This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1437
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1437 of 24 May 2024 amending Implementing Regulation (EU) 2018/2019 as regards certain plants for planting of Prunus L., originating in Moldova
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1437 tal-24 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil ta’ Prunus L., li joriġinaw mill-Moldova
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1437 tal-24 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil ta’ Prunus L., li joriġinaw mill-Moldova
C/2024/3348
ĠU L, 2024/1437, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1437/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1437 |
27.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1437
tal-24 ta’ Mejju 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil ta’ Prunus L., li joriġinaw mill-Moldova
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi, abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskju, lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
|
(2) |
Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati b’mod proviżorju 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Dik il-lista tinkludi l-ġeneru Prunus L. |
|
(3) |
Fl-4 ta’ Marzu 2020, il-Moldova ressqet talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-pjanti għat-tħawwil ta’ Prunus L. li ġejjin: pjanti għat-tħawwil, mingħajr weraq, imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin, ta’ mhux aktar minn sentejn, tal-Prunus armeniaca, tal-Prunus avium, tal-Prunus cerasus, tal-Prunus domestica, tal-Prunus dulcis, tal-Prunus persica, u tal-Prunus salicina, b’dijametru massimu ta’ 17 mm fil-bażi taz-zokk, u salvaġġ mingħajr weraq, bl-għeruq mikxufin, ta’ mhux aktar minn sentejn, tal-Prunus armeniaca, tal-Prunus avium, tal-Prunus canescens, tal-Prunus cerasifera, tal-Prunus cerasus, tal-Prunus davidiana, tal-Prunus domestica, tal-Prunus dulcis, tal-Prunus fontanesiana, tal-Prunus persica, tal-Prunus salicina, tal-Prunus tomentosa u ibridi bejn l-ispeċijiet ta’ hawn fuq, b’dijametru massimu ta’ 17 mm fil-bażi taz-zokk, li joriġinaw mill-Moldova (“il-pjanti rilevanti”). Dik it-talba kienet sostnuta mid-dossiers tekniċi rilevanti. |
|
(4) |
Fl-1 ta’ Frar 2024, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti rilevanti (3). L-awtorità identifikat l-Erwinia amylovora, il-Xanthomonas arboricola pv. pruni u l-Xiphinema rivesi (popolazzjonijiet mhux tal-UE) bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju deskritti fid-dossier u stmat il-probabbiltà ta’ ħelsien tal-pjanti rilevanti minn dawk il-pesti. |
|
(5) |
L-Erwinia amylovora u l-Xanthomonas arboricola pv. pruni huma elenkati kemm bħala pesti tal-kwarantina f’żona protetta kif ukoll bħala pesti rregolati mhux tal-kwarantina fl-Unjoni fl-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 (4), rispettivament, filwaqt li l-Xiphinema rivesi (popolazzjonijiet mhux tal-UE) hija elenkata bħala pest tal-kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Abbażi tal-opinjoni tal-Awtorità, ir-riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fit-territorju tal-Unjoni jitqies aċċettabbli, dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti speċjali korrispondenti fl-Annessi VII u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/2019-12-14.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2019/oj).
(3) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2024. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of plants of 12 selected Prunus species from Moldova; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8647.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella tal-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata għall-“Prunus L., hija sostitwita b’dan li ġej:
“ Prunus L., għajr:
|
— |
pjanti għat-tħawwil mingħajr weraq, inattivi, bl-għeruq mikxufin, tal-Prunus domestica mlaqqmin fuq is-salvaġġ tal-Prunus cerasifera, li joriġinaw mill-Ukrajna; |
|
— |
biċċiet bla għeruq, mingħajr weraq, inattivi, ta’ mhux aktar minn sentejn, tal-Prunus persica u tal-Prunus dulcis, li joriġinaw mit-Turkija; |
|
— |
pjanti għat-tħawwil mingħajr weraq, inattivi, bl-għeruq mikxufin, ta’ mhux aktar minn sentejn, tal-Prunus persica, tal-Prunus dulcis, tal-Prunus armeniaca u tal-Prunus davidiana, li joriġinaw mit-Turkija; u |
|
— |
pjanti għat-tħawwil mingħajr weraq, bl-għeruq mikxufin, ta’ mhux aktar minn sentejn, tal-Prunus armeniaca, tal-Prunus avium, tal-Prunus canescens, tal-Prunus cerasifera, tal-Prunus cerasus, tal-Prunus davidiana, tal-Prunus domestica, tal-Prunus dulcis, tal-Prunus fontanesiana, tal-Prunus persica, tal-Prunus salicina, tal-Prunus tomentosa u ibridi bejn l-ispeċijiet ta’ hawn fuq, b’dijametru massimu ta’ 17 mm fil-bażi taz-zokk, li joriġinaw mill-Moldova.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1437/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)