Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1227

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1227 tat-23 ta’ April 2024 li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi protetti (Gamoneu/Gamonedo (DOP))

    C/2024/2817

    ĠU L, 2024/1227, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1227/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1227/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1227

    30.4.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1227

    tat-23 ta’ April 2024

    li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi protetti (“Gamoneu/Gamonedo” (DOP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Gamoneu / Gamonedoes”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2008 (2). Din l-emenda tinkludi bidla tal-isem “Gamoneu / Gamonedo” għal “Gamonéu”.

    (2)

    Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni biex issir l-emenda, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament (3).

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-modifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Gamoneu / Gamonedo” (DOP) hija approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2024.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 343 du 14.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1151/oj.

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2008 tas- 16 ta’ Lulju 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ail de la Drôme (IĠP), Všestarská cibule (DPO), Slovenská bryndza (IĠP), Ajo Morado de Las Pedroñeras (IĠP), Gamoneu ou Gamonedo (DPO), Alheira de Vinhais (IĠP), Presunto de Vinhais ou Presunto Bísaro de Vinhais (IĠP)] (ĠU L 189 du 17.7.2008, p. 19), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/676/oj.

    (3)   ĠU C, C/2024/674 du 12.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/674/oj.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1227/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top