This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1107
Commission Delegated Regulation (EU) 2024/1107 of 13 March 2024 supplementing Regulation (EU) 2018/1139 of the European Parliament and of the Council by laying down detailed rules for the continuing airworthiness of certified unmanned aircraft systems and their components, and on the approval of organisations and personnel involved in these tasks
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord u l-komponenti tagħhom, u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persunal involuti f’dawn il-kompiti
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord u l-komponenti tagħhom, u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persunal involuti f’dawn il-kompiti
C/2024/1569
ĠU L, 2024/1107, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1107/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1107 |
23.5.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1107
tat-13 ta’ Marzu 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord u l-komponenti tagħhom, u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persunal involuti f’dawn il-kompiti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1), il-punti (a), (b), (c) u (d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IX tar-Regolament (UE) 2018/1139 jistabbilixxi rekwiżiti essenzjali għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, b’mod partikolari dawk li jistgħu jkunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (2) jipprevedi li s-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (“UAS”) maħsuba biex jitħaddmu fil-kategorija “speċifika” msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (3) li għalihom ir-riskju tat-tħaddim ma jkunx jista’ jittaffa kif xieraq, iridu jiġu ċċertifikati u jkunu konformi mar-rekwiżiti dettaljati fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħhom. |
(3) |
Filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-UAS, jeħtieġ jiġu stabbiliti rekwiżiti dettaljati u apposta tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għal dawk il-UAS, il-komponenti tagħhom, u għall-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti fil-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-rekwiżiti dettaljati għall-UAS jenħtieġ li jkunu proporzjonati għar-riskju tat-tħaddim jew tat-tip ta’ tħaddim partikolari meħtieġa mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 għall-operazzjonijiet b’riskju għoli fil-kategorija “speċifika”. |
(5) |
Dawk ir-rekwiżiti dettaljati tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS jenħtieġ li jkunu bbażati fuq u armonizzati mar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (4) applikabbli għall-inġenji tal-ajru ħfief fl-avjazzjoni bl-ekwipaġġ; iżda dawk ir-rekwiżiti dettaljati għall-UAS jenħtieġ li jiġu adattati u aġġustati biex ikun żgurat li dawn ikunu adegwati għan-natura speċifika tal-UAS u proporzjonati għar-riskji ppreżentati mit-tħaddim tagħhom. |
(6) |
Meta ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà ma jkunx disponibbli u jinħareġ permess għat-titjir lil UAS, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti dettaljati ma jkunux japplikaw, u minflok jenħtieġ li jkunu japplikaw ir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti fil-kundizzjonijiet tat-titjir approvati f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (5). |
(7) |
Jeħtieġ tiġi prevista tranżizzjoni bla xkiel lejn il-qafas regolatorju l-ġdid stabbilit b’dan ir-Regolament. Għalhekk, il-partijiet ikkonċernati u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jeħtieġ jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw u jiżguraw il-konformità ma’ dan il-qafas regolatorju l-ġdid. |
(8) |
Ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u d-data stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jenħtieġ li jiġu differiti sakemm isir applikabbli r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 (6). |
(9) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppreżentat l-Opinjoni tal-Kummissjoni Nru 3/2023 (7) f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-Artikolu 76(1) ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi biex jiżgura l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (“UAS”), inkluż ta’ kull komponent għall-installazzjoni fihom, fejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun irreġistrat, jew ikun se jiġi rreġistrat fi Stat Membru, u jkun maħsub biex jitħaddem fil-kategorija “speċifika” kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u jkun inħareġ jew ikun se jinħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà lill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (30), tar-Regolament (UE) 2018/1139, u l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ tiegħu; |
(2) |
“unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ” tfisser it-tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (32), tar-Regolament (UE) 2018/1139; |
(3) |
“persunal ċertifikanti” tfisser il-persunal responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni malli titlesta; |
(4) |
“komponent” tfisser magna, skrun jew parti mill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, jew xi element tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ; |
(5) |
“kontinwità tal-ajrunavigabbiltà” tfisser il-proċessi kollha li jiżguraw li, f’kull ħin tul il-ħajja operattiva tiegħu, is-sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tikkonforma mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli u tkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur; |
(6) |
“manutenzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin jew kombinament tagħhom: eżami bir-reqqa, tiswija, spezzjoni, sostituzzjoni, modifika jew rettifika ta’ difett ta’ sistema jew komponent tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief l-ispezzjoni ta’ qabel titjira; |
(7) |
“organizzazzjoni” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew parti minn persuna ġuridika, stabbilita f’aktar minn post wieħed, sew fit-territorju tal-Istati Membri u sew le; |
(8) |
“spezzjoni ta’ qabel titjira” tfisser l-ispezzjoni li ssir qabel it-titjira biex tiżgura li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun tajjeb għat-titjira maħsuba; |
(9) |
“post ewlieni tan-negozju” tfisser is-sede ewlenija jew l-uffiċju reġistrat tal-impriża li minnu jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament; |
(10) |
“kompitu tal-manutenzjoni kritiku” tfisser kompitu tal-manutenzjoni li jinvolvi l-assemblaġġ jew xi disturb ta’ sistema jew ta’ xi komponent fuq sistema ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, magna jew skrun li, jekk ifeġġ errur waqt l-eżekuzzjoni tiegħu, jista’ jipperikola b’mod dirett is-sikurezza tat-titjira; |
(11) |
“installazzjoni ta’ unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ” tfisser il-proċess biex jiġu integrati l-elementi ta’ unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ f’ambjent fiżiku eliġibbli għal dak il-għan skont sett ta’ struzzjonijiet tal-installazzjoni u tal-ittestjar, b’tali mod li l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ installata tkun tista’ tintuża biex jitħaddem inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
1. Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS imsemmija fl-Artikolu 1 u l-komponenti għall-installazzjoni fihom għandhom ikunu żgurati f’konformità mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) ta’ dan ir-Regolament.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS imsemmija fl-Artikolu 1, li għaliha jkun inħareġ permess għat-titjir, għandha tkun żgurata abbażi ta’ arranġamenti speċifiċi tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà kif definiti fil-kundizzjonijiet tat-titjir approvati fil-permess għat-titjir maħruġ f’konformità mas-Subparti P tal-Anness I (il-Parti21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.
Artikolu 4
Approvazzjonijiet għall-organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS
Organizzazzjoni li tkun involuta fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS imsemmija fl-Artikolu 1 u tal-komponenti għall-installazzjoni fihom, inkluż il-manutenzjoni tagħhom, għandha tikkonforma mal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) u tikseb iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni relatat mingħand l-awtorità kompetenti kif speċifikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 (8).
Artikolu 5
Persunal ċertifikanti
Il-persunal ċertifikanti għandu jiġi kkwalifikat f’konformità mal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS).
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2025.
Iżda l-punt CAO.UAS.102 tal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) għandu jibda japplika mit-22 ta’ Frar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/945/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/947/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664, u għall-awtoritajiet kompetenti koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340 u (UE) Nru 139/2014, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 139/2014, (UE) Nru 1321/2014, (UE) 2015/340, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 (ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/203/oj).
(7) https://www.easa.europa.eu/en/document-library/opinions
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 tal-10 ta’ April 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti u tal-proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (ĠU L, 2024/1109, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1109/oj).
ANNESS I
(IL-PARTI-ML.UAS)
WERREJ
ML.UAS.1
SUBPARTI A — |
ĠENERALI |
ML.UAS.101 |
Kamp ta’ applikazzjoni |
SUBPARTI B — |
RESPONSABBILTÀ |
ML.UAS.201 |
Responsabbiltajiet |
SUBPARTI C — |
KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
ML.UAS.301 |
Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
ML.UAS.302 |
Programm tal-manutenzjoni tal-UAS |
ML.UAS.303 |
Direttivi tal-ajrunavigabbiltà (“ADs”) |
ML.UAS.304 |
Modifiki u tiswijiet |
ML.UAS.305 |
Sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS |
ML.UAS.307 |
Trasferiment ta’ rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS |
SUBPARTI D — |
STANDARDS TAL-MANUTENZJONI |
ML.UAS.401 |
Data tal-manutenzjoni |
ML.UAS.403 |
Difetti fil-UAS |
SUBPARTI E — |
KOMPONENTI |
ML.UAS.501 |
Installazzjoni tal-komponenti tal-UA |
ML.UAS.502 |
Manutenzjoni tal-komponenti tal-UA |
ML.UAS.504 |
Segregazzjoni tal-komponenti |
ML.UAS.520 |
Installazzjoni u manutenzjoni tal-komponenti tas-CMU |
SUBPARTI H — |
ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (“CRS”) |
ML.UAS.801 |
Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-UA |
ML.UAS.802 |
Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-komponenti tal-UA |
ML.UAS.803 |
Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-CMU |
ML.UAS.804 |
Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-komponenti tal-CMU |
ML.UAS.805 |
Ċertifikazzjoni tal-installazzjoni tas-CMU |
SUBPARTI I — |
ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (“ARC”) |
ML.UAS.901 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-UA — Ġenerali |
ML.UAS.902 |
Validità tal-ARC tal-UA |
ML.UAS.903 |
Proċess tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
ML.UAS.905 |
Trasferiment ta’ reġistrazzjoni tal-UA fl-Unjoni |
ML.UAS.906 A |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta’ UA importat fl-Unjoni |
ML.UAS.906B |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà wara bidliet fl-operazzjonijiet ta’ UAS |
ML.UAS.907 |
Sejbiet |
Appendiċi 1 — |
Kuntratt tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
Appendiċi 2 — |
Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15d tal-EASA) |
Appendiċi 3 — |
Struzzjonijiet biex timtela l-Formola 1 tal-EASA |
ML.UAS.1
(a) |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “awtorità kompetenti” għandha tfisser l-awtorità speċifikata fil-punt AR.UAS.GEN.010(a) tal-Anness I (il-Parti-AR.UAS) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1109. |
(b) |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sid il-UA” għandha tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:
|
SUBPARTI A
ĠENERALI
ML.UAS.101 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-miżuri li jridu jieħdu l-persuni u l-organizzazzjonijiet biex jiżguraw li l-UAS operata fil-kategorija “speċifika” kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, u li skontha jkun inħareġ jew ikun se jinħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà lill-UA f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, tkun ajrunavigabbli. Jispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw il-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti fil-kompiti relatati mal-ajrunavigabbiltà ta’ dik l-UAS.
SUBPARTI B
RESPONSABBILTÀ
ML.UAS.201 Responsabbiltajiet
(a) |
Sid il-UA għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS u għandu jiżgura li ma ssir l-ebda titjira qabel jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(b) |
B’deroga mill-punt (a), meta l-UA jkun mikri, ir-responsabbiltà stabbilita fil-punt (a) għandha tapplika għal-lokatarju, diment li l-lokatarju jiġi identifikat fid-dokument tar-reġistrazzjoni tal-UA jew dak it-trasferiment tar-responsabbiltà jiġi spjegat fid-dettall fil-kuntratt tal-lokazzjoni. |
(c) |
Kull persuna jew organizzazzjoni li twettaq manutenzjoni fuq il-UAS u l-komponenti tagħha għandha tkun responsabbli għall-kompiti tal-manutenzjoni mwettqa. |
(d) |
L-operatur tal-UAS għandu jkun responsabbli biex iwettaq l-ispezzjoni sodisfaċenti ta’ qabel it-titjira. Il-persuna li twettaq dik l-ispezzjoni f’isem l-operatur tal-UAS għandha tkun kwalifikata għal dak il-għan. L-ispezzjoni ta’ qabel it-titjira m’hemmx għalfejn twettaqha organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew il-persunal ċertifikanti. |
(e) |
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a), sid il-UA għandu jiżgura li:
|
(f) |
Biex jiġi ddeterminat jekk il-UAS hix konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, sid il-UA għandu jiżgura li jingħata l-aċċess għall-UAS u għar-rekords tal-UAS lil kull persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti. |
SUBPARTI C
KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
ML.UAS.301 Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS u s-servizzibbiltà tat-tagħmir operazzjonali u ta’ emerġenza għandhom ikunu żgurati b’dan li ġej:
(a) |
it-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ qabel it-titjira tal-UA; |
(b) |
it-twettiq ta’ manutenzjoni mhux skedata u t-tiswija tad-difetti (inkluż il-ħsarat) f’konformità mad-data speċifikata fil-punti ML.UAS.401 u ML.UAS.304, kif applikabbli, filwaqt li jitqiesu l-lista tat-tagħmir minimu (“MEL”) u l-lista tad-devjazzjoni tal-konfigurazzjoni (“CDL”), meta jkunu jeżistu; |
(c) |
it-twettiq tal-manutenzjoni kollha skedata f’konformità mal-programm tal-manutenzjoni tal-UAS imsemmi fil-punt ML.UAS.302; |
(d) |
il-konformità ma’ kull waħda applikabbli minn dawn:
|
(e) |
it-twettiq ta’ modifiki u tiswijiet f’konformità mal-punt ML.UAS.304; |
(f) |
titjiriet għal verifika u manutenzjoni (“MCFs”), meta jkunu meħtieġa; |
(g) |
id-disponibbiltà tad-dikjarazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ li tkun tirrifletti l-konfigurazzjoni attwali tal-UA, meta dik l-informazzjoni tiġi ġġenerata mill-manifattur tal-UA. |
ML.UAS.302 Programm tal-manutenzjoni tal-UAS
(a) |
Il-manutenzjoni skedata tal-UAS għandha tiġi organizzata f’konformità ma’ programm tal-manutenzjoni tal-UAS. |
(b) |
Il-programm tal-manutenzjoni tal-UAS, u kull emenda sussegwenti fih, għandha tapprovahom l-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS li tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS. |
(c) |
Il-programm tal-manutenzjoni tal-UAS għandu jkun konformi ma’:
|
(d) |
Minkejja l-punt (c)(1), b’deroga mill-punt (c)(2), il-programm tal-manutenzjoni tal-UAS jista’ jiddevja mill-ICAs, abbażi ta’ data miksuba mir-reviżjonijiet imwettqa f’konformità mal-punt (f). |
(e) |
Il-programm tal-manutenzjoni tal-UAS għandu jqis il-konfigurazzjoni tal-UAS, u t-tip u l-ispeċifiċitajiet tal-operazzjonijiet. |
(f) |
Il-programm tal-manutenzjoni tal-UAS għandu jiġi rivedut mill-anqas darba fis-sena biex tiġi vvalutata l-effettività tiegħu filwaqt li jitqiesu l-ICAs ġodda jew modifikati. |
ML.UAS.303 Direttivi tal-ajrunavigabbiltà (“ADs”)
Kull AD applikabbli trid tiġi applikata skont ir-rekwiżiti ta’ dik l-AD sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Aġenzija.
ML.UAS.304 Modifiki u tiswijiet
(a) |
Kull ħsara fil-UAS jew f’xi komponent għall-installazzjoni tagħha għandha tiġi vvalutata qabel tissewwa. |
(b) |
It-twettiq ta’ modifiki u tiswijiet fuq l-UAS jew il-komponenti tagħha għandu jara li dawk il-modifiki u t-tiswijiet ikunu:
|
ML.UAS.305 Sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS
(a) |
Għal kull UAS, kif identifikat mit-tip u n-numru tas-serje tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (“CMU”) u r-reġistrazzjoni tal-UA, għandha tiġi stabbilita sistema biex tirreġistra l-informazzjoni dwar l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS. Dik is-sistema għandha tintuża mill-bdot mill-bogħod u mill-persuni involuti fl-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS. |
(b) |
Is-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS għandu jkun fiha dawn li ġejjin:
|
(c) |
Fir-rigward tal-komponenti soġġetti għal limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, apparti d-dokument tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA jew ekwivalenti), fis-sistema tar-rekords għandha tiddaħħal l-informazzjoni li ġejja:
|
(d) |
Kull entrata għandha ssir minnufih malli jitlesta l-kompitu ħalli l-bdot mill-bogħod ikollu status aġġornat. |
(e) |
L-entrati kollha mdaħħla fir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikunu ċari u preċiżi. Meta jinqala’ l-bżonn li tiġi kkoreġuta xi entrata, il-korrezzjoni għandha ssir b’mod li turi b’mod ċar l-entrata oriġinali. |
(f) |
Is-sistema tar-rekords għandu jkun fiha rekords għall-UA, għas-CMU u, kif xieraq, għall-komponenti soġġetti għal limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà. |
(g) |
Is-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS għandha tkun tista’ tipprovdi:
|
(h) |
Ir-rekords għandhom jinżammu għall-perjodi speċifikati hawn taħt:
|
ML.UAS.307 Trasferiment ta’ rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS
(a) |
Meta UA jiġi trasferit b’mod permanenti mingħand sid għall-ieħor, għandhom jiġu trasferiti wkoll ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà rilevanti msemmija fil-punt ML.UAS.305. |
(b) |
Meta sid il-UA jikkuntratta l-kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS, sid il-UA għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt ML.UAS.305 jiġu trasferiti lil dik l-organizzazzjoni kuntrattata. |
(c) |
Il-perjodi għaż-żamma tar-rekords stabbiliti fil-punt ML.UAS.305(h) għandhom jibqgħu japplikaw għas-sid il-ġdid jew għall-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS il-ġdida. |
SUBPARTI D
STANDARDS TAL-MANUTENZJONI
ML.UAS.401 Data tal-manutenzjoni
(a) |
Il-manutenzjoni fuq l-UAS għandha teżiġi l-użu u l-aderenza mad-data tal-manutenzjoni attwali applikabbli. |
(b) |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “data tal-manutenzjoni applikabbli” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
ML.UAS.403 Difetti fil-UAS
(a) |
Kull difett fil-UAS li jipperikola b’mod serju is-sikurezza tat-titjira għandu jissewwa qabel issir titjira oħra. |
(b) |
Il-persuni li ġejjin jistgħu jiddeċiedu li difett ma jipperikolax b’mod serju s-sikurezza tat-titjir, u jistgħu jiddiferixxu t-tiswija tiegħu kif xieraq:
|
(c) |
Kull difett tal-UAS li ma jipperikolax b’mod serju s-sikurezza tat-titjira għandu jissewwa malli jkun prattikabbli, mid-data meta d-difett kien identifikat l-ewwel darba u sal-limiti speċifikati fid-data tal-manutenzjoni jew il-MEL. |
(d) |
Kull difett mhux imsewwi qabel titjira għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS imsemmija fil-punt ML.UAS.305 u għandu jkun hemm rekord disponibbli għall-bdot mill-bogħod. |
SUBPARTI E
KOMPONENTI
ML.UAS.501 Installazzjoni tal-komponenti tal-UA
(a) |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) jew fil-punt 21.A.307 tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, komponent jista’ jiġi mgħammar f’UA biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(b) |
Qabel l-installazzjoni ta’ komponent f’UA, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha tiżgura li l-komponent partikolari jkun eliġibbli biex jiġi mgħammar filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjoni tal-UA u kull AD applikabbli. |
(c) |
Il-partijiet standard għandhom jiġu mgħammra f’UA jew f’komponent biss jekk id-data tal-manutenzjoni tkun tispeċifika dawk il-partijiet standard partikolari, jekk magħhom tinhemeż evidenza tal-konformità mal-istandard applikabbli, u jekk ikollhom traċċabbiltà xierqa. |
(d) |
Materja prima jew konsumabbli għandha tintuża biss fuq UA jew komponent jekk:
|
ML.UAS.502 Manutenzjoni tal-komponenti tal-UA
(a) |
Il-manutenzjoni tal-komponenti tal-UA għandha tiġi ċċertifikata f’konformità mat-tabella li ġejja:
|
(b) |
Il-komponenti msemmija fil-punti (b)(3) sa (b)(6) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 tista’ ssirilhom il-manutenzjoni minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni. F’dak il-każ, b’deroga mill-punt (a), il-manutenzjoni ta’ dawk il-komponenti għandha tiġi rilaxxata b’“dikjarazzjoni li twettqet il-manutenzjoni” maħruġa mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tkun għamlet il-manutenzjoni. Id-“dikjarazzjoni li twettqet il-manutenzjoni” għandu jkun fiha mqar id-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-data meta tlestiet il-manutenzjoni, u l-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni jew tal-persuna li toħroġha. Din għandha titqies bħala rekord tal-manutenzjoni u ekwivalenti għal Formola 1 tal-EASA fir-rigward tal-komponent li tkun saritlu l-manutenzjoni. |
ML.UAS.504 Segregazzjoni tal-komponenti
(a) |
Il-komponenti mhux servizzibbli u mhux salvabbli għandhom jiġu ssegregati mill-komponenti, mill-partijiet standard u mill-materjali li huma servizzibbli. |
(b) |
Komponent għandu jitqies mhux servizzibbli jekk tiġri xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(c) |
Il-komponenti li laħqu l-limiti ċċertifikati tal-ħajja tagħhom jew li fihom difett jew funzjonament ħażin li ma jissewwewx għandhom jiġu kklassifikati li mhumiex salvabbli u ma għandhomx jitħallew jerġgħu jiddaħħlu fis-sistema tal-forniment tal-komponenti, sakemm il-limiti ċċertifikati tal-ħajja tagħhom ma kinux ġew estiżi jew ma tkunx ġiet approvata xi soluzzjoni tat-tiswija f’konformità mal-punt ML.UAS.304. |
ML.UAS.520 Installazzjoni u manutenzjoni tal-komponenti tas-CMU
(a) |
Il-komponenti għandhom jiġu installati fis-CMU biss jekk id-data tal-manutenzjoni tkun tispeċifika dawk il-komponenti u jekk ikunu f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
(b) |
Minkejja l-punt (a), il-komponenti kritiċi tas-CMU msemmija fil-punt 21.A.308(a) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom jiġu installati fuq is-CMU biss jekk magħhom tinhemeż il-Formola 1 tal-EASA jew ekwivalenti, u jkunu mmarkati f’konformità mas-Subparti Q tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. |
(c) |
Minkejja l-punt (a), il-komponenti tas-CMU li ma jitqisux kritiċi għandhom jiġu installati fis-CMU biss jekk magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni speċifikata fil-punt 21.A.308(b) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew ekwivalenti. |
(d) |
Il-manutenzjoni tal-komponenti kritiċi tas-CMU għandha tagħmilha organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata f’konformità mal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) u għandha tiġi ċċertifikata fil-Formola 1 tal-EASA kif stabbilit fl-Appendiċi II tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014. |
(e) |
Il-komponenti tas-CMU li ma jitqisux kritiċi jista’ jsirilhom servizz minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni. Il-manutenzjoni ta’ dawk il-komponenti għandha tiġi rilaxxata b’“dikjarazzjoni li twettqet il-manutenzjoni” maħruġa mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tkun għamlet il-manutenzjoni. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha mqar dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni li tkun saret, id-data meta tlestiet il-manutenzjoni, u l-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni jew tal-persuna li toħroġha. Din għandha titqies bħala rekord tal-manutenzjoni u ekwivalenti għad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.308(b) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-fini tal-installazzjoni. |
(f) |
B’deroga mill-punti (d) u (e), meta l-komponenti tas-CMU jkunu soġġetti għal manutenzjoni waqt li jkunu installati fis-CMU, jew meta jitneħħew temporanjament minnha, din il-manutenzjoni tista’ tiġi ċċertifikata flimkien mal-manutenzjoni tas-CMU f’konformità mal-punt ML.UAS.803. |
SUBPARTI H
ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)
ML.UAS.801 Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-UA
(a) |
Meta titlesta, il-manutenzjoni mwettqa fuq UA għandha tiġi ċċertifikata fuq “ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz” (“CRS”) minn persunal ċertifikanti. Is-CRS għandu joħorġu l-persunal ċertifikanti li jkun ivverifika li l-manutenzjoni kollha ordnata tkun saret kif suppost filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-użu tad-data tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt ML.UAS.401. |
(b) |
CRS għandu jkun fih imqar l-informazzjoni li ġejja:
|
(c) |
B’deroga mill-punt (a), meta manutenzjoni ordnata ma tkunx tista’ titlesta, is-CRS jista’ jinħareġ fil-limitazzjonijiet approvati tal-UA. F’dak il-każ, is-CRS għandu jindika li l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta u kull limitazzjoni applikabbli għall-ajrunavigabbiltà jew għall-operazzjonijiet, bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa fil-punt (b)(4). |
(d) |
CRS ma għandux jinħareġ jekk ikun hemm xi nonkonformità magħrufa mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness li tipperikola s-sikurezza tat-titjira. |
ML.UAS.802 Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-komponenti tal-UA
(a) |
Meta titlesta, il-manutenzjoni mwettqa fuq komponent tal-UA għandha tiġi ċċertifikata minn persunal ċertifikanti, għajr fil-każijiet koperti mill-punt ML.UAS.502(b). Iċ-ċertifikazzjoni għandha tinħareġ meta dak il-persunal ċertifikanti jkun ivverifika li l-manutenzjoni kollha ordnata tkun saret kif suppost filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-użu tad-data tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt ML.UAS.401 u li l-komponent ikun f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
(b) |
Dik iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi stabbilita fuq Formola 1 tal-EASA, għajr meta dik il-manutenzjoni tkun iċċertifikata flimkien mal-manutenzjoni tal-UA, kif indikat fil-punt ML.UAS.502(a). |
(c) |
Il-Formola 1 tal-EASA msemmija fil-punt (b) għandha timtela skont l-istruzzjonijiet tal-Appendiċi 3. Din tista’ tiġi ġġenerata minn bażi tad-data tal-kompjuter. |
ML.UAS.803 Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-CMU
(a) |
Meta titlesta, il-manutenzjoni mwettqa fuq is-CMU li tinvolvi xi komponent li jkun kritiku għall-operazzjoni tal-UAS kif iddeterminat mid-DAH, għandha tiġi ċċertifikata fuq CRS minn persunal ċertifikanti. Is-CRS għandu joħorġu l-persunal ċertifikanti li jkun ivverifika li l-manutenzjoni kollha ordnata tkun saret kif suppost filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-użu tad-data tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt ML.UAS.401. |
(b) |
CRS għandu jkun fih imqar l-informazzjoni li ġejja:
|
(c) |
CRS ma għandux jinħareġ jekk ikun hemm xi nonkonformità magħrufa mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness li tipperikola s-sikurezza tat-titjira. |
ML.UAS.804 Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-komponenti tal-CMU
(a) |
Meta titlesta, il-manutenzjoni mwettqa fuq komponent tas-CMU f’konformità mal-punt ML.UAS.520(d) għandha tiġi ċċertifikata minn persunal ċertifikanti. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tinħareġ meta dak il-persunal ċertifikanti jkun ivverifika li l-manutenzjoni kollha ordnata tkun saret kif suppost filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-użu tad-data tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt ML.UAS.401 u li l-komponent ikun f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
(b) |
Dik iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi stabbilita fuq Formola 1 tal-EASA, għajr meta dik il-manutenzjoni tkun iċċertifikata flimkien mal-manutenzjoni tas-CMU, kif indikat fil-punt ML.UAS.520(f). |
(c) |
Il-Formola 1 tal-EASA msemmija fil-punt (b) għandha timtela skont l-istruzzjonijiet tal-Appendiċi 3. Din tista’ tiġi ġġenerata minn bażi tad-data tal-kompjuter. |
ML.UAS.805 Ċertifikazzjoni tal-installazzjoni tas-CMU
(a) |
Jekk ikun preskritt mid-DAH, l-installazzjoni tas-CMU, meta titlesta, għandha tiġi ċċertifikata fuq “ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz” (CRS) minn persunal ċertifikanti. Is-CRS għandu jinħareġ meta dak il-persunal ċertifikanti jkun ivverifika li l-istruzzjonijiet attwali applikabbli għall-installazzjoni u l-ittestjar maħruġa mid-DAH ikunu ġew irrispettati kif xieraq, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-installazzjoni tal-komponenti tas-CMU stabbiliti fil-punt ML.UAS.520. |
(b) |
Is-CRS għandu jinkludi dan kollu li ġej:
|
(c) |
CRS ma għandux jinħareġ jekk ikun hemm xi nonkonformità magħrufa mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness li tipperikola s-sikurezza tat-titjir. |
SUBPARTI I
ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (“ARC”)
ML.UAS.901 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-UA — Ġenerali
Biex tkun żgurata l-validità taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ta’ UA, l-UA għandu jsirlu perjodikament reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt ML.UAS.903.
(a) |
ARC jinħareġ f’konformità mal-Appendiċi 2 (il-Formola 15d tal-EASA) malli titlesta r-reviżjoni sodisfaċenti tal-ajrunavigabbiltà. L-ARC għandu jkun validu għal sena. |
(b) |
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandha ssir u l-ARC għandu jinħareġ f’konformità mal-punt ML.UAS.903 minn:
|
(c) |
Il-validità ta’ ARC tista’ tiġi estiża sa darbtejn konsekuttivi, għal perjodu ta’ sena kull darba, mill-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS li timmaniġġa kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-estensjoni tal-ARC minn organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS tista’ ssir irrispettivament minn liema persunal jew organizzazzjoni, kif previst fil-punt (b), kienu ħarġu l-ARC fil-bidu. |
(d) |
B’deroga mill-punt (c), l-estensjoni tal-ARC tista’ tiġi antiċipata għal perjodu sa 30 jum, mingħajr ma tintilef il-kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. |
(e) |
Meta l-awtorità kompetenti twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hi stess, is-sid tal-UA għandu, meta jintalab u skont il-ħtieġa, jipprovdi lill-awtorità kompetenti:
|
ML.UAS.902 Validità tal-ARC tal-UA
(a) |
ARC għandu jsir invalidu jekk tiġri xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(b) |
UA ma għandux itir jekk l-ARC ikun invalidu jew jekk tiġri xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:
|
ML.UAS.903 Proċess tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta’ UA għandha tinkludi reviżjoni dokumentata tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UA u stħarriġ fiżiku tal-UA. |
(b) |
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi wkoll reviżjoni dokumentata tar-rekords u stħarriġ fiżiku tas-CMU(s) użati biex jitħaddem il-UA, sakemm dik is-CMU ma tkunx ġiet inkluża fir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta’ UA tal-istess tip fl-aħħar 6 xhur. |
(c) |
Permezz tar-reviżjoni dokumentata tal-UA u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-CMU, għandu jkun żgurat li:
|
(d) |
Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-UA u tas-CMU, għandu jkun żgurat li:
|
(e) |
Fir-rigward tal-istħarriġ fiżiku msemmi fil-punt (d), il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li ma jkunx awtorizzat kif xieraq bħala persunal ċertifikanti għandu jiġi assistit minn persunal ċertifikanti awtorizzat. |
(f) |
B’deroga mill-punt ML.UAS.901(a), ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista’ tiġi antiċipata għal perjodu sa 90 jum, mingħajr ma tintilef il-kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. |
(g) |
L-ARC (il-Formola 15d tal-EASA) stabbilit fl-Appendiċi 2 għandu joħorġu biss il-persunal awtorizzat kif xieraq tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, meta r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tkun saret kollha kemm hi u jkunu twettqu l-azzjonijiet kollha biex titneħħa n-nonkonformità identifikata. |
(h) |
Kull ARC maħruġ jew estiż għal UA għandu jintbagħat ukoll lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-UA partikolari fi żmien 10 ijiem. |
(i) |
Il-kompiti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma għandhomx jiġu subkuntrattati. |
ML.UAS.905 Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-UA fl-Unjoni
(a) |
Meta reġistrazzjoni tal-UA tiġi ttrasferita fl-Unjoni, l-applikant għandu:
|
(b) |
Minkejja l-punt ML.UAS.902, il-punt (a)(3), l-ARC ta’ qabel għandu jibqa’ validu sad-data tal-iskadenza tiegħu. |
(c) |
Minkejja l-punt (b), għandha ssir reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà b’mod sodisfaċenti f’konformità mal-punt ML.UAS.903 jekk tiġri xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
ML.UAS.906 A Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta’ UA importat fl-Unjoni
(a) |
Meta jimporta UA f’reġistru ta’ Stat Membru minn pajjiż terz jew minn sistema regolatorja li ma tapplikax ir-Regolament (UE) 2018/1139, l-applikant għandu:
|
(b) |
Jekk il-UA ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti, l-awtorità kompetenti jew l-organizzazzjoni li twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif previst fil-punt ML.UAS.901(b), għandha toħroġ ARC. |
(c) |
Sid il-UA għandu jiżgura li jingħata l-aċċess għall-UAS biex issir l-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru. |
ML.UAS.906B Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà wara bidliet fl-operazzjonijiet tal-UAS
(a) |
Jekk il-bidliet fl-operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” jikkawżaw il-bżonn li jinħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, sid il-UA għandu:
|
(b) |
Jekk il-UA ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti, l-awtorità kompetenti jew l-organizzazzjoni li twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif previst fil-punt ML.UAS.901(b), għandha toħroġ ARC. |
(c) |
Sid il-UA għandu jiżgura li jingħata l-aċċess għall-UAS biex issir l-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru. |
ML.UAS.907 Sejbiet
Wara li tirċievi n-notifika tas-sejbiet mingħand l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt AR.UAS.GEN.351 tal-Anness I (il-Parti-AR.UAS) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1109, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS skont il-punt ML.UAS.201 għandha, fil-perjodu miftiehem mal-awtorità kompetenti, tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva (biex issolvi s-sejbiet u tevita li jerġgħu jiġru) u turi l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan lill-awtorità kompetenti.
Appendiċi 1
Kuntratt tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Meta sid il-UA jikkuntratta f’konformità mal-punt ML.UAS.201 lil organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, il-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet għandu jsir disponibbli, meta jintalab, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni. |
(b) |
Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS. |
(c) |
Dan għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(d) |
Għandu jiddikjara dan li ġej: “Sid il-UA jafda lill-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS, bl-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-programm tal-manutenzjoni tal-UAS, u bl-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-UAS f’konformità ma’ dak il-programm tal-manutenzjoni tal-UAS. F’konformità ma’ dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jimpenjaw ruħhom li jwettqu l-obbligi rispettivi stabbiliti f’dan il-kuntratt. Sid il-UA jiddikjara li, sa fejn jaf hu, l-informazzjoni kollha mogħtija lill-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS dwar l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS hi u se tkun preċiża, u li l-UAS mhix se tissewwa jew tiġi modifikata mingħajr il-qbil bil-quddiem tal-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS. F’każ ta’ xi nonkonformità ma’ dan il-kuntrat, minn xi wieħed mill-firmatarji, il-kuntratt jiġi kkanċellat. F’dak il-każ, sid il-UA se jżomm responsabbiltà sħiħa għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS, u fi żmien ġimagħtejn, sid il-UA se jinforma lill-awtorità/awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tal-kuntratt.” |
(e) |
Meta sid il-UA jikkuntratta organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS f’konformità mal-punt ML.UAS.201, l-obbligi ta’ kull parti għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
|
Appendiċi 2
Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15d tal-EASA)
ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) (għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UA) li jikkonformaw mal-Parti-ML.UAS) Referenza ARC: … Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, [ISEM L-AWTORITÀ KOMPETENTI] b’dan tiċċertifika li:
[jew]
Manifattur tal-UA: … Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-UA: … Reġistrazzjoni tal-UA: … Numru tas-serje tal-UA: … (u dan l-inġenju tal-ajru) fil-mument tar-reviżjoni jitqies adegwat għat-titjir. Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: … Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tar-reviżjoni: … Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): … [JEW] [ISEM L-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, INDIRIZZ u REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI] (*1) b’dan tiċċertifika li saret reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, f’konformità mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107, tal-UA li ġej: Manifattur tal-UA: … Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-UA: … Reġistrazzjoni tal-UA: … Numru tas-serje tal-UA: … u fil-mument tar-reviżjoni, dan l-inġenju tal-ajru jitqies adegwat għat-titjir. Data tal-ħruġ: …. Data tal-iskadenza: … Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tar-reviżjoni: … Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): … ============================================================================== L-ewwel estensjoni: L-UA jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.UAS.901(c) tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107: Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: … Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tal-ħruġ: … Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: … Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: … ============================================================================== It-tieni estensjoni: L-UA hu konformi mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.UAS.901(c) tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107: Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: … Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tal-ħruġ: … Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: … Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: … |
Il-Formola 15d tal-EASA — Il-Ħarġa 1
(*1) L-emittent tal-formola jista’ jfassalha skont il-ħtiġijiet tiegħu billi jħassar l-isem, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni, ir-referenza għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni u d-dettalji tal-ħruġ li mhumiex rilevanti għall-użu tiegħu.
Appendiċi 3
Struzzjonijiet għall-mili tal-Formola 1 tal-EASA
Dawn l-istruzzjonijiet huma relatati biss mal-użu tal-Formola 1 tal-EASA, kif speċifikat fl-Appendiċi II tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, għall-finijiet tal-manutenzjoni tal-UAS.
Qed tinġibed l-attenzjoni għall-istruzzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi II tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 li jkopru l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għall-finijiet tal-manutenzjoni fl-avjazzjoni bl-ekwipaġġ, u l-istruzzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi I tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 li jkopru l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għall-finijiet tal-produzzjoni.
1. SKOP U UŻU
1.1. |
L-iskop primarju taċ-ċertifikat hu li jiddikjara l-ajrunavigabbiltà tax-xogħol tal-manutenzjoni mwettaq fuq il-komponenti tas-UAS (“l-oġġett(i)”). |
1.2. |
Trid tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-ċertifikat u l-oġġett(i). L-oriġinatur irid iżomm iċ-ċertifikat b’format li jippermetti l-verifika tad-data oriġinali. |
1.3. |
Iċ-ċertifikat hu aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tal-ajrunavigabbiltà, iżda jista’ jkun dipendenti fuq l-eżistenza ta’ ftehimiet bilaterali u/jew il-politika ta’ awtorità tan-navigabbiltà partikolari. |
1.4. |
Iċ-ċertifikat mhux dokument ta’ konsenjar jew trasport. |
1.5. |
Il-UAs ma għandhomx jiġu rilaxxati biċ-ċertifikat. |
1.6. |
Iċ-ċertifikat ma jfissirx l-approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett(i), iżda jgħin lill-utent finali jagħraf l-istatus tal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħhom. |
1.7. |
Fuq l-istess ċertifikat ma jistax ikun hemm taħlita ta’ oġġetti ddikjarati bħala rilaxxati għall-produzzjoni u oħrajn iddikjarati bħala rilaxxati għall-manutenzjoni. |
2. FORMAT ĠENERALI
2.1. |
Iċ-ċertifikat irid ikun konformi mal-format definit, inkluż in-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li ċ-ċertifikat ma jibqax jintgħaraf. |
2.2. |
Iċ-ċertifikat irid ikun mimdud (“landscape”), iżda d-daqs ġenerali jista’ jitkabbar jew jiċċekken ġmielu, diment li jibqa’ jintgħaraf u leġġibbli. F’każ ta’ dubju, tista’ tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tiegħek. |
2.3. |
Id-dikjarazzjoni tar-responsabbiltà tal-utent jew l-installatur tista’ ssir fuq kwalunkwe naħa tal-formola. |
2.4. |
L-istampar kollu jrid ikun ċar u leġġibbli biex ikun jista’ jinqara faċilment. |
2.5. |
Iċ-ċertifikat jista’ jkun stampat minn qabel jew iġġenerat bil-kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġibbli u jikkonforma mal-format definit. |
2.6. |
Iċ-ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż u, jekk xieraq, b’lingwa oħra jew aktar. |
2.7. |
Id-dettalji li jridu jitniżżlu fuq iċ-ċertifikat jistgħu jiġu stampati b’magna/bil-kompjuter jew miktubin bl-idejn, b’ittri kapitali u jridu jkunu b’mod li jinqraw faċilment. |
2.8. |
Għal aktar ċarezza, l-abbrevjazzjonijiet għandhom jintużaw mill-anqas. |
2.9. |
L-oriġinatur jista’ juża l-vojt li jifdal fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat biex iżid xi informazzjoni addizzjonali, li iżda ma tista’ tinkludi l-ebda dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni. Kull meta tintuża n-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat, għandha ssir referenza għal dan fil-kaxxa xierqa fuq in-naħa ta’ quddiem taċ-ċertifikat. |
3. ERRURI FIĊ-ĊERTIFIKAT
3.1. |
Jekk utent finali jsib xi errur(i) fiċ-ċertifikat, l-utent finali jrid jinforma lill-oriġinatur bil-miktub. L-oriġinatur jista’ joħroġ ċertifikat ġdid biss jekk l-erruri jkunu jistgħu jiġu vverifikati u kkoreġuti. |
3.2. |
Iċ-ċertifikat il-ġdid irid ikollu numru tat-traċċar, firma u data ġodda. |
3.3. |
It-talba għal ċertifikat ġdid tista’ tiġi onorata mingħajr ma terġa’ ssir verifika tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-ċertifikat il-ġdid mhux dikjarazzjoni tal-kundizzjoni attwali u għandu jirreferi għaċ-ċertifikat preċedenti fil-Kaxxa 12, bid-dikjarazzjoni li ġejja: “Dan iċ-ċertifikat jikkoreġi l-errur(i) fil-Kaxxa/i [indika l-kaxxa/i kkoreġuti] taċ-ċertifikat [daħħal in-numru tat-traċċar oriġinali] datat [daħħal id-data tal-ħruġ oriġinali] u ma jkoprix il-konformità, jew il-kundizzjoni, jew ir-rilaxx għas-servizz.”
Iż-żewġ ċertifikati għandhom jinżammu f’konformità mal-perjodu taż-żamma assoċjat mal-ewwel ċertifikat. |
4. MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ORIĠINATUR
Kaxxa 1: Awtorità kompetenti/pajjiż tal-approvazzjoni
Indika l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jinħareġ dan iċ-ċertifikat. Jekk l-awtorità kompetenti hija l-Aġenzija, indika “EASA” biss.
Kaxxa 2: Intestatura tal-Formola 1 tal-EASA
“ ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT
IL-FORMOLA 1 TAL-EASA”
Kaxxa 3: Numru ta’ Referenza tal-Formola
Indika n-numru uniku stabbilit mis-sistema/proċedura tan-numerazzjoni tal-organizzazzjoni msemmija fil-Kaxxa 4; dan jista’ jinkludi karattri alfanumeriċi.
Kaxxa 4: Isem u Indirizz tal-Organizzazzjoni
Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ tal-organizzazzjoni approvata li tiċċertifika x-xogħol kopert minn dan iċ-ċertifikat. F’din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., diment li d-daqs tagħhom ikun joqgħod fil-kaxxa.
Kaxxa 5: Ordni tax-Xogħol, Kuntratt, Fattura
Biex tiffaċilita t-traċċabbiltà tal-oġġett(i) mill-klijenti, indika n-numru tal-ordni tax-xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura, jew numru ta’ referenza simili.
Kaxxa 6: Partita
Meta jkun hemm aktar minn partita waħda tal-oġġetti, indika n-numru ta’ kull partita. Din il-kaxxa tippermetti t-tqabbil faċli mal-Kummenti fil-Kaxxa 12.
Kaxxa 7: Deskrizzjoni
Indika l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza lit-terminu użat fl-istruzzjonijiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (“ICAs”) jew fid-data tal-manutenzjoni (eż. katalogu illustrat tal-partijiet, manwal tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, bullettin tas-servizz, manwal tal-manutenzjoni tal-partijiet).
Kaxxa 8: Numru tal-Parti
Indika n-numru tal-parti kif jidher fuq l-oġġett jew fuq it-tikketta/l-imballaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ magna jew skrun, tista’ tintuża d-deżinjazzjoni tat-tip.
Kaxxa 9: Kwantità
Indika l-kwantità ta’ oġġetti.
Kaxxa 10: Numru tas-Serje
Jekk ir-regolamenti applikabbli jeżiġu li l-oġġett għandu jiġi identifikat b’numru tas-serje, daħħlu hawnhekk. Jistgħu jiddaħħlu wkoll numri tas-serje oħra li mhumiex mitluba fir-regolamenti applikabbli. Jekk fuq l-oġġett ma jkun hemm ebda numru tas-serje, indika “N/A”.
Kaxxa 11: Status/Xogħol
Dan li ġej jiddeskrivi l-entrati permissibbli fil-Kaxxa 11. Daħħal wieħed biss minn dawn it-termini; meta jista’ jkun applikabbli aktar minn wieħed, uża dak li jiddeskrivi bl-aktar mod preċiż il-biċċa l-kbira tax-xogħol imwettaq u/jew l-istatus tal-oġġett.
(i) |
Imġedded |
Tfisser proċess li jiżgura li l-oġġett ikun konformi għalkollox mat-tolleranzi tas-servizz applikabbli kollha speċifikati fid-data tal-manutenzjoni. L-oġġett se jkun mill-anqas żarmat, imnaddaf, spezzjonat, imsewwi kif meħtieġ, armat mill-ġdid u ttestjat f’konformità mad-data speċifikata fuq. |
(ii) |
Imsewwi |
Tiswija tad-difetti skont standard applikabbli (1). |
(iii) |
Spezzjonat/Ittestjat |
Eżami, kejl, eċċ. f’konformità ma’ standard applikabbli (1) (eż. spezzjoni viżiva, test funzjonali, test f’post fiss, eċċ.). |
(iv) |
Modifikat |
Bidliet f’oġġett biex jikkonforma ma’ standard applikabbli (1). |
Kaxxa 12: Rimarki:
Iddeskrivi direttament jew b’referenza għal dokumentazzjoni ta’ sostenn, ix-xogħol identifikat fil-Kaxxa 11 li hu meħtieġ biex l-utent jew l-installatur jagħraf l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-oġġett(i) b’rabta max-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tintuża folja separata u ssir referenza għaliha fil-Formola 1 ewlenija tal-EASA. Kull dikjarazzjoni trid tidentifika b’mod ċar għal liema oġġett(i) tal-Kaxxa 6 qed tirreferi.
Fost l-eżempji tal-informazzjoni li trid tiddaħħal fil-Kaxxa 12 hemm:
(i) |
id-data tal-manutenzjoni użata, inkluż l-istatus tar-reviżjoni u r-referenza; |
(ii) |
il-konformità mad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà (ADs) jew mal-bullettini tas-servizz (SBs); |
(iii) |
it-tiswijiet imwettqa; |
(iv) |
il-modifiki mwettqa; |
(v) |
il-partijiet ta’ sostituzzjoni installati; |
(vi) |
l-istatus tal-partijiet b’limitu ta’ ħajja; |
(vii) |
diskrepanzi fir-rigward tal-ordni tax-xogħol tal-klijent; |
(viii) |
dikjarazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni apparti dawk imsemmija fil-punt 145.A. 50 tal-Anness II (il-Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014; |
(ix) |
l-informazzjoni meħtieġa biex tappoġġa l-konsenji bi skarsezzi jew ir-riassemblaġġi ta’ wara l-konsenja. |
Inkludi d-dikjarazzjoni tal-komponent CRS li ġejja:
□ |
“Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’din il-kaxxa, ix-xogħol identifikat fil-Kaxxa 11 u deskritt f’din il-kaxxa sar f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, u fir-rigward ta’ dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies lest għar-rilaxx għas-servizz.” |
Jekk tkun qed tiġi stampata d-data minn Formola 1 elettronika tal-EASA, kull sett tad-data li mhux valoidu għall-kaxex l-oħra għandu jiddaħħal f’din il-kaxxa.
Kaxxi 13a-13e
Rekwiżiti ġenerali għall-Kaxxi 13a-13e: Mhux użat għar-rilaxx mill-manutenzjoni. Skura l-kaxxi jew l-ittri, jew immarkahom b’xi mod ieħor ħalli tevita li jintużaw bi żball jew b’mod mhux awtorizzat.
Kaxxa 14a
Immarka l-kaxxa “regolamenti oħra speċifikati fil-Kaxxa 12” u daħħal id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-Parti-CAO.UAS fil-Kaxxa 12. Jekk il-manutenzjoni tkun iċċertifikata wkoll mill-organizzazzjoni skont l-Anness II (il-Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, immarka wkoll il-kaxxa “il-Parti-145.A.50 Rilaxx għas-Servizz”.
Jekk il-marka fil-kaxxa “regolamenti oħra” tinkludi regolamenti oħra għajr il-Parti-CAO.UAS u l-Parti-145, allura dawn ir-regolamenti jridu jiġu identifikati fil-Kaxxa 12. Trid tiġi mmarkata mill-anqas kaxxa waħda, jew jistgħu jiġu mmarkati t-tnejn li huma, kif xieraq.
Id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni “sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’din il-kaxxa” hi maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta; |
(b) |
meta t-twettiq tal-manutenzjoni ddevja mir-rekwiżiti regolatorji rilevanti; |
(c) |
meta l-manutenzjoni tkun saret f’konformità ma’ rekwiżit għajr dawk speċifikati fil-Parti-145 jew fil-Parti-CAO.UAS; f’dan il-każ, il-Kaxxa 12 għandha tispeċifika r-regolament partikolari. |
Kaxxa 14b: Firma Awtorizzata
F’din il-kaxxa għandha tiżdied ukoll il-firma tal-persuna awtorizzata. F’din il-kaxxa jistgħu jiffirmaw biss dawk il-persuni li jkunu awtorizzati speċifikament permezz tar-regoli u permezz tal-politiki tal-awtoritajiet kompetenti. Sabiex il-firma tintgħaraf aħjar, jista’ jitniżżel ukoll numru uniku li jidentifika lill-persuna awtorizzata.
Kaxxa 14c: Nru. ta’ Ref. taċ-Ċertifikat/tal-Approvazzjoni
Żid in-numru/i taċ-ċertifikat jew tal-approvazzjoni jew tar-referenza/i. Dawn in-numru/referenza toħroġhom l-awtorità kompetenti.
Kaxxa 14d: Isem
Żid isem il-firmatarju tal-Kaxxa 14b b’mod li jista’ jinqara.
Kaxxa 14e: Data
Żid id-data tal-firma tal-Kaxxa 14b; id-data jrid ikollha l-format: jj = jum b’żewġ ċifri, xxx = l-ewwel tliet ittri tax-xahar, ssss = is-sena b’erba’ ċifri
Responsabbiltajiet tal-Utent/tal-Installatur
Żid din id-dikjarazzjoni fiċ-ċertifikat biex tinnotifika lill-utenti finali li dawn mhumiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-installazzjoni u tal-użu ta’ kull oġġett li tinhemeż il-formola miegħu:
“Dan iċ-ċertifikat ma jfissirx b’mod awtomatiku l-awtorità biex jiġu installati l-oġġetti.
Meta l-utent/installatur iwettaq xogħol f’konformità mar-regoli tal-awtorità tal-ajrunavigabbiltà li mhix l-awtorità tal-ajrunavigabbiltà speċifikata fil-Kaxxa 1, l-utent/l-installatur jeħtieġ jiżgura li l-awtorità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu taċċetta oġġetti mingħand l-awtorità tal-ajrunavigabbiltà speċifikata fil-Kaxxa 1.
Id-dikjarazzjonijiet fil-Kaxxi 13a u 14a ma jfissrux ċertifikazzjoni tal-istallazzjoni. Fil-każijiet kollha, ir-rekords tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jkollhom ċertifikat tal-installazzjoni maħruġ f’konformità mar-regolamenti nazzjonali mill-utent/installatur qabel ma l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jittajjar.”
(1) “Standard applikabbli” tfisser standard, metodu, teknika jew prattika tal-manifattura, jew tad-disinn, jew tal-manutenzjoni, jew tal-kwalità approvati minn jew aċċettabbli għall-awtorità kompetenti. L-istandard applikabbli għandu jiġi deskritt fil-Kaxxa 12.
ANNESS II
(IL-PARTI-CAO.UAS)
WERREJ
CAO.UAS.1 |
Ġenerali |
CAO.UAS.010 |
Kamp ta’ applikazzjoni |
CAO.UAS.015 |
Applikazzjoni |
CAO.UAS.017 |
Mezzi tal-konformità |
CAO.UAS.020 |
Ambitu tax-xogħol u t-termini tal-approvazzjoni |
CAO.UAS.025 |
Manwal tal-organizzazzjoni |
CAO.UAS.030 |
Faċilitajiet u ħżin |
CAO.UAS.035 |
Rekwiżiti tal-persunal |
CAO.UAS.040 |
Persunal taċ-ċertifikazzjoni |
CAO.UAS.045 |
Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.UAS.048 |
Persunal li joħroġ il-permessi għat-titjir |
CAO.UAS.050 |
Komponenti, tagħmir u għodod |
CAO.UAS.055 |
Data tal-manutenzjoni u ordnijiet tax-xogħol |
CAO.UAS.060 |
Standards tal-manutenzjoni |
CAO.UAS.065 |
Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-UA |
CAO.UAS.070 |
Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-komponenti |
CAO.UAS.071 |
Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-CMU |
CAO.UAS.072 |
Ċertifikazzjoni tal-installazzjoni tas-CMU |
CAO.UAS.075 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.UAS.080 |
Data dwar il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.UAS.085 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.UAS.086 |
Permess għat-titjir |
CAO.UAS.090 |
Żamma tar-rekords |
CAO.UAS.095 |
Privileġġi tal-organizzazzjoni |
CAO.UAS.100 |
Monitoraġġ tal-konformità u reviżjoni organizzazzjonali |
CAO.UAS.102 |
Protezzjoni tas-sistemi u tad-data tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni |
CAO.UAS.105 |
Bidliet fl-organizzazzjoni |
CAO.UAS.110 |
Validità kontinwa ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni |
CAO.UAS.112 |
Aċċess |
CAO.UAS.115 |
Sejbiet u osservazzjonijiet |
CAO.UAS.120 |
Rapportar tar-okkorrenzi |
CAO.UAS.1 Ġenerali
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:
(a) |
“awtorità kompetenti” għandha tkun l-awtorità speċifikata fil-punt AR.UAS.GEN.010(b) of Annex I (il-Parti-AR.UAS) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1109; |
(b) |
“sid il-UA” għandha tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:
|
CAO.UAS.010 Kamp ta’ applikazzjoni
Fir-rigward ta’ UAS imħaddma fil-kategorija “speċifika”, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u li skontha jkun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà lill-UA f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/947, dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li trid tissodisfa organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew għall-kontinwatazzjoni ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jew għall-manutenzjoni tal-UAS u tal-komponenti, jew għal kombinament ta’ dawn l-attivitajiet.
CAO.UAS.015 Applikazzjoni
L-organizzazzjoni għandha tapplika għand l-awtorità kompetenti biex tinħareġ jew tinbidel approvazzjoni tal-Parti-CAO.UAS, bil-mod u l-manjiera kif stabbilit minn dik l-awtorità.
CAO.UAS.017 Mezzi ta’ konformità
(a) |
Organizzazzjoni tista’ tuża kull mezz alternattiv tal-konformità biex tistabbilixxi l-konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(b) |
Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv tal-konformità, din għandha tipprovdi deskrizzjoni sħiħa tiegħu lill-awtorità kompetenti qabel tużah. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kull reviżjoni tal-manwali jew tal-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni li tindika kif tinkiseb il-konformità ma’ dan ir-Regolament. L-organizzazzjoni tista’ tuża dawk il-mezzi alternattivi tal-konformità soġġetti għal approvazzjoni bil-quddiem mingħand l-awtorità kompetenti. |
CAO.UAS.020 Ambitu tax-xogħol u t-termini tal-approvazzjoni
(a) |
Għal kull wieħed mill-privileġġi mitluba, l-organizzazzjoni għandha tispeċifika l-ambitu tax-xogħol fil-manwal tal-organizzazzjoni tagħha, kif previst fil-punt CAO.UAS.025. L-ambitu tax-xogħol għandu jkun deskrizzjoni preċiża tax-xogħol imwettaq mill-organizzazzjoni. |
(b) |
Għall-manutenzjoni tal-UA u tas-CMU, l-ambitu tax-xogħol għandu jinkludi:
|
(c) |
Għall-installazzjoni tas-CMU, l-ambitu tax-xogħol għandu jinkludi t-tip jew il-manifattur tas-CMU. |
(d) |
Għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, l-ambitu tax-xogħol għandu jinkludi:
|
(e) |
Għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-permess għat-titjir, l-ambitu tax-xogħol għandu jinkludi t-tip jew il-manifattur tal-UA. |
(f) |
Għall-manutenzjoni tal-komponenti għajr il-magni sħaħ, l-ambitu tax-xogħol għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-klassifikazzjoni li ġejja:
|
(g) |
Għall-manutenzjoni tal-magni sħaħ, l-ambitu tax-xogħol għandu jinkludi t-tip jew il-manifattur tal-magni. |
(h) |
Għall-privileġġ tal-ittestjar mhux distruttiv (“NDT”), meta jkun jifforma parti mill-klassi “servizzi speċjalizzati”, l-ambitu tax-xogħol għandu jinkludi l-metodi NDT. |
(i) |
L-organizzazzjoni għandha tikkonforma mat-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti, u mal-ambitu tax-xogħol speċifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni. |
CAO.UAS.025 Manwal tal-organizzazzjoni
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm manwal li jispeċifika l-informazzjoni u l-proċeduri meħtieġa għall-persunal tagħha biex jaqdi dmiru u biex l-organizzazzjoni turi l-konformità tagħha ma’ dan ir-Regolament. |
(b) |
Il-manwal għandu jinkludi, direttament jew b’referenza, l-informazzjoni li ġejja:
|
(c) |
Il-ħarġa inizjali tal-manwal għandha tapprovaha l-awtorità kompetenti. |
(d) |
L-emendi tal-manwal għandhom jitwettqu f’konformità mal-punt CAO.UAS.105. |
CAO.UAS.030 Faċilitajiet u ħżin
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-faċilitajiet li jridu jintużaw, inkluż l-akkomodazzjoni tal-uffiċċju, jippermettulha twettaq il-ħidma ppjanata kollha. |
(b) |
Barra minn hekk, meta l-ambitu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni jkun jinkludi attivitajiet tal-manutenzjoni, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li:
|
CAO.UAS.035 Rekwiżiti tal-persunal
(a) |
L-organizzazzjoni għandha taħtar meniġer responsabbli li jkollu l-awtorità li jiżgura li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(b) |
Il-meniġer responsabbli għandu jinnomina persuna jew grupp ta’ persuni bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-attivitajiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu f’konformità mal-manwal tal-organizzazzjoni. |
(c) |
Il-meniġer responsabbli għandu jinnomina meniġer għall-monitoraġġ tal-konformità bir-responsabbiltà li jimmaniġġa l-funzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità msemmija fil-punt CAO.UAS.100. |
(d) |
Il-persuni nominati f’konformità mal-punti (b) u (c) għandu jkollhom responsabbiltà quddiem il-meniġer responsabbli u aċċess dirett għalih. Għandu jkollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa biex jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom. |
(e) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal kollu involut fl-attivitajiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jkollu l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa, u jibqa’ kompetenti għax-xogħol maħsub biex jitwettaq. |
(f) |
L-organizzazzjoni għandu jkollha persunal biżżejjed u kkwalifikat kif xieraq biex tkun tista’ twettaq ix-xogħol ippjanat. |
(g) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi taħriġ inizjali għall-persunal tal-manutenzjoni tagħha biex tiżgura li dan iwettaq il-manutenzjoni maħsuba b’mod sikur. |
(h) |
Il-persunal li jwettaq il-kompiti speċjalizzati bħal iwweldjar, jew spezzjonijiet b’test mhux distruttiv (“NDT”), għajr l-ispezzjonijiet tal-kuntrast tal-kuluri, għandu jkun ikkwalifikat f’konformità ma’ standard rikonoxxut uffiċjalment. |
CAO.UAS.040 Persunal ċertifikanti
(a) |
Biex tiċċertifika l-manutenzjoni fil-UA, fis-CMU u fil-komponenti, jewbiex tiċċertifika l-installazzjoni tas-CMU, l-organizzazzjoni għandha tawtorizza lill-persunal ċertifikanti rilevanti għal dak il-għan. |
(b) |
Il-persunal ċertifikanti maħsub biex jiċċertifika l-manutenzjoni fil-UA u fis-CMU, jew biex jiċċertifika l-installazzjoni tas-CMU, għandu jirċievi taħriġ inizjali rilevanti għall-UA u s-CMU partikolari li jrid jiġi ddikjarat fl-awtorizzazzjoni. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li dan ikollu mqar esperjenza ta’ 3 xhur fil-manutenzjoni prattika tal-inġenji tal-ajru jew ta’ CMU simili, jew esperjenza ta’ 6 xhur fil-manutenzjoni prattika tal-inġenji tal-ajru jew tal-CMUs imħaddma, qabel ma jirċievi l-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tiegħu. |
(c) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal ċertifikanti jirċievi perjodikament taħriġ rikorrenti biżżejjed u adegwat biex tiżgura li jkollu għarfien aġġornat tat-teknoloġiji rilevanti, tal-proċeduri tal-organizzazzjoni, u ta’ kwistjonijiet ta’ fatturi umani. |
CAO.UAS.045 Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Biex twettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, l-organizzazzjoni għandha tawtorizza lill-persunal rilevanti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(b) |
Qabel ma l-organizzazzjoni toħroġ awtorizzazzjoni tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà lil xi persuna, dik il-persuna għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà bis-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew bis-superviżjoni ta’ persuna li tkun diġà awtorizzata mill-organizzazzjoni bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Jekk din ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettaq bis-superviżjoni tkun sodisfaċenti, dik il-persuna għandha tiġi awtorizzata mill-meniġer tal-monitoraġġ tal-konformità bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. |
CAO.UAS.048 Persunal li joħroġ il-permessi għat-titjir
Il-permessi għat-titjir għandu joħroġhom il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzat mill-organizzazzjoni speċifikament għal dak il-għan.
CAO.UAS.050 Komponenti, tagħmir u għodod
(a) |
L-organizzazzjoni għandu jkollha tagħmir u għodod meħtieġa, jew għandu jkollha aċċess għalihom, biex taqdi r-responsabbiltajiet tagħha. |
(b) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-għodod u t-tagħmir li tuża jkunu kkontrollati u kkalibrati skont standard rikonoxxu uffiċjalment. Għandha żżomm rekords ta’ dawn il-kalibrazzjonijiet u tal-istandards użati. |
(c) |
Fir-rigward tal-manutenzjoni, l-organizzazzjoni għandha tispezzjona, tikklassifika u tissegrega kif xieraq il-komponenti li jaslu kollha, riċevuti f’konformità mal-punti ML.UAS.501 u ML.UAS.504 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS), kif applikabbli. |
CAO.UAS.055 Data tal-manutenzjoni u ordnijiet tax-xogħol
(a) |
L-organizzazzjoni għandu jkollha aċċess u tuża d-data tal-manutenzjoni attwali applikabbli speċifikata fil-punt ML.UAS.401(b) tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) li tkun meħtieġa biex twettaq il-manutenzjoni. |
(b) |
Qabel ma tibda l-manutenzjoni, għandu jintlaħaq qbil bil-miktub dwar ordni tax-xogħol bejn l-organizzazzjoni, u l-persuna jew l-organizzazzjoni li titlob il-manutenzjoni, biex jistabbilixxi l-manutenzjoni li trid issir. |
CAO.UAS.060 Standards tal-manutenzjoni
(a) |
Il-manutenzjoni kollha għandha ssir f’konformità mar-rekwiżiti tas-Subpartijiet D, E u H tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS). |
(b) |
Meta tagħmel il-manutenzjoni, l-organizzazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
CAO.UAS.065 Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-UA
Malli tlesti l-manutenzjoni fil-UA f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni għandha tiċċertifika dik il-manutenzjoni f’konformità mal-punt ML.UAS.801 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS).
CAO.UAS.070 Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-komponenti
(a) |
Malli tlesti l-manutenzjoni fil-komponenti tal-UA f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni għandha tiċċertifika dik il-manutenzjoni f’konformità mal-punt ML.UAS.802 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS). |
(b) |
Malli tlesti l-manutenzjoni, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fil-komponenti tas-CMU imsemmija fil-punt ML.UAS.520(d) tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS), l-organizzazzjoni għandha tiċċertifika dik il-manutenzjoni f’konformità mal-punt ML.UAS.804 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS). |
(c) |
Il-punti (a) u (b) ma japplikawx għall-komponenti manifatturati f’konformità mal-punt CAO.UAS.095(a)(5). |
CAO.UAS.071 Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni tal-CMU
Malli tlesti l-manutenzjoni fis-CMU f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni għandha tiċċertifika dik il-manutenzjoni f’konformità mal-punt ML.UAS.803 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS).
CAO.UAS.072 Ċertifikazzjoni tal-installazzjoni tas-CMU
Malli tlesti l-installazzjoni tas-CMU f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jekk jiġi preskritt hekk mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni għandha tiċċertifika dik l-installazzjoni f’konformità mal-punt ML.UAS.805 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS).
CAO.UAS.075 Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Il-kompiti kollha tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom isiru f’konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti C tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS). |
(b) |
Għal kull UAS ġestita, l-organizzazzjoni għandha:
|
CAO.UAS.080 Data tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
L-organizzazzjoni għandu jkollha aċċess u tuża d-data attwali applikabbli tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li tkun meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(b) |
Dik id-data hi speċifikata fil-punt ML.UAS.401(b) tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS). |
CAO.UAS.085 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
L-organizzazzjoni għandha twettaq kull reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt ML.UAS.903 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS).
CAO.UAS.086 Permess għat-titjir
L-organizzazzjoni għandha toħroġ kull permess għat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.711(d) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 meta tkun tista’ tagħti prova tal-konformità mal-kundizzjonijiet tat-titjir approvati f’konformità ma’ proċedura speċifikata fil-manwal tal-organizzazzjoni.
CAO.UAS.090 Żamma tar-rekords
(a) |
L-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords li ġejjin kif applikabbli għall-privileġġi li jkollha:
|
(b) |
L-organizzazzjoni għandha żżomm rekords u awtorizzazzjonijiet tal-persunal li huma meħtieġa biex turi l-kwalifiki tal-persunal tagħha. Għandha żżomm ir-rekords rilevanti għall-persunal ċertifikanti, għall-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u għall-persunal li joħroġ il-permessi għat-titjir għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn wara li dak il-persunal iħalli l-organizzazzjoni, jew wara li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni maħruġa lil dak il-persunal. |
(c) |
L-organizzazzjoni għandha, meta tintalab mill-persunal, tagħtih aċċess għar-rekords tal-persunal tagħha kif speċifikat fil-punt (b), u tidduplika u tipprovdi dawn ir-rekords lilu meta jħalli l-organizzazzjoni. |
(d) |
L-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords:
|
(e) |
Ir-rekords tal-monitoraġġ tal-konformità għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ sentejn. |
(f) |
Ir-rekords kollha għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, mit-tibdil u mis-serq. |
(g) |
Meta l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ UAS tiġi trasferita lil organizzazzjoni jew persuna oħra, ir-rekords kollha miżmuma skont il-punti (a)(2) sa (a)(5) għandhom jiġu trasferiti lil dik l-organizzazzjoni jew il-persuna. Jekk it-trasferiment isir lil organizzazzjoni oħra tal-Parti-CAO.UAS, il-punt (d) għandu japplika għal dik l-organizzazzjoni mill-mument tat-trasferiment. |
(h) |
Meta l-organizzazzjoni ttemm l-operazzjonijiet tagħha, ir-rekords miżmuma kollha għandhom jiġu trasferiti kif ġej:
|
CAO.UAS.095 Privileġġi tal-organizzazzjoni
F’konformità mal-manwal tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tingħata waħda jew aktar mill-privileġġi li ġejjin:
(a) |
Il-manutenzjoni
|
(b) |
L-installazzjoni tas-CMU Organizzazzjoni approvata għall-manutenzjoni tas-CMU tista’ twettaq l-installazzjoni ta’ CMU u tiċċertifika dik l-installazzjoni f’konformità mal-punt CAO.UAS.072. |
(c) |
Il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
|
(d) |
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà Organizzazzjoni li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (a) jew (c), tista’ tiġi approvata biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt CAO.UAS.085 u toħroġ l-ARC relatat. |
(e) |
Il-permess għat-titjir Organizzazzjoni li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġ imsemmi fil-punt (d), tista’ tiġi approvata biex toħroġ permess għat-titjir f’konformità mal-punt CAO.UAS.086 għal dawk il-UA li għalihom jista’ jinħareġ ARC. |
CAO.UAS.100 Monitoraġġ tal-konformità u reviżjoni organizzazzjonali
(a) |
Biex tiżgura li l-organizzazzjoni tissodisfa kontinwatament ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi funzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità. |
(b) |
Dik il-funzjoni għandha timmonitorja b’mod indipendenti:
|
(c) |
Il-funzjoni għandha timmonitorja wkoll il-konformità tal-manutenzjoni kuntrattata mal-kuntratt jew mal-ordnijiet tax-xogħol. |
(d) |
Jekk l-organizzazzjoni jkollha ċertifikat tal-organizzazzjoni addizzjonali wieħed jew aktar fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-funzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità tista’ tiġi integrata f’dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali miżmum(a). |
(e) |
L-organizzazzjoni tista’ tibdel il-funzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità b’reviżjonijiet organizzazzjonali regolari li ma jeħtiġux indipendenza, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti:
F’dak il-każ, l-organizzazzjoni ma għandhiex tissubkuntratta kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil partijiet oħra. |
CAO.UAS.102 Protezzjoni tas-sistemi u tad-data tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tipproteġi s-sistemi u d-data tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni użati għall-attivitajiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, inkluż is-software u l-hardware rilevanti, u l-konnessjonijiet tan-network. |
(b) |
Mingħajr preġudizzju għall-punt CAO.UAS.120, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li kull inċident jew vulnerabbiltà għas-sigurtà tal-informazzjoni, li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti għas-sikurezza tal-avjazzjoni, jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti tagħhom. Barra minn hekk:
|
(c) |
Ir-rapportar imsemmi fil-punt (b) għandu jsir minnufih, iżda sa 72 siegħa minn meta l-organizzazzjoni tkun saret taf bil-kundizzjoni, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jipprevjenux dan. |
CAO.UAS.105 Bidliet fl-organizzazzjoni
(a) |
Il-bidliet li ġejjin fl-organizzazzjoni għandhom jeżiġu l-approvazzjoni bil-quddiem tal-awtorità kompetenti:
|
(b) |
Kull bidla oħra għandha tmexxiha l-organizzazzjoni u tiġi notifikata lill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ proċedura speċifikata fil-manwal tal-organizzazzjoni. L-organizzazzjoni għandha tissottometti deskrizzjoni tal-bidliet u l-emendi korrispondenti tal-manwal tal-organizzazzjoni lill-awtorità kompetenti fi żmien 15-il jum minn meta jsiru l-bidliet. |
CAO.UAS.110 Validità kontinwata ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni
Ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jinħareġ għal perjodu bla limitu, u għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-organizzazzjoni tibqa’ konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-punt CAO.UAS.115 relatati mal-indirizzar tas-sejbiet; |
(b) |
l-organizzazzjoni żgurat li jingħata aċċess lill-awtorità kompetenti kif speċifikat fil-punt CAO.UAS.112; |
(c) |
iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ma jkunx ġie ċedut mill-organizzazzjoni jew ġie sospiż jew revokat mill-awtorità kompetenti. |
CAO.UAS.112 Aċċess
Għall-fini tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kull materjal ieħor rilevanti għall-attivitjiet tagħha soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni jingħata lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti.
CAO.UAS.115 Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet
(a) |
Wara li tirċievi notifika ta’ sejba mingħand l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt AR.UAS.GEN.350 tal-Anness I (il-Parti-AR.UAS) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1109, l-organizzazzjoni għandha, fil-perjodu miftiehem mal-awtorità kompetenti, tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva (biex issolvi s-sejbiet u tevita li jerġgħu jiġru) u turi l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan lill-awtorità kompetenti. |
(b) |
L-osservazzjonijiet li jaslu f’konformità mal-punt AR.UAS.GEN.350(f) tal-Anness I (il-Parti-AR.UAS) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1109 għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mill-organizzazzjoni. L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-deċiżjonijiet li tkun ħadet fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet. |
CAO.UAS.120 Rapportar tal-okkorrenzi
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema tar-rapportar tal-okkorrenzi, inkluż rapportar obbligatorju u volontarju. L-organizzazzjonijiet li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru għandhom jiżguraw li s-sistema tar-rapportar tal-okkorrenzi tagħhom tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u tar-Regolament (UE) 2018/1139, kif ukoll mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dawk ir-Regolamenti. |
(b) |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, l-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tagħha u lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tal-UAS jew tal-komponent, kull avveniment jew kundizzjoni relatati mas-sikurezza ta’ UAS jew ta’ komponent identifikati mill-organizzazzjoni li jipperikola jew, jekk ma jiġix ikkoreġut jew indirizzat, li jista’ jipperikola UAS jew lil xi persuna oħra, u b’mod partikolari kwalunkwe aċċident jew inċident serju. |
(c) |
Meta l-organizzazzjoni tiġi kuntrattata għall-manutenzjoni, l-organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll kull avveniment jew kundizzjoni bħal dawn li jaffettwaw UAS, lill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ dak l-UAS f’konformità mal-punt ML.UAS.201 tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS). Għall-avvenimenti jew il-kundizzjonijiet li jaffettwaw il-komponenti, l-organizzazzjoni għandha tirrapportahom lill-persuna jew lill-organizzazzjoni li tkun talbet il-manutenzjoni. |
(d) |
Meta l-organizzazzjoni tiġi kuntrattata biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, din għandha tirrapporta wkoll kull avveniment jew kundizzjoni bħal dawn li jaffettwaw UAS, lis-sid li jkun ikkuntratta lill-organizzazzjoni tal-Parti-CAO.UAS. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/376/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1107/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)