Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1280

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1280 tat-30 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi dodemorph, aċidi grassi C8-C10 esteri metiliċi, aċidu lawriku, oktanoat tal-metil, dekanoat tal-metil, aċidu olejku u Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum) ir-razza IMI 206040

C/2024/2716

ĠU L, 2024/1280, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1280/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1280/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1280

3.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1280

tat-30 ta’ April 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi dodemorph, aċidi grassi C8-C10 esteri metiliċi, aċidu lawriku, oktanoat tal-metil, dekanoat tal-metil, aċidu olejku u Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum) ir-razza IMI 206040

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Dawk is-sustanzi huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3).

(2)

Dan huwa l-każ tas-sustanzi attivi dodemorph, aċidi grassi C8-C10 esteri metiliċi, aċidu lawriku, oktanoat tal-metil, dekanoat tal-metil, aċidu olejku u Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum) ir-razza IMI 206040.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 (4) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dodemorph sat-30 ta’ Novembru 2026 u sal-15 ta’ Diċembru 2024 għall-grupp ta’ sustanzi aċidi grassi C7-C20, li jkopru l-aċidi grassi C8-C10 esteri tal-metil, l-aċidu lawriku, l-oktanoat tal-metil, id-dekanoat tal-metil u l-aċidu olejku, sakemm jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 (5) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum) sal-15 ta’ April 2025 għall-istess raġunijiet.

(5)

Fost il-grupp ta’ sustanzi aċidi grassi C7-C20, ma ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċidu lawriku, oktanoat tal-metil, dekanoat tal-metil, aċidu olejku, u ma ġie sottomess l-ebda dossier supplimentari għat-tiġdid tas-sustanza attiva aċidi grassi C8-C10 esteri tal-metil f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (6).

(6)

Ma ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni tar-razza IMI 206040 tat-Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum) f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740.

(7)

Għas-sustanza attiva dodemorph, fit-18 ta’ Diċembru 2023, l-applikant ikkonferma li ma għadux jappoġġa l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni.

(8)

Għalhekk, ma għadux ġustifikat li l-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi jibqgħu estiżi. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida fl-eqreb data possibbli, filwaqt li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 178, 13.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1446/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 tal-20 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, klodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, fenpirossimat, fosetil, malatijon, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, piridaben, pirimetanil, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (qabel T. viride) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trineksapak, tritikonażol u żiram (ĠU L 91, 29.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/689/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

ir-ringiela 204, Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum), hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“204

Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum)

 

 

RAZZA: T11

Ġabra ta’ kolturi: Nru

Ġabra ta’ kolturi tat-tip Spanjol CECT 20498, l-istess bħal IMI 352941

Mhux applikabbli

Ebda impurità relevanti

l-1 ta’ Mejju 2009

il-15 ta’ April 2025

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar it-Trichoderma harzianum T-22 (SANCO/1839/2008) u l-PARTITA 908 (SANCO/1840/208) rispettivament, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”

RAZZA: IMI 206040 - Ġabra ta’ kolturi Nru IMI 206040, ATCC 20476

Mhux applikabbli

Ebda impurità relevanti

l-1 ta’ Mejju 2009

il-31 ta’ Awwissu 2024

(2)

ir-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (2)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“230

Aċidi grassi C7 sa C20

 

 

Nru CAS 112-05-0 (Aċidu Pelargoniku)

67701-09-1 (Aċidi grassi C7-C18 u mlieħ mhux saturati tal-potassju C18)

124-07-2 (Aċidu Kapriliku)

334-48-5 (Aċidu Kapriku)

Aċidu nonanojku

Aċidu Kapriliku, Aċidu Pelargoniku, Aċidu Kapriku, Aċidu Lawriku, Aċidu Olejku (ISO f’kull każ)

Aċidu Oktanojku, Aċidu Nonanojku, Aċidu Dekanojku, Aċidu Dodekanojku, Aċidu cis-9-Oktadekanojku (IUPAC f’kull każ)

Aċidi grassi, C7-C10, esteri Me

≥ 889 g/kg (Aċidu Pelargoniku)

≥ 838 g/kg aċidi grassi

≥ 99 % esteri metiliċi tal-aċidi grassi

l-1 ta’ Settembru 2009

il-15 ta’ Diċembru 2024

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċida, akariċida, u erbiċida u bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-aċidi grassi (SANCO/2610/2008), u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”

143-07-7 (Aċidu Lawriku)

112-80-1 (Aċidu Olejku)

85566-26-3 (Aċidi grassi C8-C10 Esteri Me)

111-11-5 (Oktanoat tal-metil)

110-42-9 (Dekanoat tal-metil)

Nru CIPAC mhux assenjat

Aċidu nonanojku

Aċidu Kapriliku, Aċidu Pelargoniku, Aċidu Kapriku, Aċidu Lawriku, Aċidu Olejku (ISO f’kull każ)

Aċidu Oktanojku, Aċidu Nonanojku, Aċidu Dekanojku, Aċidu Dodekanojku, Aċidu cis-9-Oktadekanojku (IUPAC f’kull każ)

Aċidi grassi, C7-C10, esteri Me

≥ 889 g/kg (Aċidu Pelargoniku)

≥ 838 g/kg aċidi grassi

≥ 99 % esteri metiliċi tal-aċidi grassi

l-1 ta’ Settembru 2009

il-31 ta’ Awwissu 2024

(3)

fir-ringiela 264, Dodemorph, fis-sitt kolonna, “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2024”.


(1)  Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.;

(2)  Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.;


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1280/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top