This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0363
Commission Delegated Regulation (EU) 2024/363 of 11 October 2023 amending the regulatory technical standards laid down in Delegated Regulation (EU) 2015/2205 as regards the transition to the TONA and SOFR benchmarks referenced in certain OTC derivative contracts
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/363 tal-11 ta’ Ottubru 2023 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 fir-rigward tat-tranżizzjoni għall-parametri referenzjarji tat-TONA u l-SOFR imsemmija f’ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/363 tal-11 ta’ Ottubru 2023 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 fir-rigward tat-tranżizzjoni għall-parametri referenzjarji tat-TONA u l-SOFR imsemmija f’ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC
C/2023/6692
ĠU L, 2024/363, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/363/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/363 |
22.1.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/363
tal-11 ta’ Ottubru 2023
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 fir-rigward tat-tranżizzjoni għall-parametri referenzjarji tat-TONA u l-SOFR imsemmija f’ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (2) jispeċifika, fost l-oħrajn, sett ta’ klassijiet ta’ derivattivi tar-rati tal-imgħax barra l-Borża (over-the-counter (OTC)) li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 ġie emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/750 (3) fir-rigward tas-sett ta’ klassijiet ta’ derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati f’Euro (EUR), f’Lira Sterlina (GBP), f’Yen Ġappuniż (JPY) u f’Dollaru Amerikan (USD) li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Dik il-bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-klassijiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar tirrifletti t-tranżizzjoni għal parametri referenzjarji ġodda referenzjati f’derivattivi OTC, filwaqt li titbiegħed mir-referenzjar tal-parametri referenzjarji tal-Euro Overnight Index Average (EONIA) u l-London Inter-Bank Offered Rate (LIBOR) u minflok jiġu referenzjati rati ġodda mingħajr riskju, peress li xi klassijiet ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji li huma essenzjali biex jiġu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar filwaqt li klassijiet ġodda bdew jissodisfaw dawn il-kriterji. |
(2) |
L-Amministratur tal-Parametri Referenzjarji tal-ICE, l-amministratur għal-LIBOR, ikkomunika li l-waqfien tal-LIBOR f’JPY u ta’ ċerti fissazzjonijiet tal-LIBOR f’USD kien se jseħħ fi tmiem l-2021, filwaqt li l-pubblikazzjoni tal-konfigurazzjonijiet kollha li jifdal ta’ LIBOR f’USD se tieqaf f’Ġunju 2023. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew fil-kapaċità superviżorja bankarja tiegħu (Superviżjoni Bankarja tal-BĊE), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ħarġu dikjarazzjoni konġunta biex jinkoraġġixxu b’mod qawwi lill-kontropartijiet biex jieqfu jużaw kull wieħed mill-konfigurazzjonijiet tal-LIBOR, inkluż il-LIBOR f’USD, bħala rata referenzjali f’kuntratti ġodda sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għalhekk, mill-1 ta’ Jannar 2022, il-kontropartijiet ma għadhomx jistgħu jidħlu f’derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw l-LIBOR f’JPY peress li dak il-parametru referenzjarju waqaf u l-kontropartijiet mistennijin li ma jibqgħux jidħlu f’derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw il-LIBOR f’USD. |
(3) |
Ir-regolaturi u l-parteċipanti fis-suq ilhom jaħdmu fuq rati ta’ sostituzzjoni għal dawk il-muniti, u b’mod partikolari fuq l-iżvilupp ta’ rati ġodda mingħajr riskju, li issa qed jintużaw bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji. B’mod partikolari, ir-rati bla riskju tar-Rata ta’ Finanzjament Garantita mil-Lum għall-Għada (Secured Overnight Financing Rate (SOFR)) u tar-Rata Medja mil-Lum għall-Għada ta’ Tokyo (Tokyo Overnight Average Rate (TONA)) huma prodotti għall-USD u għall-JPY rispettivament. B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tas-suq tad-derivattivi OTC, il-kuntratti tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw l-SOFR u t-TONA qed jiġu nnegozjati minn kontropartijiet u qed jiġu kklerjati f’ċerti Kontropartijiet Ċentrali (Central Counterparties (CCPs)). |
(4) |
L-ESMA ġiet innotifikata dwar il-klassijiet tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw l-SOFR jew it-TONA, li ċerti CCPs ġew awtorizzati li jikklerjaw. Għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, l-ESMA reġgħet ivvalutat il-kriterji li huma essenzjali sabiex jiġu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, inkluż il-livell ta’ standardizzazzjoni, il-volum u l-likwidità, u d-disponibilità tal-informazzjoni dwar il-prezz. Bl-objettiv ġenerali li jitnaqqsu r-riskji sistemiċi, l-ESMA ddeterminat li jenħtieġ li dawk il-klassijiet ta’ derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw dawk ir-rati mingħajr riskju, issa jsiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-klassijiet jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar. |
(5) |
B’mod ġenerali, kontropartijiet differenti jeħtieġu perjodi ta’ żmien differenti biex jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jibdew jikklerjaw id-derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC tagħhom soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Madankollu, f’dan il-każ, il-kontropartijiet kellhom iż-żmien biex iħejju ruħhom għat-tranżizzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluż il-waqfien tal-LIBOR f’JPY li seħħ fi tmiem l-2021 jew il-waqfien ippjanat tal-biċċa l-kbira tal-konfigurazzjonijiet tal-LIBOR f’USD skedat għal Ġunju 2023, inkluż fir-rigward tal-arranġamenti tal-ikklerjar tagħhom. Għal kontropartijiet diġà soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar u l-ikklerjar ta’ derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC denominati f’JPY jew f’USD, l-ikklerjar tal-klassijiet il-ġodda li jirreferenzjaw ir-rati mingħajr riskju ġodda f’JPY jew f’USD ma jeħtieġx bidliet sinifikanti, jekk ikun hemm, fil-kuntratti jew fil-proċessi tal-ikklerjar tagħhom. Fil-fatt, meta l-kontropartijiet ikollhom arranġamenti ta’ kklerjar fis-seħħ biex jikklerjaw id-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati f’JPY, l-ikklerjar tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw ir-rati mingħajr riskju f’dik il-munita ma jirrikjedix l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti tal-ikklerjar ġodda fjamanti kif kien il-każ meta bdew jikklerjaw derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC denominati f’dawk il-muniti l-ewwel darba. Barra minn hekk, għall-kontropartijiet li kellhom arranġamenti tal-ikklerjar fis-seħħ biex jikklerjaw derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw l-SOFR, peress li l-klassijiet tas-Swaps tal-Indiċi mil-Lum għall-Għada tal-SOFR tal-maturitajiet ta’ sa 3 snin diġà huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, l-ikklerjar tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw l-SOFR għal maturitajiet itwal ma jirrikjedix l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti tal-ikklerjar ġodda fjamanti. Ma hemmx bżonn li ssir introduzzjoni gradwali addizzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni ordinata u f’waqtha ta’ dak l-obbligu. Jenħtieġ li l-bidliet li saru biex jiġu introdotti l-klassijiet il-ġodda tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC li jirreferenzjaw ir-rati mingħajr riskju u denominati f’JPY u USD jibdew japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni. |
(8) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqu, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali, talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u kkonsultat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3 jiddaħħal il-paragrafu 1c li ġej:
|
(2) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta’ Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/750 tat-8 ta’ Frar 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 fir-rigward tat-tranżizzjoni għal parametri referenzjarji ġodda msemmija f’ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC (ĠU L 138, 17.5.2022, p. 6).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
Fl-Anness għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, it-Tabella 4 hija emendata kif ġej:
(1) |
titħassar ir-ringiela għall-entrata D.4.3; |
(2) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għall-entrati E.4.1 u E.4.2:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/363/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)