This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0904
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/904 of 25 March 2024 amending Council Regulation (EC) No 32/2000 as regards the extension of the Union’s tariff quotas for jute and coconut-fibre products
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/904 tal-25 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward l-estensjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż tal-Indi
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/904 tal-25 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward l-estensjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż tal-Indi
C/2024/1818
ĠU L, 2024/904, 26.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/904/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/904 |
26.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/904
tal-25 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward l-estensjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż tal-Indi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti tariffarji Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9(1), il-punt (b), it-tieni inċiż tiegħu,
Billi:
(1) |
Mill-introduzzjoni tal-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni b’dazju żero għal kwantitajiet speċifiċi ta’ prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż tal-Indi bir-Regolament (KE) Nru 32/2000, bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP) fl-1995, il-kwoti tariffarji ġew estiżi ripetutament. L-aħħar estensjoni damet sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
(2) |
Billi l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) huwa estiż lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2023 bis-saħħa tar-Regolament (UE) 2023/2663 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-arranġament tal-kwota tariffarja għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż tal-Indi jenħtieġ li jiġi estiż skont dan. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 32/2000 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, u sabiex jiġi żgurat l-użu kontinwu tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2024. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Il-ħames kolonna (“Perjodu tal-kwota”) tat-tabella fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 hija emendata kif ġej:
(1) |
it-test għan-numru tas-serje 09.0107 huwa sostitwit b'dan li ġej: “mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2027 ”; |
(2) |
it-test għan-numru tas-serje 09.0109 huwa sostitwit b'dan li ġej: “mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2027 ”; |
(3) |
it-test għan-numru tas-serje 09.0111 huwa sostitwit b'dan li ġej: “mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2027 ”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/32/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/978/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/2663 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L, 2023/2663, 27.11.2023 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2663/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/904/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)