Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1234

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1234 tat-2 ta’ Mejju 2024 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1596, (UE) 2023/1595, (UE) 2023/711, (UE) 2022/269 u (UE) 2019/1198

C/2024/2662

ĠU L, 2024/1234, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1234/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/07/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1234/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1234

3.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1234

tat-2 ta’ Mejju 2024

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1596, (UE) 2023/1595, (UE) 2023/711, (UE) 2022/269 u (UE) 2019/1198

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi,

(1)

Fit-13 ta’ Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina (“oġġetti li jintużaw fuq il-mejda”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (3).

(2)

Fit-12 ta’ Lulju 2019, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni estendiet il-miżuri tar-regolament oriġinali għal ħames snin oħra permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198.

(3)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-kampjunar ġie applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(4)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni imponiet rati individwali ta’ dazju anti-dumping li jvarjaw minn 13,1 % sa 18,3 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ inklużi fil-kampjun. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun ġiet imposta rata ta’ dazju anti-dumping ta’ 17,9 %. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198. Barra minn hekk, ġiet imposta wkoll rata ta’ dazju anti-dumping mal-pajjiż kollu ta’ 36,1 % fuq il-prodott ikkonċernat minn kumpaniji fir-RPĊ li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(5)

Fit-28 ta’ Novembru 2019, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 ġie emendat permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2131 (4). Fost l-oħrajn, il-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 ġiet emendata.

(6)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata tad-dazju medja ponderata ta’17,9 %, meta dak il-produttur esportatur ġdid jagħti biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”);

(b)

mhuwa relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-RPĊ li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament oriġinali; kif ukoll

(c)

ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu oriġinali ta’ investigazzjoni, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 ġie emendat f’diversi okkażjonijiet wara l-konklużjoni ta’ rieżamijiet tal-produtturi esportaturi ġodda fejn il-produtturi esportaturi pprovdew biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li ssodisfaw il-kriterji elenkati fil-premessa (6).

(8)

Madankollu, il-parti operattiva ta’ 4 Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 b’mod żbaljat tirreferi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131 minflok għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1596 (5), (UE) 2023/1595 (6), (UE) 2023/711 (7) u (UE) 2022/269 (8) jiġu kkoreġuti skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1596, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li fih il-lista tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1595, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li fih il-lista tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:”.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/711, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li fih il-lista tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:”.

Artikolu 4

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/269, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li fih il-lista tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:”.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)   ĠU L 189, 15.7.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1198/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/412/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2131 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 139, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2131/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1596 tat-3 ta’ Awwissu 2023 li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 (ĠU L 196, 4.8.2023, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1596/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1595 tat-3 ta’ Awwissu 2023 li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 (ĠU L 196, 4.8.2023, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1595/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/711 tat-30 ta’ Marzu 2023 li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 (ĠU L 93, 31.3.2023, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/711/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/269 tat-23 ta’ Frar 2022 li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 (ĠU L 43, 24.2.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/269/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1234/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top