This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1199
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1199 of 18 April 2024 concerning the authorisation of manganese(II) – betaine complex as a feed additive for all animal species
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1199 tat-18 ta’ April 2024 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kumpless tal-manganiż(II) - betaina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1199 tat-18 ta’ April 2024 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kumpless tal-manganiż(II) - betaina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
C/2024/2453
ĠU L, 2024/1199, 22.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1199/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1199 |
22.4.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1199
tat-18 ta’ April 2024
dwar l-awtorizzazzjoni tal-kumpless tal-manganiż(II) - betaina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpless tal-manganiż(II) – betaina. Ma’ dik l-applikazzjoni nbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kumpless tal-manganiż(II) – betaina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2023 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kumpless tal-manganiż(II) – betaina huwa sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi, u għall-ambjent diment li ma jinqabżux il-livelli massimi awtorizzati tal-manganiż totali fl-għalf. Rigward is-sikurezza għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-Awtorità kkonkludiet li abbażi tar-riżultati tal-istudju ta’ tolleranza, l-addittiv huwa sikur għat-tiġieġ tas-simna meta jintuża sal-livelli massimi awtorizzati tal-manganiż fl-għalf, u li din il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali diment li ma jinqabżux il-livelli massimi awtorizzati fl-UE tal-kwantità totali ta’ manganiż fl-għalf. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-kumpless tal-manganiż (II) – betaina huwa sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda, minħabba li fih in-nikil. Huwa irritant tal-għajnejn iżda mhux tal-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza hija effikaċi bħala sors ta’ manganiż fl-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali. Hija ma qisitx li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kumpless tal-manganiż(II) – betaina jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik is-sustanza jiġi awtorizzat. Il-Kummissjoni tqis ukoll li għal raġunijiet ta’ sikurezza l-addittiv jenħtieġ li jiżdied fl-għalf permezz ta’ premixxeli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj?locale=mt.
(2) EFSA Journal 2023;21(10):8362.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tal-element (Mn) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b512 |
Kumpless tal-manganiż(II) – betaina |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Kumpless tal-manganiż(II) – betaina b’minimu ta’ 17 % ta’ manganiż u minimu ta’ 42 % ta’ betaina Nikil: massimu ta’ 84 mg/kg Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi: Isem: katena-[μ3-sulfat-(trimetilammonju)aċetat-manganiż(II)] Formula kimika: [Mn(H2O)2((CH3)3NCH2COO)(SO4)]n Speċifikazzjonijiet:
Metodi analitiċi (1) : Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-manganiż fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-manganiż fil-premixxeli:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-manganiż fl-għalf kompost:
Għall-kwantifikazzjoni tal-betaina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-kubrit u tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf:
Prova ta’ formazzjoni kumplessa bejn il-manganiż, il-betaina u s-sulfat: Diffrazzjoni tar-raġġi X tat-trab (XRD) (2). |
Ħut |
- |
- |
100 |
|
12.5.2034 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Speċijiet oħra ta’ annimali |
|
|
150 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) (1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) (2) Diffrattometru Stoe Stadi P fil-ġeometrija ta’ Guinier bl-użu tar-radjazzjoni Cu-Kα1 (monokromatur Johann Ge) u detettur ta’Stoe imageplate IP-PSD.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1199/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)