This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1205
Council Regulation (EU) 2024/1205 of 22 April 2024 amending Regulation (EU) 2017/1770 concerning restrictive measures in view of the situation in Mali
Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1205 tat-22 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1205 tat-22 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
ST/7560/2024/INIT
ĠU L, 2024/1205, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1205/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1205 |
23.4.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1205
tat-22 ta’ April 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1204 tat-22 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2374 (2017), li stabbiliet qafas għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kontra individwi u entitajiet responsabbli mit-theddid għall-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali jew kienu kompliċi fih jew involuti fih direttament jew indirettament. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1770 (2) biex jingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 (3), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali u li ttrasponiet fid-dritt tal-Unjoni r-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(3) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2021/2201 (4) biex jingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208 (5), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 u stabbiliet qafas dedikat, li jippermetti miżuri restrittivi awtonomi tal-Unjoni kontra individwi u entitajiet responsabbli mit-theddid tal-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali, jew mit-tfixkil jew l-imminar tat-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. |
|
(4) |
Fil-31 ta’ Awwissu 2023, skada r-reġim ta’ sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), meta l-Kunsill tas-Sigurtà naqas milli jaqbel dwar l-estensjoni tiegħu. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2024/215 (6) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/212 (7), li ħassru l-entrati kollha fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 u r-Regolament (UE) Nru 2017/1770 rispettivament, fid-dawl tat-terminazzjoni tar-reġim ta’ sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Mali. |
|
(6) |
F’dan il-kuntest, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1204 temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 biex jitneħħew ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-miżuri tan-NU. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1204 temenda wkoll l-eżenzjoni eżistenti għall-miżuri tal-iffriżar tal-assi għal ċerti atturi umanitarji, filwaqt li tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni biex tkopri atturi addizzjonali u tissostitwixxi d-deroga relatata. |
|
(8) |
Sabiex jiġu aġġornati d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, dan ir-Regolament jissostitwixxi l-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/1770, li jinkludi l-lista tad-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri li jieħdu skont dan ir-Regolament u dwar kull informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Jenħtieġ li dawk il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1770 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1770 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jitħassar il-punt (h); |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll, ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness Ia għandhom jiġu ffriżati. 2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, għall-beneficċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness Ia.”’; |
|
(3) |
jitħassar l-Artikolu 2a; |
|
(4) |
l-Artikolu 2b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2b 1. L-Anness Ia għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi:
2. L-Anness Ia għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi kkonċernati. 3. L-Anness Ia għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: l-ismijiet u l-psewdonimi; id-data u l-post ta’ twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karti tal-identità; il-ġeneru; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.”’; |
|
(5) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. B’deroga mill-Artikolu 2(1) jew (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b’dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”’; |
|
(6) |
l-Artikolu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3a 1. L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn dawn li ġejjin:
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont tali kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 3. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.”’; |
|
(7) |
jitħassar l-Artikolu 3b; |
|
(8) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. B’deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”; |
|
(9) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. B’deroga mill-Artikolu 2(1) u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness Ia ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness Ia, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi ffriżati jew ta’ riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”; |
|
(10) |
l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. L-Artikolu 2(2) ma għandux jwaqqaf l-ikkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, tal-entità jew tal-korp elenkati, dejjem jekk kull żieda f’dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b’kull tranżazzjoni bħal din, mingħajr dewmien. 2. L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta’:
dment li kull tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).”’; |
|
(11) |
l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 1. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għar-regoli nazzjonali jew regoli oħra applikabbli dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet ġudizzjarji, u konsistenti mar-rispett għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom iggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għal dan l-għan, tali komunikazzjonijiet jinkludu dawk relatati ma’ parir legali pprovdut minn professjonisti ċċertifikati oħra li huma awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji, sa fejn tali parir legali jingħata b’rabta ma’ proċedimenti ġudizzjarji pendenti jew prospettivi. 3. Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri. 4. Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet milqugħa. 5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-infurzar, l-awtoritajiet doganali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) kif ukoll l-amministraturi ta’ reġistri uffiċjali fejn huma rreġistrati persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kif ukoll proprjetà immobbli jew mobbli, għandhom jipproċessaw u jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni, inkluża data personali, u, jekk meħtieġ, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru tagħhom, ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni, jekk tali pproċessar u skambju jkun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tal-awtorità tal-ipproċessar jew tal-awtorità riċeventi skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jidentifikaw każijiet ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, jew tentattivi ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)." (*2) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)." (*3) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)." (*4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;" |
|
(12) |
l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 1. Ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
2. F’kull proċediment għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni, l-obbligu ta’ prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta’ dik il-pretensjoni. 3. Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-nonadempiment ta’ obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.”’; |
|
(13) |
l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda b’dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni:
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li jista’ jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.”’; |
|
(14) |
l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, grupp, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, għandu jemenda l-Anness Ia kif xieraq. 2. Il-Kunsill għandu jikkomunika deċiżjoni skont il-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, il-grupp, l-entità jew il-korp ikkonċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk jipprovdi opportunità lili dik il-persuna fiżika jew ġuridika, grupp, entità jew korp biex jissottomettu osservazzjonijiet. 3. Fejn jiġu sottomessi osservazzjonijiet ġodda, jew fejn tiġi preżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni kkonċernata u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, il-grupp, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif xieraq. 4. Il-lista fl-Anness Ia għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. 5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.”; |
|
(15) |
l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dawn ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b’kull emenda sussegwenti.”’; |
|
(16) |
l-Artikolu 13a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13a 1. Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-‘Rappreżentant Għoli’) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:
2. Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar huwa neċessarju għat-tħejjija tal-Anness Ia. 3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala ‘kontrollur’ skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8, tar-Regolament (UE) 2018/1725 sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament.”; |
|
(17) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 14a Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta minnha f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta biss.”’; |
|
(18) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Dan ir-Regolament għandu japplika:
|
|
(19) |
Jitħassar l-Anness I; |
|
(20) |
L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L, 2024/1204, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1204/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2201 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2208 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 44).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/215 tal-4 ta’ Jannar 2024 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L, 2024/215, 5.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/215/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/212 tal-4 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L, 2024/212, 5.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/212/oj).
ANNESS
“ANNESS II
Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
https://fau.gov.cz/en/international-sanctions
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
ĊIPRU
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Financial Stability, Financial Services and Capital Markets Union (DG FISMA) |
|
Rue Joseph II 54 |
|
B-1049 Brussels, |
|
Belgium |
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1205/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)