Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0946

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/946 tat-18 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti

C/2024/215

ĠU L, 2024/946, 26.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/946/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/946/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/946

26.3.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/946

tat-18 ta’ Jannar 2024

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 87(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 88(6), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115, Franza ddeċidiet fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha li tuża sa 5 % tal-allokazzjonijiet tagħha għall-pagamenti diretti għal tipi ta’ interventi f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 7, tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-snin kalendarji mill-2024 sal-2027. Għalhekk, l-ammonti korrispondenti għandhom jitnaqqsu mill-allokazzjonijiet ta’ Franza għall-pagamenti diretti.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/813 (2) irrifletta l-bidliet fl-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti wara l-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, iżda ma inkludiex il-bidliet deċiżi minn Franza għal dan it-tip ta’ trasferiment. Għalhekk, biex tiġi riflessa id-deċiżjoni ta’ dak l-Istat Membru, jeħtieġ li jiġu adattati l-allokazzjonijiet ta’ Franza għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġu emendati skont dan.

(4)

Peress li t-trasferiment tal-allokazzjonijiet deċiż minn Franza jikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ interventi fis-snin kalendarji mill-2024 sal-2027, dan isir effettiv mill-1 ta’ Jannar 2024. Sabiex din il-modifika tiġi riflessa b’mod adegwat fir-Regolament (UE) 2021/2115 ukoll u peress li l-emendi li saru b’dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 mis-sena 2024, b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2024,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/813 tat-8 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti u d-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/813/oj).


ANNESS

L-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness V, ir-ringiela rigward Franza hija sostitwita b’dan li ġej:

Sena kalendarja

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta’ wara

“Franza

6 736 440 037

6 718 840 037

6 710 740 037

6 705 140 037

7 252 000 537 ”

(2)

fl-Anness IX, ir-ringiela rigward Franza hija sostitwita b’dan li ġej:

Sena kalendarja

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta’ wara

“Franza

6 736 440 037

6 718 840 037

6 710 740 037

6 705 140 037

7 252 000 537 ”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/946/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top