sussidjarji ta' impriża prinċipali komuni;

    (iii)

    entità li tappartjeni għall-istess settur u reġjun bħall-kontroparti;

    (b)

    swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi.

    4.   Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar konklużi ma' partijiet terzi li jkunu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 u inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA m'għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Titolu IV.

    5.   Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar li mhumiex rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Titolu IV.”

    ;

    (203)

    fl-Artikolu 394, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'rabta mal-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela fuq bażi konsolidata, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):”

    ;

    (b)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-iskopertura aggregata tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela.”

    ;

    (204)

    fl-Artikolu 395, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   Sal-10 ta’ Jannar 2027 l-EBA, wara li tikkonsulta lill-ESMA, għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex taġġorna l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    Meta taġġorna dawk il-linji gwida, l-EBA għandha tqis kif xieraq, fost kunsiderazzjonijiet oħra, il-kontribut tal-entitajiet ta' sistema bankarji parallela għall-unjoni tas-swieq kapitali, l-impatt negattiv potenzjali li kwalunkwe bidla ta' dawk il-linji gwida, inkluż limiti addizzjonali, jista' jkollha fuq il-mudell tan-negozju u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet u fuq l-istabbiltà u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji.

    Barra minn hekk, sal-31 ta' Diċembru 2027, l-EBA, wara li tikkonsulta lill-ESMA, għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-kontribut tal-entitajiet ta' sistema bankarja parallela għall-unjoni tas-swieq kapitali u dwar l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għal tali entitajiet, inkluż dwar l-adegwatezza ta’ limiti aggregati jew limiti individwali aktar stretti għal dawk l-iskoperturi, filwaqt li tqis kif xieraq il-qafas regolatorju u l-mudelli tan-negozju ta’ tali entitajiet.

    Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, abbażi ta’ dak ir-rapport, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva dwar il-limiti tal-iskoperturi għall-entitajiet ta’ sistema bankarja parallela.”

    ;

    (205)

    l-Artikolu 400 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(i)

    skoperturi li jirriżultaw minn faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda li jkunu kklassifikati bħala entrati tal-bucket 5 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-Anness I jew arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex ma jiġux trattati bħala impenji u dment li jkun ġie konkluż ftehim mal-klijent jew mal-grupp ta' klijenti konnessi li skontu l-faċilità tista' tinġibed biss jekk ikun ġie aċċertat li mhijiex ser twassal biex jinqabeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 395(1);”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 129;”

    ;

    (ii)

    il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(i)

    50 % tad-dokumenti ta' kreditu tal-bucket 4 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda tal-bucket 3 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji li mhumiex garanziji fuq self li jkollhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jkollhom l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu;”

    ;

    (206)

    l-Artikolu 402 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, għajr fejn ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta' skopertura jew ta' kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”

    ;

    (ii)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 20 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(9);”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, għajr fejn ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta' skopertura jew ta' kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”

    ;

    (ii)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 60 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(9);”

    ;

    (iii)

    il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    ir-rekwiżiti fl-Artikolu 124(3), il-punt (c), u fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati;”

    ;

    (207)

    fl-Artikolu 425(4), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    il-kontroparti tkun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew tkun marbuta mal-istituzzjoni b'relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew tkun membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament jew l-istituzzjoni ċentrali jew membru ta' network li jkun soġġett għall-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament;”

    ;

    (208)

    fl-Artikolu 428(1), il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(k)

    faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda li jikkwalifikaw bħala entrati tal-bucket 4, bucket 3 jew bucket 2 skont l-Anness I.”

    ;

    (209)

    l-Artikolu 429, huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu entità affiljata bħala klijent biss meta dik l-entità ma tkunx fl-ambitu regolatorju tal-konsolidazzjoni fil-livell li fih jiġi applikat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(4), il-punt (e)”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (e), ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 429g, ‘xiri jew bejgħ fi żmien regolari’ tfisser xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarju skont kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tal-assi finanzjarju fil-perjodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew permezz ta' konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.”

    ;

    (210)

    fl-Artikolu 429a, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(ca)

    fejn l-istituzzjoni tkun membru tan-network imsemmi fl-Artikolu 113(7), l-iskoperturi li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 114 u li jirriżultaw minn assi li jkunu ekwivalenti ta' depożiti fl-istess munita ta' membri oħrajn ta' dak in-network li jirriżultaw minn depożitu minimu legali jew statutorju f'konformità mal-Artikolu 422(3), il-punt (b); f'każ bħal dan, l-iskoperturi ta' membri oħra ta' dak in-network, kemm jekk ikunu depożitu minimu legali kif ukoll statutorju, mhumiex soġġetti għall-punt (c) ta' dan il-paragrafu.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(da)

    l-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-azzjonisti tagħha, dment li tali skoperturi jkunu kollateralizzati għal-livell ta' mill-inqas 125 % mill-assi msemmija fl-Artikolu 129(1), il-punti (d) u (e), u dawk l-assi jiġu meqjusa fir-rekwiżit tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-azzjonisti, meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku iżda tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-azzjonisti tagħha jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu u ma jeżerċitawx kontroll fuq l-istituzzjoni;

    (ii)

    hija tikkonforma mal-paragrafu 2, il-punti (a), (b), (c) u (e), ta' dan l-Artikolu;

    (iii)

    l-iskoperturi tagħha jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru;

    (iv)

    tkun soġġetta għal xi forma ta' sorveljanza minn gvern ċentrali ta' Stat Membru fuq bażi kontinwa;

    (v)

    il-mudell tan-negozju tagħha jkun limitat għall-pass-through tal-ammont li jikkorrispondi għar-rikavati miġbura permezz tal-ħruġ ta' bonds koperti lill-azzjonisti tagħha, fil-forma ta' strumenti ta' dejn;”

    ;

    (211)

    l-Artikolu 429c huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    għal negozji mhux ikklerjati permezz ta' QCCP, il-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati mill-assi tal-istituzzjoni;”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.

    Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx jinkludu kollateral riċevut fil-kalkolu tal-NICA kif iddefinit fl-Artikolu 272, il-punt (12a).”

    ;

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, istituzzjoni tista' tirrikonoxxi kwalunkwe kollateral riċevut f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    il-kollateral jiġi riċevut minn klijent għal kuntratt tad-derivattivi kklerjat mill-istituzzjoni f'isem dak il-klijent;

    (b)

    il-kuntratt imsemmi fil-punt (a) jiġi kklerjat permezz ta' QCCP;

    (c)

    meta l-kollateral ikun ġie riċevut fil-forma ta' marġni inizjali, dak il-kollateral jiġi ssegregat mill-assi tal-istituzzjoni.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu li jinsab fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 4 jew 5 biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawn li ġejjin:

    (a)

    kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu, meta jużaw ukoll dak il-metodu biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92(1), il-punti (a), (b) u (c);

    (b)

    derivattivi ta' kreditu li għalihom japplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 273(3) jew (5), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jintuża dak il-metodu.”

    ;

    (212)

    l-Artikolu 429f huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw, f'konformità mal-Artikolu 111(2), il-valur tal-iskopertura tal-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, minbarra l-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi ta' kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429d.

    Meta impenn jirreferi għall-estensjoni ta' entrata oħra li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ, għandu japplika l-Artikolu 111(3).”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   B'deroga mill-Artikolu 495d, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni ta' 10 % għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fil-forma ta' impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet.”

    ;

    (213)

    fl-Artikolu 429g, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma' bejgħ fi żmien regolari u ma' assi finanzjarji relatati ma' xiri fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data tas-saldu bħala assi f'konformità mal-Artikolu 429(4), il-punt (a).”

    ;

    (214)

    l-Artikolu 430 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(h)

    l-iskoperturi tagħhom għal riskji tal-ESG, inkluż:

    (i)

    l-iskoperturi eżistenti u ġodda tagħhom għall-entitajiet tas-settur tal-fjuwils fossili;

    (ii)

    l-iskoperturi tagħhom għal riskji fiżiċi u riskji ta' tranżizzjoni;

    (i)

    l-iskoperturi tagħhom għall-kriptoassi;”

    ;

    (b)

    jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “2a.   Meta jirrapportaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stabbiliti fl-Artikolu 325c(2), il-punti (a), (b) u (c), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar jew tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jkunu soġġetti għal riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet.

    2b.   Meta jirrappurtaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stabbiliti fl-Artikolu 325ba(1), il-punti (a)(i) u (ii) u (b)(i) u (ii), u għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar jew tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jkunu soġġetti għal riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom ikunu ngħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern f'konformità mal-Artikolu 325az(2).”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati uniformi tar-rapportar, il-frekwenza u d-dati tar-rapportar, kif ukoll id-definizzjonijiet, u għandha tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inkluż mudelli ta' rapportar u struzzjonijiet għar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4.”

    ;

    (ii)

    fir-raba' subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:

    “(c)

    skoperturi għar-riskji tal-ESG, li għandhom jiġu ppreżentati sal-10 ta’ Lulju 2025.”

    ;

    (215)

    l-Artikolu 430a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi annwali d-data aggregata li ġejja għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli li jkunu skoperti għalih:

    (a)

    telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà residenzjali, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(9), fejn ikun applikabbli;

    (b)

    telf globali li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, f’kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali;

    (c)

    il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, f’kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà residenzjali;

    (d)

    telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà immobbli kummerċjali, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(9), fejn ikun applikabbli;

    (e)

    telf globali li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà immobbli kummerċjali;

    (f)

    il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, f'kull każ sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 100 % tal-valur tal-proprjetà tal-proprjetà immobbli kummerċjali.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kull sena fuq bażi aggregata d-data speċifikata fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (f), flimkien ma' data storika, fejn tkun disponibbli, għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli li għalih tkun inġabret tali data. Fuq talba ta' awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru jew tal-EBA, awtorità kompetenti għandha tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti jew lill-EBA informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kundizzjoni tas-swieq tal-proprjetà residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f'dak l-Istat Membru.”

    ;

    (216)

    jitħassar l- Artikolu 430b;

    (217)

    l-Artikolu 433 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 433

    Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijiet

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa skont it-Titoli II u III bil-mod stabbilit f'dan l-Artikolu, l-Artikoli 433a, 433b, 433c u 434.

    L-EBA għandha tippubblika divulgazzjonijiet annwali fuq is-sit web tagħha fl-istess jum li fih l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom jew mill-aktar fis wara dik id-data.

    L-EBA għandha tippubblika divulgazzjonijiet semiannwali u trimestrali fuq is-sit web tagħha fl-istess jum li fih l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, fejn applikabbli, jew mill-aktar fis wara dik id-data.

    Kwalunkwe dewmien bejn id-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, m'għandux jaqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE.”

    ;

    (218)

    fl-Artikolu 433a, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (xiv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(xiv)

    l-Artikolu 455(2), il-punti (a), (b) u (c);”

    ;

    (ii)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(xv)

    l-Artikolu 449a;

    (xvi)

    l-Artikolu 449b.”

    ;

    (b)

    fil-punt (c), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(i)

    l-Artikolu 438, il-punti (d), (da) u (h);”

    ;

    (219)

    l-Artikolu 433b huwa sostitwit b'dan li ġej:

    l-Artikolu 433b

    Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi

    1.   Istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin fuq bażi annwali:

    (a)

    l-Artikolu 435(1), il-punti (a), (e) u (f);

    (b)

    l-Artikolu 438, il-punti (c), (d) u (da);

    (c)

    l-Artikolu 442, il-punti (c) u (d);

    (d)

    il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447;

    (e)

    l-Artikolu 449a;

    (f)

    l-Artikolu 449b;

    (g)

    l-Artikolu 450(1), il-punti (a) sa (d), (h), (i) u (j).

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi li huma istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447 u r-riskji tal-ESG imsemmija fl-Artikolu 449a fuq bażi annwali.”

    ;

    (220)

    fl-Artikolu 433c, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    l-Artikolu 438, il-punti (c), (d) u (da):”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(da)

    l-Artikolu 442, il-punti (c) u (d);”

    ;

    (c)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(ea)

    l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449a;

    (eb)

    l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449b;”

    ;

    (221)

    l-Artikolu 434 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 434

    Mezzi ta' divulgazzjonijiet

    1.   Istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni kollha meħtieġa skont it-Titoli II u III f'format elettroniku lill-EBA mhux aktar tard mid-data li fiha jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, fejn applikabbli, jew mill-aktar fis wara dik id-data. L-EBA għandha tippubblika dik l-informazzjoni, flimkien mad-data tal-preżentazzjoni tagħha, fuq is-sit web tagħha.

    L-EBA għandha tiżgura li d-divulgazzjonijiet li jsiru fuq is-sit web tagħha jkun fihom informazzjoni identika għal dik li l-istituzzjonijiet ikunu ppreżentaw lill-EBA. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw l-informazzjoni mill-ġdid lill-EBA f'konformità mal-istandards tekniċi msemmija fl-Artikolu 434a. L-EBA għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha d-data meta tkun saret il-preżentazzjoni mill-ġdid.

    L-EBA għandha tħejji u żżomm aġġornata għodda li tispeċifika l-immappjar tal-mudelli u t-tabelli għad-divulgazzjonijiet ma' dawk dwar ir-rapportar superviżorju. L-għodda ta' mmappjar għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-EBA.

    L-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jippubblikaw dokument awtonomu li jipprovdi sors faċilment aċċessibbli ta' informazzjoni prudenzjali għall-utenti ta' dik l-informazzjoni jew taqsima distintiva inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet, jew mehmuża magħhom, li jkun fihom id-divulgazzjonijiet meħtieġa u jkunu faċilment identifikabbli għal dawk l-utenti. L-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu fis-sit web tagħhom ħolqa għas-sit web tal-EBA fejn l-informazzjoni prudenzjali tiġi ppubblikata b'mod ċentralizzat.

    2.   Istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jippreżentaw id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikoli 433a u 433c f'format elettroniku lill-EBA mhux aktar tard mid-data li fiha jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, jew mill-aktar fis wara dik id-data. Jekk ir-rapporti finanzjarji jiġu ppubblikati qabel il-preżentazzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 430 għall-istess perjodu, id-divulgazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fl-istess data tar-rapportar superviżorju jew mill-aktar fis wara dik id-data. Jekk ikun meħtieġ li d-divulgazzjoni ssir għal perjodu meta istituzzjoni ma tħejji l-ebda rapport finanzjarju, l-istituzzjoni għandha tippreżenta lill-EBA l-informazzjoni dwar id-divulgazzjonijiet mill-aktar fis wara tmiem dak il-perjodu.

    3.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jippreżentaw lill-EBA l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 450 separatament mill-informazzjoni l-oħra meħtieġa skont it-Titoli II u III mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom għas-sena korrispondenti.

    4.   L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha d-divulgazzjonijiet ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi abbażi tal-informazzjoni rrapportata minn dawk l-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430.

    5.   Is-sjieda tad-data u r-responsabbiltà għall-preċiżjoni tagħha għandhom jibqgħu f'idejn l-istituzzjonijiet li jipproduċuha. L-EBA għandha tipprovdi punt ta' aċċess uniku għad-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha arkivju tal-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi ddivulgata f'konformità ma' din il-Parti. Dak l-arkivju għandu jinżamm aċċessibbli għal perjodu li m'għandux ikun iqsar mill-perjodu ta' ħżin stabbilit mil-liġi nazzjonali għall-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet.

    6.   L-EBA għandha timmonitorja n-numru ta' żjarat fil-punt ta' aċċess uniku tagħha għad-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tinkludi l-istatistika relatata fir-rapporti annwali tagħha.”

    ;

    (222)

    l-Artikolu 434a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika formati uniformi ta' divulgazzjoni, u informazzjoni dwar il-politika ta' preżentazzjoni mill-ġdid, u għandha tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inkluż struzzjonijiet, għad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont it-Titoli II u III.”

    ;

    (b)

    ir-raba' paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.”

    ;

    (223)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 434c

    Rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi biex jiġi ppubblikat sett estiż ta' divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-EBA

    L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430 sabiex tippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha u b'hekk tnaqqas il-piż tad-divulgazzjoni għal tali istituzzjonijiet.

    Dak ir-rapport għandu jqis il-ħidma preċedenti tal-EBA dwar il-ġbir integrat tad-data, għandu jkun ibbażat fuq analiżi ġenerali tal-ispejjeż u l-benefiċċji, inkluż l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet u l-EBA, u għandu jqis kwalunkwe sfida teknika, operazzjonali u legali.

    L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

    Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.”

    ;

    (224)

    l-Artikolu 438 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    l-ammont tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġu indirizzati riskji oħra li mhumiex ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tiegħu;”

    ;

    (b)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u r-rekwiżiti korrispondenti ta' fondi proprji kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 92(2), li għandhom jiġu diżaggregati skont il-kategoriji tar-riskju jew il-klassijiet tal-iskoperturi għar-riskju differenti, kif ikun applikabbli, stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn ikun applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-ammonti ta' fondi proprji u tal-iskoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' livelli minimi ta' kapital u min-nuqqas ta' tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;”

    ;

    (c)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(da)

    fejn meħtieġ biex jiġi kkalkulat l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4), u l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(5), li għandu jiġi diżaggregat skont il-kategoriji tar-riskju jew il-klassijiet tal-iskoperturi għar-riskju differenti, kif ikun applikabbli, stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn ikun applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-ammonti ta' fondi proprji u tal-iskoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' livelli minimi ta' kapital u min-nuqqas ta' tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;”

    ;

    (d)

    il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(e)

    l-iskoperturi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u t-telf mistenni assoċjat għal kull kategorija ta' self speċjalizzat imsemmija fl-Artikolu 153(5), it-Tabella 1, u l-iskoperturi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-kategoriji tal-iskoperturi ta' ekwità stabbiliti fl-Artikolu 133(3) sa (6), u l-Artikolu 495a(3).”

    ;

    (225)

    l-Artikolu 445 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 445

    Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat

    1.   Istituzzjonijiet li ma jkunux ingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern kif stabbilit fl-Artikolu 325az, u li jużaw l-approċċ standardizzat simplifikat f'konformità mal-Artikolu 325a jew l-approċċ standardizzat alternattiv f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, għandhom jiddivulgaw stampa ġenerali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom.

    2.   L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 1a, għandhom jiddivulgaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħhom, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, it-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi. Id-divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-miżuri tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet u għar-riskju ta' inadempjenza għandha tiġi diżaggregata fl-istrumenti li ġejjin:

    (a)

    strumenti finanzjarji li mhumiex strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, b'diżaggregazzjoni skont il-klassi tar-riskju, u identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza;

    (b)

    strumenti ta' titolizzazzjoni mhux miżmuma fl-ACTP, b'identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza;

    (c)

    strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fl-ACTP, b'identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza.”

    ;

    (226)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 445a

    Divulgazzjoni tar-riskju ta' CVA

    1.   L-istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    stampa ġenerali tal-proċessi tagħhom biex jidentifikaw, ikejlu, jiħħeġġjaw u jimmonitorjaw ir-riskju ta' CVA tagħhom;

    (b)

    jekk l-istituzzjonijiet jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(2); meta jkunu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet, jekk l-istituzzjonijiet ikunux għażlu li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 385; meta l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ simplifikat, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità ma' dak l-approċċ;

    (c)

    in-numru totali ta' kontropartijiet li għalihom jintuża l-approċċ standardizzat, b'diżaggregazzjoni skont it-tipi ta' kontropartijiet.

    2.   Istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ standardizzat stabbilit fl-Artikolu 383 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għandhom jiddivulgaw, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u l-governanza interni tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju ta' CVA;

    (b)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħhom għar-riskju ta' CVA skont l-approċċ standardizzat b'diżaggregazzjoni skont il-klassi tar-riskju;

    (c)

    stampa ġenerali tal-ħeġġijiet eliġibbli użati f'dak il-kalkolu, b'diżaggregazzjoni skont it-tip ta' strumenti stabbiliti fl-Artikolu 386(2).

    3.   L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ bażiku stabbilit fl-Artikolu 384 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għandhom jiddivulgaw, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħhom għar-riskju ta' CVA skont l-approċċ bażiku, u l-komponenti BACVAtotal u BACVAcsr-hedged ;

    (b)

    stampa ġenerali tal-ħeġġijiet eliġibbli użati f'dak il-kalkolu, b'diżaggregazzjoni skont it-tip ta' strumenti stabbiliti fl-Artikolu 386(3).”

    ;

    (227)

    l-Artikolu 446 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 446

    Divulgazzjoni tar-riskju operazzjonali

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    il-karatteristiċi u l-elementi ewlenin tal-qafas ta' ġestjoni tar-riskju operazzjonali tagħhom;

    (b)

    ir-rekwiżit ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali ugwali għall-komponent tal-indikatur tan-negozju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 313;

    (c)

    l-indikatur tan-negozju, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 314(1), u l-ammonti ta' kull wieħed mill-komponenti tal-indikatur tan-negozju u s-subkomponenti tagħhom għal kull waħda mit-tliet snin rilevanti għall-kalkolu tal-indikatur tan-negozju;

    (d)

    l-ammont tat-tnaqqis tal-indikatur tan-negozju għal kull esklużjoni mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2), kif ukoll il-ġustifikazzjonijiet korrispondenti għal tali esklużjonijiet.

    2.   L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 316(1) għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu:

    (a)

    it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom għal kull waħda minn dawn l-aħħar 10 snin finanzjarji, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 316(1);

    (b)

    l-għadd ta' avvenimenti eċċezzjonali ta' riskju operazzjonali u l-ammonti tat-telf mir-riskju operazzjonali nett aggregat korrispondenti li ġie eskluż mill-kalkolu tat-telf annwali tar-riskju operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 320(1), għal kull waħda minn dawn l-aħħar 10 snin finanzjarji, u l-ġustifikazzjonijiet korrispondenti għal dawk l-esklużjonijiet.”

    ;

    (228)

    l-Artikolu 447 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom u l-proporzjonijiet tal-kapital ibbażat fuq ir-riskju tagħhom ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2);”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(aa)

    fejn applikabbli, il-proporzjonijiet tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju kif ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2), bl-użu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu minflok l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;”

    ;

    (c)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u, fejn applikabbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4);”

    ;

    (d)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;”

    ;

    (229)

    l-Artikolu 449a huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 449a

    Divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG)

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar ir-riskji tal-ESG, b'distinzjoni bejn riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza, u r-riskji fiżiċi u r-riskji ta' tranżizzjoni għar-riskji ambjentali.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar ir-riskji tal-ESG, inkluż:

    (a)

    l-ammont totali tal-iskoperturi għall-entitajiet tas-settur tal-fjuwils fossili;

    (b)

    kif l-istituzzjonijiet jintegraw ir-riskji tal-ESG identifikati fl-istrateġija u l-proċessi tan-negozju tagħhom, u l-governanza u l-immaniġġar tar-riskju.

    3.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika formati uniformi ta' divulgazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 434a, għar-riskji tal-ESG filwaqt li tiżgura li jkunu konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u li jħarsuh, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni diġà stabbiliti f'liġi oħra tal-Unjoni applikabbli. Dawk il-formati m'għandhomx jeħtieġu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni lil hinn mill-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430(1), il-punt (h), u b'mod partikolari għandhom iqisu d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni u l-iskopertura relattiva ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi soġġetti għall-Artikolu 433b għar-riskji tal-ESG.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    ;

    (230)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 449b

    Divulgazzjoni tal-iskopertura aggregata għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni dwar l-iskopertura aggregata tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela, kif imsemmi fl-Artikolu 394(2), it-tieni subparagrafu.”

    ;

    (231)

    fl-Artikolu 451(1), jiżdied il-punt li ġej:

    “(f)

    l-ammont tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tiegħu.”

    ;

    (232)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 451b

    Divulgazzjoni tal-iskoperturi tal-kriptoassi u attivitajiet relatati

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-kriptoassi u s-servizzi tal-kriptoassi kif ukoll kwalunkwe attività oħra relatata mal-kriptoassi:

    (a)

    l-ammonti tal-iskopertura diretti u indiretti b'rabta mal-kriptoassi, inkluż il-komponenti grossi twal u qosra tal-iskoperturi netti;

    (b)

    l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għar-riskju operazzjonali;

    (c)

    il-klassifikazzjoni kontabilistika għall-iskoperturi tal-kriptoassi;

    (d)

    deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali relatati mal-kriptoassi u l-impatt tagħhom fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

    (e)

    deskrizzjoni speċifika tal-politiki ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom relatati mal-iskoperturi tal-kriptoassi u s-servizzi tal-kriptoassi.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar attivitajiet kummerċjali materjali, inkluż dwar il-ħruġ ta' tokens irreferenzjati ma' assi sinifikanti, u tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti u dwar il-forniment ta' servizzi tal-kriptoassi skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2023/1114.

    2.   L-istituzzjonijiet m'għandhomx japplikaw l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 432 għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”

    ;

    (233)

    l-Artikolu 455 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 455

    Użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq

    1.   Istituzzjoni li tuża l-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandha tiddivulga:

    (a)

    l-objettivi tagħha fit-twettiq ta' attivitajiet ta' negozjar u l-proċessi implimentati biex jiġu identifikat, jitkejjel, jiġi mmonitorjat u kkontrollat ir-riskju tas-suq;

    (b)

    il-politiki msemmija fl-Artikolu 104(1) biex jiġi ddeterminat liema pożizzjoni għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar;

    (c)

    deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-postijiet tan-negozjar koperti mill-mudelli interni inkluż, għal kull post, deskrizzjoni wiesgħa tal-istrateġija tan-negozju tal-post, l-istrumenti permessi fih u t-tipi ewlenin ta' riskju marbuta ma' dak il-post;

    (d)

    stampa ġenerali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar mhux koperti mill-mudelli interni, inkluż deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-post u tat-tipi ta' strumenti inklużi fil-postijiet jew fil-kategoriji ta' postijiet f'konformità mal-Artikolu 104b;

    (e)

    l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u l-governanza għall-ġestjoni tar-riskju tas-suq;

    (f)

    il-kamp ta' applikazzjoni, il-karatteristiċi ewlenin u l-għażliet ewlenin tal-immudellar tal-mudelli interni differenti użati biex jiġu kkalkulati l-ammonti tal-iskopertura għar-riskju għall-mudelli ewlenin użati fil-livell konsolidat, u deskrizzjoni tal-punt sa fejn dawk il-mudelli interni jirrappreżentaw il-mudelli li jintużaw fil-livell konsolidat, inkluż, fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni wiesa' ta' dan li ġej:

    (i)

    l-approċċ ta' mmudellar użat biex jiġi kkalkulat in-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (a), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data;

    (ii)

    il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b), għajr l-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 325bk(3);

    (iii)

    l-approċċ ta' mmudellar użat biex tiġi kkalkulata t-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325ba(2), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data.

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha koperti mill-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az il-komponenti li ġejjin, fejn ikun applikabbli:

    (a)

    l-aktar valur reċenti kif ukoll l-ogħla valur, dak l-aktar baxx u l-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':

    (i)

    il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);

    (ii)

    il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1) għal kull kategorija regolatorja ta' fatturi tar-riskju wiesa';

    (b)

    l-aktar valur reċenti kif ukoll il-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':

    (i)

    il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);

    (ii)

    il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b);

    (iii)

    ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325ba(2);

    (iv)

    is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(3), inkluż il-komponenti kollha tal-formula u l-fattur ta' multiplikazzjoni applikabbli;

    (c)

    in-numru tal-qbiż fil-valur tal-ittestjar retrospettiv matul l-aħħar 250 jum ta' xogħol fid-99 perċentil kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(6).

    3.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq li jiġu kkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, li kieku l-istituzzjonijiet ma jkunux ingħataw permess jużaw il-mudelli interni tagħhom għal dawk il-postijiet tan-negozjar.”

    ;

    (234)

    fl-Artikolu 456(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    l-ammont speċifikat fl-Artikolu 123(1), il-punt (b), l-Artikolu 147(5), il-punt (a), l-Artikolu 153(4) u l-Artikolu 162(4), biex jitqiesu l-effetti tal-inflazzjoni;”

    ;

    (235)

    l-Artikolu 458 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Meta l-Istati Membri jirrikonoxxu l-miżuri stabbiliti f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jgħaddi dawn in-notifiki minnufih lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-Istat Membru awtorizzat biex japplika l-miżuri.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “9.   Qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni maħruġa f'konformità mal-paragrafi 2 u 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu, f'konsultazzjoni mal-BERS, mal-EBA u mal-Kummissjoni, jirrieżamina s-sitwazzjoni u jista' jadotta, f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafi 2 u 4, deċiżjoni ġdida għall-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali għal mhux aktar minn sentejn addizzjonali kull darba.”

    ;

    (236)

    l-Artikolu 461a huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 461a

    Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq

    1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja d-differenzi bejn l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, inkluż fir-rigward tal-impatt tar-regoli f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji u fir-rigward tad-data ta' applikazzjoni tagħhom.

    2.   Fejn jiġu osservati differenzi sinifikanti f'tali implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex temenda dan ir-Regolament billi:

    (a)

    tapplika, sad-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew sa tliet snin fin-nuqqas ta' tali att, u fejn meħtieġ biex tippreserva kundizzjonijiet ekwi u biex tikkumpensa għal dawk id-differenzi osservati, miżuri mmirati ta' serħan operazzjonali jew multiplikaturi mmirati ugwali għal jew ogħla minn 0 u aktar baxxi minn 1 fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjonijiet għar-riskju tas-suq, għal klassijiet tar-riskju speċifiċi u fatturi tar-riskju speċifiċi, bl-użu ta' wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1), u stabbiliti fi:

    (i)

    l-Artikoli 325c sa 325ay, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat alternattiv;

    (ii)

    l-Artikoli 325az sa 325bp, li jispeċifikaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern;

    (iii)

    l-Artikoli 326 sa 361, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat simplifikat;

    (b)

    tipposponi b'mhux aktar minn sentejn id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, jew kwalunkwe wieħed mill-approċċi biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq imsemmija fl-Artikolu 325(1).

    Meta l-Kummissjoni tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex taġġusta l-implimentazzjoni fl-Unjoni tal-istandards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq biex tippreserva b'mod aktar permanenti kundizzjonijiet ekwi ma' pajjiżi terzi, f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji u l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti.

    3.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'pajjiżi terzi.

    Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi globali.”

    ;

    (237)

    l-Artikolu 465 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 465

    Arranġamenti tranżizzjonali għall-minimu tal-output

    1.   B'deroga mill-Artikolu 92(3), l-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-fattur x li ġej meta jikkalkulaw it-TREA:

    (a)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2025;

    (b)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2026;

    (c)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027 sal-31 ta' Diċembru 2027;

    (d)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;

    (e)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.

    2.   B'deroga mill-Artikolu 92(3), l-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2029, japplikaw il-formula li ġejja meta jikkalkulaw it-TREA:

    Image 113

    Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fattur applikabbli x imsemmi fil-paragrafu 1.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2032, jassenjaw piż tar-riskju ta' 65 % għal skoperturi għal korporattivi li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u dment li l-istimi ta' dawk l-istituzzjonijiet tal-PD ta' dawk id-debituri, ikkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, ma jkunux ogħla minn 0,5 %.

    L-EBA u l-ESMA, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, għandhom jimmonitorjaw l-użu tat-trattament tranżizzjonali stabbilit fl-ewwel subparagrafu u jivvalutaw, b'mod partikolari:

    (a)

    id-disponibbiltà ta' valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għal korporattivi u l-punt sa fejn dak jaffettwa s-self tal-istituzzjonijiet lill-korporattivi;

    (b)

    l-iżvilupp tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, l-ostakli għad-dħul fis-suq għal aġenziji ġodda ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-rata tal-użu minn korporattivi li jagħżlu li jiġu kklassifikati minn waħda jew aktar minn dawk l-aġenziji, u l-impedimenti għad-disponibbiltà ta' valutazzjonijiet tal-kreditu għal korporattivi mill-ECAIs;

    (c)

    miżuri possibbli biex jiġu indirizzati l-impedimenti, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-setturi ekonomiċi u ż-żoni ġeografiċi u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet immexxija mis-settur privat jew pubbliku, bħal sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu, klassifikazzjonijiet privati b'mandat mill-istituzzjonijiet, kif ukoll klassifikazzjonijiet tal-banek ċentrali;

    (d)

    l-adegwatezza tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju ta' skoperturi korporattivi mhux ikklassifikati u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja;

    (e)

    l-approċċi ta' pajjiżi terzi dwar l-applikazzjoni tal-minimu tal-output għall-iskoperturi korporattivi u kunsiderazzjonijiet fit-tul tal-kundizzjonijiet ekwi li jistgħu jirriżultaw minn dan;

    (f)

    konformità mal-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS.

    L-EBA u l-ESMA, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, għandhom jippreżentaw rapport bis-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2029.

    Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.

    4.   B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(iv), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2029, jissostitwixxu alfa b'1 fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 3 meta l-istess valuri tal-iskopertura jiġu kkalkulati f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 6 għall-finijiet tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu.

    5.   B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jassenjaw:

    (a)

    sal-31 ta' Diċembru 2032, piż tar-riskju ta' 10 % għall-parti tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 55 % tal-valur tal-proprjetà, iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu; u

    (b)

    sal-31 ta’ Diċembru 2029, piż tar-riskju ta' 45 % għal kwalunkwe parti li jifdal tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 80 % tal-valur tal-proprjetà, iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501.

    6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-punt (a), meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 10 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni.

    Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 10 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe rahan aktar prijoritarju mhux miżmum mill-istituzzjoni, għandu jitnaqqas bil-prodott ta':

    (a)

    55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u

    (b)

    l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.

    7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-punt (b), meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 45 %, l-ammont ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni.

    Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 45 %, l-ammont ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe rahan aktar prijoritarju mhux miżmum mill-istituzzjoni, għandu jitnaqqas bil-prodott ta':

    (a)

    80 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u

    (b)

    l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.

    8.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-iskoperturi jikkwalifikaw għat-trattament skont l-Artikolu 125(1);

    (b)

    l-iskoperturi kwalifikanti jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3;

    (c)

    il-proprjetà residenzjali li tiggarantixxi l-iskoperturi kwalifikanti tkun tinsab fl-Istat Membru li jkun eżerċita d-diskrezzjoni;

    (d)

    matul l-aħħar tmien snin it-telf tal-istituzzjoni fi kwalunkwe sena partikolari, kif irrapportat mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 430a(1), il-punti (a) u (c), jew skont l-Artikolu 101(1), il-punt (a) u (c), fil-verżjoni ta’ dawk il-punti applikabbli fis-27 ta’ Ġunju 2021, fuq il-parti tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali sal-ammont l-aktar baxx bejn l-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li ma jiġix iddeterminat mod ieħor skont l-Artikolu 124(9), ma jaqbiżx medja ta' 0,25 % tas-somma tal-valuri tal-iskopertura tal-iskoperturi pendenti kollha ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali;

    (e)

    għall-iskoperturi kwalifikanti l-istituzzjoni jkollha d-drittijiet infurzabbli li ġejjin f'każ ta' inadempjenza jew nuqqas ta' pagament tad-debitur:

    (i)

    dritt għall-proprjetà residenzjali li tiggarantixxi l-iskopertura jew id-dritt għal ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 108(5), il-punt (g);

    (ii)

    dritt għal assi u introjtu oħra tad-debitur jew kuntrattwalment jew bil-liġi nazzjonali applikabbli;

    (f)

    l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e).

    9.   Meta tkun ġiet eżerċitata d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 8, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin għal kwalunkwe parti li jifdal tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (b), sal-31 ta' Diċembru 2032:

    (a)

    52,5 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2030 sal-31 ta' Diċembru 2030;

    (b)

    60 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2031 sal-31 ta' Diċembru 2031;

    (c)

    67,5 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2032 sal-31 ta' Diċembru 2032.

    10.   Meta l-Istati Membri jeżerċitaw id-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 5, huma għandhom jinnotifikaw lill-EBA u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-verifiki kollha msemmija fil-paragrafu 8, il-punt (f), lill-EBA.

    11.   L-EBA għandha timmonitorja l-użu tat-trattament tranżizzjonali stabbilit fil-paragrafu 5 u għandha tippreżenta rapport bis-sejbiet tagħha dwar l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju assoċjati lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

    Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.

    12.   Kwalunkwe estensjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fil-paragrafi 3, 5 u 9 ta' dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 495b(1), 495c(1) u 495d(1), għandha tkun limitata għal erba' snin, u għandha tiġi sostanzjata b'evalwazzjoni ekwivalenti għal dawk imsemmija f'dawk l-Artikoli.

    13.   B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(iii) jew (b)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, għal skoperturi li huma ponderati għar-riskju bl-użu tas-SEC-IRBA jew l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna f'konformità mal-Artikolu 92(4), meta l-parti tal-ammont totali standardizzat tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal riskju ta' kreditu, riskju ta' dilwizzjoni, riskju tal-kreditu tal-kontroparti jew għar-riskju tas-suq li jirriżulta min-negozju tal-portafoll tan-negozjar tiġi kkalkulata bl-użu tas-SEC-SA f'konformità mal-Artikolu 261 jew 262, l-istituzzjonijiet għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2032, japplikaw il-fattur p li ġej:

    (a)

    p = 0,25 għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 262;

    (b)

    p = 0,5 għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 261.”

    ;

    (238)

    l-Artikolu 468 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Trattament temporanju ta' qligħ u telf mhux realizzat mkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor ”;

    (b)

    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   B'deroga mill-Artikolu 35, sal-31 ta' Diċembru 2025 (il-‘perjodu tat-trattament temporanju’), l-istituzzjonijiet jistgħu jneħħu mill-kalkolu tal-elementi tagħhom ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont A, iddeterminat f'konformità mal-formula li ġejja:

    A = a ∙ f

    fejn:

    a

    = l-ammont ta' qligħ u telf mhux realizzati akkumulati mill-31 ta' Diċembru 2019 li tqiesu bħala ‘bidliet fil-valur ġust ta' strumenti ta' dejn imkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor’ fil-karta tal-bilanċ, li jikkorrispondu għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta' dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif iddefinit fl-Appendiċi A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (l-‘Anness relatat mal-IFRS 9’); u

    f

    = il-fattur applikabbli għal kull sena ta' rapportar matul il-perjodu tat-trattament temporanju f'konformità mal-paragrafu 2.

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fattur f b'valur ugwali għal 1 sal-31 ta' Diċembru 2025 biex jikkalkulaw l-ammont A msemmi fil-paragrafu 1.”

    ;

    (239)

    fl-Artikolu 493, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 129;”

    ;

    (b)

    il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(i)

    50 % tad-dokumenti ta' kreditu tal-bucket 4 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda tal-bucket 3 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji li mhumiex garanziji fuq self li jkollhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jkollhom l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu;”

    ;

    (240)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 494d

    Riversjoni għal approċċi inqas sofistikati

    B'deroga mill-Artikolu 149, mid-9 ta’ Lulju 2024 sal-10 ta’ Lulju 2027, istituzzjoni tista' terġa' lura għal approċċi inqas sofistikati għal waħda jew aktar mill-klassijiet tal-iskoperturi imsemmija fl-Artikolu 147(2), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-istituzzjoni kienet diġà teżisti fit-8 ta’ Lulju 2024 u kienet awtorizzata mill-awtorità kompetenti tagħha biex tittratta dawk il-klassijiet tal-iskoperturi skont l-Approċċ IRB;

    (b)

    l-istituzzjoni titlob riversjoni għal approċċ inqas sofistikat darba biss matul dak il-perjodu ta' tliet snin;

    (c)

    it-talba għar-riversjoni għal approċċ inqas sofistikat ma ssirx bil-ħsieb ta' involviment f'arbitraġġ regolatorju;

    (d)

    l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti formalment li tixtieq riversjoni għal approċċ inqas sofistikat għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi mill-anqas sitt xhur qabel ma effettivament tagħmel riversjoni għal dak l-approċċ;

    (e)

    l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat għat-talba tal-istituzzjoni għal tali riversjoni fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-punt (d).”

    ;

    (241)

    l-Artikolu 495 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 495

    Trattament ta' skoperturi ta' ekwità skont l-Approċċ IRB

    1.   B'deroga mill-Artikolu 107(1), istituzzjonijiet li jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għall-iskoperturi ta' ekwità għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2029 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 495a(3), jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal kull skopertura ta' ekwità li għaliha jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:

    (a)

    l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 495a(1) u (2);

    (b)

    l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024.

    2.   Minflok japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, istituzzjonijiet li jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għall-iskoperturi ta' ekwità jistgħujapplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għall-iskoperturi ta' ekwità kollha tagħhom fi kwalunkwe ħin sal-31 ta' Diċembru 2029.

    Meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, m'għandux japplika l-Artikolu 495a(1) u (2).

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, m'għandhomx japplikaw il-kundizzjonijiet għar-riversjoni għall-użu tal-approċċi inqas sofistikati stabbiliti fl-Artikolu 149.

    3.   Istituzzjonijiet li japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkalkulaw l-ammont ta' telf mistenni f'konformità mal-Artikolu 158(7), (8) jew (9), kif ikun applikabbli, fil-verżjoni ta' dawk il-paragrafi applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 u japplikaw l-Artikolu 36(1), il-punt (d), u l-Artikolu 62, il-punt (d), kif ikun applikabbli, fil-verżjoni ta' dawk il-punti applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 meta l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mill-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu.

    4.   Meta l-istituzzjonijiet jitolbu permess biex japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi ta' ekwità, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu tali permess wara l-31 ta' Diċembru 2024.”

    ;

    (242)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    Artikolu 495a

    Arranġamenti tranżizzjonali għall-iskoperturi ta' ekwità

    1.   B'deroga mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 133(3), l-iskoperturi ta' ekwità għandhom jiġu assenjati l-ogħla piż tar-riskju applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024, b'limitu massimu ta' 250 %, u l-piżijiet tar-riskju li ġejjin:

    (a)

    100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2025;

    (b)

    130 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2026;

    (c)

    160 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027 sal-31 ta' Diċembru 2027;

    (d)

    190 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;

    (e)

    220 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.

    2.   B'deroga mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 133(4), l-iskoperturi ta' ekwità għandhom jiġu assenjati l-ogħla piż tar-riskju applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 u l-piżijiet tar-riskju li ġejjin:

    (a)

    100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2025;

    (b)

    160 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2026;

    (c)

    220 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027 sal-31 ta' Diċembru 2027;

    (d)

    280 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;

    (e)

    340 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 133, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jassenjaw l-istess piż tar-riskju li kien applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 għall-iskoperturi ta' ekwità, inkluż il-parti tal-iskoperturi mhux imnaqqsa mill-fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 471 fil-verżjoni ta' dak l-Artikolu applikabbli fis-27 ta' Ottubru 2021, għal entitajiet li qatt ma kienu azzjonist fihom fis-27 ta' Ottubru 2021 għal sitt snin konsekuttivi u li fuqhom, jew flimkien man-network tal-istituzzjonijiet li jappartjenu għalih, jeżerċitaw influwenza jew kontroll sinifikanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/34/UE, jew tal-istandards kontabilistiċi li għalihom istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew b'riżultat ta' relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew network ta' istituzzjonijiet u impriża, jew fejn istituzzjoni jkollha l-kapaċità li taħtar mill-inqas membru wieħed tal-korp maniġerjali tal-entità.

    Artikolu 495b

    Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi ta' self speċjalizzat

    1.   B'deroga mill-Artikolu 161(4), il-minimi tal-input tal-LGD applikabbli għal skoperturi ta' self speċjalizzat ittrattati skont l-Approċċ IRB meta jintużaw l-istimi proprji tal-LGD, għandhom ikunu l-minimi tal-input tal-LGD applikabbli previsti fl-Artikolu 161(4), immultiplikati bil-fatturi li ġejjin:

    (a)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2027;

    (b)

    80 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;

    (c)

    100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.

    2.   L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-kalibrazzjoni xierqa tal-parametri tar-riskju, inkluż il-parametru tat-telf impost, applikabbli għal skoperturi ta' self speċjalizzat skont l-Approċċ IRB, u b'mod partikolari dwar l-istimi proprji tal-LGD u tal-minimi tal-input tal-LGD għal kull kategorija speċifika ta' skoperturi ta' self speċjalizzat kif imsemmi fl-Artikolu 147(8). L-EBA għandha b'mod partikolari tinkludi fir-rapport tagħha data dwar in-numri medji ta' inadempjenzi u telf realizzat osservati fl-Unjoni għal kampjuni differenti ta' istituzzjonijiet bi profili differenti tan-negozju u tar-riskju. L-EBA għandha tirrakkomanda kalibrazzjonijiet speċifiċi ta' parametri tar-riskju, inkluż il-parametru tat-telf impost, li jirriflettu l-profil tar-riskju speċifiku u differenti għal kull kategorija speċifika ta' skoperturi ta' self speċjalizzat.

    L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

    Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 122a(3), il-punt (a), l-iskoperturi ta' self speċjalizzat kif imsemmija f'dak il-punt li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2032, jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 80 %, meta l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501a ma jiġix applikat u l-iskopertura titqies li tkun ta' kwalità għolja meta jitqiesu l-kriterji kollha li ġejjin:

    (a)

    id-debitur jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anke taħt kundizzjonijiet ta' stress serju minħabba l-preżenza tal-karatteristiċi kollha li ġejjin:

    (i)

    skopertura adegwata għall-valur tal-iskopertura;

    (ii)

    profil konservattiv ta' ripagament tal-iskopertura;

    (iii)

    il-ħajja li jifdal tal-assi tkun proporzjonali għall-ħlas sħiħ tal-iskopertura jew inkella rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;

    (iv)

    riskju baxx ta' rifinanzjament tal-iskopertura mid-debitur jew inkella dak ir-riskju jiġi mmitigat adegwatament b'valur tal-assi residwu proporzjonali jew b'rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;

    (v)

    id-debitur ikollu restrizzjonijiet kuntrattwali fuq l-attività u l-istruttura ta' finanzjament tiegħu;

    (vi)

    id-debitur juża derivattivi għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss;

    (vii)

    ir-riskji operazzjonali materjali jiġu mmaniġġati kif xieraq;

    (b)

    l-arranġamenti kuntrattwali fuq l-assi jipprovdu lill-mutwanti grad għoli ta' protezzjoni, inkluż il-karatteristiċi li ġejjin:

    (i)

    il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi finanzjati u, fejn ikun applikabbli, għall-introjtu li jiġġeneraw;

    (ii)

    ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jagħmel bidliet għall-assi li jkollhom impatt negattiv fuq il-valur tiegħu;

    (iii)

    meta l-assi jkun għadu qed jinbena, il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi u għall-kuntratti ta' kostruzzjoni sottostanti;

    (c)

    l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jissodisfaw l-istandards kollha li ġejjin biex joperaw b'mod sod u effettiv:

    (i)

    it-teknoloġija u d-disinn tal-assi jkunu ttestjati;

    (ii)

    ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha għat-tħaddim tal-assi;

    (iii)

    meta l-assi jkun għadu qed jinbena, id-debitur ikollu salvagwardji adegwati dwar l-ispeċifikazzjonijiet, il-baġit u d-data tat-tlestija miftiehma tal-assi, inkluż garanziji ta' tlestija b'saħħithom jew l-involviment ta' bennej tal-esperjenza u dispożizzjonijiet kuntrattwali adegwati għad-danni likwidati.

    4.   L-EBA għandha tħejji rapport, fejn tanalizza dan li ġej:

    (a)

    l-evoluzzjoni tax-xejriet u l-kundizzjonijiet fis-swieq għall-finanzjament ta' oġġetti fl-Unjoni;

    (b)

    il-livell ta' riskju effettiv tal-iskoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti matul ċiklu ekonomiku sħiħ;

    (c)

    l-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tat-trattament stabbilit fl-Artikolu 122a(3), il-punt (a), għal skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, mingħajr ma jitqies l-Artikolu 465(1);

    (d)

    l-adegwatezza tad-definizzjoni tas-subklassi ta' ‘finanzjament ta' oġġetti ta' kwalità għolja’ u li dik is-subklassi ta' skoperturi tiġi assenjata trattament prudenzjali differenti.

    L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2030.

    Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.

    Artikolu 495c

    Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi ta' kiri bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

    1.   B'deroga mill-Artikolu 230, il-valur applikabbli ta' Hc li jikkorrispondi għal ‘kollateral fiżiku ieħor’ għall-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 199(7) meta l-assi mikrija tikkorrispondi għat-tip ta' ‘kollateral fiżiku ieħor’ ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata, għandu jkun il-valur ta' Hc għal "kollateral fiżiku ieħor previst fl-Artikolu 230(2), it-Tabella 1, immultiplikat bil-fatturi li ġejjin:

    (a)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2027;

    (b)

    80 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;

    (c)

    100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.

    2.   L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-kalibrazzjonijiet xierqa tal-parametri tar-riskju assoċjati mal-iskoperturi ta' kiri skont l-Approċċ IRB, u tal-piżijiet tar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, u b'mod partikolari dwar l-LGDs u l-Hc previsti fl-Artikolu 230. L-EBA għandha b'mod partikolari tinkludi fir-rapport tagħha data dwar in-numri medji ta' inadempjenzi u t-telf realizzat osservati fl-Unjoni għal skoperturi assoċjati ma' tipi differenti ta' proprjetajiet mikrija u tipi differenti ta' istituzzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta' kiri.

    L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

    Abbażi ta' dak ir-rapport, u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2028.

    Artikolu 495d

    Arranġamenti tranżizzjonali għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet

    1.   B'deroga mill-Artikolu 111(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' entrata li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ fil-forma ta' impenn kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet billi jimmultiplikaw il-perċentwal previst f'dak l-Artikolu bil-fatturi li ġejjin:

    (a)

    0 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029;

    (b)

    25 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2030 sal-31 ta' Diċembru 2030;

    (c)

    50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2031 sal-31 ta' Diċembru 2031;

    (d)

    75 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2032 sal-31 ta' Diċembru 2032.

    2.   L-EBA għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk id-deroga msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandhiex tiġi estiża lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2032 u li jispeċifika, fejn ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet li skonthom jenħtieġ li tinżamm dik id-deroga.

    L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

    Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS u l-impatt ta' dawk l-istandards fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.

    Artikolu 495e

    Arranġamenti tranżizzjonali għall- valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI tal-istituzzjonijiet

    B'deroga mill-Artikolu 138, il-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ikomplu jużaw valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI b'rabta ma' istituzzjoni li tinkorpora suppożizzjonijiet ta' appoġġ impliċitu tal-gvern sal-31 ta' Diċembru 2029.

    Artikolu 495f

    Arranġamenti tranżizzjonali għar-rekwiżiti ta' rivalwazzjoni tal-proprjetà

    B'deroga mill-Artikolu 229(1), il-punti (a) sa (d), għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 2025, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jivvalutaw il-proprjetà residenzjali jew il-proprjetà immobbli kummerċjali bil-valur tas-suq jew inqas minnu, jew f'dawk l-Istati Membri li jkunu pprevedew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju ta' dik il-proprjetà, sakemm ikun meħtieġ rieżami tal-valur tal-proprjetà f'konformità mal-Artikolu 208(3), jew sal-31 ta' Diċembru 2027, skont liema jiġi l-ewwel.

    Artikolu 495g

    Arranġamenti tranżizzjonali għal ċerti skemi ta' garanzija pubbliċi

    B'deroga mill-Artikoli 183(1) u 213(1), garanzija li tista' tiġi kkanċellata f'każ ta' frodi mid-debitur jew li l-punt sa fejn testendi l-protezzjoni ta' kreditu tagħha jista' jonqos f'tali każ, għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżiti imsemmija fl-Artikolu 183(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 213(1), il-punt (c), meta l-garanzija tkun ġiet ipprovduta minn entità msemmija fl-Artikolu 214(2), il-punt (a), mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024.

    Artikolu 495h

    Arranġamenti tranżizzjonali għall-użu tal-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern għar-riskju tas-suq

    B'deroga mill-Artikolu 325az(2), il-punt (d), l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, sal-1 ta' Jannar 2026, l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq għall-postijiet tan-negozjar li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bg.”

    ;

    (243)

    l-Artikolu 500 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    id-dati tal-ċessjonijiet ta' skoperturi inadempjenti jkunu wara t-23 ta' Novembru 2016 iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024.”

    ;

    (ii)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir biss sal-31 ta' Diċembru 2024 u l-effetti tiegħu jistgħu jdumu sakemm l-iskoperturi korrispondenti jkunu inklużi fl-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni stess.”

    ;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2026, u kull sentejn wara dan, tivvaluta jekk il-livell ta' skoperturi inadempjenti fil-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ikunx żdied b'mod sinifikanti, jekk tkunx qed tistenna deterjorament sinifikanti fil-kwalità tal-assi tal-istituzzjonijiet, u jekk il-grad ta' żvilupp tas-swieq sekondarji għal skoperturi inadempjenti jkunx adegwat biex jiżgura ċessjonijiet effiċjenti ta' skoperturi inadempjenti mill-istituzzjonijiet, filwaqt li tqis ukoll l-iżviluppi regolatorji dwar it-titolizzazzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-adegwatezza tad-deroga stabbilita fil-paragrafu 1 u għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi estiż, introdott mill-ġdid jew emendat, kif meħtieġ, l-aġġustament previst f'dan l-Artikolu.”

    ;

    (244)

    l-Artikolu 500a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   B'deroga mill-Artikolu 114(2), sal-31 ta' Diċembru 2026, għal skoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, fejn dawk l-iskoperturi jkunu denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' Stat Membru ieħor, japplikaw dawn li ġejjin:

    (a)

    sal-31 ta' Diċembru 2024, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskopertura għandu jkun 0 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 114(2);

    (b)

    fl-2025, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskopertura għandu jkun 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 114(2);

    (c)

    fl-2026, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskopertura għandu jkun 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi f'konformità mal-Artikolu 114(2).”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    100 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2025;

    (b)

    75 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2026;

    (c)

    50 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2027.”

    ;

    (245)

    l-Artikolu 500c huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 500c

    Esklużjoni tal-qbiż fil-valur mill-kalkolu tal-addend tal-ittestjar retrospettiv fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

    B'deroga mill-Artikolu 325bf, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u f'każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jeskludu l-qbiż fil-valur evidenti mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni fuq bidliet ipotetiċi jew reali mill-kalkolu tal-addend stabbilit fl-Artikolu 325bf, dment li dak il-qbiż fil-valur ma jirriżultax minn defiċjenzi fil-mudell intern u dment li jkunu seħħew bejn l-1 ta' Jannar 2020 u l-31 ta' Diċembru 2021.”

    ;

    (246)

    fl-Artikolu 501(2), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    l-iskopertura għal SME għandha tiġi inkluża jew fil-livell tal-konsumatur jew fil-korporattivi jew tkun garantita permezz ta' ipoteki fuq klassijiet tal-iskoperturi għal proprjetà immobbli iżda bl-esklużjoni tal-iskoperturi ADC;

    (b)

    SME għandu jkollha t-tifsira stabbilita fl-Artikolu 5, il-punt (9);”

    ;

    (247)

    fl-Artikolu 501a, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    l-iskopertura tiġi assenjata għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (g), jew għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), bl-esklużjoni tal-iskoperturi f'inadempjenza;”

    ;

    (b)

    il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    ir-riskju ta' rifinanzjament ta-debitur ikun baxx jew mitigat adegwatament, filwaqt li jitqies kwalunkwe sussidju, għotja jew finanzjament ipprovdut minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-paragrafu 2, il-punti (b)(i) u (ii);”

    ;

    (c)

    il-punt (o) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(o)

    għal skoperturi oriġinati wara l-1 ta' Jannar 2025, id-debitur ikun wettaq valutazzjoni li l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jikkontribwixxu b'mod pożittiv għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 u ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi l-oħra stabbiliti f'dak l-Artikolu, jew li l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti f'dak l-Artikolu.”

    ;

    (248)

    l-Artikolu 501c huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Artikolu 501c

    Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali

    1.   L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, abbażi tad-data disponibbli, tivvaluta jekk għandux jiġi aġġustat it-trattament prudenzjali ddedikat tal-iskoperturi relatati ma' assi jew obbligazzjonijiet, soġġett għall-impatt ta’ fatturi ambjentali jew soċjali. B'mod partikolari, l-EBA għandha tivvaluta:

    (a)

    id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' data ESG affidabbli u konsistenti għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II;

    (b)

    f'konsultazzjoni mal-EIOPA, il-fattibbiltà li tiġi introdotta metodoloġija standardizzata biex jiġu identifikati u kkwalifikati l-iskoperturi, għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, abbażi ta' sett komuni ta' prinċipji għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-ESG, bl-użu tal-informazzjoni dwar ir-riskju ta' tranżizzjoni u l-indikaturi tar-riskju fiżiku magħmula disponibbli mill-oqfsa ta' rapportar tad-divulgazzjoni dwar is-sostenibbiltà adottati fl-Unjoni u fejn ikunu disponibbli internazzjonalment, il-gwida u l-konklużjonijiet li ġejjin mill-ittestjar superviżorju tal-istress jew l-analiżi tax-xenarji tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima mwettqa mill-EBA jew mill-awtoritajiet kompetenti u jekk jiġu riflessi b'mod xieraq ir-riskji tal-ESG, il-punteġġ rilevanti tal-ESG tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu minn ECAI nominata;

    (c)

    il-livell ta' riskju effettiv ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali meta mqabbel mal-livell ta' riskju ta' skoperturi oħra u r-reviżjonijiet addizzjonali u aktar komprensivi possibbli għall-qafas li għandhom jitqiesu, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi miftiehma fil-livell internazzjonali mill-BCBS;

    (d)

    l-effetti potenzjali fuq terminu qasir, medju u twil ta' trattament prudenzjali aġġustat ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali fuq l-istabbiltà finanzjarja u s-self bankarju fl-Unjoni;

    (e)

    it-titjib immirat li jista' jitqies fil-qafas prudenzjali attwali.

    2.   L-EBA għandha tippreżenta rapporti suċċessivi dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sad-dati li ġejjin:

    (a)

    sad-9 ta’ Lulju 2024 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punt (e);

    (b)

    sal-31 ta' Diċembru 2024 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punti (a) u (b);

    (c)

    sal-31 ta' Diċembru 2025 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punti (c) u (d).

    Abbażi ta' dawk ir-rapporti tal-EBA, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta’ Diċembru 2026.”

    ;

    (249)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 501d

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi

    1.   Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi introdott trattament prudenzjali ddedikat għall-iskoperturi tal-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u r-Regolament (UE) 2023/1114. Dik il-proposta leġiżlattiva għandha tinkludi dan li ġej:

    (a)

    kriterji għall-assenjazzjoni tal-kriptoassi għal kategoriji differenti tal-kriptoassi abbażi tal-karatteristiċi tar-riskju tagħhom u l-konformità tagħhom ma' kundizzjonijiet speċifiċi;

    (b)

    rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji għar-riskji kollha li jinvolvu kriptoassi differenti;

    (c)

    limitu aggregat għall-iskoperturi għal tipi speċifiċi ta' kriptoassi;

    (d)

    rekwiżiti speċifiċi tal-proporzjon tal-lieva għall-iskoperturi tal-kriptoassi;

    (e)

    setgħat superviżorji speċifiċi fir-rigward tal-assenjazzjoni, il-monitoraġġ u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi tal-kriptoassi;

    (f)

    rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità għall-iskoperturi tal-kriptoassi;

    (g)

    rekwiżiti ta' divulgazzjoni u rapportar.

    2.   Sad-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għall-iskoperturi tal-kriptoassi kif ġej:

    (a)

    l-iskoperturi tal-kriptoassi għal assi tradizzjonali tokenizzati għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-assi tradizzjonali li jirrappreżentaw;

    (b)

    l-iskoperturi għal tokens irreferenzjati ma' assi li l-emittenti tagħhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2023/1114 u li jirreferu għal assi tradizzjonali wieħed jew aktar għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 250 %;

    (c)

    l-iskoperturi tal-kriptoassi li mhumiex dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 1 250 %.

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-iskoperturi tal-kriptoassi għal assi tradizzjonali tokenizzati li l-valuri tagħhom jiddependu minn kwalunkwe kriptoassi ieħor għandhom jiġu assenjati għall-punt (c).

    3.   Il-valur tal-iskopertura totali ta' istituzzjoni għall-kriptoassi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), m'għandux jaqbeż 1 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.

    4.   Istituzzjoni li taqbeż il-limitu stabbilit fil-paragrafu 3 għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti dwar il-ksur u għandha turi ritorn f'waqtu għall-konformità għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

    5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-elementi tekniċi meħtieġa għall-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), inkluż kif jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperturi u kif jiġu aggregati l-iskoperturi qosra u twal għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.

    Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/1114.

    L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    6.   Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għall-iskoperturi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet m'għandhomx japplikaw it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (b).”

    ;

    (250)

    l-Artikoli 505 u 506 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    Artikolu 505

    Rieżami tal-finanzjament agrikolu

    1.   Sal-31 ta' Diċembru 2030, l-EBA għandha tħejji rapport dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq il-finanzjament agrikolu, inkluż dwar:

    (a)

    l-adegwatezza ta' piż tar-riskju ddedikat għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu kkalkulat f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, għall-iskoperturi għal intrapriża agrikola;

    (b)

    fejn ikun applikabbli, kriterji prudenzjalment ġustifikati għall-applikazzjoni ta' tali piż tar-riskju ddedikat, inkluż prattiki agrikoli, kif ukoll l-inklużjoni ta' skoperturi fil-korporattivi, fil-livell tal-konsumatur jew iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq il-klassijiet tal-iskoperturi tal-proprjetà immobbli;

    (c)

    l-allinjament mal-istrateġija ‘mill-għalqa sal-platt’ stabbilita fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 intitolata ‘Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent’ u l-impatt ambjentali rispettiv skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2020/852, b'mod partikolari mal-indikaturi kif miġbura fin-Network ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola, li juru l-punteġġi tal-kontribuzzjoni fir-rigward ta':

    (i)

    l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra għal kull ettaru;

    (ii)

    l-użu tal-pestiċidi u l-fertilizzanti għal kull ettaru;

    (iii)

    il-proporzjonijiet tal-effiċjenza tal-minerali tal-ħamrija, inkluż il-karbonju, l-ammonijaka, il-fosfat u n-nitroġenu għal kull ettaru;

    (iv)

    l-effiċjenza fl-użu tal-ilma;

    (v)

    konferma tal-impatt pożittiv fuq l-indikaturi msemmija fil-punti (i) sa (iv) ta' dan il-punt b'logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2018/848 (*15).

    2.   Filwaqt li tqis ir-rapport tal-EBA msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament sabiex jittaffew l-effetti negattivi tiegħu fuq il-finanzjament agrikolu.

    3.   L-EBA għandha tħejji wkoll rapport intermedju dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq il-finanzjament agrikolu sal-31 ta' Diċembru 2027.

    Artikolu 506

    Riskju ta' kreditu – assigurazzjoni ta' kreditu

    Sat-30 ta' Ġunju 2024, l-EBA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EIOPA, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà u l-użu tal-polza tal-assigurazzjoni ta' kreditu bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu, inkluż dwar:

    (a)

    l-adegwatezza tal-parametri tar-riskju assoċjati msemmija fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitoli 3 u 4;

    (b)

    analiżi tal-livell ta' riskju effettiv u osservat tal-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu meta assigurazzjoni ta' kreditu tkun ġiet rikonoxxuta bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu;

    (c)

    il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament bl-eżiti tal-analiżi skont il-punti (a) u (b).

    Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2024 biex temenda t-trattament applikabbli għall-assigurazzjoni ta' kreditu msemmi fil-Parti Tlieta, it-Titolu II.

    (*15)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).”;"

    (251)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    Artikolu 506c

    Riskju ta' kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-parametri tar-riskju ta' kreditu

    Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konsistenza bejn il-kejl attwali tar-riskju ta' kreditu u l-parametri individwali tar-riskju ta' kreditu u dwar it-trattament ta' kwalunkwe aġġustament għall-fini tal-komputazzjoni tan-nuqqas tal-IRB jew l-eċċess tal-IRB kif imsemmi fl-Artikolu 159, u dwar il-konsistenza tagħha mad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 166 u mal-istima tal-LGD.

    Dak ir-rapport għandu jqis it-telf ekonomiku massimu possibbli li jirriżulta minn avveniment ta' inadempjenza flimkien mal-kopertura miksuba tiegħu f'termini ta' tnaqqis tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 ibbażat fuq il-kontabilità, inkluż minn telf ta' kreditu mistenni jew minn aġġustamenti fil-valur ġust, u kwalunkwe skont fuq l-iskoperturi riċevuti, u l-implikazzjonijiet tagħhom għat-tnaqqis regolatorju.

    Artikolu 506d

    Trattament prudenzjali ta' titolizzazzjoni

    1.   Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar it-trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, filwaqt li tiddistingwi bejn tipi differenti ta' titolizzazzjonijiet, inkluż titolizzazzjonijiet sintetiċi, bejn l-oriġinaturi u l-investituri, u bejn tranżazzjonijiet STS u mhux STS.

    2.   B'mod partikolari, l-EBA għandha timmonitorja l-użu tal-arranġament tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 465(13) u tivvaluta l-punt sa fejn l-applikazzjoni tal-minimu tal-output għal skoperturi ta' titolizzazzjoni taffettwa t-tnaqqis tal-kapital miksub mill-istituzzjonijiet oriġinaturi fi tranżazzjonijiet li għalihom ikun ġie rikonoxxut trasferiment tar-riskju sinifikanti, tnaqqas b'mod eċċessiv is-sensittività għar-riskju u taffettwa l-vijabbiltà ekonomika ta' tranżazzjonijiet ġodda ta' titolizzazzjoni. F'każijiet bħal dawn ta' tnaqqis tas-sensittivitajiet għar-riskju, l-EBA tista' tqis li tipproponi rikalibrar 'l isfel tal-fatturi ta' non-newtralità għal tranżazzjonijiet li għalihom ikun ġie rikonoxxut trasferiment tar-riskju sinifikanti. L-EBA għandha tivvaluta wkoll l-adegwatezza tal-fatturi ta' non-newtralità kemm skont is-SEC-SA kif ukoll skont is-SEC-IRBA, filwaqt li tqis il-prestazzjoni storika tal-kreditu tat-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni fl-Unjoni u r-riskji mnaqqsa tal-mudell u tal-aġenzija tal-qafas ta' titolizzazzjoni.

    3.   Abbażi ta' dak ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.

    Artikolu 506e

    Rikonoxximent ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata massima jew minima

    1.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:

    (a)

    il-kundizzjonijiet li l-garanziji li jkollhom limiti massimi jew minimi ddeterminati fil-livell ta' portafoll ta' skoperturi (‘garanziji tal-portafoll’) iridu jissodisfaw biex jikkwalifikaw bħala titolizzazzjoni;

    (b)

    it-trattament regolatorju applikabbli skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4, għall-garanziji tal-portafoll fejn dawk ma jikkwalifikawx bħala titolizzazzjoni;

    (c)

    l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5, ta' dan ir-Regolament u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għall-garanziji tal-portafoll fejn dawk il-garanziji jikkwalifikaw bħala titolizzazzjoni;

    (d)

    l-applikazzjoni tal-Artikolu 234 għal garanziji uniċi li jwasslu għal segmentazzjoni.

    2.   Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tivvaluta b'mod partikolari dan li ġej:

    (a)

    fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (a), il-kundizzjonijiet li skonthom il-garanziji tal-portafoll jagħtu lok għal trasferiment segmentat tar-riskju;

    (b)

    fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (b):

    (i)

    il-kriterji ta' eliġibbiltà rilevanti tal-garanziji tal-portafoll skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4;

    (ii)

    l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4;

    (c)

    fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (d), l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 u fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5, ta' dan ir-Regolament.

    Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.

    Artikolu 506f

    Trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

    Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-qafas il-ġdid għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji attribwiti għat-tranżazzjonijiet korrispondenti ta' finanzjament tat-titoli li min-natura tagħhom huma attivitajiet fuq terminu qasir ħafna, b'enfasi partikolari fuq l-impatt possibbli tiegħu fuq is-swieq tad-dejn sovran b'mod partikolari f'termini tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tas-suq u l-ispiża.

    L-EBA għandha tivvaluta jekk rikalibrar tal-piżijiet tar-riskju assoċjati fl-approċċ standardizzat tkunx xierqa, minħabba r-riskji assoċjati fir-rigward ta' maturitajiet ta' terminu qasir, speċifikament għal maturitajiet residwi ta' inqas minn sena.

    Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.”

    ;

    (252)

    fl-Artikolu 514, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “2.   Abbażi tar-rapport tal-EBA msemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li titqies kif xieraq l-implimentazzjoni f'pajjiżi terzi tal-istandards miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda l-approċċi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3, 4 u 5.”

    ;

    (253)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    Artikolu 518c

    Rieżami tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali

    Sal-31 ta' Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tas-sistema bankarja fis-suq uniku, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-BĊE, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-oqfsa regolatorji u superviżorji tal-Unjoni għas-settur bankarju.

    Dak ir-rapport għandu jqis ir-riformi fis-settur bankarju li seħħew wara l-kriżi finanzjarja l-kbira u jivvaluta jekk dawn jiżgurawx livell adegwat ta' protezzjoni tad-depożitanti u jissalvagwardjawx l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Istati Membri, tal-unjoni bankarja u tal-Unjoni.

    Dak ir-rapport għandu jqis ukoll id-dimensjonijiet kollha tal-unjoni bankarja, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-minimu tal-output bħala parti mir-rekwiżiti tal-kapital u tal-likwidità b'mod aktar ġenerali. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif xieraq id-dikjarazzjonijiet u l-konklużjonijiet korrispondenti dwar l-unjoni bankarja kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill Ewropew.”

    ;

    (254)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    Artikolu 519d

    Qafas minimu ta' telf impost għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

    1.   L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha, sal-10 ta’ Jannar 2027, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-implimentazzjoni fid-dritt tal-Unjoni tal-qafas minimu ta' telf impost għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni potenzjali ta' lieva finanzjarja barra mis-settur bankarju.

    2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis dan kollu li ġej:

    (a)

    il-grad ta' lieva finanzjarja barra mis-sistema bankarja fl-Unjoni u l-punt sa fejn il-qafas minimu ta' telf impost jista' jnaqqas dik il-lieva finanzjarja jekk issir eċċessiva;

    (b)

    il-materjalità tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli miżmuma mill-istituzzjonijiet fl-Unjoni li huma soġġetti għall-qafas minimu ta' telf impost, inkluż id-diżaggregazzjoni ta' dawk it-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li ma jikkonformawx mal-minimi ta' telf impost;

    (c)

    l-impatt stmat tal-qafas minimu ta' telf impost għal istituzzjonijiet fl-Unjoni taħt iż-żewġ approċċi ta' implimentazzjoni rrakkomandati mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, jiġifieri regolamentazzjoni tas-suq jew rekwiżit ta' fondi proprji aktar punittiv skont dan ir-Regolament, f'xenarju li fih l-istituzzjonijiet fl-Unjoni ma jaġġustawx it-telf impost għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli tagħhom biex jikkonformaw mal-minimi ta' telf impost, u l-impatt stmat tal-qafas minimu ta' telf impost skont xenarju alternattiv li fih l-istituzzjonijiet fl-Unjoni jaġġustaw dak it-telf impost biex jikkonformaw mal-minimi ta' telf impost;

    (d)

    il-fatturi ewlenin wara dawk l-impatti stmati, kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati tal-introduzzjoni ta' qafas minimu ta' telf impost fuq il-funzjonament tas-swieq tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fl-Unjoni;

    (e)

    l-approċċ ta' implimentazzjoni li jkun l-aktar effettiv biex jintlaħqu l-objettivi regolatorji tal-qafas minimu ta' telf impost fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ekwi fis-settur finanzjarju kollu fl-Unjoni.

    3.   Abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li titqies kif xieraq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja li jiġi implimentat il-qafas minimu ta' telf impost għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, kif ukoll l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar 2028.

    Artikolu 519 e

    Riskju operazzjonali

    Sal-10 ta’ Jannar 2028, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:

    (a)

    l-użu tal-assigurazzjoni fil-kuntest tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali;

    (b)

    jekk ir-rikonoxximent tal-irkupri tal-assigurazzjoni jistax iwassal għal arbitraġġ regolatorju billi jnaqqas it-telf annwali mir-riskju operazzjonali mingħajr tnaqqis proporzjonali fl-iskopertura attwali għat-telf operazzjonali;

    (c)

    jekk ir-rikonoxximent tal-irkupri tal-assigurazzjoni jkollux impatt differenti fuq il-kopertura xierqa tat-telf rikorrenti u tal-valur fir-riskju kundizzjonat potenzjali;

    (d)

    id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data użata mill-istituzzjonijiet meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali.

    Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar 2029;

    Artikolu 519f

    Proporzjonalità

    L-EBA għandha tħejji rapport li jivvaluta l-qafas prudenzjali ġenerali għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, b'mod partikolari:

    (a)

    jivvaluta dawk ir-rekwiżiti anke b'rabta ma' gruppi bankarji u mudelli tan-negozju speċifiċi;

    (b)

    jieħu inkunsiderazzjoni r-rilevanza ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fil-livell tal-istituzzjonijiet u skont ir-reġjun għaż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja u l-forniment ta' kreditu fil-komunitajiet lokali.

    Meta tqis l-opzjonijiet għal bidliet fil-qafas prudenzjali, l-EBA għandha tibbaża ruħha fuq il-prinċipju globali li kwalunkwe rekwiżit simplifikat għandu jkun aktar konservattiv.

    L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.”

    ;

    (255)

    l-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2025.

    Madankollu, il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-9 ta’ Lulju 2024: il-punt (1)(a)(iv); il-punt (1)(b); il-punti (2), (3) and (4); il-punt (6)(f); il-punt (8)(c); il-punt (11) li jikkonċerna l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (30)(d); il-punt (34) li jikkonċerna l-Artikolu 104(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (35)(a); il-punt 37 li jikkonċerna l-Artikolu 104c(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (42) li jikkonċerna l-Artikolu 111(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (52) li jikkonċerna l-Artikolu 122a(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (53) li jikkonċerna l-Artikolu 123(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (55) li jikkonċerna l-Artikolu 124(11), (12) u (14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (56) li jikkonċerna l-Artikolu 126a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punti (57) u (65); il-punt (70)(c) li jikkonċerna l-Artikolu 143(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (71)(b); il-punt (72)(i); il-punt 75(d); il-punt (78)(e); il-punt (81); il-punt (98)(b); il-punt (102)(d); il-punt (104)(c); il-punt (105)(c); il-punt (106)(e); il-punt (135)(c); il-punt (152)(b)(ii); il-punt (155) li jikkonċerna l-Artikolu 314(9) u (10), l-Artikolu 315(3), l-Artikolu 316(3), l-Artikolu 317(9) u (10), l-Artikolu 320(3), l-Artikolu 321(2) u l-Artikolu 323(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (156)(b); il-punt (159)(c) li jikkonċerna l-Artikolu 325c(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (160)(c) li jikkonċerna l-Artikolu 325j(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (164)(b); il-punt (178)(e); il-punt (180); il-punt (182)(d); il-punt (183)(c); il-punt (184)(b)(iii); il-punt (198)(c); il-punt (201) li jikkonċerna l-Artikolu 383a(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (204); il-punt (205)(b)(i); il-punti (214)(a) u (c); il-punti (222) u (223); il-punt (229) li jikkonċerna l-Artikolu 449a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punti (232), (235), (236) u (238); il-punt (239)(a); il-punt (242) li jikkonċerna l-Artikolu 495b(2) u (4) u Article 495c(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punti (243), (244), (248) u (249); il-punt (250) li jikkonċerna l-Artikolu 506 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (251) li jikkonċerna l-Artikoli 506e and 506f tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punti (252), (253) u (254).

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2024.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    R. METSOLA

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. LAHBIB


    (1)   ĠU C 233, 16.6.2022, p. 14.

    (2)   ĠU C 290, 29.7.2022, p. 40.

    (3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2024.

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

    (6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

    (7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

    (8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

    (10)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    (11)  Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4).

    (12)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

    (13)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

    (14)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023,p. 40).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Klassifikazzjoni ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

    Bucket

    Items

    1

    (a)

    Derivattivi ta' kreditu u garanziji ġenerali ta' dejn, inkluż ittri ta' kreditu irrevokabbli li jservu ta' garanziji finanzjarji għal self u titoli, u aċċettazzjonijiet, inkluż approvazzjonijiet bil-karattru ta' aċċettazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe sostitut ieħor ta' kreditu dirett;

    (b)

    Ftehimiet ta' bejgħ u riakkwist u bejgħ ta' assi b'rikors meta r-riskju ta' kreditu jibqa' f'idejn l-istituzzjoni;

    (c)

    Titoli mislufa mill-istituzzjoni jew titoli li jiddaħħlu mill-istituzzjoni bħala kollateral, inkluż każijiet fejn dawk jirriżultaw minn tranżazzjonijiet tat-tip riakkwist;

    (d)

    Xiri ta' assi bil-quddiem, depożiti bil-quddiem u ishma u titoli mħallsa parzjalment, li jirrappreżentaw impenji bi ġbid ċert ta' kreditu;

    (e)

    Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jikkostitwixxu sostitut ta' kreditu meta ma jkunux inklużi b'mod espliċitu f'xi kategorija oħra;

    (f)

    Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili u kif ikkomunikati lill-EBA.

    2

    (a)

    Faċilitajiet ta' ħruġ ta' noti (NIFs) u faċilitajiet ċirkolanti ta' sottoskrizzjoni (RUFs) irrispettivament mill-maturità tal-faċilità sottostanti;

    (b)

    Garanziji tal-eżekuzzjoni, garanziji tal-offerti, garanziji u ittri ta' kreditu irrevokabbli relatati ma' tranżazzjonijiet partikolari u entrati kontinġenti simili relatati mat-tranżazzjonijiet, għajr entrati ta' finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fil-bucket 4;

    (c)

    Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.

    3

    (a)

    L-ammont mhux miġbud ta' impenji, irrispettivament mill-maturità tal-faċilità sottostanti, sakemm ma jaqgħux taħt kategorija oħra;

    (b)

    Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.

    4

    (a)

    Entrati ta' finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ:

    (i)

    garanziji, inkluż garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni u garanziji assoċjati ta' pagamenti bil-quddiem u żamma, kif ukoll garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta' sostituti ta' kreditu;

    (ii)

    garanziji, inkluż garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni u garanziji assoċjati ta' pagamenti bil-quddiem u żamma, kif ukoll garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta' sostituti ta' kreditu;

    (iii)

    ittri kummerċjali ta' kreditu għal żmien qasir u awtolikwidanti li jirriżultaw mill-moviment tal-merkanzija, b'mod partikolari dokumenti ta' kreditu kollateralizzati mill-konsenja sottostanti, f'każ ta' istituzzjoni emittenti jew istituzzjoni li tikkonferma;

    (b)

    Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.

    5

    (a)

    L-ammont mhux miġbud ta' impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet;

    (b)

    L-ammont mhux miġbud ta' linji ta' kreditu fil-livell tal-konsumatur li għalihom it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom sal-limitu massimu permissibbli skont atti għall-protezzjoni tal-konsumatur u atti legali relatati oħra;

    (c)

    Faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda għal garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel, jew li effettivament jipprevedu l-kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament tal-affidabbiltà kreditizja ta' debitur;

    (d)

    Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.”.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top