Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1206

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1206 tad-29 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, dodina, fluwometuron, eżitijażoss, isossaben, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, prosulfuron, kinmerak, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion u fosfid taż-żingu

    C/2024/2667

    ĠU L, 2024/1206, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1206/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1206/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1206

    30.4.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1206

    tad-29 ta’ April 2024

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, dodina, fluwometuron, eżitijażoss, isossaben, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, prosulfuron, kinmerak, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion u fosfid taż-żingu

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Dawk is-sustanzi huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) u s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma elenkati fil-Parti B ta’ dak l-Anness, filwaqt li s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala kandidati għas-sostituzzjoni huma elenkati fil-Parti E ta’ dak l-Anness.

    (2)

    Is-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, dodina, fluwometuron, eżitijażoss, isossaben, kubrit tal-ġir, kinmerak, sintofen, tau-fluvalinat, tebufenożur u fosfid taż-żingu huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. Is-sustanzi attivi żejt tal-larinġ, tijosulfat tal-fidda u s-sodju u tembotrion huma elenkati fil-Parti B ta’ dak l-Anness u s-sustanza attiva prosulfuron hija elenkata fil-Parti E ta’ dak l-Anness.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 (4) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi żejt tal-larinġ, prosulfuron, kinmerak, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, tembotrion u fosfid taż-żingu sal-31 ta’ Lulju 2024 u tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, dodina, fluwometuron, eżitijażoss, isossaben, kubrit tal-ġir, sintofen, tau-fluvalinat u tebufenożur sal-31 ta’ Awwissu 2024.

    (4)

    L-applikazzjonijiet u d-dossiers supplimentari għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi ġew sottomessi f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u (UE) 2020/1740 (6), rispettivament.

    (5)

    Għas-sustanzi attivi ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, eżitijażoss, isossaben, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, kinmerak, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion u fosfid taż-żingu, il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi.

    (6)

    Għas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, dodina, fluwometuron, prosulfuron, u sintofen, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) teħtieġ żmien addizzjonali biex tasal għal konklużjoni, u meta xieraq, tkun tesiġi konsultazzjoni mal-esperti. Huwa meħtieġ aktar żmien biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni li tirriżulta dwar il-ġestjoni tar-riskju.

    (7)

    Peress li aktarx li l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi mhi se tkun tista’ tittieħed qabel l-iskadenza tal-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom fil-31 ta’ Lulju 2024 u fil-31 ta’ Awwissu 2024, u minħabba li r-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri tat-tiġdid mhumiex fil-kontroll tal-applikanti rispettivi, jenħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u sabiex jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi għat-tiġdid tal-approvazzjoni.

    (8)

    Għas-sustanzi attivi ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, eżitijażoss, isossaben, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, kinmerak, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion u fosfid taż-żingu, peress li l-valutazzjoni tar-riskju għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi u fid-dawl taż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura tat-tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 29 xahar.

    (9)

    Għas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, dodina, fluwometuron, prosulfuron u sintofen, peress li l-Awtorità teħtieġ żmien addizzjonali biex tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 23 xahar u ġimagħtejn.

    (10)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

    (11)

    F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni tiffissa d-data tal-iskadenza fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).

    (4)  Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2007/oj).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/844/oj).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).


    ANNESS

    I.   

    Il-Parti A tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 311, Kinmerak, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2026”;

    (2)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 314, Fosfid taż-żingu, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2026”;

    (3)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 317, 6-Benżiladenina, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2026”;

    (4)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 323, Dodina, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2026”;

    (5)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 328, Tau fluvalinat, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”;

    (6)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 330, Bupirimat, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”;

    (7)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 333, 1-dekanol, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2026”;

    (8)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 334, Isossaben, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”;

    (9)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 335, Fluwometuron, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2026”;

    (10)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 341, Sintofen, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2026”;

    (11)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 343, Ażadiraktin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”;

    (12)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 345, Kubrit tal-ġir, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”;

    (13)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 346, Sulfat tal-aluminju, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Lulju 2026”;

    (14)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 350, Tebufenożur, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”;

    (15)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 351, Ditijanon, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”;

    (16)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 352, Eżitijażoss, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2027”.

    II.   

    Fil-Parti B tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 56, Żejt tal-larinġ, tar-ringiela 59, Tembotrion u tar-ringiela 63, Tijosulfat tal-fidda u s-sodju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2026”.

    III.   

    Fil-Parti E tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 6, Prosulfuron, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Ġunju 2026”.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1206/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top