This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1243
Council Implementing Regulation (EU) 2024/1243 of 26 April 2024 implementing Regulation (EU) 2023/888 concerning restrictive measures in view of actions destabilising the Republic of Moldova
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1243 tas-26 ta’ April 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1243 tas-26 ta’ April 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
ST/8666/2024/INIT
ĠU L, 2024/1243, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1243/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1243 |
29.4.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1243
tas-26 ta’ April 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 tat-28 ta’ April 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta’ April 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/888. |
(2) |
Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/888. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-entrati għal ħames persuni tiġi emendata. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/888 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/888 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/888, fit-Taqsima “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati 1, 2, 5, 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“1. |
Ilan Mironovich SHOR magħruf ukoll bħala Ilan Mironovici ȘOR |
Funzjoni: negozjant, president tal-partit politiku ‘SHOR’ (‘ȘOR’) Data tat-twelid: 6.3.1987 Post tat-twelid: Tel. Aviv, Iżrael Sess: raġel Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova, Iżraeljana Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Istat (IDNP): 0971007884125 (Republic of Moldova) |
Ilan Shor huwa politiku Moldovan (Kap tal-Partit Politiku ŞOR) u negozjant mir-Repubbika tal-Moldova li huwa involut fil-finanzjament illegali tal-partiti politiċi fir-Repubblika tal-Moldova u fl-inċitament għall-vjolenza kontra l-oppożizzjoni politika. Qabel ma l-Partit ȘOR, immexxi minn Ilan Shor ġie ddikjarat bħala wieħed mhux kostituzzjonali f’Ġunju 2023, Shor kien involut fil-ħlas u t-taħriġ ta’ persuni biex jipprovokaw diżordni u inkwiet waqt il-protesti fir-Repubblika tal-Moldova. Permezz ta’ deċiżjoni datata t-13 ta’ April 2023, il-Qorti tal-Appell ta’ Chisinau kkundannat lil Ilan Shor ħati ta’ frodi u ħasil tal-flus fil-każ ta’ ‘Frodi Bankarja’ għal 15-il sena ħabs u l-konfiska ta’ assi għal valur ta’ EUR 254 miljun. Fondi minn din il-frodi bankarja fuq skala kbira u l-konnessjonijiet ma’ oligarki korrotti u entitajiet ibbażati f’Moska kienu u għadhom qed jintużaw, skont l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova, biex joħolqu b’mod artifiċjali inkwiet politiku fil-pajjiż. L-azzjonijiet tiegħu diretti lejn l-imminar tad-demokrazija tar-Repubblika tal-Moldova jinkludu l-għoti ta’ finanzjament illegali biex tiġi appoġġata l-attività politika favur il-Kremlin fir-Repubblika tal-Moldova. Eżempju tal-użu ta’ tali fondi huwa l-organizzazzjoni ta’ protesti u manifestazzjonijiet vjolenti, primarjament fil-belt kapitali Chisinau, bl-għajnuna ta’ dimostranti mħallsa mix-ȘOR Party, matul l-2022-2023. Wara li l-Partit ȘOR ġie ddikjarat mhux kostituzzjonali, Ilan Shor kompla jiffaċilita l-influwenza Russa fix-xena politika tar-Repubblika tal-Moldova billi ffinanzja illegalment partiti oħra u pprova jxaħħam lill-politiċi. Billi dderieġa u ppjana dimostrazzjonijiet vjolenti u permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital, Ilan Shor huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova. |
30.5.2023 |
2. |
Gheorghe Petru CAVCALIUC |
Funzjoni: politiku, president tal-partit politiku ‘Building Europe at Home Party’ (PACE) eks Viċi Kap tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija Data tat-twelid: 25.10.1982 Post tat-twelid: Micăuți village, Strășeni county, Republic of Moldova Sess: raġel Nazzjonalità: Repubblika tal-Moldova, Rumena Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Istat (IDNP): 2000033042660 (Republic of Moldova) Numru tal-passaport: AB0664715 (Repubblika tal-Moldova) 058117566 (Rumanija) |
Gheorghe Petru Cavcaliuc huwa l-ex Viċi Kap tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija tar-Repubblika tal-Moldova. Huwa magħruf li organizza u pparteċipa fil-protesti vjolenti ta’ Ottubru 2022, flimkien ma’ Ilan Shor. Huwa uża l-konnessjonijiet tiegħu fl-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija biex jirrekluta eks uffiċjali tal-pulizija u joħloq grupp paramilitari biex ‘jipproteġi’ lid-dimostranti vjolenti kontra l-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova. F’dan il-kuntest huwa waqqaf l-hekk imsejjaħ ‘gvern parallel’ bl-għan li jissostitwixxi l-gvern elett demokratikament tar-Repubblika tal-Moldova. Billi dderieġa u ppjana dimostrazzjonijiet vjolenti” Gheorghe Cavcaliuc huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova. |
30.5.2023 |
5. |
Vladimir Gheorghe PLAHOTNIUC magħruf ukoll bħala Vladimir ULINICI magħruf ukoll bħala Vladimir PLAKHOTNYUK magħruf ukoll bħala Vladislav Vladimir NOVAK (Владимир (Влад) Георгиевич ПЛАХОТНЮК) |
Funzjoni: negozjant, politiku Data tat-twelid: 1.1.1966 jew 25.12.1965 Post tat-twelid: Pitușca, Călărași, former USSR (issa ir-Repubblika tal-Moldova) Sess: raġel Nazzjonalità: Repubblika tal-Moldova, Rumena, Russa Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Istat (IDNP): 0962706018030 (Republic of Moldova) Numru tal-passaport: AB 0671328; AA 1203658 (Repubblika tal-Moldova) |
Vladimir Plahotniuc huwa soġġett għal diversi proċedimenti kriminali fir-Repubblika tal-Moldova relatati ma’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tar-Repubblika tal-Moldova u t-trasferiment illegali tagħhom barra mir-Repubblika tal-Moldova. Huwa ġie akkużat fir-Repubblika tal-Moldova fil-kawża “Bank Fraud”, li l-effetti ekonomiċi tagħha għadhom qed jaffettwaw il-pajjiż. Qed jiġi investigat ukoll talli xaħħam lill-eks President tal-Moldova b’borża ta’ flus kontanti bi skambju għal favuri politiċi. Permezz tal-imġiba finanzjarja ħażina serja tiegħu b’rabta ma’ fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital u billi jdgħajjef il-proċess politiku demokratiku fir-Repubblika tal-Moldova, Vladimir Plahotniuc huwa responsabbli għall-azzjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jdgħajfu u jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova. |
30.5.2023 |
6. |
Chiril GUZUN |
Eks uffiċjal tal-pulizija tal-fruntiera u l-mexxej attwali ta’ grupp paramilitari, “SCUTUL POPORULUI” Data tat-twelid: 27.4.1979 Post tat-twelid: Ratus, Criuleni, SSR Moldova Sess: raġel Nazzjonalità: Repubblika tal-Moldova, Rumena |
Chiril Guzun huwa l-fundatur u l-mexxej attwali ta’ “Scutul Poporului”, organizzazzjoni paramilitari fir-Repubblika tal-Moldova, li tinkludi eks persunal militari, tal-pulizija u tal-infurzar tal-liġi, li tuża l-vjolenza filwaqt li tattendi l-protesti, b’mod partikolari biex tiddestabbilizza r-Repubblika tal-Moldova. Matul it-tentattivi ta’ Frar 2023 biex jiddestabbilizzaw il-gvern nazzjonali, gruppi ta’ dimostranti affiljati mas-sussegwentement ipprojbit “Partidul ȘOR” u mal-Building Europe at Home Party, “Partidul Acasă Construim Europa’ (PACE) kienu appoġġati u mdawra minn membri ta’ ‘Scutul Poporului’, li kienu involuti f’irvellijiet u dimostrazzjonijiet vjolenti. Chiril Guzun ilu jaf ukoll lil Gheorghe Cavcaliuc, persuna elenkata u l-mexxej tal-partit ‘PACE’. Cavcaliuc ammetta li kkoordina mal-organizzazzjoni ta’ Chiril Guzun fir-rigward tal-protesti vjolenti. Barra minn hekk, Natalia Guzun, mart Chiril Guzun, hija viċi president tal-partit ‘PACE’. Fir-rwol ta’ mexxej ta’ ‘Scutul Poporului’, billi jmexxi, jinvolvi ruħu f’dimostrazzjonijiet vjolenti u jappoġġahom, Chiril Guzun huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova. Barra minn hekk, Chiril Guzun huwa assoċjat ma’ Gheorghe Cavcaliuc u ma’ ‘Scutul Poporului’. |
22.2.2024 |
7. |
Dmitry MILYUTIN (Дмитрий Милютин) |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intelligence Operazzjonali tad-Direttorat 5, Servizz tas-Sigurtà Federali Russu (FSB) Data tat-twelid: 30.5.1967 Post tat-twelid: Ijevsk, USSR (issa l-Federazzjoni Russa) Sess: raġel Nazzjonalità: Russa Numru tal-karta tal-identità: 0134180 |
Dmitry Milyutin huwa l-Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intelligence Operazzjonali tas-Servizz tas-Sigurtà Federali Russu (FSB), ilu responsabbli mill-operazzjonijiet sigrieti tar-Russja fir-Repubblika tal-Moldova mill-2016, speċjalment fir-reġjun Transnistrijan, li jiddestabbilizzaw l-ordni kostituzzjonali. Permezz tal-operattivi tiegħu, Milyutin imexxi, jikkoordina u jimmanipula atturi politiċi magħżula fir-Repubblika tal-Moldova sabiex isegwi aġendi favur ir-Russja, u b’hekk idgħajjef il-proċess politiku demokratiku fir-Repubblika tal-Moldova. Barra minn hekk, il-grupp ta’ Milyutin huwa involut fl-organizzazzjoni ta’ protesti vjolenti u f’atti oħra ta’ vjolenza li jseħħu fir-Repubblika tal-Moldova. Billi jdgħajjef serjament il-proċess politiku demokratiku, jipprova jiddestabbilizza l-ordni kostituzzjonali, u billi jiffaċilita dimostrazzjonijiet vjolenti u atti oħra ta’ vjolenza, Dmitry Milyutin qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-Repubblika tal-Moldova. Huwa assoċjat ukoll mal-persuna elenkata Igor Chaika. |
22.2.2024”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1243/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)