Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.
Documento 32024R0574
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/574 of 15 February 2024 specifying the technical formats for reporting by the Member States pursuant to Regulation (EU) No 1143/2014 of the European Parliament and of the Council, and repealing Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1454
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/574 tal-15 ta’ Frar 2024 li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1454
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/574 tal-15 ta’ Frar 2024 li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1454
C/2024/863
ĠU L, 2024/574, 16.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/574/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In vigore
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/574 |
16.2.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/574
tal-15 ta’ Frar 2024
li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1454
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 24(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1454 (2) li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
(2) |
Madankollu, il-formati tekniċi użati, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1454, fl-ewwel ċiklu ta’ rapportar mill-Istati Membri ma kinux biżżejjed biex jiżguraw li r-rapporti jkunu ta’ kwalità tajba, u dan wassal għal ambigwità u sottorappurtar. |
(3) |
Għalhekk, huwa neċessarju li din l-insuffiċjenza tiġi indirizzata bl-iffaċilitar tal-ġbir tad-data biex jinsiltu l-indikaturi ewlenin, u b’xejra favur ir-referenza għall-informazzjoni li hija diġà disponibbli għall-pubbliku fil-livell nazzjonali, filwaqt li jintużaw il-benefiċċji tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għad-data ġeografika u tiġi żgurata l-koerenza ma’ politiki relatati bħad-Direttivi 2000/60/KE (4), 2008/56/KE (5) u 2009/147/KE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (7). |
(4) |
Barra minn hekk, id-Direttiva 2007/2/KE teżiġi li l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri jagħmlu disponibbli s-settijiet tad-data ġeografika f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-metadata, is-servizzi tan-networks u l-interoperabbiltà tas-settijiet tad-data u s-servizzi ġeografiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (8), fosthom id-data speċifikata fit-Taqsima 18 (“Distribuzzjoni tal-Ispeċi”) tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
Peress li l-aktar parti sostanzjali ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-formati tekniċi għar-rapportar fl-Anness, huma modifikati b’mod komprensiv, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1454 jitħassar u jiġi sostitwit. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-formati tekniċi għar-rapportar mill-Istati Membri skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1454 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1143/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1454 tal-10 ta’ Awwissu 2017 li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1454/oj).
(3) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/2/oj).
(4) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj).
(5) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj).
(6) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal- 21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet tad-data u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1089/oj).
ANNESS
Formati tekniċi għar-rapportar mill-Istati Membri skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014
INFORMAZZJONI MIBGĦUTA B’APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 24(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1143/2014 |
|
Stat Membru |
|
Perjodu ta’ rapportar |
|
TAQSIMA A L-informazzjoni li għandha tintbagħat dwar kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni u dwar kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib reġjonali li huma soġġetti għall-miżuri kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
Informazzjoni dwar l-ispeċi u d-distribuzzjoni, l-istatus, l-introduzzjoni, ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tagħha |
|||||
1 |
Isem xjentifiku tal-ispeċi |
|
|||
2 |
Isem komuni jew vernakulari tal-ispeċi (fakultattiva) |
|
|||
3 |
L-ispeċi hija preżenti, jew kienet preżenti, fit-territorju tal-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar? |
Iva, attwalment preżenti fl-ambjent |
☐ |
||
Iva, preżenti fl-ambjent fil-perjodu ta’ rapportar, iżda issa kkonfermat assenti |
☐ |
||||
Iva, preżenti f’faċilità kkonfinata |
☐ |
||||
Mhux preżenti |
☐ |
||||
Inċert jew mhux magħruf |
☐ |
||||
4 |
Id-distribuzzjoni tal-ispeċi, inkluża informazzjoni dwar l-istatus, ix-xejriet tar-riproduzzjoni, tal-introduzzjoni u tat-tixrid tagħha (għandha timtela biss jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 tinkludi “Iva, attwalment preżenti fl-ambjent”) |
||||
|
|
||||
|
Teżisti/jeżistu popolazzjoni(jiet) awtosuffiċjenti |
☐ |
|||
Ir-riproduzzjoni sseħħ, iżda hija limitata jew okkażjonali |
☐ |
||||
Ir-riproduzzjoni ma sseħħx |
☐ |
||||
Ir-riproduzzjoni ma sseħħx, iżda x’aktarx li sseħħ fil-futur qrib |
☐ |
||||
Status riproduttiv mhux magħruf |
☐ |
||||
|
Sesswali |
☐ |
|||
Asesswali |
☐ |
||||
It-tnejn (sesswali u asesswali) |
☐ |
||||
Mhux ċara (sesswali jew asesswali) |
☐ |
||||
|
L-ispeċi diġà ġiet introdotta fl-Istat Membru qabel il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar |
☐ |
|||
Matul il-perjodu ta’ rapportar, l-ispeċi ġiet introdotta b’mod predominanti fl-Istat Membru permezz ta’ tixrid naturali minn pajjiż ġar/qrib |
☐ |
||||
Matul il-perjodu ta’ rapportar, l-ispeċi ġietintrodotta b’mod predominanti fl-Istat Membru permezz ta’ assistenza mhux intenzjonata mill-bniedem |
☐ |
||||
Matul il-perjodu ta’ rapportar, l-ispeċi ġiet introdotta b’mod predominanti fl-Istat Membru permezz ta’ assistenza intenzjonali mill-bniedem |
☐ |
||||
Ma huwiex magħruf kif l-ispeċi ġiet introdotta fl-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar |
☐ |
||||
Ma hemm l-ebda evidenza ta’ introduzzjonijiet ġodda fl-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar |
☐ |
||||
|
Matul il-perjodu ta’ rapportar, b’mod predominanti, l-ispeċi nxterdet fl-Istat Membru permezz ta’ tixrid naturali |
☐ |
|||
Matul il-perjodu ta’ rapportar, b’mod predominanti, l-ispeċi nxterdet fl-Istat Membru permezz ta’ assistenza mhux intenzjonata mill-bniedem |
☐ |
||||
Matul il-perjodu ta’ rapportar, b’mod predominanti, l-ispeċi nxterdet fl-Istat Membru permezz ta’ assistenza intenzjonali mill-bniedem |
☐ |
||||
Ma huwiex magħruf kif l-ispeċi nxterdet fl-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar |
☐ |
||||
Ma hemm l-ebda evidenza ta’ tixrid fl-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar |
☐ |
||||
5 |
Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar il-permessi maħruġa għal din l-ispeċi (għall-IAS biss fuq il-lista tal-Unjoni) |
|||||
6 |
Matul il-perjodu ta’ rapportar inħarġu xi permessi għal din l-ispeċi? |
Iva |
☐ |
||
Le |
☐ |
||||
7 |
Hemm xi permessi addizzjonali għal din l-ispeċi li huma validi fil-perjodu ta’ rapportar attwali maħruġa f’perjodu ta’ rapportar preċedenti? |
Iva |
☐ |
||
Le |
☐ |
||||
8 |
Għandha timtela jekk mill-inqas waħda mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 6 u 7 hawn fuq tkun “Iva” |
||||
Sena kalendarja kkonċernata |
|
||||
Skop tal-permess |
Għadd ta’ permessi maħruġa matul is-sena kalendarja kkonċernata |
Għadd ta’ permessi validi addizzjonali matul is-sena kalendarja kkonċernata |
Għadd totali ta’ individwi/eżemplari jew il-volum ikkonċernat li jikkorrispondi għall-permessi maħruġa/validi |
||
Permessi għar-riċerka |
|
|
|
||
Permessi għall-konservazzjoni ex situ |
|
|
|
||
Permessi għall-produzzjoni xjentifika u għall-użu mediċinali sussegwenti għall-avvanz tas-saħħa tal-bniedem |
|
|
|
||
Permessi għal attivitajiet oħra wara l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni (l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|
|
|
||
9 |
Ġie rtirat xi permess matul il-perjodu ta’ rapportar? |
Għadd ta’ permessi rtirati b’mod permanenti |
|
||
Għadd ta’ permessi rtirati temporanjament |
|
||||
Għadd ta’ individwi/eżemplari jew il-volum ikkonċernati |
|
||||
Skop li għalih inħarġu l-permessi |
|
||||
10 |
Informazzjoni disponibbli pubblikament fuq l-Internet għall-permessi kollha maħruġa sad-data tal-ħruġ |
Isem xjentifiku |
|
||
Isem komuni |
|
||||
Għadd ta’ individwi/eżemplari jew il-volum ikkonċernati. |
|
||||
Skop li għalih inħareġ il-permess |
|
||||
Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda kif previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) |
|
||||
Link għas-sit web fejn tista’ ssib, fuq l-Internet, l-informazzjoni dwar il-permessi li nħarġu kif meħtieġ skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|
||||
11 |
Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet L-informazzjoni ta’ hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsijiet 6 jew 7 ta’ hawn fuq |
|||||
12 |
Sena kalendarja kkonċernata |
||||
Skop tal-permess |
Għadd ta’ stabbilimenti li ġew spezzjonati |
Għadd ta’ individwi/eżemplari jew il-volum ikkonċernati li jikkorrispondu għall-permessi miżmuma mill-istabbilimenti spezzjonati |
Għadd ta’ stabbilimenti li ġew spezzjonati li tqiesu li ma humiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi |
Għadd ta’ individwi/eżemplari jew il-volum ikkonċernati li jikkorrispondu għall-permessi miżmuma mill-istabbilimenti spezzjonati li tqiesu li ma humiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi |
|
Permessi għar-riċerka |
|
|
|
|
|
Permessi għall-konservazzjoni ex situ |
|
|
|
|
|
Permessi għall-produzzjoni xjentifika u għall-użu mediċinali sussegwenti għall-avvanz tas-saħħa tal-bniedem |
|
|
|
|
|
Permessi għal attivitajiet oħra wara l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni (l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|
|
|
|
|
13 |
Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar miżura/i ta’ qerda rapida meħuda għal din l-ispeċi (l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
||||||
14 |
Ittieħdu miżuri ta’ qerda rapida għall-ispeċi matul il-perjodu ta’ rapportar? |
Iva |
☐ |
|||
Le |
☐ |
|||||
15 |
L-informazzjoni ta’ hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 14 ta’ hawn fuq |
|||||
|
Iva |
☐ |
||||
Le |
☐ |
|||||
|
Iva |
☐ |
||||
Le |
☐ |
|||||
|
Iva |
☐ |
||||
Le |
☐ |
|||||
|
Iva |
☐ |
||||
Le |
☐ |
|||||
|
Iva |
☐ |
||||
Le |
☐ |
|||||
|
Data tal-bidu |
|
||||
Data tat-tmiem stmata tal-applikazzjoni tal-miżura/i |
Finalizzata. Data tat-tmiem reali: |
☐ |
||||
Għadha għaddejja. Data tat-tmiem stmata: |
☐ |
|||||
Għadha għaddejja. Data tat-tmiem mhux iddeterminata |
☐ |
|||||
Parti mit-territorju |
|
|||||
Reġjun(i) bijoġeografiċi |
|
|||||
Sottounità/sottounitajiet tal-baċir tax-xmara |
|
|||||
Sottoreġjun(i) marini |
|
|||||
Dettalji addizzjonali dwar il-popolazzjonijiet soġġetti għall-miżuri. Massimu ta’ 300 kelma |
|
|||||
|
|
Mekkaniċi/Fiżiċi |
☐ |
|||
Kimiċi |
☐ |
|||||
Bijoloġiċi |
☐ |
|||||
Oħra |
☐ |
|||||
Dettalji addizzjonali dwar il-metodu/i użat(i) biex jeqred malajr l-ispeċi |
|
|||||
|
Meqruda (tneħħija sħiħa u permanenti tal-individwi kollha) |
☐ |
||||
Meqruda temporanjament (individwi reġgħu invadew iż-żona wara qerda b’suċċess) |
☐ |
|||||
Meqruda parzjalment (tnaqqis fin-numru ta’ individwi, iżda xi wħud għadhom preżenti) |
☐ |
|||||
L-ebda effett (l-ebda tnaqqis fl-għadd ta’ individwi jew l-għadd ta’ individwi għadu jiżdied) |
☐ |
|||||
Mhux magħruf |
☐ |
|||||
|
Impatt negattiv fuq il-ħabitats/l-ambjent |
☐ |
||||
Impatt negattiv fuq speċijiet mhux fil-mira |
☐ |
|||||
Impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem |
☐ |
|||||
Ma ġie osservat l-ebda impatt negattiv |
☐ |
|||||
Mhux magħruf |
☐ |
|||||
|
|
Impatt fuq kull speċi |
|
|||
|
|
|||||
|
|
|||||
Għandha timtela biss għal miżuri ta’ qerda rapida mmirati lejn speċijiet ta’ annimali |
||||||
|
Iva |
☐ |
||||
Le |
☐ |
|||||
Dettalji addizzjonali dwar il-miżuri meħuda biex jiġi evitat kwalunkwe uġigħ, tensjoni jew tbatija li jistgħu jiġu evitati lill-annimali (fakultattiva) |
|
|||||
|
|
|
||||
16 |
Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar il-miżura/i ta’ ġestjoni meħuda għal din l-ispeċi (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|||||
17 |
Ittieħdu miżuri ta’ ġestjoni għall-ispeċi matul il-perjodu ta’ rapportar? |
Iva |
☐ |
||
Le |
☐ |
||||
18 |
L-informazzjoni ta’ hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 17 ta’ hawn fuq |
||||
|
Iva |
☐ |
|||
Le |
☐ |
||||
|
Data tal-bidu |
|
|||
Data stmata jew tat-tmiem tal-applikazzjoni tal-miżura/i |
Finalizzata. Data tat-tmiem reali: |
☐ |
|||
Għadha għaddejja. Data tat-tmiem stmata: |
☐ |
||||
Għadha għaddejja. Data tat-tmiem mhux iddeterminata |
☐ |
||||
Objettiv tal-miżura/i |
Qerda |
☐ |
|||
Kontroll |
☐ |
||||
Konteniment |
☐ |
||||
Parti mit-territorju |
|
||||
Reġjun(i) bijoġeografiċi |
|
||||
Sottounità/sottounitajiet tal-baċir tax-xmara |
|
||||
Sottoreġjun(i) marini |
|
||||
Dettalji addizzjonali dwar il-popolazzjonijiet soġġetti għall-miżuri Massimu ta’ 300 kelma |
|
||||
|
Mekkaniċi/Fiżiċi |
☐ |
|||
Kimiċi |
☐ |
||||
Bijoloġiċi |
☐ |
||||
Oħra |
☐ |
||||
Dettalji addizzjonali dwar il-metodu/i użat(i) għall-ġestjoni tal-ispeċi |
|
TAQSIMA B Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|||||
1 |
L-Istat Membru stabbilixxa lista nazzjonali ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istat Membru? Jekk iva, il-mistoqsijiet 2 u 3 hawn taħt għandhom jitwieġbu għal kull waħda mill-ispeċijiet f’din il-lista, u l-mistoqsijiet 2 sa 6 għandhom jitwieġbu għal dawk l-ispeċijiet kollha li ma humiex ukoll ta’ tħassib għall-Unjoni. |
Iva |
☐ |
||
Le |
☐ |
||||
2 |
Isem xjentifiku tal-ispeċi |
|
|||
3 |
L-isem komuni tal-ispeċi (fakultattiva) |
|
|||
4a |
L-ispeċi hija indiġena għal parti mit-territorju tal-Unjoni Ewropea? |
Iva |
☐ |
||
Le |
☐ |
||||
4b |
L-ispeċi hija preżenti, jew kienet preżenti, fit-territorju tal-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar? (jekk speċi tkun indiġena għal parti mit-territorju tal-Istat Membru, wieġeb biss għal dak li jikkonċerna l-firxa aljena tal-ispeċi) |
Iva, attwalment preżenti fl-ambjent |
☐ |
||
Iva, preżenti fl-ambjent fil-perjodu ta’ rapportar, iżda issa kkonfermat assenti |
☐ |
||||
Iva, preżenti f’faċilità kkonfinata |
☐ |
||||
Mhux preżenti |
☐ |
||||
Inċert jew mhux magħruf |
☐ |
||||
5 |
Distribuzzjoni tal-ispeċi, inkluża informazzjoni dwar l-istatus riproduttiv tagħha (fakultattiva) |
||||
|
Iva, ipprovduti |
☐ |
|||
Le, mhux ipprovduti |
☐ |
||||
|
Teżisti/jeżistu popolazzjoni(jiet) awtosuffiċjenti |
☐ |
|||
Ir-riproduzzjoni sseħħ, iżda hija limitata jew okkażjonali |
☐ |
||||
Ir-riproduzzjoni ma sseħħx |
☐ |
||||
Ir-riproduzzjoni ma sseħħx, iżda x’aktarx li sseħħ fil-futur qrib |
☐ |
||||
Status riproduttiv mhux magħruf |
☐ |
||||
6 |
Miżura/i applikata/i fit-territorju tal-Istat Membru fir-rigward tal-ispeċi skont l-Artikolu 7 (tista’ tagħżel aktar minn waħda) |
||||
Restrizzjoni fuq l-introduzzjoni b’mod intenzjonat fit-territorju |
☐ |
||||
Restrizzjoni fuq iż-żamma b’mod intenzjonat, inkluż f’faċilità kkonfinata |
☐ |
||||
Restrizzjoni fuq it-trobbija b’mod intenzjonat, inkluż f’faċilità kkonfinata |
☐ |
||||
|
Restrizzjoni fuq it-trasport b’mod intenzjonat, bl-eċċezzjoni tat-trasport fil-kuntest tal-qerda |
☐ |
|||
Restrizzjoni fuq it-tqegħid b’mod intenzjonat fis-suq |
☐ |
||||
Restrizzjoni fuq l-użu jew l-iskambju b’mod intenzjonat |
☐ |
||||
Restrizzjoni fuq il-fatt li l-ispeċi titħalla tirriproduċi, tikber jew tiġi kkultivata b’mod intenzjonat, inkluż f’faċilità kkonfinata |
☐ |
||||
Restrizzjoni fuq ir-rilaxx b’mod intenzjonat fl-ambjent |
☐ |
||||
Prevenzjoni tal-introduzzjoni jew tat-tixrid mhux intenzjonati, inkluż, fejn applikabbli, b’negliġenza gravi |
☐ |
||||
Miżura/i oħra applikata/i fit-territorju tal-Istat Membru fir-rigward tal-ispeċi (tista’ tagħżel aktar minn waħda) |
|||||
Derogi previsti f’sistema ta’ permessi analoga għal dik tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
Indirizzati fi pjanijiet ta’ azzjoni analogi għal dawk imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
Koperti minn sistema ta’ sorveljanza analoga għal dik tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
Kontrolli uffiċjali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni intenzjonata analogi għal dawk imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
Soġġetti għal sistema ta’ identifikazzjoni bikrija analoga għal dik tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
Soġġetti għal qerda rapida wara identifikazzjoni bikrija analoga għal dik tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
Soġġetti għal miżuri ta’ ġestjoni jekk ikunu nxterdu ħafna, analogi għal dawk imsemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
Miżuri ta’ restawr analogi għal dawk imsemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
☐ |
||||
7 |
Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) |
|
TAQSIMA C Informazzjoni Orizzontali |
Informazzjoni dwar il-Pjan(ijiet) ta’ azzjoni dwar il-mogħdijiet ta’ speċijiet aljeni invażivi (l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|||
1 |
Għal liema speċijiet ta’ tħassib għall-Unjoni saret analiżi u prijoritizzazzjoni tal-mogħdijiet ta’ introduzzjoni u tixrid mhux intenzjonati? |
Lista inizjali tal-Unjoni |
☐ |
L-ewwel aġġornament tal-lista tal-Unjoni |
☐ |
||
It-tieni aġġornament tal-lista tal-Unjoni |
☐ |
||
It-tielet aġġornament tal-lista tal-Unjoni |
☐ |
||
Ir-raba’ aġġornament tal-lista tal-Unjoni |
☐ |
||
Aġġornamenti oħra tal-lista tal-Unjoni (speċifika liema) |
☐ |
||
2 |
It-terminoloġija tal-mogħdija rrakkomandata fil-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (“CBD”) hija użata fl-analiżi u fil-prijoritizzazzjoni tal-mogħdijiet ta’ introduzzjoni u tixrid mhux intenzjonati, kif previst fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/968 (2)? |
Iva |
☐ |
Le |
☐ |
||
3 |
Lista ta’ mogħdijiet li jeħtieġu azzjoni ta’ prijorità (“mogħdijiet ta’ prijorità”) minħabba l-volum ta’ speċijiet jew tal-ħsara potenzjali kkawżata mill-ispeċijiet li jidħlu fl-Unjoni permezz ta’ dawk il-mogħdijiet (l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|
|
|
|||
|
|||
4 |
Dokument li juri/jiddeskrivi l-analiżi tal-mogħdijiet għall-introduzzjoni mhux intenzjonata u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (fakultattiva; ipprovdi l-links) |
|
|
5 |
L-Istat Membru pproduċa pjan ta’ azzjoni wieħed jew sett ta’ pjanijiet ta’ azzjoni? |
Pjan ta’ azzjoni wieħed |
☐ |
Sett ta’ pjanijiet ta’ azzjoni |
☐ |
||
6 |
Għall-pjanijiet ta’ azzjoni kollha prodotti, speċifika liema mogħdijiet ta’ prijorità ġew indirizzati minn liema pjan ta’ azzjoni |
|
Speċijiet koperti |
|
|||
|
|||
|
|||
7 |
Għall-pjanijiet ta’ azzjoni kollha prodotti, indika liema ġew iffinalizzati jew li għadhom qed jiġu abbozzati |
Iffinalizzati (speċifika liema) |
|
Abbozzati (speċifika liema) |
|
||
8 |
Għall-pjanijiet ta’ azzjoni kollha ffinalizzati, indika liema ġew stabbiliti (jiġifieri adottati formalment) mill-Istat Membru |
Stabbiliti (speċifika liema) |
|
|
|
||
Mhux stabbiliti (speċifika liema) |
|
||
9 |
Għall-pjanijiet ta’ azzjoni stabbiliti kollha, indika liema ġew implimentati mill-Istat Membru |
Implimentati bis-sħiħ (speċifika liema) |
|
Implimentati parzjalment (speċifika liema) |
|
||
|
|
||
|
|
Mhux implimentati (speċifika liema) |
|
10 |
Dokument tal-pjan(ijiet) ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|
|
11 |
Informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, dwar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u oqsma għal titjib fil-futur (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar is-Sistema ta’ sorveljanza ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
||||
12 |
Deskrizzjoni tas-sistema ta’ sorveljanza |
Is-sistema tkopri kompletament it-territorju, inklużi l-ilmijiet territorjali tal-baħar, tal-Istat Membru? |
Kopertura sħiħa |
☐ |
Ebda kopertura/Kopertura parzjali |
☐ |
|||
Deskrizzjoni u dettalji addizzjonali tal-kopertura ġeografika tas-sistema ta’ sorveljanza |
|
|||
Web link għall-informazzjoni dwar is-sistema ta’ sorveljanza (jew dokument anness) |
|
|||
13 |
Is-sistema ta’ sorveljanza qed tintuża biex timmonitorja l-effettività tal-miżuri ta’ qerda rapida fi stadju bikri tal-invażjoni (kif previst fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)? |
Iva, għall-miżuri kollha ta’ qerda rapida |
☐ |
|
Iva, għal xi miżuri ta’ qerda rapida |
☐ |
|||
|
|
Le |
☐ |
|
14 |
Informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, dwar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u oqsma għal titjib fil-futur (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali meħtieġa għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni intenzjonata ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
||||
15 |
Deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontrolli uffiċjali |
L-istrutturi biex jitwettqu l-kontrolli uffiċjali huma fis-seħħ u operazzjonali? |
Iva |
☐ |
Parzjalment |
☐ |
|||
Le |
☐ |
|||
Deskrizzjoni ġenerali tal-istrutturi fis-seħħ. Massimu ta’ 300 kelma |
|
|||
Kategoriji ta’ oġġetti li huma soġġetti għal kontrolli uffiċjali |
|
|||
|
||||
|
||||
Awtoritajiet kompetenti li jwettqu kontrolli bbażati fuq ir-riskju |
|
|||
Weblink għal informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali (jew dokument anness) |
|
|||
16 |
Informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, dwar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u oqsma għal titjib fil-futur (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar Miżuri meħuda biex il-pubbliku jiġi infurmat u kwalunkwe azzjoni li ċ-ċittadini ntalbu jieħdu |
|||
17 |
Deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar speċijiet aljeni invażivi u azzjonijiet li ċ-ċittadini huma meħtieġa jieħdu (imsemmija fl-Artikolu 24(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|
|
18 |
Ġiet żgurata l-parteċipazzjoni pubblika fil-pjan(ijiet) ta’ azzjoni (kif imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)? |
Iva |
☐ |
Le |
☐ |
||
Ġiet żgurata l-parteċipazzjoni pubblika fil-miżuri ta’ ġestjoni (kif imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)? |
Iva |
☐ |
|
Le |
☐ |
||
19 |
Dettalji addizzjonali dwar il-parteċipazzjoni pubblika fil-pjan(ijiet) ta’ azzjoni u fil-miżuri ta’ ġestjoni (Massimu ta’ 300 kelma) |
|
|
20 |
Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) |
|
Informazzjoni dwar il-kost tal-azzjoni meħuda għall-konformità ma’ dan ir-regolament |
||||||
21 |
Deskrizzjoni tal-kost tal-azzjonijiet meħuda għall-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (kif imsemmi fl-Artikolu 24(1), il-punt (i), tiegħu), meta disponibbli |
|||||
Deskrizzjoni tal-kostijiet imġarrba jew tal-isforz appoġġat għall-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 – elenkati skont il-kategorija, fejn possibbli |
Bini tal-kapaċitajiet |
|
||||
Pjanijiet ta’ azzjoni għall-mogħdijiet |
|
|||||
It-tħaddim tas-sistema ta’ sorveljanza |
|
|||||
It-tħaddim tal-kontrolli uffiċjali |
|
|||||
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qerda rapida jew ta’ ġestjoni |
|
|||||
It-tħaddim ta’ spezzjonijiet ta’ stabbilimenti li jkollhom permessi |
|
|||||
Restawr tal-ekosistemi bil-ħsara |
|
|||||
Kostijiet oħra |
|
|||||
Deskrizzjoni u indikazzjoni tal-kostijiet totali mġarrba jew tal-isforz appoġġat għall-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 meta l-kostijiet ma jistgħux jiġu elenkati separatament skont il-kategorija. Agħżel il-kategoriji rilevanti li għalihom jikkontribwixxu dawk il-kostijiet jew dak l-isforz. |
|
|||||
Bini tal-kapaċitajiet |
☐ |
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qerda rapida jew ta’ ġestjoni |
☐ |
|||
It-tħaddim tas-sistema ta’ sorveljanza |
☐ |
It-tħaddim ta’ spezzjonijiet ta’ stabbilimenti li jkollhom permessi |
☐ |
|||
It-tħaddim tal-kontrolli uffiċjali |
☐ |
Kostijiet oħra |
☐ |
|||
22 |
Ġew stabbiliti sistemi għall-irkupru tal-kostijiet, f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, biex jiġu rkuprati l-kostijiet tal-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni, għall-minimizzazzjoni jew għall-mitigazzjoni tal-impatt negattiv tal-ispeċijiet aljeni invażivi (kif previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)? |
Iva |
☐ |
|||
Le |
☐ |
|||||
23 |
Informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, dwar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u oqsma għal titjib fil-futur (fakultattiva) |
|
||||
|
||||||
24 |
Informazzjoni addizzjonali – Ġenerali (fakultattiva) |
|
Struzzjonijiet biex tinġabar l-informazzjoni li għandha tintbagħat
L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar il-mistoqsijiet kollha, ħlief għal dawk indikati bħala fakultattivi.
TAQSIMA A
Il-mistoqsijiet kollha tat-Taqsima A għandhom jitwieġbu għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi mniżżlin fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, fil-verżjoni li tkun fis-seħħ fi tmiem l-aħħar sena kalendarja li jkopri r-rapport.
Għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib reġjonali li għaliha jkun daħal fis-seħħ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 sa dik id-data stess, għandhom jitwieġbu biss il-mistoqsijiet 1 sa 5 u 14 sa 22.
Mistoqsija 1
— |
Ipprovdi l-isem xjentifiku tal-ispeċi. |
Mistoqsija 2
— |
Fakultattiva: Agħti l-isem komuni tal-ispeċi bil-lingwa nazzjonali. |
Mistoqsija 3
— |
Indika jekk l-ispeċi titqiesx li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru (billi teskludi l-iktar reġjuni mbiegħda, meta applikabbli). |
— |
Tista’ timmarka diversi kaxxi. |
— |
Għall-għażla “Iva, preżenti f’faċilità kkonfinata”, immarka din l-għażla jekk l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli, jiġifieri ma jkunx hemm bżonn li jitwettqu riċerka jew stħarriġ ad hoc. |
Mistoqsijiet 4.a. sa 4.d.
— |
Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 hija “Iva, attwalment preżenti fl-ambjent”, ipprovdi fajl bid-data dwar id-distribuzzjoni tal-ispeċi skont l-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE. Dan il-fajl għandu juża t-tipi ta’ oġġetti spazjali ddefiniti fit-Taqsima 18 tal-Anness IV (“Distribuzzjoni tal-Ispeċi”) tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010. L-informazzjoni dwar ix-xejriet tal-istatus riproduttiv, tar-riproduzzjoni, tal-introduzzjoni u tat-tixrid għandha tkun speċifikata bl-użu ta’ listi ta’ kodiċijiet xierqa. |
— |
Mistoqsija 4.c. - Xejriet riproduttivi. Għandha timtela biss jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4b. hija l-għażla a) jew b). |
— |
Mistoqsija 4.d - Xejriet tal-introduzzjoni. Huwa possibbli li jiġu mmarkati aktar minn kaxxa waħda. |
Mistoqsija 5
— |
Fakultattiva: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 1 sa 4. |
Mistoqsija 6
— |
Indika jekk inħarġux permessi fir-rigward tal-ispeċi kif imsemmi fl-Artikoli 8(2) u/jew 9(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 matul il-perjodu ta’ rapportar. |
Mistoqsija 7
— |
Indika jekk inħariġx kwalunkwe permess addizzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 8(2) u/jew 9(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 għal din l-ispeċi li huwa validu fil-perjodu ta’ rapportar attwali f’perjodu ta’ rapportar preċedenti. |
Mistoqsija 8
— |
Għandha titwieġeb biss jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 6 u/jew 7 tkun “Iva”. |
— |
Għal kull sena kalendarja li jkopri r-rapport, indika l-għadd ta’ permessi maħruġa u/jew validi msemmija fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 għal kull kategorija ta’ skop, kif ukoll in-numru totali korrispondenti ta’ individwi/eżemplari jew volum ikkonċernat koperti minn dawn il-permessi, inkluża l-unità tal-kejl (numru ta’ eżemplari, kg ta’ żerriegħa, eċċ.). |
Mistoqsija 9
— |
Indika jekk ġiex irtirat kwalunkwe permess matul il-perjodu ta’ rapportar, b’mod permanenti u/jew temporanju. |
Mistoqsija 10
— |
Ikkonferma li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 saret disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet mingħajr dewmien għall-permessi kollha maħruġa, u indika l-Web link rilevanti. |
Mistoqsija 11
— |
Fakultattiva: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija meħtieġa biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 6 sa 10. |
Mistoqsija 12
— |
Għal kull sena kalendarja li jkopri r-rapport, ipprovdi t-tabella mimlija fir-rigward tal-ispezzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
Mistoqsija 13
— |
Fakultattiva: Ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa meħtieġa biex tispjega t-tweġiba għall-mistoqsija 12. B’mod partikolari, spjega fid-dettall għaliex ma saret l-ebda spezzjoni, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata. |
Mistoqsija 14.
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. |
Mistoqsija 15
— |
Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 14 tkun “Iva”, wieġeb għal din il-mistoqsija. L-informazzjoni tista’ tingħata billi l-individwi/popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernata mill-istess miżura/i ta’ qerda rapida jitpoġġew fi grupp wieħed f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Jekk miżuri differenti jindirizzaw popolazzjonijiet differenti, din l-informazzjoni trid tingħata għal kull waħda minn dawk il-popolazzjonijiet. |
Mistoqsija 15f.
— |
Immarka kif xieraq u żid id-data rilevanti. |
Mistoqsija 15 g.
— |
Fakultattiva: Indika kif xieraq. Tista’ tagħżel aktar minn waħda. |
Mistoqsija 15i
— |
Indika kif xieraq. Tista’ tagħżel aktar minn waħda. |
Mistoqsija 15j
— |
Għandha tingħata tweġiba biss jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 15i. tinkludi l-għażla “Impatti negattivi fuq speċijiet mhux fil-mira”. |
Mistoqsija 15k
— |
Għandha tingħata tweġiba biss jekk din it-taqsima tkun qed timtela għal miżuri mmirati lejn speċijiet ta’ annimali aljeni invażivi ta’ tħassib għall-Unjoni jew reġjonali. |
Mistoqsija 15 l.
— |
Fakultattiva: Din il-mistoqsija tapplika kemm għall-ispeċijiet tal-annimali kif ukoll għal dawk mhux tal-annimali. |
Mistoqsija 16
— |
Fakultattiva: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija meħtieġa biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 14 u 15. B’mod partikolari, spjega fid-dettall għaliex ma ttieħdet l-ebda miżura, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata. |
Mistoqsija 17
— |
Indika jekk l-ispeċi kinitx soġġetta għal kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni matul il-perjodu ta’ rapportar. |
Mistoqsija 18
Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 17 tkun “Iva”, wieġeb għal din il-mistoqsija. L-informazzjoni tista’ tingħata billi l-popolazzjonijiet differenti tal-ispeċi li jkunu indirizzati permezz tal-istess miżura/i ta’ ġestjoni jitpoġġew fi grupp wieħed f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Jekk popolazzjonijiet differenti jkunu indirizzati b’miżuri differenti, din l-informazzjoni trid tiġi sottomessa għal kull popolazzjoni bħal din, jiġifieri, it-tabelli jistgħu jiġu duplikati għal kull subunità ġeografika.
Mistoqsija 18b.
— |
Immarka kif xieraq u żid id-data rilevanti. |
Mistoqsija 18c.
— |
Fakultattiva: Indika kif xieraq. Tista’ tagħżel aktar minn waħda. |
Mistoqsija 18e.
— |
Indika kif xieraq. Tista’ tagħżel aktar minn waħda. |
Mistoqsija 18f.
— |
Għandha tingħata tweġiba biss jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 18e. tinkludi l-għażla “Impatti negattivi fuq speċijiet mhux fil-mira”. |
Mistoqsija 18 g.
— |
Għandha tingħata tweġiba biss jekk din it-taqsima tkun qed timtela għal miżuri mmirati lejn speċijiet ta’ annimali aljeni invażivi ta’ tħassib għall-Unjoni jew reġjonali. |
Mistoqsija 18 h.
— |
Fakultattiva: Din il-mistoqsija tapplika kemm għall-ispeċijiet tal-annimali kif ukoll għal dawk mhux tal-annimali. |
Mistoqsija 19.
— |
Fakultattiva: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija meħtieġa biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 17 u 18. B’mod partikolari, spjega fid-dettall għaliex ma ttieħdet l-ebda miżura, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata. |
Mistoqsija 20.
— |
Fakultattiva: Agħti informazzjoni dwar l-impatt tal-ispeċi fuq il-bijodiversità u fuq is-servizzi tal-ekosistema relatati, li tinkludi informazzjoni dwar l-ispeċijiet indiġeni, dwar is-siti protetti u dwar il-ħabitats fil-periklu. Agħti wkoll informazzjoni dwar l-impatti soċjali u ekonomiċi tal-ispeċi, kif ukoll dwar l-impatti tagħha fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem. |
Mistoqsija 21
— |
Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk l-Istat Membru huwiex involut fl-elenkar ta’ kwalunkwe speċi aljena invażiva ta’ tħassib reġjonali. Ipprovdi l-isem xjentifiku tal-ispeċi. |
Mistoqsija 22
— |
Il-mistoqsija 22 għandha tiġi duplikata għal kull speċi msemmija taħt il-mistoqsija 21. |
TAQSIMA B
It-Taqsima B għandha timtela għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istat Membru skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.
Mistoqsija 1
— |
Iċċara jekk l-Istat Membru fassalx lista nazzjonali ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istat Membru. |
Mistoqsija 2
— |
Ipprovdi l-isem xjentifiku tal-ispeċi. |
Mistoqsija 3
— |
Fakultattiva: Agħti l-isem komuni tal-ispeċi bil-lingwa nazzjonali. |
Mistoqsija 4a.
— |
Indika jekk l-ispeċi hijiex indiġena għal parti mit-territorju tal-Unjoni Ewropea. |
Mistoqsija 4b.
— |
Indika jekk l-ispeċi titqiesx bħala preżenti fit-territorju tal-Istat Membru (jekk speċi tkun indiġena għal parti mit-territorju tal-Istat Membru, wieġeb biss għal dak li jikkonċerna l-firxa aljena). |
— |
Tista’ timmarka diversi kaxxi. |
— |
Għall-għażla “Iva, preżenti f’faċilità kkonfinata”, immarka din l-għażla jekk l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, jiġifieri ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li jitwettqu riċerka jew stħarriġ ad hoc. |
Mistoqsija 5
— |
Fakultattiva: Għandha timtela biss jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4b. hija “Iva, attwalment preżenti fl-ambjent”. Ara l-istruzzjonijiet għall-mistoqsija 4 tat-Taqsima A. Innota li, jekk speċi tkun indiġena għal parti mit-territorju tal-Istat Membru, wieġeb għal dawn il-mistoqsijiet biss għal dak li jikkonċerna l-firxa aljena tal-ispeċi fl-Istat Membru. |
Mistoqsija 6
— |
Jekk applikabbli, indika liema miżuri huma applikati għall-ispeċi kkonċernata. Tista’ tagħżel aktar minn waħda. |
Mistoqsija 7
— |
Fakultattiva: Ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa meħtieġa biex tispjega t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1 sa 6. |
TAQSIMA C
Mistoqsija 1
— |
Speċifika għal liema lista tal-Unjoni u aġġornamenti tal-lista tal-Unjoni twettqet analiżi komprensiva tal-mogħdijiet ta’ introduzzjoni u tixrid mhux intenzjonati, kif ukoll il-prijoritizzazzjoni tagħhom.
|
Mistoqsija 2
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. |
Mistoqsija 3
— |
Elenka l-mogħdijiet li jeħtieġu azzjoni ta’ prijorità li rriżultaw mill-analiżi tal-mogħdijiet imwettqa skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
Mistoqsija 4
— |
Fakultattiva: Ipprovdi d-dokument ta’ prijoritizzazzjoni tal-mogħdijiet li ġie prodott jew link għalih. |
Mistoqsija 5
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. Pjan ta’ azzjoni uniku li jkun fih diversi kapitoli tematiċi xorta huwa pjan ta’ azzjoni uniku. |
Mistoqsija 6
— |
Billi tuża l-kodiċijiet ta’ hawn taħt, indika l-mogħdijiet ta’ prijorità rilevanti indirizzati u l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni koperti għal kull waħda minn dawn il-mogħdijiet:
|
Mistoqsija 7
— |
Indika liema pjanijiet ta’ azzjoni huma ffinalizzati u liema għadhom qed jiġu abbozzati. |
Mistoqsijiet 8 u 9
— |
Indika liema pjanijiet ta’ azzjoni huma stabbiliti u li ġew implimentati. |
Mistoqsija 10
— |
Ipprovdi l-Pjanijiet ta’ azzjoni adottati jew link għalihom. |
Mistoqsija 11
— |
Fakultattiva: Ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-Pjan(ijiet) ta’ azzjoni adottat(i) jew li qed jitħejja/jitħejjew. |
Mistoqsija 12
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. Ipprovdi dettalji dwar il-kopertura ġeografika tas-sistema ta’ sorveljanza. Ibgħat dokument (jew web link għal tali dokument, jekk ikun xieraq) li jiddeskrivi s-sistema ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
Mistoqsija 13
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. |
Mistoqsija 14
— |
Fakultattiva: Ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar is-Sistema ta’ sorveljanza stabbilita. |
Mistoqsija 15
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. Ipprovdi dettalji dwar is-sistema ta’ kontroll uffiċjali fis-seħħ, inkluża deskrizzjoni tal-istrutturi użati biex jitwettqu l-kontrolli uffiċjali, il-proċeduri biex jiġi żgurat l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti u l-koordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kollha involuti fil-verifika, kif previst fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Elenka l-kategoriji ta’ oġġetti li huma soġġetti għal kontroll uffiċjali, meta rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, bl-użu tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda. Indika liema awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli uffiċjali. Ibgħat dokument (jew web link għal tali dokument, jekk ikun xieraq) li jiddeskrivi l-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
Mistoqsija 16
— |
Fakultattiva: Ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar is-sistema ta’ kontrolli uffiċjali stabbilita. |
Mistoqsija 17
— |
Iddeskrivi (jew ipprovdi web link għal dokument li jiddeskrivi) il-miżuri meħuda biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar il-preżenza ta’ speċijiet aljeni invażivi u kwalunkwe azzjoni li ċ-ċittadini ntalbu jieħdu. Jistgħu jiġu pprovduti web links għar-riżorsi tal-Internet, u eżempji ta’ dokumenti mtellgħin, sakemm dawn ikunu akkumpanjati minn deskrizzjonijiet xierqa tal-azzjonijiet meħuda. |
Mistoqsija 18
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. |
Mistoqsija 19
— |
Ipprovdi dettalji addizzjonali dwar kif ġiet żgurata l-parteċipazzjoni pubblika għall-Pjan(ijiet) ta’ azzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament IAS u fil-miżuri ta’ ġestjoni meħuda. |
Mistoqsija 20
— |
Fakultattiva: Ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-miżuri meħuda biex il-pubbliku jiġi infurmat jew biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni pubblika. |
Mistoqsija 21
— |
Indika u ddeskrivi l-kost tal-azzjonijiet meħuda għall-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. L-ewwel nett, meta jkunu disponibbli, il-kostijiet imġarrba u/jew l-isforz appoġġat għandhom jiġu pprovduti għal kull kategorija separatament (il-bini tal-kapaċità, it-tħaddim tas-sistema ta’ sorveljanza, it-tħaddim tal-kontrolli uffiċjali, l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qerda rapida jew ta’ ġestjoni, it-tħaddim ta’ spezzjonijiet ta’ stabbilimenti li għandhom il-permessi). Meta l-kostijiet ma jkunux jistgħu jiġu identifikati separatament għal kategoriji individwali, il-kost totali mġarrab jew l-isforz appoġġat għandu jiġi indikat u deskritt, kif ukoll il-kategoriji rilevanti magħżula. Kemm jista’ jkun, inkludi informazzjoni rilevanti dwar l-irkupru tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-azzjonijiet imwettqa (kostijiet ta’ ħsara evitati, ħsara evitata għall-bijodiversità u servizzi relatati tal-ekosistema, kontribuzzjoni għal miri oħra tal-UE, ħsara evitata għas-saħħa tal-bniedem, sikurezza u l-ekonomija), meta disponibbli. |
Mistoqsija 22
— |
Immarka l-kaxxa adegwata. |
Mistoqsija 23
|
Fakultattiva: Ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, jew web link għal dokument, dwar il-kost tal-azzjoni meħuda għall-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1), il-punt (i), tiegħu, inklużi dettalji addizzjonali dwar il-mistoqsijiet 21 u 22. Elabora b’mod partikolari dwar is-sistemi ta’ rkupru tal-kostijiet stabbiliti. |
Mistoqsija 24
— |
Fakultattiva: Ibgħat dokument (jew web link għal tali dokument) bl-informazzjoni l-oħra kollha li l-Istat Membru jixtieq iżid b’rabta mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 minbarra l-informazzjoni mitluba f’dan il-format. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/968 tat-30 ta’ April 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-valutazzjonijiet tar-riskju b’rabta ma’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 174, 10.7.2018, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/968/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta’ Lulju 2016 li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1141/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1263 tat-12 ta’ Lulju 2017 li jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi ta’ tħassib għall-Unjoni stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 13.7.2017, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1263/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1262 tal-25 ta’ Lulju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 biex jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (ĠU L 199, 26.7.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1262/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1203 tat-12 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 biex jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (ĠU L 186, 13.7.2022, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1203/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/574/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)