This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0256
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/256 of 17 January 2024 amending Implementing Regulation (EU) 2020/1158 on the conditions governing imports of food and feed originating in third countries following the accident at the Chernobyl nuclear power station
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/256 tas-17 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/256 tas-17 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl
C/2024/142
ĠU L, 2024/256, 18.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/256/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/256 |
18.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/256
tas-17 ta’ Jannar 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), il-punt (b)(ii), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a), (c) u (f), tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 (3) jimponi l-kundizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-ikel u l-għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl. |
(2) |
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158, in-nota f’qiegħ il-paġna li tiddefinixxi kif għandu jiġi applikat il-livell massimu għall-prodotti kkonċentrati jew imnixxfa, tħalliet barra bi żball u għalhekk jenħtieġ li terġa’ tiddaħħal. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (4) dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti, tħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (5), u t-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament fiha l-iżbalji rigward ir-referenzi għall-Artikoli korrispondenti taż-żewġ atti. Dawk l-iżbalji ta’ korrelazzjoni huma relatati mal-Artikoli tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158, u għalhekk jenħtieġ li r-referenza għall-Artikoli tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628 tiġi sostitwita bir-referenza l-korretta għall-Artikoli tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235. |
(4) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158 jitlob li kull kunsinna tal-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, bir-referenza għall-kodiċi NM rilevanti min-Nomenklatura Magħquda, tkun akkumpanjata biċ-ċertifikat uffiċjali rilevanti u identifikata permezz ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni li jrid jiġi indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u fid-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul. |
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 (6), li ilu applikabbli minn Jannar 2022, introduċa kodiċijiet NM ġodda għall-faqqiegħ tal-ġeneru Cantharellus (NM 0709 53), tal-ġeneru Boletus (NM 0709 52), ix-Shiitake (NM 0709 54, NM 0712 34), il-Matsutake (NM 0709 55) u t-tartuf (NM 0709 56, NM 0710 80 95, NM 2001 90 97). Dak il-faqqiegħ kien jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0709 59 qabel dik il-bidla fin-Nomenklatura Tariffarja. Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158 jenħtieġ li jiġi aġġornat sabiex jirrifletti dawn il-bidliet fil-kodiċijiet NM. |
(6) |
Biex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata fl-Unjoni kollha tal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet tal-ikel u l-għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-bniedem, huwa importanti li tiġi ċċarata u evitata kwalunkwe inċertezza legali li l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni huma applikabbli għall-prodotti kollha li fihom il-faqqiegħ selvaġġ u l-frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium jew li huma derivati minnhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdiedu entrati ġodda. |
(7) |
Jenħtieġ li ċerti prodotti jiżdiedu mal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158, li għalihom qabel ma kinux japplikaw il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Dan jikkonċerna b’mod partikolari t-taħlitiet ta’ ġewż u frott imnixxef, il-ġammijiet, il-jelly tal-frott, il-marmellati, il-purée tal-frott jew tal-ġewż kif ukoll il-pastes tal-frott jew tal-ġewż, it-taħlitiet tal-meraq, l-ilmijiet imħawrin u ċerti prodotti tal-ikel li jikkonsistu minn diversi ingredjenti li fihom il-faqqiegħ u l-frott elenkati. L-inklużjoni ta’ dawk il-prodotti tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-bniedem u tevita kwalunkwe dubju li l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni huma applikabbli għall-prodotti kollha li fihom il-faqqiegħ selvaġġ jew il-frott selvaġġ elenkati jew li huma derivati minnhom. |
(8) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158, il-kontrolli fiżiċi fuq il-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, soġġetti għall-verifiki fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jenħtieġ li jitwettqu fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’punt ta’ kontroll deżinjat. |
(9) |
Minħabba li ċertu ikel li fih il-faqqiegħ selvaġġ jew il-frott artab selvaġġ jista’ jkun fih ukoll ingredjenti ta’ oriġini mill-annimali, il-kontrolli fiżiċi fuq dak l-ikel jenħtieġ li jitwettqu biss fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
(10) |
Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kampjunar, tal-analiżi u taċ-ċertifikazzjoni għall-prodotti kkonċernati minn din il-miżura, u biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni bla xkiel għar-regoli l-ġodda, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li matulu l-kunsinni li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0813 50, ex 2007, ex 2008 97, ex 2009 90, ex 2202 10, ex 2202 99, ex 1704 90, ex 1806 u ex 1905, ma jkollhomx għalfejn ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158. |
(11) |
Għal ċertu faqqiegħ selvaġġ li qabel kien jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0709 59, ġew stabbiliti kodiċijiet NM ġodda mill-2020, jiġifieri ex 0709 52 00, ex 0709 53 00, ex 0709 54 00, ex 0709 55 00, ex 0709 56 00 u ex 0712 34 00. Barra minn hekk, it-tartuf selvaġġ ipproċessat li qabel kien kopert bil-kodiċijiet ex 0710 80 69 u ex 2001 90 50, huwa kkummerċjalizzat taħt il-kodiċijiet ex 7108095 u ex 2001 90 97. Għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali għal dawk il-prodotti peress li diġà japplika għalihom l-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158. |
(12) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158 jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livelli massimi permessi akkumulati ta’ kontaminazzjoni radjuattiva fit-termini taċ-ċesju-137 (*1), li ġejjin:
(*1) Il-livell li japplika għall-prodotti kkonċentrati jew imnixxfa għandu jiġi kalkolat abbażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għall-konsum.” " |
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “3. Iċ-ċertifikat uffiċjali li ma jiġix sottomess fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li joħroġu, għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti għall-mudelli ta’ ċertifikati uffiċjali mhux sottomessi fl-IMSOC stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235. 4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss joħorġu ċertifikat uffiċjali ta’ sostituzzjoni f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.” |
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-kunsinni tal-prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali, imsemmija fl-Artikolu 3(3), għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali mad-dħul tagħhom fl-Unjoni fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u/jew f’punt ta’ kontroll deżinjat. Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3) li fihom ingredjent jew ingredjenti ta’ oriġini mill-annimali, għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali mad-dħul tagħhom fl-Unjoni f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.” |
(4) |
L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Miżura tranżizzjonali
Il-kunsinni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0813 50, ex 2007, ex 2008 97, ex 2009 90, ex 2202 10, ex 2202 99, ex 1704 90, ex 1806 u ex 1905, li ntbagħtu lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, minn pajjiż terz elenkat fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1158, jistgħu jidħlu fl-Unjoni sas-7 ta’ Marzu 2024 mingħajr ma jkunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, bil-kundizzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħrajn kollha tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għalihom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 tal-5 ta’ Awwissu 2020 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (ĠU L 257, 6.8.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta’ April 2019 dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 101).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta’ prodotti li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
|
Ikel elenkat bħala taħlitiet minn hawn ’il quddiem huwa relatat ma’ taħlitiet li fihom il-faqqiegħ selvaġġ u/jew il-frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium fi kwantità ta’ aktar minn 20 % ta’ prodott wieħed jew bħala s-somma tal-faqqiegħ selvaġġ u tal-frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium. |
ex 0709 51 00 |
faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus, frisk jew imkessaħ, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ikkultivat u selvaġġ tal-ġeneru Agaricus, frisk jew imkessaħ |
ex 0709 52 00 |
faqqiegħ tal-ġeneru Boletus, frisk jew imkessaħ, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ikkultivat u selvaġġ tal-ġeneru Boletus, frisk jew imkessaħ |
ex 0709 53 00 |
faqqiegħ tal-ġeneru Cantharellus, frisk jew imkessaħ, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ikkultivat u selvaġġ tal-ġeneru Cantharellus, frisk jew imkessaħ |
ex 0709 54 00 |
shiitake (Lentinus edodes), frisk jew imkessaħ, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ shiitake (Lentinus edodes) ikkultivat u selvaġġ, frisk jew imkessaħ |
ex 0709 55 00 |
matsutake (Tricholoma matsutake, Tricholoma magnivelare, Tricholoma anatolicum, Tricholoma dulciolens, Tricholoma caligatum), frisk jew imkessaħ, għajr ikkultivat; taħlitiet ta’ matsutake (Tricholoma matsutake, Tricholoma magnivelare, Tricholoma anatolicum, Tricholoma dulciolens, Tricholoma caligatum) ikkultivat u selvaġġ, frisk jew imkessaħ |
ex 0709 56 00 |
tartuf (Tuber spp.), frisk jew imkessaħ, għajr ikkultivat; taħlitiet ta’ tartuf (Tuber spp.) ikkultivat u selvaġġ, frisk jew imkessaħ |
ex 0709 59 00 |
faqqiegħ ieħor, frisk jew imkessaħ, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ieħor ikkultivat u selvaġġ, frisk jew imkessaħ |
ex 0710 80 61 |
faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ikkultivat u selvaġġ tal-ġeneru Agaricus (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat |
ex 0710 80 69 |
faqqiegħ ieħor (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ieħor ikkultivat u selvaġġ (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat |
ex 0710 80 95 |
tartuf (Tuber spp.) (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ tartuf ikkultivat u selvaġġ (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat |
ex 0711 51 00 |
faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus ippreservat b’mod provviżorju, iżda li ma jkunx tajjeb għall-konsum immedjat f’dak l-istat, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ikkultivat u selvaġġ tal-ġeneru Agaricus ippreservat b’mod provviżorju, iżda li ma jkunx tajjeb għall-konsum immedjat f’dak l-istat |
ex 0711 59 00 |
faqqiegħ u tartuf ieħor ippreservat b’mod provviżorju, iżda li ma jkunx tajjeb għall-konsum immedjat f’dak l-istat, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ u tartuf ieħor ikkultivat u selvaġġ ippreservat b’mod provviżorju, iżda li ma jkunx tajjeb għall-konsum immedjat f’dak l-istat |
ex 0712 31 00 |
faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus, imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ikkultivat u selvaġġ tal-ġeneru Agaricus, imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor |
ex 0712 32 00 |
faqqiegħ wood ears (Auricularia spp.) imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ wood ears (Auricularia spp.) imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor |
ex 0712 33 00 |
jelly fungi (Tremella spp.) imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ jelly fungi (Tremella spp.) ikkultivat u selvaġġ, imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor |
ex 0712 34 00 |
shiitake (Lentinus edodes) imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ shiitake (Lentinus edodes) ikkultivat u selvaġġ, imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor |
ex 0712 39 00 |
faqqiegħ u tartuf ieħor, imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ u tartuf ieħor ikkultivat u selvaġġ, imnixxef, sħiħ, imqatta’, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparat mod ieħor |
ex 2001 90 50 |
faqqiegħ ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |
ex 2001 90 97 |
tartuf (Tuber spp.) ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat taħlitiet ta’ tartuf (Tuber spp) ikkultivat u selvaġġ, ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |
ex 2003 |
faqqiegħ u tartuf, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat; taħlitiet ta’ faqqiegħ u tartuf ikkultivat u selvaġġ, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |
ex 0810 40 |
cranberries selvaġġi, mirtill selvaġġ u frott ieħor salvaġġ tal-ġeneru Vaccinium, friski; taħlitiet ta’ cranberries selvaġġi, mirtill selvaġġ u frott ieħor salvaġġ tal-ġeneru Vaccinium, friski |
ex 0811 90 50 |
frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, nej jew imsajjar bl-istim jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, kemm jekk ikun fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le; taħlitiet ta’ frott selvaġġ u kkultivat tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, nej jew imsajjar bl-istim jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, kemm jekk ikun fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le |
ex 0811 90 70 |
frott selvaġġ tal-ispeċijiet Vaccinium myrtilloides u Vaccinium angustifolium, nej jew imsajjar bl-istim jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, kemm jekk ikun fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le; taħlitiet ta’ frott selvaġġ u kkultivat tal-ispeċijiet Vaccinium myrtilloides u Vaccinium angustifolium, nej jew imsajjar bl-istim jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, kemm jekk ikun fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le |
ex 0811 90 95 |
frott selvaġġ ta’ speċijiet oħra tal-ġeneru Vaccinium, nej jew imsajjar bl-istim jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, kemm jekk ikun fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le; taħlitiet ta’ frott selvaġġ u kkultivat ta’ speċijiet oħra tal-ġeneru Vaccinium, nej jew imsajjar bl-istim jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, kemm jekk ikun fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le |
ex 0812 90 40 |
frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, ippreservat b’mod provviżorju, iżda li ma jkunx tajjeb għall-konsum immedjat f’dak l-istat; taħlitiet ta’ frott selvaġġ u kkultivat tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, ippreservat b’mod provviżorju, iżda li ma jkunx tajjeb għall-konsum immedjat f’dak l-istat; |
ex 0813 40 95 |
frott selvaġġ, imnixxef, tal-ġeneru Vaccinium |
ex 0813 50 15 ex 0813 50 19 ex 0813 50 91 ex 0813 50 99 |
taħlitiet ta’ frott imnixxef jew ta’ ġewż u frott imnixxef li fih il-frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium |
ex 2007 |
ġammijiet, jellies tal-frott, marmellati, purée tal-frott jew tal-ġewż u pastes tal-frott jew tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le, magħmulin minn u/jew fihom frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium jew prodotti pproċessati tagħhom |
ex 2008 93 |
cranberries selvaġġi (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos) u ligonberries (Vaccinium vitis-idaea), ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor jew spirtu miżjud u kemm jekk le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra; taħlitiet ta’ cranberries selvaġġi u kkultivati (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos) u ligonberries (Vaccinium vitis-idaea), ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor jew spirtu miżjud u kemm jekk le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
ex 2008 97 |
Taħlitiet ta’ frott, ġewż u partijiet oħra tal-pjanti, tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor jew spirtu miżjud u kemm jekk le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, li fihom il-frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium |
ex 2008 99 28 ex 2008 99 34 ex 2008 99 37 ex 2008 99 40 ex 2008 99 49 ex 2008 99 67 ex 2008 99 99 |
frott selvaġġ ieħor tal-ġeneru Vaccinium, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor jew spirtu miżjud u kemm jekk le, li mhux speċifikat jew inkluż banda oħra; taħlitiet ta’ frott ieħor selvaġġ u kkultivat tal-ġeneru Vaccinium, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor jew spirtu miżjud u kemm jekk le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
ex 2009 81 |
meraq tal-cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos) u meraq tal-lingonberries (Vaccinium vitis-idaea) minn frott selvaġġ, mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor u kemm jekk le; meraq tal-cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos) u meraq tal-lingonberries (Vaccinium vitis-idaea) minn taħlita ta’ frott selvaġġ u kkultivat, mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor u kemm jekk le |
ex 2009 89 35 ex 2009 89 38 ex 2009 89 79 ex 2009 89 86 ex 2009 89 89 ex 2009 89 99 |
meraq ieħor ta’ frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium, mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le |
ex 2009 90 21 ex 2009 90 29 ex 2009 90 51 ex 2009 90 59 ex 2009 90 94 ex 2009 90 96 ex 2009 90 98 |
taħlita ta’ meraq magħmul minn u/jew li fih frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium jew prodotti pproċessati tiegħu |
ex 2202 10 |
Ilmijiet, inkluż ilmijiet minerali u ilmijiet aerati, biz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud jew imħawrin li fihom meraq jew prodotti proċessati oħra minn frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium |
ex 2202 99 |
Ilmijiet, inkluż ilmijiet minerali u ilmijiet aerati, biz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud jew imħawrin u xarbiet oħrajn mhux alkoħoliċi, li fihom meraq jew prodotti proċessati oħra minn frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium |
|
Minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bir-radjuattività, l-ikel elenkat minn issa ’l quddiem huwa relatat mal-ikel magħmul minn żewġ ingredjenti jew aktar, li fih xi wieħed mill-prodotti individwali elenkati hawn fuq fi kwantità ta’ aktar minn 20 % ta’ prodott wieħed jew bħala s-somma tal-prodotti elenkati |
ex 1704 90 |
Ħlewwiet taz-zokkor (inkluż iċ-ċikkulata bajda), li ma fihomx kawkaw, minbarra ċ-chewing gum, kemm miksi biz-zokkor u kemm jekk le |
ex 1806 |
Ċikkulata u preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw |
ex 1905 |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, kemm jekk ikun fihom il-kawkaw u kemm jekk le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta li huma adatti għall-użu farmaċewtiku, wafers tas-siġill, karta tar-ross u prodotti simili |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/256/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)