EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1002

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1002 tal-4 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tal-perklorat fil-fażola (Phaseolus vulgaris) bl-imżiewed

C/2024/1957

ĠU L, 2024/1002, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1002/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1002/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1002

5.4.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1002

tal-4 ta’ April 2024

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tal-perklorat fil-fażola (Phaseolus vulgaris) bl-imżiewed

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti, inkluż il-perklorat, fl-ikel.

(2)

Fit-30 ta’ Settembru 2014, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottat opinjoni xjentifika dwar il-perklorat fl-ikel, b’mod partikolari l-frott u l-ħaxix, u kkonkludiet li l-preżenza tiegħu f’ċerti oġġetti tal-ikel, inkluża l-fażola (Phaseolus vulgaris) bl-imżiewed, kienet ta’ tħassib għas-saħħa (3).

(3)

Il-livelli massimi għall-perklorat f’firxa wiesgħa ta’ ikel ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/685 (4) u dawn il-livelli massimi ġew integrati fir-Regolament (UE) 2023/915. Għalkemm data komprensiva dwar l-okkorrenzi ma kinitx disponibbli għas-subkategoriji kollha ta’ frott u ħaxix fiż-żmien meta ġew stabbiliti dawn il-livelli, ġie stabbilit livell massimu ġenerali strett għall-frott u l-ħxejjex kollha, inkluża l-fażola, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(4)

Madankollu, data estensiva reċenti dwar l-okkorrenzi dwar il-livelli ta’ perklorat preżenti fil-fażola turi li l-livell massimu ma jistax jintlaħaq fil-fażola (Phaseolus vulgaris) bl-imżiewed f’żoni ta’ produzzjoni ewlenin fl-Unjoni, anki jekk jiġu applikati prattiki tajbin.

(5)

Għalhekk jixraq li jiżdied il-livell massimu għall-perklorat fil-fażola (Phaseolus vulgaris) bl-imżiewed f’konformità mal-prinċipju li l-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti f’livelli baxxi kemm jista’ jkun raġonevolment possibbli skont prattiki tajba.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103).

(3)  Scientific opinion on the risks to public health related to the presence of perchlorate in food, in particular fruits and vegetables. EFSA Journal 2014;12(10):3869, https://doi:10.2903/j.efsa.2014.3869.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/685 tal-20 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-perklorat f’ċerti oġġetti tal-ikel (ĠU L 160, 25.5.2020, p. 3).


ANNESS

Fit-Taqsima 6 (kontaminanti oħrajn) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915, l-entrata 6.3.1 (frott u ħxejjex ħlief il-prodotti elenkati fil-punti 6.3.1.1 u 6.3.1.2) hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.3.1

Frott u ħxejjex ħlief il-prodotti elenkati fil-punti 6.3.1.1, 6.3.1.2 u 6.3.1.3

0,05

 

6.3.1.1

Cucurbitaceae u kale

0,10

 

6.3.1.2

Ħxejjex tal-weraq u ħxejjex aromatiċi

0,50

 

6.3.1.3

Fażola (Phaseolus vulgaris) bl-imżiewed

0,15”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1002/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top