This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1503
Commission Delegated Regulation (EU) 2024/1503 of 22 February 2024 supplementing Regulation (EU) 2023/1114 of the European Parliament and of the Council by specifying the fees charged by the European Banking Authority to issuers of significant asset-referenced tokens and issuers of significant e-money tokens
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1503 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi imposti mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u fuq l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1503 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi imposti mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u fuq l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
C/2024/897
ĠU L, 2024/1503, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1503/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1503 |
30.5.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1503
tat-22 ta’ Frar 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi imposti mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u fuq l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 137(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita tariffa superviżorja annwali biex tkopri l-kostijiet reali u stmati li għandhom jiġġarrbu mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) meta twettaq kompiti superviżorji fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2023/1114, inklużi l-ispejjeż ġenerali tagħha. It-tariffa superviżorja annwali jenħtieġ li tkopri wkoll il-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti li lilhom jiġu ddelegati l-kompiti mill-EBA. |
|
(2) |
Is-suq tal-kriptoassi huwa wieħed dinamiku u li ta’ spiss jevolvi malajr, għalhekk l-istima dwar l-għadd ta’ emittenti li x’aktarx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti superviżorji tal-EBA hija intrinsikament inċerta. Barra minn hekk, il-prijoritajiet superviżorji jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien fid-dawl tal-avvenimenti. F’dan l-isfond, huwa tal-akbar importanza għall-EBA, u għall-awtoritajiet kompetenti li lilhom jistgħu jiġu ddelegati kompiti mill-EBA, li jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa biex jistmaw in-nefqa probabbli tagħhom minn sena għal sena, inkluża l-possibbiltà li jiġu vvalutati mill-ġdid it-tariffi li jridu jiġu imposti fir-rigward tal-kompiti superviżorji tal-EBA minn sena għal oħra. |
|
(3) |
It-tariffi imposti għall-attivitajiet tal-EBA relatati mal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti (ARTs) u l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti (EMTs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell tali li jevita defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus. Meta riżultat baġitarju pożittiv jew negattiv sinifikanti jsir rikorrenti, il-livell tat-tariffi jenħtieġ li jiġi rivedut. |
|
(4) |
L-għadd ta’ ARTs sinifikanti u EMTs sinifikanti taħt is-superviżjoni tal-EBA se jiġi identifikat biss wara l-applikazzjoni tat-Titoli III u IV tar-Regolament (UE) 2023/1114. Għalhekk mhuwiex possibbli li jiġu ddeterminati diġà t-tariffi superviżorji annwali fissi peress li la l-ammont eżatt tan-nefqa tal-kompiti tas-superviżjoni u lanqas l-għadd eżatt ta’ ARTs sinifikanti jew EMTs sinifikanti ma huma se jkunu magħrufa qabel ma l-qafas jiġi stabbilit għal kollox. Barra minn hekk, l-għadd ta’ emittenti ta’ tokens sinifikanti jista’ jinbidel minn żmien għal żmien u għalhekk ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat minn qabel l-ammont eżatt ta’ tariffi fl-att delegat. |
|
(5) |
F’konformità mal-prinċipju tal-annwalità u l-prinċipju tal-irkupru sħiħ tal-kostijiet, it-tariffi superviżorji annwali jenħtieġ li jiġu kkalkolati abbażi tal-kostijiet diretti u indiretti stmati li jridu jiġu mġarrba mill-EBA biex twettaq il-kompiti superviżjorji tagħha. It-tariffi superviżorji annwali jenħtieġ li jiġu aġġustati kull sena biex jaqblu mal-kostijiet stmati. Fil-livell tal-entità, it-tariffa superviżorja annwali jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi ta’ approċċ kompletament proporzjonat. |
|
(6) |
Peress li l-kostijiet tal-kompiti ta’ superviżjoni jiddependu fuq l-intensità tas-superviżjoni, it-tariffi bejn l-emittenti ta’ ARTs sinifikanti u l-emittenti ta’ EMTs sinifikanti mhumiex mistennija li jkunu kompletament lineari. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġu stabbiliti stimi bbażati fuq l-attivitajiet u sistema ta’ monitoraġġ li tippermetti li l-ispejjeż stmati jiġu attribwiti, rispettivament, lill-emittenti ta’ ARTs sinifikanti u lill-emittenti ta’ EMTs sinifikanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Stima tan-nefqiet tal-EBA meta twettaq id-dmirijiet superviżorji tagħha
1. Kull sena, l-EBA għandha tistma l-kostijiet annwali globali li huma mistennija li jiġġarrbu għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħha. L-ammont tal-kostijiet annwali kumplessivi stmati għandu jkun il-bażi għad-determinazzjoni tal-ammont kumplessiv tat-tariffi superviżorji imposti.
2. It-tariffi imposti fuq l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti (ARTs) u fuq l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti (EMTs) għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-prinċipju tal-irkupru tal-kostijiet sħaħ u skont mudell ta’ ġestjoni bbażat fuq l-attività elaborat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).
3. Meta tagħti stima tal-kostijiet annwali kumplessivi, l-EBA għandha tqis il-kostijiet diretti u indiretti li ġejjin:
|
(a) |
l-istima annwali tan-nefqa diretta u indiretta kollha meħtieġa għall-kompiti superviżorji mwettqa mill-EBA relatati ma’ emittenti ta’ ARTs sinifikanti u emittenti ta’ EMTs sinifikanti, inklużi riżorsi tal-persunal involuti direttament fil-kompiti definiti u l-ispejjeż tas-servizzi orizzontali bħall-appoġġ operazzjonali u amministrattiv ipprovdut lill-persunal involut direttament; |
|
(b) |
l-istima annwali tan-nefqa meħtieġa għar-rimborż tal-kostijiet diretti u indiretti mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti li lilhom l-EBA tkun iddelegat kompiti superviżorji f’konformità mal-Artikolu 138(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 fir-rigward ta’ emittenti ta’ ARTs sinifikanti u emittenti ta’ EMTs sinifikanti, inklużi r-riżorsi tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti involuti direttament fil-kompiti superviżorji delegati u l-kostijiet tas-servizzi orizzontali bħall-appoġġ operazzjonali u amministrattiv ipprovdut lill-persunal involut direttament. |
4. It-tariffi imposti fuq l-emittenti ta’ ARTs sinifikanti u emittenti ta’ EMTs sinifikanti għandhom ikopru n-nefqa tal-persunal, l-infrastruttura u n-nefqa operattiva kif ġej:
|
(a) |
in-nefqa tal-EBA għall-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tagħha relatati ma’ emittenti ta’ ARTs sinifikanti u emittenti ta’ EMTs sinifikanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1114 bħal:
|
|
(b) |
ir-rimborż tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu wettqu ħidma skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti f’konformità mal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) 2023/1114. |
Artikolu 2
Metodu ta’ kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali
1. It-tariffa superviżorja annwali għal emittent partikolari ta’ ARTs sinifikanti għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
|
(a) |
nefqa relatata mas-superviżjoni ta’ emittenti ta’ ARTs u EMTs sinifikanti skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 kif inkluż fil-baġit tal-EBA għal dik is-sena; |
|
(b) |
il-kostijiet imsemmija fil-punt (a) assenjati lill-emittenti ta’ ARTs sinifikanti għandhom jinqasmu fost l-emittenti kollha ta’ ARTs sinifikanti kif ġej:
|
|
(c) |
jekk applikabbli, in-nefqa li hi assenjata direttament lil emittenti individwali ta’ ARTs sinifikanti tiżdied mat-tariffa superviżorja annwali ta’ dawk l-emittenti ta’ ARTs sinifikanti. |
2. It-tariffa superviżorja annwali għal emittent partikolari ta’ EMTs sinifikanti għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
|
(a) |
nefqiet relatati mal-persunal u amministrattivi, kostijiet relatati ma’ kompiti superviżorji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) 2023/1114, kif ukoll kostijiet relatati mal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-IT għas-superviżjoni tal-EBA assenjati, rispettivament, lill-emittenti ta’ ARTs sinifikanti u emittenti ta’ EMTs sinifikanti; |
|
(b) |
il-kostijiet imsemmija fil-punt (a) assenjati lill-emittenti ta’ EMTs sinifikanti għandhom imbagħad jinqasmu fost l-emittenti kollha ta’ EMTs sinifikanti kif ġej:
|
|
(c) |
jekk applikabbli, in-nefqa li tkun assenjata direttament lil emittenti individwali ta’ EMTs sinifikanti tiżdied mat-tariffa superviżorja annwali ta’ dawk l-emittenti ta’ EMTs sinifikanti. |
3. Għall-kalkolu tad-daqs tar-riżerva ta’ assi ta’ emittenti ta’ ARTs sinifikanti, l-EBA għandha tuża data mill-aħħar awditu indipendenti disponibbli tar-riżerva ta’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 36(9) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
4. Għall-kalkolu tad-daqs tal-ħruġ ta’ emittenti ta’ EMTs sinifikanti, l-EBA għandha tuża data mill-aħħar awditu indipendenti disponibbli kif imsemmi fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2023/1114.
5. Jekk ir-riżerva rrapportata ta’ assi għal ARTs sinifikanti jew id-daqs tal-ħruġ ta’ EMTs sinifikanti jkunu espressi f’munita oħra għajr l-euro, l-EBA għandha tikkonvertihom f’ammont f’euro billi tuża r-rata tal-kambju ta’ referenza medja tal-euro applikabbli għall-perjodu li matulu jkunu ġew irreġistrati l-valuri. Għal dan il-għan, għandha tintuża r-rata tal-kambju ta’ referenza tal-euro ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
6. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, it-tariffa tal-ewwel sena għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja billi titnaqqas it-tariffa superviżorja msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b’fattur li huwa ugwali għall-għadd ta’ jiem bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-trasferiment tas-superviżjoni u t-tmiem tas-sena diviża bl-għadd totali ta’ jiem f’dik is-sena:
It-tariffa superviżorja tal-ewwel sena għandha titħallas wara li emittent ta’ ARTs sinifikanti jew emittent ta’ EMTs sinifikanti jkun ġie kklassifikat mill-EBA bħala sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikoli 43, 44, 56 jew 57 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ tal-fattura rilevanti tal-EBA.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta emittent ta’ ARTs sinifikanti jew emittent ta’ EMTs sinifikanti jkun ikklassifikat bħala sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikoli 43, 44, 56, jew 57 tar-Regolament (UE) 2023/1114 matul ix-xahar ta’ Diċembru, ma għandux iħallas tariffa superviżorja għal dik is-sena kalendarja.
Artikolu 3
Aġġustament tat-tariffi
It-tariffi superviżorji annwali imposti fuq l-emittenti ta’ ARTs sinifikanti u l-emittenti ta’ EMTs sinifikanti għandhom jiġu stabbiliti f’livell tali li jkopri l-kost sħiħ tal-forniment tas-servizzi u li jevita defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus.
Artikolu 4
Pagament tat-tariffi superviżorji annwali
1. It-tariffa superviżorja annwali għandha titħallas kompletament lill-EBA sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja li għaliha tkun dovuta.
2. L-EBA għandha tibgħat il-fatturi lill-emittenti ta’ ARTs sinifikanti u lill-emittenti ta’ EMTs sinifikanti mill-inqas 30 jum qabel ma jkun dovut il-pagament. It-tariffi superviżorji annwali għandhom jitħallsu f’euro.
3. Kull pagament tard għandu jġarrab l-imgħax ta’ inadempjenza stabbilit fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
4. Il-komunikazzjonijiet bejn l-EBA u l-emittenti ta’ ARTs sinifikanti jew emittenti ta’ EMTs sinifikanti għandhom isiru b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 5
Rimborż tal-awtoritajiet kompetenti
1. F’każ ta’ delega tal-kompiti mill-EBA lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-EBA biss għandha timponi tariffi lil emittenti ta’ ARTs sinifikanti u lil emittenti ta’ EMTs sinifikanti fir-rigward tal-kostijiet imġarrba b’rabta mat-twettiq ta’ dawk il-kompiti.
2. L-EBA għandha tirrimborża awtorità kompetenti għall-istima tal-kostijiet imġarrba bħala riżultat tal-kompiti mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2023/1114, b’ammont li jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont ikun maqbul mill-EBA u mill-awtorità kompetenti qabel ma ssir id-delega tal-kompiti; |
|
(b) |
l-ammont huwa inqas jew daqs l-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali mħallsa lill-EBA mill-emittenti rilevanti ta’ ARTs sinifikanti jew emittenti ta’ EMTs sinifikanti. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj?locale=mt.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/2022-12-14).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1503/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)