This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0894
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/894 of 13 March 2024 amending Regulation (EU) No 139/2014 as regards occurrence reporting
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/894 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tar-rapportar tal-okkorrenzi
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/894 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tar-rapportar tal-okkorrenzi
C/2024/1456
ĠU L, 2024/894, 20.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/894/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/894 |
20.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/894
tat-13 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tar-rapportar tal-okkorrenzi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 72(5) u l-Artikolu 62(15), il-punt (c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (2) jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi, filwaqt li jindirizza, fost l-oħrajn, ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza u ċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi, tal-operaturi tal-ajrudromi u tal-fornituri ta’ servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi obbligi speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jistabbilixxu sistemi għar-rapportar, l-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili bħala parti mis-sistema ta’ mmaniġġjar tagħhom. Dawk l-obbligi jeżistu b’mod parallel mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 139/2014. Sabiex jiġu żgurati l-konformità u l-implimentazzjoni uniformi tagħhom, is-sistemi ta’ rapportar tal-okkorrenzi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati mal-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 04/2023 (4) tal-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punt (b) u (c), u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament filwaqt li s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni tinżamm f’livell għoli u uniformi, l-industrija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament, u għalhekk jenħtieġ li jibda japplika 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 4 u 5 jitħassru. |
(2) |
L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-20 ta’ Marzu 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/139/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/376/oj).
(4) https://www.easa.europa.eu/en/document-library/opinions/opinion-no-042023.
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 139/2014 (il-Parti-ADR.AR) huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt ADR.AR.A.025, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1)." (2) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18)”;" |
(2) |
fil-punt ADR.AR.A.030, il-punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(3) |
il-punt ADR.AR.B.005 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
il-punt ADR.AR.B.015 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18)”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/894/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)