Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1020

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1020 tas-27 ta’ Marzu 2024 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

    C/2024/2151

    ĠU L, 2024/1020, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1020/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1020/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1020

    2.4.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1020

    tas-27 ta’ Marzu 2024

    li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    (4)

    B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

    (5)

    L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istat ta’ South Dakota, li ġiet ikkonfermata fit-12 ta’ Marzu 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

    (6)

    Wara dik it-tifqigħa reċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

    (7)

    L-Istati Uniti ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI bħala segwitu għat-tifqigħa riċenti fl-istat ta’ South Dakota.

    (8)

    Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żona bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dik iż-żona kkonċernata mit-tifqigħa riċenti ta’ South Dakota, sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

    (9)

    Barra minn hekk, il-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

    (10)

    Il-Kanada ressqet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ żewġ tifqigħat tal-HPAI fil-provinċji ta’ Alberta u ta’ British Colombia, li ġew ikkonfermati fil-11 ta’ Ottubru 2023 u fil-25 ta’ Novembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

    (11)

    Ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta mat-tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-Kontea ta’ Yorkshire, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fl-14 ta’ Frar 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

    (12)

    Il-Kanada u r-Renju Unit ressqu wkoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara t-tifqigħat tal-HPAI, il-Kanada u r-Renju Unit implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ din il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat fit-territorji tagħhom.

    (13)

    Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mill-Kanada u mir-Renju Unit, u jidhrilha li pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati f’dawk il-pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Kanada u tar-Renju Unit li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

    (14)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fir-Renju Unit.

    (15)

    Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/748 (4) emenda l-entrati għall-Istati Uniti fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness V, u fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi ffissa d-dati tal-ftuħ għaż-żoni US–2.528 u US–2.529 ta’ dak il-pajjiż terz, li qabel kienu magħluqa. Issa nstab żball fir-ringieli għal dawk iż-żoni, kif emendat mill-punt 1(a)(xiv) u mill-punt 2(n) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/748. Għalhekk jixraq li dan l-iżball jiġi kkoreġut fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness V, u fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-Annessi jiġu emendati kif xieraq.

    (16)

    Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada u mar-Renju Unit, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

    (17)

    Il-korrezzjoni tal-entrati għall-Istati Uniti fir-ringieli għaż-żona US–2.528 u US–2.529 fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness V, u fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/748, jiġifieri l-24 ta’ Frar 2024.

    (18)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

    L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

    L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma kkoreġuti f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 2 għandu japplika mill-24 ta’ Frar 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/748 tat-22 ta’ Frar 2024 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2024/748, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/748/oj).


    ANNESS

    PARTI I

    EMENDI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

    L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness V huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

    (i)

    fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.196 hija sostitwita b’dan li ġej:

    CA

    Il-Kanada

    CA-2.196

    BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

    N, P1

     

    11.10.2023

    18.3.2024”

    (ii)

    fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.221 hija sostitwita b’dan li ġej:

    CA

    Il-Kanada

    CA-2.221

    BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

    N, P1

     

    25.11.2023

    18.3.2024”

    (iii)

    fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.328 hija sostitwita b’dan li ġej:

    GB

    Ir-Renju Unit

    GB-2.328

    BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

    N, P1

     

    14.2.2024

    21.3.2024”

    (iv)

    fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela li ġejja għaż-żona US-2.632 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona US-2.631:

    US

    L-Istati Uniti

    US-2.632

    BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

    N, P1

     

    12.3.2024”

     

    (b)

    fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjoni li ġejja għaż-żona US-2.632 tiżdied wara d-deskrizzjoni għaż-żona US-2.631:

    “L-Istati Uniti

    US-2.632

    L-Istat ta’ South Dakota

    Hutchinson 04

    Il-Kontea ta’ Hutchinson: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana: (koordinati GPS: 97.6491903°W 43.2647367°N)’

    (2)

    fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

    (a)

    fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.196 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    CA

    Il-Kanada

    CA-2.196

    POU, RAT

    N, P1

     

    11.10.2023

    18.3.2024

    GBM

    P1

     

    11.10.2023

    18.3.2024”

    (b)

    fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.221 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    CA

    Il-Kanada

    CA-2.221

    POU, RAT

    N, P1

     

    25.11.2023

    18.3.2024

    GBM

    P1

     

    25.11.2023

    18.3.2024”

    (c)

    fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.328 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    GB

    Ir-Renju Unit

    GB-2.328

    POU, RAT

    N, P1

     

    14.2.2024

    21.3.2024

    GBM

    P1

     

    14.2.2024

    21.3.2024”

    (d)

    fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona US-2.632 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.631:

    US

    L-Istati Uniti

    US-2.632

    POU, RAT

    N, P1

     

    12.3.2024

     

    GBM

    P1

     

    12.3.2024”

     

    PARTI II

    KORREZZJONIJIET TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

    (1)

    Fl-Anness V, fil-Parti 1, fit-Taqsima B, fl-entrati għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.528 u US-2.529 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    US

    L-Istati Uniti

    US-2.528

    BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

    N, P1

     

    21.11.2023

    8.2.2024

    US-2.529

    N, P1

     

    21.11.2023

    9.2.2024”

    (2)

    Fl-Anness XIV, fil-Parti 1, fit-Taqsima B, fl-entrati għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.528 u US-2.529 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    US

    L-Istati Uniti

    US-2.528

    POU, RAT

    N, P1

     

    21.11.2023

    8.2.2024

    GBM

    P1

     

    21.11.2023

    8.2.2024

    US-2.529

    POU, RAT

    N, P1

     

    21.11.2023

    9.2.2024

    GBM

    P1

     

    21.11.2023

    9.2.2024”


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1020/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top