Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1618

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1618 tas-6 ta' Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju u d-divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

    C/2024/3624

    ĠU L, 2024/1618, 7.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1618/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1618/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1618

    7.6.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1618

    tas-6 ta' Ġunju 2024

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju u d-divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 430(7), il-ħames subparagrafu, u l-Artikolu 434a, il-ħames subparagrafu, tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 45i(5), il-ħames subparagrafu, u l-Artikolu 45i(6), il-ħames subparagrafu tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2022/2036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa r-rekwiżit, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li l-entitajiet intermedji fi grupp ta’ riżoluzzjoni għandhom inaqqsu l-parteċipazzjonijiet tagħhom ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli użati għall-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“rekwiżit intern tal-Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf” jew “TLAC intern”) mill-entrati tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jew ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“rekwiżit minimu intern għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli jew “MREL intern”) meta dawk l-istrumenti ta’ fondi proprji u l-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nħarġu minn entitajiet li nfushom ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni u li jappartjenu fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li dan ir-rekwiżit ta’ tnaqqis jiġi rifless fil-mudelli għad-divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-MREL intern u t-TLAC intern stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 (5). Dan ir-rekwiżit ta’ tnaqqis jenħtieġ li jiġi rifless bl-istess mod fl-informazzjoni armonizzata pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni.

    (2)

    Id-Direttiva (UE) 2024/1174 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li temenda d-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ ċerti aspetti tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli temenda ulterjorment ir-rekwiżit ta’ tnaqqis stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi fid-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tispeċifika li l-entitajiet intermedji fi grupp ta’ riżoluzzjoni għandhom inaqqsu biss il-parteċipazzjonijiet tagħhom ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet ta’ likwidazzjoni li jappartjenu għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet relatati mal-materjalità ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet. Jenħtieġ li dawk l-emendi jiġu riflessi wkoll fl-informazzjoni armonizzata pprovduta fil-mudelli għad-divulgazzjoni pubblika u għar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

    (3)

    L-entitajiet soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“rekwiżit TLAC”) jew ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE (“MREL”) jistgħu, bil-permess minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħhom, jixtru, jifdu, iħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-ammonti koperti minn tali permess inaqqsu l-kapaċità tal-entitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-MREL jew tat-TLAC. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif l-impatt ta’ tali permess jenħtieġ li jiġi rifless fid-divulgazzjonijiet pubbliċi u fir-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/763 jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

    (6)

    L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

    (7)

    Biex l-entitajiet soġġetti għall-obbligu li jirrapportaw jew jiddivulgaw informazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew mad-Direttiva 2014/59/UE jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-bidliet fil-mudelli u l-informazzjoni armonizzata, il-bidliet jenħtieġ li jibdew japplikaw sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/763

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    il-mudelli M 02.00 u M 03.00 stabbiliti fl-Anness I huma sostitwiti bil-mudelli M 02.00 u M 03.00 stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (2)

    L-Anness II huwa sostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (3)

    il-mudelli EU TLAC1 u EU ILAC stabbiliti fl-Anness V huma sostitwiti bil-mudelli EU TLAC1 u EU ILAC stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

    (4)

    l-Anness VI huwa sostitwit bit-test tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mis-27 ta’ Diċembru 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.

    (2)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/59/oj.

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2022/2036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti bi strateġija ta’ riżoluzzjoni b’punti multipli ta’ dħul u metodi għas-sottoskrizzjoni indiretta ta’ strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2036/oj).

    (4)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.06.2014, p. 190, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/59/oj).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 tat-23 ta’ April 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju u d-divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 168, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/763/oj).

    (6)  Id-Direttiva (UE) 2024/1174 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ ċerti aspetti tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, (ĠU L, 2024/1174, 22.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1174/oj).

    (7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).


    ANNESS I

    RAPPORTAR DWAR IR-REKWIŻIT MINIMU GĦALL-FONDI PROPRJI U L-OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

    MUDELLI TA’ MREL U TLAC

    Numru tal-formola

    Kodiċi tal-formola

    Isem il-formola /gruppi ta’ formoli

    Isem fil-qosor

     

     

    AMMONTI: METRIĊI EWLENIN TA’ MREL U TLAC

     

    1

    M 01.00

    Metriċi ewlenin għal MREL u TLAC (gruppi / entitajiet ta’ riżoluzzjoni)

    KM2

     

     

    IL-KOMPOŻIZZJONI U L-MATURITÀ

     

    2

    M 02.00

    Il-kapaċità u l-kompożizzjoni ta’ MREL u TLAC (gruppi / entitajiet ta’ riżoluzzjoni)

    TLAC1

    3

    M 03.00

    MREL intern u TLAC interna

    ILAC

    4

    M 04.00

    Struttura ta’ finanzjament tal-obbligazzjonijiet eliġibbli

    LIAB-MREL

     

     

    KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITURI

     

    5

    M 05.00

    Klassifikazzjoni tal-kredituri (entità li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni)

    TLAC2

    6

    M 06.00

    Klassifikazzjoni tal-kredituri (entitajiet ta’ riżoluzzjoni)

    TLAC3

     

     

    INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA GĦALL-KUNTRATT

     

    7

    M 07.00

    Strumenti regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz

    MTCI

    M 01.00 – Metriċi ewlenin għal MREL u TLAC (gruppi / entitajiet ta’ riżoluzzjoni) (KM2)


     

    Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

    Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs (TLAC)

    0010

    0020

     

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u l-kejl tal-iskopertura totali

    0100

    AMMONT TOTALI TAL-ISKOPERTURA GĦAR-RISKJU (TREA)

     

     

    0110

    KEJL TAL-ISKOPERTURA TOTALI (TEM)

     

     

     

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    0200

    FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

     

     

    0210

    Li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

    0220

    Li minnhom: li minnhom huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz

     

     

    0230

    Li minnhom: fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE

     

     

     

    Obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna

    0250

    OBBLIGAZZJONIJIET OĦRAJN TA’ KAPAĊITÀ TA’ RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA

     

     

    0260

    Li minnhom: li minnhom huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz

     

     

    0270

    Li minnhom: fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE

     

     

    0280

    Maturità residwa ta’ < sena

     

     

    0285

    Maturità residwa ta’ >= sena u < sentejn

     

     

    0290

    Maturità residwa ta’ >= sentejn

     

     

     

    Proporzjonijiet u eżenzjonijiet ta’ subordinazzjoni

    0300

    FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI BĦALA PERSENTAĠĠ TAT-TREA

     

     

    0310

    Li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

    0320

    FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI BĦALA PERSENTAĠĠ TAT-TEM

     

     

    0330

    Li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

    0340

    Tapplika l-eżenzjoni ta’ subordinazzjoni stipulata fl-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013? (eżenzjoni ta’ 5 %)

     

     

    0350

    L-ammont aggregat ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati permessi jekk tiġi applikata d-diskrezzjoni ta’ subordinazzjoni stipulata fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjoni massima ta’ 3,5 %)

     

     

    0360

    Is-sehem tal-obbligazzjonijiet mhux subordinati totali li huwa inkluż fil-fondi proprji u fl-obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

    M 02.00 – Il-kapaċità u l-kompożizzjoni ta’ MREL u TLAC (gruppi / entitajiet ta’ riżoluzzjoni) (TLAC1)


     

    Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

    Rekwiżit tal-G-SII għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC)

    Entrata ta’ memorandum: Ammonti eliġibbli għall-finijiet tal-MREL, iżda mhux tat-TLAC

    0010

    0020

    0030

    0010

    FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

     

     

     

    0020

    Fondi proprji (eliġibbli)

     

     

     

    0030

    Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

     

     

     

    0040

    Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali (Eliġibbli)

     

     

     

    0050

    Kapital tal-Grad 2 (Eliġibbli)

     

     

     

    0060

    Obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

     

    0070

    Entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti

     

     

     

    0080

    li minnhom: obbligazzjonijiet eliġibbli meqjusa bħala strutturalment subordinati

     

     

     

    0090

    Obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

    0100

    Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni (mhux soġġetti għal anterjorità)

     

     

     

    0110

    Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn entitajiet oħrajn fi ħdan il-grupp ta’ riżoluzzjoni (mhux soġġetti għal anterjorità)

     

     

     

    0120

    Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019

     

     

     

    0130

    Strumenti tal-Grad 2 b’maturità residwa ta’ mill-inqas sena sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala entrati tal-Grad 2

     

     

     

    0132

    (-) Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli proprji subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

    0135

    (-) li minnu: ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati

     

     

     

    0140

    Obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

    0150

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità, qabel il-limitu massimu)

     

     

     

    0160

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 (qabel il-limitu massimu)

     

     

     

    0162

    (-) Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli proprji mhux subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

    0165

    (-) li minnu: ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati

     

     

     

    0170

    Ammonti eliġibbli wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu tal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (mhux soġġetti għal anterjorità)

     

     

     

    0180

    Ammonti eliġibbli wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu tal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jikkonsistu f’entrati maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019

     

     

     

    0190

    (-) Tnaqqis

     

     

     

    0200

    (-) Skoperturi bejn gruppi ta’ riżoluzzjoni b’punt ta’ dħul multiplu (MPE)

     

     

     

    0211

    (-) Investimenti fi strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn

     

     

     

    0220

    Eċċess tat-tnaqqis mill-obbligazzjonijiet eliġibbli fuq l-obbligazzjonijiet eliġibbli (imnaqqas mill-Grad 2)

     

     

     

    ENTRATI TA’ MEMORANDUM

     

     

     

    0400

    CET1 (%) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-entità

     

     

     

    0410

    Rekwiżit ta’ riżerva kombinat (%)

     

     

     

    0420

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni ta’ kapital

     

     

     

    0430

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika

     

     

     

    0440

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva għar-riskju sistemiku

     

     

     

    0450

    li minnhom: Riżerva għal Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti (G-SII) jew Istituzzjoni Oħra Sistematikament Importanti (O-SII)

     

     

     

    0460

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ istituzzjonijiet oħrajn

     

     

     

    0470

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ G-SIIs

     

     

     

    0480

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ O-SIIs

     

     

     

    0490

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ istituzzjonijiet oħrajn

     

     

     

    0500

    Obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

    0600

    Permessi ad hoc għal elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli: Ammont predeterminat

     

     

     

    0610

    Permessi ġenerali minn qabel għal elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli: Ammont predeterminat

     

     

     

    M 03.00 – MREL intern u TLAC interna (ILAC)


     

     

    MREL intern

    TLAC interna

    0010

    0020

    0010

    Livell ta' applikazzjoni

     

     

     

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u l-kejl tal-iskopertura totali

    0100

    Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA)

     

     

    0110

    Kejl tal-iskopertura totali (TEM)

     

     

     

    Fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

    0200

    Fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

    0210

    Fondi proprji eliġibbli

     

     

    0220

    Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)

     

     

    0230

    Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali Eliġibbli

     

     

    0240

    Kapital tal-Grad 2 Eliġibbli

     

     

    0250

    Obbligazzjonijiet u garanziji eliġibbli

     

     

    0260

    Obbligazzjonijiet eliġibbli (esklużi l-garanziji)

     

     

    0265

    (-) Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli proprji: Ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati

     

     

    0270

    Garanziji pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u permessi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni

     

     

    0280

    Entrata ta’ memorandum: Parti kollateralizzata tal-garanzija

     

     

    0290

    (-) Strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn entitajiet mhux ta’ riżoluzzjoni tal-istess grupp ta’ riżoluzzjoni

     

     

    0293

    (-) li minnu: Strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet ta’ likwidazzjoni

     

     

    0295

    Eċċess tat-tnaqqis mill-obbligazzjonijiet eliġibbli fuq l-obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

     

    Il-proporzjonijiet ta’ fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

    0400

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA

     

     

    0410

    li minnhom: garanziji permessi

     

     

    0420

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TEM

     

     

    0430

    li minnhom: garanziji permessi

     

     

    0440

    CET1 (%) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-entità

     

     

     

    Entrati fil-memorandum

    0500

    Rekwiżit ta’ riżerva kombinat (%)

     

     

    0510

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni ta’ kapital

     

     

    0520

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika

     

     

    0530

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva għar-riskju sistemiku

     

     

    0540

    li minnhom: Riżerva għal Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti (G-SII) jew Istituzzjoni Oħra Sistematikament Importanti (O-SII)

     

     

    0550

    Obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna

     

     

    0560

    li minnhom: li minnhom huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz

     

     

    0570

    li minnhom: fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE

     

     

    0580

    Maturità residwa ta’ < sena

     

     

    0590

    Maturità residwa ta’ >= sena u < sentejn

     

     

    0600

    Maturità residwa ta’ >= sentejn

     

     

    0610

    Obbligazzjonijiet esklużi

     

     

    0620

    Strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet ta’ likwidazzjoni tal-istess grupp ta’ riżoluzzjoni

     

     

    0630

    Proporzjon ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet ta’ likwidazzjoni fuq fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

    M 04.00 – L-istruttura ta’ finanzjament tal-obbligazzjonijiet eliġibbli (LIAB MREL)


     

     

    Ammont eliġibbli għal MREL / MREL intern

    0010

    0100

    OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

     

    0200

    Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali >= sena

     

    0210

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

     

    0220

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

     

    0230

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

     

    0300

    Obbligazzjonijiet garantiti mhux kollateralizzati >= sena

     

    0310

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

     

    0320

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

     

    0330

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

     

    0400

    Noti strutturati >= sena

     

    0410

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

     

    0420

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

     

    0430

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

     

    0500

    Obbligazzjonijiet superjuri mhux garantiti >= sena

     

    0510

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

     

    0520

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

     

    0530

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

     

    0600

    Obbligazzjonijiet superjuri mhux preferuti >= sena

     

    0610

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

     

    0620

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

     

    0630

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

     

    0700

    Obbligazzjonijiet subordinati (mhux rikonoxxuti bħala fondi proprji) >= sena

     

    0710

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

     

    0720

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

     

    0730

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

     

    0800

    Obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ta’ MREL >= sena

     

    0810

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

     

    0820

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

     

    0830

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

     

    M 05.00 – Klassifikazzjoni tal-kredituri (entità li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni) (TLAC2)


    Grad ta’ insolvenza

    Tip ta’ kreditur

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza

     

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji

     

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

     

    li minnhom: obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

     

    li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini ta’ MREL intern

    li minnhom: b’maturità residwa ta’

    li minnhom: titoli perpetwi

    ≥ sena

    < sentejn

    ≥ sentejn

    < 5 snin

    ≥ 5 snin

    < 10 snin

    ≥ 10 snin

    0010

    0020

    0030

    0040

    0050

    0060

    0070

    0080

    0090

    0100

    0110

    0120

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    M 06.00 – Klassifikazzjoni tal-kredituri (entitajiet ta’ riżoluzzjoni) (TLAC3)


    Grad ta’ insolvenza

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza

     

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji

     

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

     

    li minnhom: obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

    li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jissodisfaw l-MREL

    li minnhom: b’maturità residwa ta’

    li minnhom: titoli perpetwi

    ≥ sena

    < sentejn

    ≥ sentejn

    < 5 snin

    ≥ 5 snin

    < 10 snin

    ≥ 10 snin

    0010

    0020

    0030

    0040

    0050

    0060

    0070

    0080

    0090

    0100

    0110

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    M 07.00 – Strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz (MTCI)s


    Entità emittenti

    Identifikatur tal-kuntratt

    Il-liġi regolatorja (pajjiż terz)

    Ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni

    Trattament regolatorju

    Ammont

    Grad fi proċedimenti normali ta’ insolvenza

    Maturità

    (L-ewwel) Data eżerċitabbli

    Talba regolatorja (Iva/Le)

    Isem

    Kodiċi

    Tip ta' kodiċi

    Tip ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli

    Tip ta' strument

    Liġi regolatorja

    Grad ta’ insolvenza

    0010

    0020

    0030

    0040

    0050

    0060

    0070

    0080

    0090

    0100

    0110

    0120

    0130

    0140

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    ANNESS II

    RAPPORTAR DWAR IR-REKWIŻIT MINIMU GĦALL-FONDI PROPRJI U L-OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI – STRUZZJONIJIET

    PARTI I

    STRUZZJONIJIET ĠENERALI

    1.   Struttura u konvenzjonijiet

    1.1.   Struttura

    1.

    Dan il-qafas għar-rapportar dwar l-MREL u t-TLAC jikkonsisti f’erba’ gruppi ta’ mudelli:

    (a)

    ammonti: metriċi ewlenin tal-MREL u t-TLAC;

    (b)

    kompożizzjoni u maturità;

    (c)

    klassifikazzjoni tal-kredituri;

    (d)

    informazzjoni speċifika għall-kuntratti.

    2.

    Għal kull formola jissemmew ir-referenzi legali. Aktar informazzjoni dettaljata rigward aspetti aktar ġenerali tar-rapportar ta’ kull sett ta’ mudelli u struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi hija inkluża f’din il-Parti.

    1.2.   Konvenzjoni tan-numerazzjoni

    3.

    Meta ssir referenza għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-mudell, id-dokument isegwi l-konvenzjoni dwar it-tikkettar stabbilita fil-punti (a) sa (d). Dawk il-kodiċijiet numeriċi jintużaw b’mod estensiv fir-regoli ta’ validazzjoni definiti f’konformità mal-Anness III.

    (a)

    tiġi segwita n-notazzjoni ġenerali li ġejja: {Mudell;Ringiela;Kolonna};

    (b)

    ir-referenzi f’mudell ma jinkludux indikazzjoni tal-mudell: {Ringiela;Kolonna};

    (c)

    fil-każ ta’ mudelli b’kolonna waħda biss, issir referenza biss għar-ringieli: {Mudell;Ringiela};

    (d)

    jintuża sinjal ta’ asterisk biex jesprimi li r-referenza tkopri r-ringieli jew il-kolonni speċifikati qabel.

    1.3.   Il-konvenzjoni dwar is-sinjali

    4.

    Kwalunkwe ammont li jżid il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, il-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja jew ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrapportati bħala ċifra pożittiva. Għall-kuntrarju, kwalunkwe ammont li jnaqqas il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, il-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja jew ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrapportati bħala ċifra negattiva. Meta jkun hemm sinjal negattiv (-) qabel it-tikketta ta’ entrata, ma jkun mistenni li tiġi rrapportata ebda ċifra pożittiva għal dik l-entrata.

    1.4.   Abbrevjazzjonijiet u definizzjonijiet

    5.

    Għall-finijiet tal-Annessi għal dan ir-Regolament japplikaw it-taqsiriet u d-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “MREL” jirreferi għar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE;

    (b)

    “TLAC” jirreferi għar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) skont l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (c)

    “TLAC interna” jirreferi għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE skont l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (d)

    “MREL intern” jirreferi għall-MREL applikat għal entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE;

    (e)

    “ammont ta’ permess minn qabel mhux użat” ifisser l-ammont kopert minn permess minn qabel biex jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid strumenti ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 78a ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli, sal-punt li l-entità relatriċi tkun għadha ma użatx dak l-ammont biex tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti. Meta l-permess ikun permess ad hoc u jirreferi għal strumenti eżerċitabbli fejn ma tingħata l-ebda ċertezza suffiċjenti li l-opzjoni eżerċitabbli se tiġi eżegwita, l-ammont ta’ permess minn qabel mhux użat għandu jeskludi kwalunkwe strument bħal dan;

    (f)

    “ammont ta’ permess ad hoc mhux użat” ifisser l-ammont kopert minn permess ad hoc minn qabel biex jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid strumenti speċifiċi ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 78(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 28(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 (1) jew strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli speċifiċi f’konformità mal-Artikoli 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 32b(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014, kif applikabbli, sal-punt li l-entità relatriċi tkun għadha ma użatx dak l-ammont biex tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid dawk l-istrumenti. Meta l-permess jirreferi għal strumenti eżerċitabbli fejn ma tingħata l-ebda ċertezza suffiċjenti li l-opzjoni eżerċitabbli se tiġi eżegwita, l-ammont ta’ permess minn qabel mhux użat għandu jeskludi kwalunkwe strument bħal dan;

    (g)

    “ammont ta’ permess ġenerali mhux użat” jew “ammont GPP mhux użat” ifisser l-ammont kopert minn permess minn qabel biex jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid strumenti ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 jew strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikoli 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 32b(3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014, kif applikabbli, sal-punt li l-entità relatriċi tkun għadha ma użatx dak l-ammont biex tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid dawk l-istrumenti.

    PARTI II

    STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLI

    1.   Ammonti: M 01.00 – Metriċi ewlenin għall-MREL u t-TLAC (KM2)

    1.1.   Kummenti ġenerali

    1.

    Il-kolonna li tirreferi għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) għandha timtela minn entitajiet li huma soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45e tad-Direttiva 2014/59/UE. Huma biss dawk l-entitajiet obbligati li jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għandhom jirrapportaw l-entrati li jirreferu għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC).

    1.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

    Kolonni

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010

    Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

    L-Artikoli 45 u 45e tad-Direttiva 2014/59/UE

    0020

    Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs (TLAC)

    L-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013


    Ringiela

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0100-0120

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u l-kejl tal-iskopertura totali

    0100

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA)

    L-Artikolu 45(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju rrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew tal-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

    0110

    Kejl tal-iskopertura totali (TEM)

    L-Artikolu 45(2), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Il-kejl tal-iskopertura totali rrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun il-kejl tal-iskopertura totali, li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

    0200-0230

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    0200

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    MREL

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għall-MREL għandu jiġi rrapportat bħala s-somma ta’:

    (i)

    fondi proprji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (118), u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (ii)

    obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (71a), tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    TLAC

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC) għandu jkun l-ammont imsemmi fl-Artikolu 72 l tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jikkonsisti fi:

    (i)

    fondi proprji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (118), u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (ii)

    obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72k tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0210

    Li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati li jgħoddu għall-MREL għandu jiġi rrapportat bħala s-somma ta’:

    (i)

    fondi proprji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (118), u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (ii)

    obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE li huma strumenti eliġibbli subordinati kif definiti fil-punt fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) ta’ dik id-Direttiva;

    (iii)

    obbligazzjonijiet inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Fil-każ tal-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 55 stipulat fid-Direttiva 2014/59/UE.

    Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati, l-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti netti minn

    (i)

    fejn applikabbli, parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati proprji, kif imsemmi fl-Artikolu 72e(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u

    (ii)

    ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess minn qabel ikopri strumenti ta’ obbligazzjonijiet subordinati b’mod ġenerali jew strument speċifiku ta’ obbligazzjonijiet subordinati.

    0220

    Li minnhom: huma regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti netti minn:

    (i)

    parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli proprji, kif imsemmi fl-Artikolu 72e(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn applikabbli, u parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (f), l-Artikolu 56, il-punt (a), u l-Artikolu 66, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, irregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz; kif ukoll

    (ii)

    ammonti ta’ permessi ad hoc mhux użati, sa fejn il-permess minn qabel ikopri strument ta’ fondi proprji jew strument ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli speċifiċi li huwa rregolat mil-liġi ta’ pajjiż terz.

    0230

    Li minnhom: fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz u li fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti netti minn

    (i)

    parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli proprji, kif imsemmi fl-Artikolu 72e(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn applikabbli, u parteċipazzjonijiet fi strumenti ta’ fondi proprji, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (f), l-Artikolu 56, il-punt (a), u l-Artikolu 66, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, irregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz u li fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE u

    (ii)

    l-ammonti ta’ permessi ad hoc mhux użati, sa fejn dak il-permess jkopri strument ta’ fondi proprji jew strument speċifiku ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz u li fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0250-0290

    Obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna

    Entitajiet li, fid-data tar-rapportar ta’ dik l-informazzjoni, iżommu ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ mill-inqas 150 % tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu eżentati mir-rapportar tal-informazzjoni fir-ringieli 0250 sa 0290. Tali entitajiet jistgħu jagħżlu li jirrapportaw dik l-informazzjoni f’dan il-mudell fuq bażi volontarja.

    L-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri strument ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, għandhom jitqiesu bħala obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna għall-finijiet ta’ dawn ir-ringieli.

    0250

    Obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (71) tad-Direttiva 2014/59/UE, li mhumiex inklużi fil-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45b ta’ dik id-Direttiva.

    0260

    Li minnhom: huma regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0270

    Li minnhom: fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz u li fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0280 - 0290

    Diżaggregazzjoni ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna skont il-maturità residwa

    0280

    Maturità residwa ta’ < sena

    0285

    Maturità residwa ta’ >= sena u < sentejn

    0290

    Maturità residwa ta’ >= sentejn

    0300-0360

    Proporzjonijiet u eżenzjonijiet ta’ subordinazzjoni

    0300

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala perċentwal tat-TREA

    Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jiġi rrapportat fir-ringiela 0200 għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0310

    Li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

    Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati li jiġi rrapportat fir-ringiela 0210 għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0320

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala perċentwal tat-TEM

    Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jiġi rrapportat fir-ringiela 0200 għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 429(4) u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0330

    Li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

    Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jiġi rrapportat fir-ringiela 0210 għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 429(4) u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0340

    Tapplika l-eżenzjoni ta’ subordinazzjoni stipulata fl-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013? (eżenzjoni ta’ 5 %)

    Din ir-ringiela għandha tiġi rrapportata biss minn entitajiet soġġetti għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (rekwiżit tat-TLAC).

    Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entità li tirrapporta għandha tindika “iva” fil-kolonna 0020.

    Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tippermettix li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entità li tirrapporta għandha tindika “le” fil-kolonna 0020.

    Billi l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 72b(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma esklussivi b’mod reċiproku, din ir-ringiela ma għandhiex timtela jekk l-entità li tirrapporta tkun imliet {r0350}.

    0350

    L-ammont aggregat ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati permessi jekk tiġi applikata d-diskrezzjoni tas-subordinazzjoni stipulata fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjoni massima ta’ 3,5 %)

    Ammont aggregat ta’ obbligazzjonijiet mhux subordinati li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ppermettiet li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini tar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC) f’konformità mal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew li jikkwalifikaw skont l-Artikolu 494(3) ta’ dak ir-Regolament.

    Billi l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 72b(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma esklussivi b’mod reċiproku, din ir-ringiela ma għandhiex timtela jekk l-entità li tirrapporta tindika “iva” {r0340,c0020}.

    0360

    Is-sehem tal-obbligazzjonijiet mhux subordinati totali li huwa inkluż fil-fondi proprji u fl-obbligazzjonijiet eliġibbli

    Din ir-ringiela għandha tiġi rrapportata biss minn entitajiet soġġetti għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (rekwiżit tat-TLAC).

    Jekk tapplika eżenzjoni ta’ subordinazzjoni limitata stipulata fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entitajiet għandhom jirrapportaw:

    (i)

    l-ammont ta’ obbligazzjonijiet maħruġa li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u huwa inkluż fl-ammont irrapportat fir-ringiela 0200 (wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu),

    (ii)

    diviż bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet maħruġa li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jkunu rikonoxxuti taħt ir-ringiela 0200 jekk ma jkun ġie applikat l-ebda limitu massimu.

    2.   Kompożizzjoni u maturità

    2.1.   M 02.00 – il-kapaċità u l-kompożizzjoni tal-MREL u tat-TLAC (gruppi u entitajiet ta’ riżoluzzjoni) (TLAC1)

    2.1.1.   Kummenti ġenerali

    2.

    Il-mudell M 02.00 – il-kapaċità u l-kompożizzjoni tal-MREL u tat-TLAC (gruppi u entitajiet ta’ riżoluzzjoni) (TLAC1) jipprovdi aktar dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    3.

    Il-kolonna li tirreferi għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) għandha timtela minn entitajiet li huma soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45e tad-Direttiva 2014/59/UE. Huma biss dawk l-entitajiet obbligati li jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għandhom jirrapportaw l-entrati li jirreferu għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC).

    2.1.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

    Kolonna

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010

    Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

    L-Artikoli 45 u 45e tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0020

    Rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs (TLAC)

    L-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0030

    Entrata ta’ memorandum: Ammonti eliġibbli għall-finijiet ta’ MREL, iżda mhux ta’ TLAC

    Din il-kolonna għandha timtela biss minn entitajiet soġġetti għar-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs (TLAC).

    Din il-kolonna għandha tirrifletti d-differenza bejn l-ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45e ta’ dik id-Direttiva u l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.


    Ringiela

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010

    FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

    Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45e tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    MREL

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għall-MREL għandu jiġi rrapportat bħala s-somma ta’:

    (i)

    fondi proprji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (118), u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (ii)

    obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (71a), tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/EU.

    TLAC

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għar-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs (TLAC) għandu jkun l-ammont imsemmi fl-Artikolu 72 l tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jikkonsisti fi:

    (i)

    fondi proprji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (118), u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (ii)

    obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72k tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0020

    Fondi proprji (eliġibbli)

    Il-punt (118) tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Fil-każ tal-MREL, l-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss f’din ir-ringiela u fir-ringieli 0040 u 0050 jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0030

    Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

    L-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0040

    Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali (Eliġibbli)

    L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0050

    Kapital tal-Grad 2 (Eliġibbli)

    L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0060

    Obbligazzjonijiet eliġibbli

    MREL

    Obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (71a), tad-Direttiva 2014/59/UE; fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72k tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0070

    Entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti

    MREL

    Obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (71a), tad-Direttiva 2014/59/UE; fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti netti mill-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu rrapportati. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti netti mill-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, u nett mill-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    0080

    Li minnhom: obbligazzjonijiet eliġibbli meqjusa bħala strutturalment subordinati

    MREL

    Obbligazzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE minħabba li jinħarġu minn entità ta’ riżoluzzjoni li hija kumpanija azzjonarja u minħabba li ma hemmx obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikklassifikaw pari passu ma’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jew li huma subordinati għalihom.

    Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Din ir-ringiela għandha tinkludi wkoll l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkwalifikaw bħala riżultat tal-anterjorità f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti li ma jinkludux l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess minn qabel ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet li:

    (a)

    jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, b’mod partikolari, mar-rekwiżit stipulat l-Artikolu 72b(2), il-punt (d)(iii) ta’ dak ir-Regolament, iżda mhux mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (d)(i) jew (d)(ii) ta’ dak il-paragrafu, jew

    (b)

    jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief l-Artikolu 72b(2), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament, u li huma permessi jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 72b(4) ta’ dak ir-Regolament.

    Din ir-ringiela għandha tinkludi wkoll l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkwalifikaw bħala riżultat tal-anterjorità f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti li ma jinkludux l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess minn qabel ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fl-ewwel, fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.

    0090

    Obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

    MREL

    Obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE li huma strumenti eliġibbli subordinati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) ta’ dik id-Direttiva u obbligazzjonijiet inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45b(3) ta’ dik id-Direttiva. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti netti mill-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet permessi biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament. L-ammonti rrapportati għandhom jeskludu l-ammonti ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, u kif ukoll l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    0100

    Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni (mhux soġġetti għal anterjorità)

    MREL

    Obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE li huma strumenti eliġibbli subordinati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) ta’ dik id-Direttiva u li jinħarġu direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jinħarġu direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni li mhumiex anterjuri.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni ta’ obbligazzjonijiet permessi biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament, u li jinħarġu direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jinħarġu direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni li mhumiex anterjuri.

    Din ir-ringiela la għandha tinkludi l-porzjon amortizzat tal-istrumenti tal-Grad 2, fejn il-maturità li jifdal tkun akbar minn sena 1 (l-Artikolu 72a(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013), u lanqas l-obbligazzjonijiet eliġibbli soġġetti għal anterjorità skont l-Artikolu 494b ta’ dak ir-Regolament.

    0110

    Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn entitajiet oħrajn fi ħdan il-grupp ta’ riżoluzzjoni (mhux soġġetti għal anterjorità)

    MREL

    Obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE li jinħarġu minn sussidjarji u li huma inklużi fl-MREL f’konformità mal-Artikolu 45b(3) ta’ dik id-Direttiva. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jinħarġu direttament minn entitajiet oħrajn fil-grupp ta’ riżoluzzjoni li mhumiex anterjuri.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni ta’ obbligazzjonijiet permessi biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament, li jinħarġu minn sussidjarji u jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kkonsolidati ta’ entità f’konformità mal-Artikolu 88a ta’ dak ir-Regolament. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jinħarġu direttament minn entitajiet oħrajn fil-grupp ta’ riżoluzzjoni li mhumiex anterjuri.

    Din ir-ringiela la għandha tinkludi l-porzjon amortizzat tal-istrumenti tal-Grad 2, fejn il-maturità li jifdal tkun akbar minn sena 1 (l-Artikolu 72a(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013), u lanqas l-obbligazzjonijiet eliġibbli soġġetti għal anterjorità skont l-Artikolu 494b ta’ dak ir-Regolament.

    0120

    Entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019

    MREL

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

    (b)

    ikunu strumenti eliġibbli subordinati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) tad-Direttiva 2014/59/UE;

    (c)

    ikunu inklużi f’fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (d)

    fil-każ tal-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019.

    TLAC

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

    (b)

    jikkonformaw mal-Artikolu 72b(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (c)

    ikunu jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019.

    0130

    Strumenti tal-Grad 2 b’maturità residwa ta’ mill-inqas sena 1 sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala entrati tal-Grad 2

    L-Artikolu 72a(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Din ir-ringiela għandha tinkludi l-porzjon amortizzat tal-istrumenti tal-Grad 2, fejn il-maturità li jifdal tkun akbar minn sena 1. Huwa biss l-ammont mhux rikonoxxut f’fondi proprji, iżda li jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà kollha stipulati fl-Artikolu 72b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għandu jiġi rrapportat f’din ir-ringiela.

    Fil-każ tal-MREL, l-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0132

    (-) Strumenti ta’ obbligazzjonijiet proprji eliġibbli mhux subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

    MREL

    L-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 32b(2), (3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014

    Din ir-ringiela għandha tinkludi ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi. L-ammont f’din ir-ringiela għandu jkun ugwali għall-ammont fir-ringiela 0135 għall-MREL.

    TLAC

    L-Artikolu 72e(1), il-punt (a), u l-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 32b(2), (3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014

    Din ir-ringiela għandha tinkludi:

    (i)

    parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati proprji li jridu jitnaqqsu skont l-Artikolu 72e(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; kif ukoll

    (ii)

    ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi.

    0135

    (-) li minnu: ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati

    MREL u TLAC

    L-ammonti li ġejjin għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela:

    (i)

    ammonti ta’ permessi ad hoc minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi;

    (ii)

    ammonti ta’ GPP mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi.

    Meta permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fil-punt (ii) ma jispeċifikax il-klassifikazzjoni tal-istrumenti li jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid, l-ammont sħiħ tal-APE mhux użat għandu jiġi rrapportat f’din ir-ringiela.

    0140

    Obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

    MREL

    Obbligazzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE u li mhumiex kompletament subordinati għal pretensjonijiet li jirriżultaw mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti netti mill-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief fl-Artikolu 72b(2), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament, u huma rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament. Fejn japplika l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont irrapportat għandu jkun l-ammont wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu stipulat f’dak l-Artikolu. L-ammonti rrapportati għandhom jeskludu l-ammonti ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, u kif ukoll l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati għal obbligazzjonijiet esklużi.

    0150

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità qabel il-limitu massimu)

    MREL

    Obbligazzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45b(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2014/59/UE u li mhumiex kompletament subordinati għal pretensjonijiet li jirriżultaw mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li ma jkunux subordinati għal obbligazzjonijiet esklużi u mingħajr anterjorità.

    TLAC

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-Artikolu 72b(2), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament, u li jistgħu kunu permessi jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(3) ta’ dak ir-Regolament jew li huma permessi jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(4) ta’ dak ir-Regolament. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li ma jkunux subordinati għal obbligazzjonijiet esklużi u mingħajr anterjorità.

    Fejn japplika l-Artikolu 72b(3) jew l-Artikolu 494(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi rrapportat l-ammont sħiħ mingħajr applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 3,5 %, u tal-limitu massimu ta’ 2,5 %, rispettivament, f’din ir-ringiela.

    Din ir-ringiela ma għandha tinkludi l-ebda ammont rikonoxxibbli fuq bażi tranżitorja f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0160

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 (qabel il-limitu massimu)

    MREL

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

    (b)

    ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45b(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2014/59/UE u ma jkunux kompletament subordinati għal pretensjonijiet li jirriżultaw mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (c)

    ikunu jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li ma jkunux subordinati għal obbligazzjonijiet esklużi u li jkunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019.

    TLAC

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

    (b)

    jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-Artikolu 72b(2), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament, u li jistgħu kunu permessi jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(3) ta’ dak ir-Regolament jew li huma permessi jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(4) ta’ dak ir-Regolament;

    (c)

    ikunu jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu l-ammonti qabel jitnaqqsu l-ammonti mhux użati ta’ permessi minn qabel, sal-punt li l-permess ikopri strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għal obbligazzjonijiet esklużi u li nħarġu qabel s-27 ta’ Ġunju 2019. Fejn japplika l-Artikolu 72b(3) jew l-Artikolu 494(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont sħiħ mingħajr l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 3,5 % u 2,5 % rispettivament għandu jiġi rrapportat f’din ir-ringiela.

    0162

    (-) Strumenti ta’ obbligazzjonijiet proprji eliġibbli mhux subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi

    MREL

    L-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 32b(2), (3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014

    Din ir-ringiela għandha tinkludi ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi. L-ammont f’din ir-ringiela għandu jkun ugwali għall-ammont fir-ringiela 0165 għall-MREL.

    TLAC

    L-Artikolu 72e(1), il-punt (a), u l-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 32b(2), (3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014

    Din ir-ringiela għandha tinkludi:

    (i)

    parteċipazzjonijiet ta’ strumenti proprji ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati li jridu jitnaqqsu skont l-Artikolu 72e(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; kif ukoll

    (ii)

    ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi.

    0165

    (-) li minnu: ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati

    MREL u TLAC

    L-ammonti li ġejjin għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela:

    (i)

    ammonti ta’ permessi ad hoc mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi;

    (ii)

    ammonti GPP mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi.

    Meta permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fil-punt (ii) ma jispeċifikax il-klassifikazzjoni tal-istrumenti li jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid, l-ammont sħiħ tal-APE mhux użat għandu jiġi rrapportat fir-ringiela 0135, mhux f’din ir-ringiela.

    0170

    Ammonti eliġibbli wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu tal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (mhux soġġetti għal anterjorità)

    TLAC

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-Artikolu 72b(2), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament, wara li jiġi applikati l-Artikolu 72b(3) sa (5) ta’ dak ir-Regolament, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet rikonoxxuti skont l-anterjorità stabbilita fl-Artikolu 494b(3) ta’ dak ir-Regolament.

    Fejn japplika l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-ammont irrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 494(2) ta’ dak ir-Regolament (limitu massimu ta’ 2,5 %).

    0180

    Ammonti eliġibbli wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu tal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikkonsisti fl-entrati maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019

    TLAC

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

    (b)

    ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-Artikolu 72b(2), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament, wara li jiġi applikat l-Artikolu 72b(3) sa (5) ta’ dak ir-Regolament;

    (c)

    ikunu jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Fejn japplika l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-ammont irrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 494(2) ta’ dak ir-Regolament (limitu massimu ta’ 2,5 %).

    0190

    (-) Tnaqqis

    0200

    (-) Skoperturi bejn gruppi ta’ riżoluzzjoni b’punt ta’ dħul multiplu (MPE)

    TLAC

    Din ir-ringiela għandha tirrifletti t-tnaqqis tal-iskoperturi bejn il-gruppi ta’ riżoluzzjoni tal-MPE G-SII, li jikkorrispondu għal parteċipazzjonijiet diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ sussidjarja waħda jew aktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-entità ta’ riżoluzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 72e(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0211

    (-) Investimenti fi strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn

    TLAC

    L-entitajiet għandhom jirrapportaw it-tnaqqis tal-investimenti fi strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 72e(1), il-punti (b), (c) u (d), fl-Artikolu 72e(2) u (3) u fl-Artikoli 72g sa 72j tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, , fejn l-ammont li għandu jitnaqqas mill-entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jiġi ddeterminat f’konformità mal-Parti Tnejn, it-Titolu I, il-Kapitolu 5a, it-Taqsima 2, ta’ dak ir-Regolament.

    0220

    Eċċess tat-tnaqqis mill-obbligazzjonijiet eliġibbli fuq l-obbligazzjonijiet eliġibbli

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli ma jistgħux ikunu negattivi, iżda huwa possibbli li l-ammont tat-tnaqqis mill-entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jkun akbar mill-entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli. Meta jiġri dan, l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jkunu ugwali għal żero, u l-eċċess tat-tnaqqis għandu jitnaqqas mill-Grad 2 f’konformità mal-Artikolu 66, il-punt(e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    B’din l-entrata, jirriżulta li l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif irrapportati fir-ringiela 0060 qatt ma jkunu inqas minn żero.

    0400-0500

    Entrati fil-memorandum

    0400

    CET1 (%) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-entità

    L-ammont ta’ CET1, ugwali għal żero jew pożittiv, disponibbli wara li jiġu ssodisfati kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 141a(1), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE (2) u l-ogħla minn:

    (a)

    fejn applikabbli, ir-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ir-rekwiżit TLAC), meta kkalkolat f’konformità mal-paragrafu (1), il-punt (a) ta’ dak l-artikolu;

    (b

    ) ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE, meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 45(2), il-punt (a) ta’ dik id-Direttiva.

    Is-CET1 disponibbli għandu jiġi espress f’perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif irrapportat fir-ringiela 0100 tal-mudell M 01.00.

    Iċ-ċifra rrapportata għandha tkun identika kemm fil-kolonni tal-MREL kif ukoll f’dawk tat-TLAC.

    Din għandha tqis l-effett tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fuq il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u r-rekwiżiti nfushom. La l-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE u lanqas ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-Artikolu 128, l-ewwel subparagrafu, il-punt (6) ta’ dik id-Direttiva, ma għandhom jiġu kkunsidrati.

    0410

    Rekwiżit ta’ riżerva kombinat (%)

    L-Artikolu 128, l-ewwel subparagrafu, il-punt (6) tad-Direttiva 2013/36/UE

    Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-ammont totali ta’ skopertura għar-riskju.

    0420

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni ta’ kapital

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital.

    0430

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika.

    0440

    li minnhom: ir-rekwiżit tar-riżerva għar-riskju sistemiku

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva għar-riskju sistemiku.

    0450

    li minnhom: Riżerva għal Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti (G-SII) jew Istituzzjoni Oħra Sistematikament Importanti (O-SII)

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva G-SII jew O-SII.

    0460

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ istituzzjonijiet oħrajn

    Il-pożizzjonijiet irrapportati f’din ir-ringiela u fir-ringieli 0470 sa 0490 għandhom jiġu ddeterminati billi jitqiesu l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 72h tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (pożizzjonijiet twal netti, approċċ taċ-ċar kristall).

    0470

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ G-SIIs

    L-ammont ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni tal-istrumenti skont l-Artikolu 72b(3) sa (5) ta’ dak ir-Regolament, li jinħarġu mill-G-SIIs.

    0480

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ O-SIIs

    L-ammont ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jinħarġu mill-O-SIIs.

    L-investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati tal-O-SIIs li fl-istess ħin huma G-SIIs ma għandhomx jiġu rrapportati f’din ir-ringiela, iżda esklussivament fir-ringiela 0470.

    0490

    Investimenti f’obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati ta’ istituzzjonijiet oħrajn

    L-ammont ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jinħarġu minn istituzzjonijiet li la huma G-SIIs u lanqas O-SIIs.

    0500

    Obbligazzjonijiet esklużi

    L-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    0600

    Permessi ad hoc għal elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli: Ammont predeterminat

    L-ammonti koperti minn permess ad hoc preċedenti biex jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli speċifiċi f’konformità mal-Artikolu 78a(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 32b(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela. Dan għandu jinkludi kemm l-ammonti użati kif ukoll dawk mhux użati.

    0610

    Permessi ġenerali minn qabel għal entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli: Ammont predeterminat

    L-ammonti koperti minn permess ġenerali minn qabel biex jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 32b(3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela. Dan għandu jinkludi kemm l-ammonti użati kif ukoll dawk mhux użati.

    2.2.   M 03.00 – MREL Intern u TLAC Interna (ILAC)

    2.2.1.   Kummenti ġenerali

    4.

    Il-mudell M 03.00 jippreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet ta’

    (a)

    ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE (MREL intern); kif ukoll

    (b)

    ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE applikabbli għal sussidjarji materjali ta’ G-SIIs ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (TLAC interna).

    5.

    Il-kolonna li tirreferi għall-MREL intern għandha timtela minn entitajiet li huma soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikoli 45 u 45f tad-Direttiva 2014/59/UE. Huma biss dawk l-entitajiet obbligati li jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għandhom jirrapportaw l-entrati li jirreferu għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC).

    2.2.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

    Kolonni

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010

    MREL intern

    L-Artikoli 45 u 45f tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0020

    TLAC interna

    L-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.


    Ringiela

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010

    Livell ta' applikazzjoni

    Jekk l-entità tkun soġġetta għall-MREL intern u, fejn applikabbli, TLAC interna, fuq bażi individwali, hija għandha tindika “individwali”.

    Jekk l-entità tkun soġġetta għall-MREL intern u, fejn applikabbli, TLAC interna, fuq bażi konsolidata, hija għandha tindika “konsolidata”.

    0100-0110

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u l-kejl tal-iskopertura totali

    0100

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA)

    L-Artikolu 45(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju rrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew tal-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, rispettivament kif applikabbli.

    0110

    Kejl tal-iskopertura totali (TEM)

    L-Artikolu 45(2), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Il-kejl tal-iskopertura totali rrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun il-kejl tal-iskopertura totali, li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, rispettivament kif applikabbli.

    0200 - 0295

    Fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

    0200

    Fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

    MREL intern

    Is-somma tal-fondi proprji eliġibbli, l-obbligazzjonijiet eliġibbli u l-garanziji permessi li jgħoddu għall-MREL intern f’konformità mal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, billi jitqies ukoll, fejn applikabbli, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 89(2) ta’ dik id-Direttiva.

    Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    L-ammont irrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont wara li jsir it-tnaqqis f’konformità mal-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    TLAC interna

    Il-fondi proprji eliġibbli u l-obbligazzjonijiet eliġibbli permessi li jgħoddu għat-TLAC interna f’konformità mal-Artikolu 92b(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-ammont irrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont wara li jsir it-tnaqqis f’konformità mal-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0210

    Fondi proprji eliġibbli

    Is-somma tal-kapital CET1, il-kapital tal-Grad 1 addizzjonali eliġibbli u l-kapital tal-Grad 2 eliġibbli

    Fil-każ tal-MREL intern, l-istrumenti msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 89(2) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu inklużi f’din ir-ringiela u fir-ringieli 0230 u 0240, fejn japplika dak il-paragrafu.

    L-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss f’din ir-ringiela u fir-ringieli 0230 u 0240 jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti l-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva.

    0220

    Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)

    L-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0230

    Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali Eliġibbli

    L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    MREL intern

    L-istrumenti għandhom jiġu kkunsidrati biss meta jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 45f(2), fil-punt (b)(ii), tad-Direttiva 2014/59/UE.

    TLAC interna

    L-istrumenti għandhom jiġu kkunsidrati biss meta jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0240

    Kapital tal-Grad 2 Eliġibbli

    L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    MREL intern

    L-istrumenti għandhom jiġu kkunsidrati biss meta jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 45f(2), fil-punt (b)(ii), tad-Direttiva 2014/59/UE.

    TLAC interna

    L-istrumenti għandhom jiġu kkunsidrati biss meta jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0250

    Obbligazzjonijiet u garanziji eliġibbli

    0260

    Obbligazzjonijiet eliġibbli (esklużi l-garanziji)

    MREL intern

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 45f(2), il-punt (a), billi jitqies ukoll, fejn applikabbli, l-Artikolu 89(2), ir-raba’ subparagrafu ta’ dik id-Direttiva.

    Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    TLAC interna

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 72k tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn dawk l-obbligazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 92b(3) ta’ dak ir-Regolament.

    L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ammonti qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    0265

    (-) Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli proprji: Ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati

    L-ammonti li ġejjin għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela:

    (i)

    ammonti ta’ permessi ad hoc minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;

    (ii)

    ammonti ta’ GPP mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    0270

    Garanziji pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u permessi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni

    Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja tippermetti lill-entità li tirrapporta tissodisfa r-rekwiżit tal-MREL intern bil-garanziji, għandu jiġi rrapportat l-ammont ta’ garanziji li huma pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0280

    Entrata ta’ memorandum: Parti kollateralizzata tal-garanzija

    Il-parti tal-garanzija rrapportata fir-ringiela 0270 li hija kollateralizzata permezz ta’ arranġament kollaterali finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 45f(5), il-punt (c), tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0290

    (-) Strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn entitajiet mhux ta’ riżoluzzjoni tal-istess grupp ta’ riżoluzzjoni

    Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li għandhom jitnaqqsu f’konformità mal-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 45c (2a), il-ħames subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela.

    Għall-kalkolu tat-tnaqqis skont l-Artikolu 45c (2a) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandu jintuża l-proporzjon irrapportat fir-ringiela 0630.

    0293

    (-) li minnu: Strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet ta’ likwidazzjoni

    Għandhom jiġu rrapportati investimenti fl-istrumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet ta’ likwidazzjoni tal-istess grupp ta’ riżoluzzjoni, li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ddeterminatx rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE, li għandhom jitnaqqsu f’konformità mal-Artikolu 45c (2a), il-ħames subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Għall-kalkolu tat-tnaqqis skont l-Artikolu 45c (2a) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandu jintuża l-proporzjon irrapportat fir-ringiela 0630.

    0295

    Eċċess tat-tnaqqis mill-obbligazzjonijiet eliġibbli fuq l-obbligazzjonijiet eliġibbli

    L-obbligazzjonijiet eliġibbli ma jistgħux ikunu negattivi, iżda huwa possibbli li l-ammont tat-tnaqqis mill-entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jkun akbar mill-entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli. Meta jiġri dan, l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jkunu ugwali għal żero, u l-eċċess tat-tnaqqis għandu jitnaqqas mill-Grad 2 f’konformità mal-Artikolu 66, il-punt(e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    B’din l-entrata, jirriżulta li l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif irrapportati fir-ringiela 0251 qatt ma jkunu inqas minn żero.

    0400-0440

    Il-proporzjonijiet ta’ fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

    0400

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala perċentwal tat-TREA

    L-ammonti ta’ fondi proprji eliġibbli, obbligazzjonijiet eliġibbli u garanziji permessi tal-entità li tirrapporta li jgħoddu, rispettivament, għall-MREL intern u għat-TLAC interna, espressi bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0410

    li minnhom: garanziji permessi

    L-ammont ta’ fondi proprji eliġibbli, obbligazzjonijiet eliġibbli u garanziji permessi tal-entità li tirrapporta li huma garanziji pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u li huma rikonoxxuti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, li jgħodd għall-MREL intern, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0420

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala perċentwal tat-TEM

    L-ammonti ta’ fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità li tirrapporta li jgħodd, rispettivament, għall-MREL intern u għat-TLAC interna, espressi bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a ta’ dak ir-Regolament.

    0430

    li minnhom: garanziji permessi

    L-ammont ta’ fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità li tirrapporta li huma garanziji pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u li huma rikonoxxuti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, li jgħodd għall-MREL intern, espress bħala perċentwal tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0440

    CET1 (%) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-entità

    L-ammont ta’ CET1, ugwali għal żero jew pożittiv, disponibbli wara li jiġu ssodisfati kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 141a(1), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-ogħla minn:

    (a)

    fejn applikabbli, ir-rekwiżit tat-TLAC interna skont l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92b(1) ta’ dak ir-Regolament bħala 90 % tar-rekwiżiti tal-Artikolu 92a(1), il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament;

    (b)

    ir-rekwiżit tal-MREL intern skont l-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE, meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 45(2), il-punt (a) ta’ dik id-Direttiva.

    Is-CET1 disponibbli għandu jiġi espress f’perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif irrapportat fir-ringiela 0100.

    Iċ-ċifra rrapportata għandha tkun identika kemm fil-kolonni tal-MREL intern kif ukoll f’dawk tat-TLAC interna.

    Din għandha tqis l-effett tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fuq il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u r-rekwiżiti nfushom. La l-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE u lanqas ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-Artikolu 128, l-ewwel subparagrafu, il-punt (6) ta’ dik id-Direttiva, ma għandhom jiġu kkunsidrati.

    0500 - 0550

    Entrati fil-memorandum

    0500

    Rekwiżit ta’ riżerva kombinat (%)

    L-Artikolu 128, l-ewwel subparagrafu, il-punt (6) tad-Direttiva 2013/36/UE

    Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-ammont totali ta’ skopertura għar-riskju.

    0510

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni ta’ kapital

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital.

    0520

    li minnhom: ir-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika.

    0530

    li minnhom: ir-rekwiżit tar-riżerva għar-riskju sistemiku

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva għar-riskju sistemiku.

    0540

    li minnhom: Riżerva għal Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti (G-SII) jew Istituzzjoni Oħra Sistematikament Importanti (O-SII)

    L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva G-SII jew O-SII.

    0550-0600

    Obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna

    Entitajiet li, fid-data tar-rapportar ta’ dik l-informazzjoni, iżommu ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ mill-inqas 150 % tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu eżentati mir-rapportar tal-informazzjoni fir-ringieli 0550 sa 0600. Tali entitajiet jistgħu jagħżlu li jirrapportaw dik l-informazzjoni f’dan il-mudell fuq bażi volontarja.

    L-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati, sal-punt li l-permess ikopri strument ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, għandhom jitqiesu bħala obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna għall-finijiet ta’ dawn ir-ringieli.

    0550

    Obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna, kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2(71) tad-Direttiva 2014/59/UE, li mhumiex eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45 u 45f ta’ dik id-Direttiva.

    0560

    Li minnhom: huma regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0570

    Li minnhom: fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz u li fihom klawżola ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0580 - 0600

    Diżaggregazzjoni ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna skont il-maturità residwa

    0580

    Maturità residwa ta’ < sena

    0590

    Maturità residwa ta’ >= sena u < sentejn

    0600

    Maturità residwa ta’ >= sentejn

    0610

    Obbligazzjonijiet esklużi

    L-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0620

    Strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet mhux ta’ riżoluzzjoni tal-istess grupp ta’ riżoluzzjoni

    Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet mhux ta’ riżoluzzjoni li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni, parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni, u li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ddeterminatx rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Dan l-ammont għandu jiġi rrapportat f’din ir-ringiela irrispettivament minn jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45c (2a), il-ħames subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE jkunux issodisfati.

    0630

    Proporzjon ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet ta’ likwidazzjoni fuq fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli

    L-Artikolu 45c(2a) tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Il-proporzjon għandu jiġi kkalkulat biss għad-data ta’ rimessa tal-31 ta’ Diċembru. Għad-dati ta’ referenza l-oħra, għandu jiġi rrapportat il-proporzjon ikkalkulat mill-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.

    Il-proporzjon għandu jiġi rrapportat kif ġej:

    Numeratur: Medja tal-valur ta’ 12-il xahar tas-sena kalendarja rilevanti tal-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn entitajiet mhux ta’ riżoluzzjoni li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni, parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni, u li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ddeterminatx rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Denominatur: Il-medja tal-valuri ta’ kull 12-il xahar tas-sena kalendarja rilevanti tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità relatriċi, ikkalkulata mingħajr ma jitqies it-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c (2a) tad-Direttiva 2014/59/UE.

    2.3.   M 04.00 – Struttura ta’ finanzjament tal-obbligazzjonijiet eliġibbli (LIAB-MREL)

    2.3.1.   Kummenti ġenerali

    6.

    Dan il-mudell jeħtieġ informazzjoni dwar l-istruttura ta’ finanzjament tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ entitajiet soġġetti għall-MREL. L-obbligazzjonijiet eliġibbli jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ obbligazzjoni u maturità.

    7.

    L-entitajiet għandhom jirrapportaw biss l-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit Minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE (MREL / MREL intern) f’dan il-mudell.

    8.

    Meta l-entità relatriċi tkun entità ta’ riżoluzzjoni, l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (71a), tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu rrapportati qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati. Fil-każ ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, għandhom jiġu inklużi biss dawk l-obbligazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva.

    9.

    Meta l-entità li tirrapporta tkun entità għajr entità ta’ riżoluzzjoni, hija għandha tirrapporta l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 45f(2), il-punt (a) tad-Direttiva 2014/59/UE f’dan il-mudell, filwaqt li tqis ukoll, fejn applikabbli, l-Artikolu 89(2), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 ta’ dik id-Direttiva.

    10.

    Id-diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ obbligazzjoni hija bbażata fuq l-istess sett ta’ tipi ta’ obbligazzjoni użati fir-rapportar għall-finijiet tal-ippjanar ta’ riżoluzzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624. Ir-referenzi għal dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jingħataw biex jiddefinixxu t-tipi differenti ta’ obbligazzjonijiet.

    11.

    Meta tkun meħtieġa diżaggregazzjoni tal-maturità, il-maturità residwa għandha tkun iż-żmien sal-maturità kuntrattwali jew, f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 72c(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-aktar data kmieni possibbli li fiha tista’ tiġi eżerċitata l-opzjoni. Fil-każ ta’ pagamenti interim tal-kapital, il-kapital għandu jinqasam u jiġi allokat fit-taqsimiet tal-maturità korrispondenti. Fejn applikabbli, il-maturità għandha titqies separatament kemm għall-ammont ta’ kapital kif ukoll għall-imgħax dovut.

    2.3.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

    Ringiela

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0100

    OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

    0200

    Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali >= sena

    Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali, kif definiti għall-finijiet tar-ringiela 0320 tal-mudell Z 02.00 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624, li huma eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0210

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

    0220

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

    0230

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

    0300

    Obbligazzjonijiet garantiti mhux kollateralizzati >= sena

    Obbligazzjonijiet garantiti mhux kollateralizzati, kif definiti għall-finijiet tar-ringiela 0340 tal-mudell Z 02.00 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624, li huma eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0310

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

    0320

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

    0330

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

    0400

    Noti strutturati >= sena

    Noti strutturati, kif definiti għall-finijiet tar-ringiela 0350 tal-mudell Z 02.00 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624, li huma eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0410

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

    0420

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

    0430

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

    0500

    Obbligazzjonijiet superjuri mhux garantiti >= sena

    Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti, kif definiti għall-finijiet tar-ringiela 0360 tal-mudell Z 02.00 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624, li huma eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0510

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

    0520

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

    0530

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

    0600

    Obbligazzjonijiet superjuri mhux preferuti >= sena

    Obbligazzjonijiet privileġġjati mhux bi preferenza, kif definiti għall-finijiet tar-ringiela 0365 tal-mudell Z 02.00 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624, li huma eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0610

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

    0620

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

    0630

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

    0700

    Obbligazzjonijiet subordinati (mhux rikonoxxuti bħala fondi proprji) >= sena

    Obbligazzjonijiet subordinati, kif definiti għall-finijiet tar-ringiela 0370 tal-mudell Z 02.00 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624, li huma eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0710

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

    0720

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

    0730

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

    0800

    Obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ta’ MREL >= sena

    Kwalunkwe strument ieħor li huwa eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    0810

    li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

    0820

    li minnhom: maturità residwa >= sentejn

    0830

    li minnhom: maħruġa minn sussidjarji

    3.   Klassifikazzjoni tal-kredituri

    12.

    Il-mudelli M 05.00 u M 06.00 ikopru l-klassifikazzjoni tal-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-ġerarkija tal-kredituri. Iż-żewġ mudelli dejjem jiġu rrapportati fil-livell individwali.

    13.

    Fil-każ ta’ entitajiet li huma stess ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni, l-ammont attribwibbli għal kull grad jiġi diżaggregat aktar f’ammonti dovuti lill-entità ta’ riżoluzzjoni u ammonti oħrajn mhux dovuti lill-entità ta’ riżoluzzjoni, fejn applikabbli.

    14.

    Il-klassifikazzjoni tiġi ppreżentata mill-aktar subordinata sal-aktar superjuri. Ir-ringieli għall-gradi għandhom jiżdiedu sakemm ikunu ġew irrapportati l-aktar strument eliġibbli ta’ klassifikazzjoni superjuri u l-obbligazzjonijiet kollha li jikklassifikaw pari passu miegħu.

    3.1.   M 05.00 – Klassifikazzjoni tal-kredituri (entità li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni)

    3.1.1.   Kummenti ġenerali

    15.

    L-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw f’dan il-mudell:

    (a)

    Entrati CET1 kif imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (b)

    Entrati AT1 kif imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (c)

    Strumenti T2 u l-primjum azzjonarju assoċjat, kif imsemmi fl-Artikolu 62, il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża l-parti amortizzata tal-istrument mhux rikonoxxuta għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92 jew 92b ta’ dak ir-Regolament (UE) jew l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE; kif ukoll

    (d)

    strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw l-MREL intern;

    (e)

    obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna;

    (f)

    obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna; dawk l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna għandhom jiġu inklużi sal-punt li jikklassifikaw pari passu ma’ kwalunkwe strument inkluż fl-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet tal-MREL intern jew subordinati għalih.

    16.

    L-ammonti ta’ strumenti li jikkwalifikaw għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92 jew 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għandhom jitqiesu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrumenti u l-elementi elenkati fil-paragrafu 20.

    17.

    L-ammonti tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 20, il-punti (a), (b) u (c), għandhom ikunu l-ammont wara li jitnaqqsu l-parteċipazzjonijiet tal-istrumenti proprji kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (f), l-Artikolu 56, il-punt (a), u l-Artikolu 66, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    18.

    L-ammonti tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 20, il-punti (a) sa (d), għandhom ikunu l-ammont qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati.

    19.

    L-entitajiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda li huma soġġetti għall-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45f ta’ dik id-Direttiva, għandhom jirrapportaw f’din il-formola l-istrumenti u l-entrata speċifikati fil-paragrafu 20 ta’ din it-Taqsima, bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (f) ta’ dak il-paragrafu.

    20.

    B’deroga mill-paragrafu 24, dawk l-entitajiet jistgħu jagħżlu li jirrapportaw l-istess firxa ta’ fondi u l-obbligazzjonijiet proprji kif speċifikat fil-paragrafu 20.

    21.

    L-entitajiet li, fid-data tar-rapportar ta’ dik l-informazzjoni, iżommu ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ mill-inqas 150 % tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandhom jiġu eżentati mir-rapportar ta’ informazzjoni dwar obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna. Tali entitajiet jistgħu jagħżlu li jirrapportaw l-informazzjoni dwar obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna f’dan il-mudell fuq bażi volontarja.

    22.

    Il-kombinazzjoni tal-kolonni 0010 u 0020 hija identifikatur tar-ringiela li għandu jkun uniku għar-ringieli kollha fil-mudell.

    3.1.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

    Kolonni

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010

    Grad ta’ insolvenza

    Għandu jiġi rrapportat in-numru tal-grad ta’ insolvenza fil-ġerarkija tal-kredituri tal-entità li tirrapporta, li jibda bl-aktar grad subordinat.

    Il-grad ta’ insolvenza għandu jkun wieħed mill-gradi inklużi fil-klassifikazzjonijiet tal-insolvenza ppubblikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dik il-ġuriżdizzjoni.

    0020

    Tip ta’ kreditur

    It-tip ta’ kreditur għandu jkun waħda minn dawn li ġejjin:

    “Entità ta’ riżoluzzjoni”

    Din l-entrata għandha tintgħażel biex tirrapporta l-ammonti li huma direttament jew indirettament proprjetà tal-entità ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ entitajiet tul il-katina ta’ sjieda, fejn applikabbli.

    “Entitajiet għajr l-entità ta’ riżoluzzjoni”

    Din l-entrata għandha tintgħażel biex tirrapporta l-ammonti li huma proprjetà ta’ kredituri oħrajn, fejn applikabbli.

    0030

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza

    Id-deskrizzjoni inkluża fil-klassifikazzjonijiet tal-insolvenza ppubblikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dik il-ġuriżdizzjoni, fejn tkun disponibbli lista standardizzata li tinkludi tali deskrizzjoni. Inkella, id-deskrizzjoni proprja tal-grad ta’ insolvenza mill-istituzzjoni, li ssemmi mill-inqas it-tip ewlieni ta’ strument fil-grad ta’ insolvenza rispettiv.

    0040

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji

    Għandu jiġi rrapportat l-ammont ta’ fondi proprji, ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli u, fejn applikabbli, ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna li huwa allokat għall-grad ta’ insolvenza indikat fil-kolonna 0010.

    Fejn applikabbli, din il-kolonna għandha tinkludi wkoll obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna sal-punt li huma jikklassifikaw inqas minn jew pari passu mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    Fil-każ tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 24, din il-kolonna għandha titħalla vojta, sakemm dawk l-entitajiet ma jagħżlux li japplikaw id-deroga tal-paragrafu 25.

    0050

    Li minnhom: obbligazzjonijiet esklużi

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet esklużi f’konformità mal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew mal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li teskludi l-obbligazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 44(3) ta’ dik id-Direttiva, dawk l-obbligazzjonijiet esklużi għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna wkoll.

    Fil-każ tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 24, din il-kolonna għandha titħalla vojta, sakemm dawk l-entitajiet ma jagħżlux li japplikaw id-deroga tal-paragrafu 25.

    0060

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

    Fil-każ li l-entitajiet jimlew il-kolonna 0040, għandu jiġi rrapportat l-ammont ta’ obbligazzjonijiet u fondi proprji, kif irrapportat fil-kolonna 0040, imnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet esklużi rrapportat fil-kolonna 0050.

    Meta l-entitajiet ma jimlewx il-kolonna 0040, huma għandhom jirrapportaw il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet tal-MREL intern f’din il-kolonna. Obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 26.

    0070

    li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini ta’ MREL intern

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għall-MREL intern f’konformità mal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE għandu jiġi rrapportat.

    0080 - 0110

    li minnhom: b’maturità residwa ta’

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għall-MREL intern, kif irrapportat fil-kolonna 0070, għandu jiġi diżaggregat skont il-maturità residwa tal-istrumenti u l-entrati differenti. L-istrumenti u l-entrati ta’ natura perpetwa ma għandhomx jitqiesu f’din id-diżaggregazzjoni, iżda għandhom jiġu rrapportati separatament fil-kolonna 0120.

    0080

    ≥ sena < sentejn

    0090

    ≥ sentejn < 5 snin

    0100

    ≥ 5 snin < 10 snin

    0110

    ≥ 10 snin

    0120

    Li minnhom: titoli perpetwi

    Titoli perpetwi u l-entrati CET1 kollha, kif ukoll il-primjum azzjonarju fuq strumenti AT1 u T2 inklużi fl-ambitu ta’ din il-formola, għandhom jiġu allokati għal din il-kolonna.

    3.2.   M 06.00 – Klassifikazzjoni tal-kredituri (awtorità ta’ riżoluzzjoni) (GRAD)

    3.2.1.   Kummenti ġenerali

    23.

    L-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw f’dan il-mudell

    (a)

    Entrati CET1 kif imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (b)

    Entrati AT1 kif imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (c)

    Strumenti T2 u l-primjum azzjonarju assoċjat, kif imsemmi fl-Artikolu 62, il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża l-parti amortizzata tal-istrument mhux rikonoxxuta għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92 jew 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE;

    (d)

    strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw l-MREL;

    (e)

    obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna,

    (f)

    obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna; dawk l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna għandhom jiġu inklużi sal-punt li jikklassifikaw pari passu ma’ kwalunkwe strument inkluż fl-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet tal-MREL jew subordinati għalih.

    24.

    L-ammonti ta’ strumenti li jikkwalifikaw għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92 jew 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għandhom jitqiesu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrumenti u l-elementi elenkati fil-paragrafu 28.

    25.

    L-entitajiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda li huma soġġetti għall-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45e ta’ dik id-Direttiva, għandhom jirrapportaw f’din il-formola l-istrumenti u l-entrata speċifikati fil-paragrafu 28 ta’ din it-Taqsima, bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (f) ta’ dak il-paragrafu.

    26.

    B’deroga mill-paragrafu 30, dawk l-entitajiet jistgħu jagħżlu li jirrapportaw l-istess firxa ta’ fondi u l-obbligazzjonijiet proprji kif speċifikat fil-paragrafu 28.

    27.

    L-ammonti tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 28, il-punti (a), (b) u (c), għandhom ikunu l-ammont wara li jitnaqqsu l-parteċipazzjonijiet tal-istrumenti proprji kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (f), l-Artikolu 56, il-punt (a), u l-Artikolu 66, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    28.

    L-ammonti tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 28, il-punti (a) sa (d) għandhom ikunu l-ammont qabel ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati.

    29.

    L-entitajiet li, fid-data tar-rapportar ta’ dik l-informazzjoni, iżommu ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ mill-inqas 150 % tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandhom jiġu eżentati mir-rapportar ta’ informazzjoni dwar obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna. Tali entitajiet jistgħu jagħżlu li jirrapportaw l-informazzjoni dwar obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna f’dan il-mudell fuq bażi volontarja.

    3.2.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

    Kolonni

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010

    Grad ta’ insolvenza

    Ara l-istruzzjonijiet fil-kolonna 0010 tal-mudell M 05.00

    Din il-kolonna hija identifikatur tar-ringiela li għandu jkun uniku għar-ringieli kollha fil-mudell.

    0020

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza

    Ara l-istruzzjonijiet fil-kolonna 0030 tal-mudell M 05.00

    0030

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji

    Għandu jiġi rrapportat l-ammont ta’ fondi proprji, ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli u, fejn applikabbli, ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna li huwa allokat għall-grad ta’ insolvenza indikat fil-kolonna 0010.

    Fejn applikabbli, din il-kolonna għandha tinkludi wkoll obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna sal-punt li jikklassifikaw inqas minn jew pari passu mal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

    Fil-każ tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 30, din il-kolonna għandha titħalla vojta, sakemm dawk l-entitajiet ma jagħżlux li japplikaw id-deroga tal-paragrafu 31.

    0040

    Li minnhom: obbligazzjonijiet esklużi

    L-ammont ta’ obbligazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew mal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Fil-każ tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 30, din il-kolonna għandha titħalla vojta, sakemm dawk l-entitajiet ma jagħżlux li japplikaw id-deroga tal-paragrafu 31.

    0050

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

    Fil-każ li l-entitajiet jimlew il-kolonna 0030, għandu jiġi rrapportat l-ammont ta’ obbligazzjonijiet u fondi proprji, kif irrapportat fil-kolonna 0030, imnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet esklużi rrapportat fil-kolonna 0040.

    Meta l-entitajiet ma jimlewx il-kolonna 0030, huma għandhom jirrapportaw il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet tal-MREL f’din il-kolonna. Obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 34.

    0060

    li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jissodisfaw l-MREL

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini tal-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45e ta’ dik id-Direttiva.

    0070 - 0100

    li minnhom: b’maturità residwa ta’

    L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini tal-issodisfar tar-rekwiżit stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45e ta’ dik id-Direttiva, kif irrapportat fil-kolonna 0060, għandu jiġi diżaggregat skont il-maturità residwa tal-istrumenti u l-entrati differenti. L-istrumenti u l-entrati ta’ natura perpetwa ma għandhomx jitqiesu f’din id-diżaggregazzjoni, iżda għandhom jiġu rrapportati separatament fil-kolonna 0110.

    0070

    ≥ sena < sentejn

    0080

    ≥ sentejn < 5 snin

    0090

    ≥ 5 snin < 10 snin

    0100

    ≥ 10 snin

    0110

    Li minnhom: titoli perpetwi

    Titoli perpetwi u l-entrati CET1 kollha, kif ukoll il-primjum azzjonarju fuq strumenti AT1 u T2 inklużi fl-ambitu ta’ din il-formola, għandhom jiġu allokati għal din il-kolonna.

    4.   M 07.00 – Strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz (MTCI)

    4.1.   Kummenti ġenerali

    30.

    Il-mudell M 07.00 jipprovdi diżaggregazzjoni kuntratt b’kuntratt tal-istrumenti li jikkwalifikaw bħala fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet tal-MREL. Huma biss l-istrumenti li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz li għandhom jiġu rrapportati fil-mudell.

    31.

    B’rabta mal-obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi, l-entitajiet għandhom jirrapportaw biss titoli li huma strumenti finanzjarji funġibbli u negozjabbli, bl-esklużjoni ta’ self u depożiti.

    32.

    Fil-każ ta’ strumenti li jikkwalifikaw parzjalment għal żewġ klassijiet differenti ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli, l-istrument għandu jiġi rrapportat darbtejn biex ikun jirrifletti l-ammonti allokati għall-klassijiet differenti ta’ kapital separatament.

    33.

    Il-kombinazzjoni tal-kolonni 0020 (Kodiċi tal-entità emittenti), 0040 (Identifikatur tal-kuntratt) u 0070 (Tip ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli) tikkostitwixxi identifikatur tar-ringiela, li jrid ikun uniku għal kull ringiela rrapportata fil-mudell.

    4.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

    Kolonni

    Referenzi u struzzjonijiet legali

    0010-0030

    Entità emittenti

    Meta l-informazzjoni tiġi rrapportata b’referenza għal grupp ta’ riżoluzzjoni, għandha tiġi indikata l-entità tal-grupp li jkun ħareġ l-istrument rispettiv. Meta l-informazzjoni tiġi rrapportata, b’referenza għal entità ta’ riżoluzzjoni waħda, l-entità emittenti għandha tkun l-entità li tirrapporta nnifisha.

    0010

    Isem

    Isem l-entità li ħarġet l-istrument ta’ fondi proprji jew l-istrument ta’ obbligazzjoni eliġibbli

    0020

    Kodiċi

    Kodiċi tal-entità li ħarġet l-istrument ta’ fondi proprji jew l-istrument ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli.

    Il-kodiċi bħala parti minn identifikatur tar-ringiela jrid ikun uniku għal kull entità rapportata. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI. Għal entitajiet oħra l-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI, jew jekk mhux disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-formuli kollha u tul iż-żmien. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur.

    0030

    Tip ta' kodiċi

    L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw it-tip ta’ kodiċi rrapportat fil-kolonna 0020 bħala “kodiċi LEI” jew “Kodiċi mhux LEI”. It-tip tal-kodiċi għandu jiġi rapportat dejjem.

    0040

    Identifikatur tal-kuntratt

    Għandu jiġi rrapportat l-identifikatur tal-kuntratt tal-istrument, bħall-identifikatur CUSIP, ISIN jew Bloomberg għal pjazzament privat.

    Din l-entrata hija parti mill-identifikatur tar-ringiela.

    0050

    Il-liġi regolatorja (pajjiż terz)

    Għandu jiġi indikat il-pajjiż terz (pajjiżi għajr il-pajjiżi taż-ŻEE) li l-liġi tiegħu tirregola l-kuntratt, jew partijiet mill-kuntratt.

    0060

    Ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta’ tniżżil fil-valur u ta’ konverżjoni

    Għandu jiġi indikat jekk il-kuntratt fihx it-termini kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 55(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, fl-Artikolu 52(1), il-punti (p) u (q) u fl-Artikolu 63, il-punti (n) u (o), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    0070-0080

    Trattament regolatorju

    0070

    Tip ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli

    Tip ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli, kif l-istrument jikkwalifika fid-data ta’ referenza. Għandhom jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar l-eliġibbiltà tal-istrumenti. L-istrumenti li jikkwalifikaw għal klassijiet ta’ kapital multipli għandhom jiġu rrapportati darba għal kull klassi ta’ kapital applikabbli.

    It-tip ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

    CET1

    Grad 1 Addizzjonali

    Grad 2

    Obbligazzjonijiet eliġibbli

    0080

    Tip ta' strument

    It-tip ta’ strument li għandu jiġi speċifikat jiddependi mil-liġi regolatorja li taħtha jinħareġ.

    Fil-każ ta’ strumenti CET1, it-tip ta’ strument għandu jintgħażel mil-lista ta’ strumenti CET1 ippubblikata mill-EBA skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Fil-każ ta’ fondi proprji għajr CET1, u obbligazzjonijiet eliġibbli, it-tip ta’ strument għandu jintgħażel minn lista ta’ strumenti korrispondenti ppubblikati mill-EBA, mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta tali lista tkun disponibbli. Meta ma tkun disponibbli l-ebda lista, l-entità li tirrapporta għandha tispeċifika t-tip ta’ strumenti hija stess.

    0090

    Ammont

    L-ammont rikonoxxut f’fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jiġi rrapportat wara li jiġi kkunsidrat il-livell li għalih jirreferi r-rapport, fil-każ ta’ strumenti inklużi f’livelli multipli. L-ammont għandu jkun l-ammont rilevanti fid-data ta’ referenza, filwaqt li jitqies l-effett tad-dispożizzjonijiet tranżitorji.

    0100 - 0110

    Grad fi proċedimenti normali ta’ insolvenza

    Il-klassifikazzjoni tal-istrument fi proċedimenti normali ta’ insolvenza għandha tiġi speċifikata.

    Din għandha tikkonsisti fil-kodiċi ISO b’żewġ ittri tal-pajjiż li l-liġi tiegħu tirregola l-klassifikazzjoni tal-kuntratt (il-kolonna 0100), li għandha tkun il-liġi ta’ Stat Membru, u n-numru tal-grad ta’ insolvenza rilevanti (il-kolonna 0110).

    Il-grad ta’ insolvenza rilevanti għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-klassifikazzjonijiet tal-insolvenza ppubblikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew minn awtoritajiet oħrajn, fejn tali lista standardizzata tkun disponibbli.

    0120

    Maturità

    Il-maturità tal-istrument għandha tiġi rrapportata fil-format li ġej: jj/xx/ssss. Fil-każ ta’ strumenti perpetwi, iċ-ċellola għandha titħalla vojta.

    0130

    (L-ewwel) Data eżerċitabbli

    Meta l-emittent ikollu opzjoni eżerċitabbli, għandha tiġi rrapportata l-ewwel data li fiha tista’ tiġi eżerċitata l-opzjoni call.

    Jekk l-ewwel data eżerċitabbli tkun seħħet qabel id-data ta’ referenza, dik id-data għandha tiġi rrapportata jekk l-opzjoni call tkun għadha eżerċitabbli. Jekk ma tkunx eżerċitabbli aktar, għandha tiġi rrapportata d-data li jmiss li fiha tiġi eżerċitata l-opzjoni call.

    Fil-każ ta’ opzjonijiet eżerċitabbli tal-emittent b’data tal-eżerċizzju mhux speċifikata jew opzjonijiet eżerċitabbli skattati minn avvenimenti speċifiċi, għandha tiġi rrapportata d-data eżerċitabbli probabbli stmata b’mod konservattiv.

    L-opzjonijiet eżerċitabbli regolatorji jew tat-taxxa ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta’ din il-kolonna.

    0140

    Opzjoni call regolatorja (Iva/Le)

    Għandu jiġi indikat jekk l-emittent għandux opzjoni eżerċitabbli li tista’ tiġi eżerċitata malli jseħħ avveniment regolatorju li jaffettwa l-eliġibbiltà tal-kuntratt għall-MREL.


    (1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/241/oj).

    (2)  Did-direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).


    ANNESS III

    DIVULGAZZJONI DWAR IR-REKWIŻIT MINIMU GĦALL-FONDI PROPRJI U L-OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

    Kodiċi tal-formola

    Isem tal-formola

    UE KM2

    Metriċi ewlenin – MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

    UE TLAC1

    Kompożizzjoni – MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

    UE iLAC

    Kapaċità interna ta’ assorbiment tat-telf: MREL intern u, fejn applikabbli, rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE

    UE TLAC2

    Klassifikazzjoni tal-kreditur – Entità li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni

    UE TLAC3

    Klassifikazzjoni tal-kreditur – Entità ta’ riżoluzzjoni

    EU KM2 – Metriċi ewlenin – MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

     

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

    Rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC)

    T

    T

    UE T-1

    UE T-2

    UE T-3

    UE T-4

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, proporzjonijiet u komponenti

    1

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

     

     

     

     

    EU-1a

    Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

     

     

     

    2

    Skopertura totali għar-riskju tal-grupp ta’ riżoluzzjoni (TREA)

     

     

     

     

     

     

    3

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA

     

     

     

     

     

     

    EU-3 a

    Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

     

     

     

    4

    Il-kejl tal-iskopertura totali (total exposure measure, “TEM”) tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

     

     

     

     

     

     

    5

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala perċentwal tat-TEM

     

     

     

     

     

     

    EU-5a

    Li minnhom fondi proprji jew obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

     

     

     

    6a

    Tapplika l-eżenzjoni ta’ subordinazzjoni fl-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013? (eżenzjoni ta’ 5 %)

     

     

     

     

     

     

    6b

    Ammont aggregat ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet mhux subordinati eliġibbli permessi jekk tiġi applikata d-diskrezzjoni tas-subordinazzjoni skont l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjoni massima ta’ 3,5 %)

     

     

     

     

     

     

    6c

    Jekk tapplika eżenzjoni ta’ subordinazzjoni limitata skont l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont ta’ finanzjament maħruġ li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi u li huwa rikonoxxut taħt ir-ringiela 1, diviż b’finanzjament maħruġ li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi u li jiġi rikonoxxut taħt ir-ringiela 1 jekk ma jiġi applikat l-ebda limitu massimu (%)

     

     

     

     

     

     

    Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

    UE EU-7

    MREL espress bħala perċentwal tat-TREA

     

     

     

     

     

     

    UE EU-8

    Li minnhom għandhom jintlaħqu permezz ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

     

     

     

    UE EU-9

    MREL espress bħala perċentwal tat-TEM

     

     

     

     

     

     

    UE EU-10

    Li minnhom għandhom jintlaħqu permezz ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

     

     

     

    EU TLAC1 – Kompożizzjoni – MREL u, fejn applikabbli, Rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

     

    a

    b

    c

    Rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

    Rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC)

    Entrata ta’ memorandum: Ammonti eliġibbli għall-finijiet tal-MREL, iżda mhux tat-TLAC

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli u aġġustamenti

    1

    Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)

     

     

     

    2

    Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali (AT1)

     

     

     

    3

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    4

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    5

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    6

    Kapital tal-Grad 2 (T2)

     

     

     

    7

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    8

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    11

    Fondi proprji għall-fini tal-Artikoli 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u 45 tad-Direttiva 2014/59/UE

     

     

     

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli: Elementi kapitali mhux regolatorji

    12

    Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni li huma subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità)

     

     

     

    EU-12 a

    Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn entitajiet oħrajn fil-grupp ta’ riżoluzzjoni li huma subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità)

     

     

     

    EU-12b

    Strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li huma subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 (subordinati soġġetti għal anterjorità)

     

     

     

    EU-12c

    Strumenti tal-Grad 2 b’maturità residwa ta’ mill-inqas sena sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala entrati tal-Grad 2

     

     

     

    13

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għal obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità qabel il-limitu massimu)

     

     

     

    EU-13 a

    Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 (qabel il-limitu massimu)

     

     

     

    14

    L-ammont ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet mhux subordinati eliġibbli, fejn applikabbli wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 72b(3) CRR

     

     

     

    15

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    16

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    17

    Entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti

     

     

     

    EU-17 a

    Li minnhom, elementi tal-obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli: Aġġustamenti għall-elementi kapitali mhux regolatorji

    18

    Entrati ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti

     

     

     

    19

    (Tnaqqis ta’ skoperturi bejn gruppi ta’ riżoluzzjoni ta’ punt ta’ dħul multiplu (MPE))

     

     

     

    20

    (Tnaqqis tal-investimenti fi strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn)

     

     

     

    21

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

    22

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli wara l-aġġustamenti

     

     

     

    EU-22a

    Li minnhom: fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

    Ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u l-kejl tal-iskopertura tal-lieva tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

    23

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA)

     

     

     

    24

    Il-kejl tal-iskopertura totali (TEM)

     

     

     

    Proporzjon ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    25

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala perċentwal tat-TREA

     

     

     

    EU-25a

    Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

    26

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala perċentwal tat-TEM

     

     

     

    EU-26a

    Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

     

     

     

    27

    Is-CET1 (bħala persentaġġ tat-TREA) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

     

     

     

    28

    Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni

     

     

     

    29

    li minnhom ir-rekwiżit tar-riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital

     

     

     

    30

    li minnhom ir-rekwiżit tar-riżerva kontroċiklika

     

     

     

    31

    li minnhom ir-rekwiżit tar-riżerva tar-riskju sistemiku

     

     

     

    EU-31a

    li minnhom ir-riżerva ta’ Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti (G-SII) jew Istituzzjoni Oħra Sistematikament Importanti (O-SII)

     

     

     

    Entrati fil-memorandum

    UE EU-32

    L-ammont totali tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

     

     

     

    EU ILAC – Kapaċità tal-assorbiment tat-telf interna: MREL intern u, fejn applikabbli, rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE

     

    a

    b

    c

    Rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL intern)

    Rekwiżit tal-G-SII mhux tal-UE għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (TLAC interna)

    Informazzjoni kwalitattiva

    Rekwiżit applikabbli u livell ta’ applikazzjoni

    UE EU-1

    L-entità hija soġġetta għal rekwiżit ta’ G-SII mhux tal-UE għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli? (Iva / Le)

     

     

     

    EU-2

    Jekk EU-1 tiġi mwieġba b’“Iva”, ir-rekwiżit huwa applikabbli fuq bażi konsolidata jew individwali? (K/I)

     

     

     

    EU-2a

    L-entità hija soġġetta għal MREL intern? (Iva / Le)

     

     

     

    EU-2b

    Jekk EU-2a tiġi mwieġba b’“Iva”, ir-rekwiżit huwa applikabbli fuq bażi konsolidata jew individwali? (K/I)

     

     

     

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    EU-3

    Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)

     

     

     

    EU-4

    Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali Eliġibbli

     

     

     

    EU-5

    Kapital tal-Grad 2 eliġibbli

     

     

     

    EU-6

    Fondi proprji eliġibbli

     

     

     

    EU-7

    Obbligazzjonijiet eliġibbli

     

     

     

    EU-8

    li minnhom garanziji permessi

     

     

     

    EU-9a

    (Aġġustamenti)

     

     

     

    EU-9b

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli wara l-aġġustamenti

     

     

     

    L-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju u l-kejl tal-iskopertura totali

    EU-10

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA)

     

     

     

    EU-11

    Il-kejl tal-iskopertura totali (TEM)

     

     

     

    Proporzjon ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    EU-12

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA

     

     

     

    EU-13

    li minnhom garanziji permessi

     

     

     

    EU-14

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TEM

     

     

     

    EU-15

    li minnhom garanziji permessi

     

     

     

    EU-16

    Is-CET1 (bħala persentaġġ tat-TREA) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-entità

     

     

     

    EU-17

    Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni

     

     

     

    Rekwiżiti

    EU-18

    Ir-rekwiżit espress bħala perċentwal tat-TREA

     

     

     

    EU-19

    li minnhom parti mir-rekwiżit li jista’ jintlaħaq b’garanzija

     

     

     

    EU-20

    MREL espress bħala perċentwal tat-TEM

     

     

     

    EU-21

    li minnhom parti mir-rekwiżit li jista’ jintlaħaq b’garanzija

     

     

     

    Entrati fil-memorandum

    EU-22

    L-ammont totali tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

     

     

     

    EU TLAC2a – Klassifikazzjoni tal-kreditur – Entità li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni

     

    Klassifikazzjoni

    Total minn 1 sa n

    1

    1

    2

    2

    n

    n

    (l-aktar subordinat)

    (l-aktar subordinat)

     

     

     

    (l-aktar subordinat)

    (l-aktar subordinat)

    Entità ta’ riżoluzzjoni

    Oħrajn

    Entità ta’ riżoluzzjoni

    Oħrajn

    Entità ta’ riżoluzzjoni

    Oħrajn

    1

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

     

     

     

    2

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza (test liberu)

     

     

     

     

     

     

     

     

    3

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji

     

     

     

     

     

     

     

     

    4

    li minnhom obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

     

     

     

     

     

    5

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

     

     

     

     

     

    6

    Subsett ta’ obbligazzjonijiet u fondi proprji mingħajr l-obbligazzjonijiet esklużi li huma fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini ta’ [agħżel kif xieraq: MREL intern/TLAC interna]

     

     

     

     

     

     

     

     

    7

    li minnhom maturità residwa ≥ 1 snin < sentejn

     

     

     

     

     

     

     

     

    8

    li minnhom maturità residwa ≥ sentejn < 5 snin

     

     

     

     

     

     

     

     

    9

    li minnhom maturità residwa ≥ 5 snin < 10 snin

     

     

     

     

     

     

     

     

    10

    li minnhom maturità residwa ≥ 10 snin, iżda esklużi titoli perpetwi

     

     

     

     

     

     

     

     

    11

    li minnhom titoli perpetwi

     

     

     

     

     

     

     

     

    EU TLAC2b – Klassifikazzjoni tal-kreditur – Entità li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni

     

    Klassifikazzjoni

    Total minn 1 sa n

    1

    1

    2

    2

    n

    n

    (l-aktar subordinat)

    (l-aktar subordinat)

     

     

     

    (l-aktar subordinat)

    (l-aktar subordinat)

    Entità ta’ riżoluzzjoni

    Oħrajn

    Entità ta’ riżoluzzjoni

    Oħrajn

    Entità ta’ riżoluzzjoni

    Oħrajn

    1

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

     

     

     

    2

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza (test liberu)

     

     

     

     

     

     

     

     

    3

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

     

     

     

    4

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

     

     

     

    5

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

     

     

     

    6

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini ta’ MREL intern

     

     

     

     

     

     

     

     

    7

    li minnhom maturità residwa ≥ 1 snin < sentejn

     

     

     

     

     

     

     

     

    8

    li minnhom maturità residwa ≥ sentejn < 5 snin

     

     

     

     

     

     

     

     

    9

    li minnhom maturità residwa ≥ 5 snin < 10 snin

     

     

     

     

     

     

     

     

    10

    li minnhom maturità residwa ≥ 10 snin, iżda esklużi titoli perpetwi

     

     

     

     

     

     

     

     

    11

    li minnhom titoli perpetwi

     

     

     

     

     

     

     

     

    EU TLAC3a – klassifikazzjoni tal-kreditur – entità ta’ riżoluzzjoni

     

    Klassifikazzjoni

    Total minn 1 sa n

    1

    2

    n

    (l-aktar subordinat)

     

     

    (l-aktar subordinat)

    1

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza (test liberu)

     

     

     

     

     

    2

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji

     

     

     

     

     

    3

    li minnhom obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

     

     

    4

    Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

     

     

     

     

     

    5

    Subsett ta’ obbligazzjonijiet u fondi proprji mingħajr l-obbligazzjonijiet esklużi li huma fondi proprji u obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jintlaħaq [agħżel kif xieraq: MREL/TLAC]

     

     

     

     

     

    6

    li minnhom maturità residwa ≥ 1 snin < sentejn

     

     

     

     

     

    7

    li minnhom maturità residwa ≥ sentejn < 5 snin

     

     

     

     

     

    8

    li minnhom maturità residwa ≥ 5 snin < 10 snin

     

     

     

     

     

    9

    li minnhom maturità residwa ≥ 10 snin, iżda esklużi titoli perpetwi

     

     

     

     

     

    10

    li minnhom titoli perpetwi

     

     

     

     

     

    EU TLAC3b – klassifikazzjoni tal-kreditur – entità ta’ riżoluzzjoni

     

    Klassifikazzjoni

    Total minn 1 sa n

    1

    2

    n

    (l-aktar subordinat)

     

     

    (l-aktar subordinat)

    1

    Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza (test liberu)

     

     

     

     

     

    2

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

    3

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

    4

    Sett vojt fl-UE

     

     

     

     

     

    5

    Fondi proprji u obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jintlaħaq l-MREL

     

     

     

     

     

    6

    li minnhom maturità residwa ≥ 1 snin < sentejn

     

     

     

     

     

    7

    li minnhom maturità residwa ≥ sentejn < 5 snin

     

     

     

     

     

    8

    li minnhom maturità residwa ≥ 5 snin < 10 snin

     

     

     

     

     

    9

    li minnhom maturità residwa ≥ 10 snin, iżda esklużi titoli perpetwi

     

     

     

     

     

    10

    li minnhom titoli perpetwi

     

     

     

     

     


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1618/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top