EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1301

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1301 tat-3 ta' Mejju 2024 li jemenda għat-342 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2024/3152

ĠU L, 2024/1301, 6.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1301/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1301/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1301

6.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1301

tat-3 ta' Mejju 2024

li jemenda għat-342 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-25 ta’ April 2024, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.


ANNESS

Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:

‘Sanaullah Ghafari (kitba oriġinali: ثناء اللہ غفاری) (psewdonimi ta’ kwalità tajba: (a) Dr. Shahab al Muhajir; (b) Shahab Muhajer; (c) Shahab Mohajir; (d) Shahab Mahajar; (e) Shihab al Muhajir; (f) Shihab Muhajer; (g) Shihab Mohajir; (h) Shihab Mahajar). Id-data tat-twelid: 28.10.1994. Post tat-twelid: L-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: (a) Afganistan (2021); (b) Kunduz, l-Afganistan (preċedenti). Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Istat Islamiku tal-Iraq u l-lvant-Khorasan (ISIL-K). Espert tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 21.12.2021.’

hija sostitwita b’dan li ġej:

‘Sanaullah Ghafari (kitba oriġinali: ثناء اللہ غفاری) (psewdonimu ta’ kwalità tajba: (a) Dr. Shahab al Muhajir; (b) Shahab Muhajer; (c) Shahab Mohajir; (d) Shahab Mahajar; (e) Shihab al Muhajir; (f) Shihab Muhajer; (g) Shihab Mohajir; (h) Shihab Mahajar). Id-data tat-twelid: (a) 28.10.1994; (b) 24.5.1990. Il-post tat-twelid: Distrett ta’ Mir Bacha Kot, Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: 01503093 (passaport Afgan, maħruġ fil-25.8.2016 f’Kabul, l-Afganistan u skada fil-25.8.2021). Indirizz: (a) Afganistan (2021); (b) Kunduz, l-Afganistan (preċedenti). Informazzjoni oħra: (a) Mexxej tal-Istat Islamiku tal-Iraq u l-Lvant-Khorasan (ISIL-K); (b) Espert tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni; (c) Isem il-missier: Abdul Jabbar; (d) Isem in-nannu: Abdul Ghaffar. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 21.12.2021.’


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1301/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top