This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024L1275
Directive (EU) 2024/1275 of the European Parliament and of the Council of 24 April 2024 on the energy performance of buildings (recast) (Text with EEA relevance)
Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
PE/102/2023/REV/1
ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1275 |
8.5.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/1275 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ April 2024
dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
(riformulazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi (5). Peress li għandhom isiru iżjed emendi, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Skont il-Ftehim ta’ Pariġi (6), adottat f’Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), il-Partijiet tiegħu qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 oC ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jkomplu bl-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 oC ’il fuq mil-livelli preindustrijali. L-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jinsab fil-qalba tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”(il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”). L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b’mill-inqas 55 % sal-2030 taħt il-livelli tal-1990 fil-kontribut aġġornat stabbilit fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta’ Diċembru 2020. |
(3) |
Kif imħabbar fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni ppreżentat l-istrateġija tagħha tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa – l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja”. L-istrateġija tal-Mewġa ta’ Ronovazzjoni fiha pjan ta’ azzjoni b’miżuri regolatorji, ta’ finanzjament u ta’ abilitazzjoni konkreti, bl-objettiv li tal-inqas tiġi rduppjata r-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini sal-2030 u li jitrawmu rinnovazzjonijiet profondi, li jwassal għar-rinnovazzjoni ta’ 35 miljun unità tal-bini sal-2030 u l-ħolqien ta’ impjiegi fis-settur tal-kostruzzjoni. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2010/31/UE hija meħtieġa bħala waħda mill-vetturi li biha tinkiseb il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Se tikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-inizjattiva Bauhaus Ewropew Ġdid, ippreżentata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Bauhaus Ewropew il-Ġdid – Sbiħ, Sostenibbli, Flimkien” u l-missjoni Ewropea dwar bliet newtrali għall-klima u intelliġenti. L-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-għan li trawwem soċjetà aktar inklużiva li tippromwovi l-benesseri ta’ kulħadd f’konformità mal-Bauhaus storika, li kkontribwiet għall-inklużjoni soċjali u l-benesseri taċ-ċittadini, b’mod partikolari l-komunitajiet tal-ħaddiema. Billi jiġu ffaċilitati t-taħriġ, in-networks u jiġu pprovduti linji gwida għall-periti, l-istudenti, l-inġiniera u d-disinjaturi fl-ambitu tal-prinċipji tas-sostenibbiltà, l-estetika u l-inklużjoni, l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tista’ tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi u kulturali fil-ħolqien ta’ ambjent mibni aktar sostenibbli. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), inaqqax fid-dritt tal-Unjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha, sa mhux aktar tard mill-2050, u jistabbilixxi impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
(5) |
Il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %” imħabbar permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2021 – Unjoni ta’ vitalità f’dinja ta’ fraġilità” għandu l-għan li jimplimenta dawk l-objettivi. Dak il-pakkett ikopri firxa ta’ oqsma ta’ politika li jinkludu l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, it-tassazzjoni tal-enerġija, il-kondiviżjoni tal-isforzi, l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2010/31/UE hija parti integrali minn dak il-pakkett. Filwaqt li jibni fuq il-pakkett leġislattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, il-pjan REPowerEU li jinsab fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Pjan REPowerEU” ressaq sett addizzjonali ta’ azzjonijiet biex jiffrankaw l-enerġija, jiddiversifikaw il-provvisti, jissostitwixxu malajr il-fjuwils fossili billi jaċċelleraw it-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn enerġija nadifa u jikkombinaw b’mod intelliġenti l-investimenti u r-riformi. Il-pjan kien fih proposti leġiżlattivi ġodda u rakkomandazzjonijiet immirati li bihom tiżdied l-ambizzjoni fir-rigward tal-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija. Il-komunikazzjoni semmiet ukoll miżuri ta’ tassazzjoni bħala mezz biex jiġu pprovduti inċentivi għall-iffrankar tal-enerġija u jitnaqqas il-konsum tal-fjuwils fossili. |
(6) |
Il-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-Unjoni u 36 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha relatati mal-enerġija, filwaqt li 75 % tal-bini tal-Unjoni għadu ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-gass naturali għandu l-akbar rwol fit-tisħin tal-bini, li jammonta għal madwar 39 % tal-konsum tal-enerġija użat għat-tisħin tal-ispazju fis-settur residenzjali. Iż-żejt huwa t-tieni l-aktar fjuwil fossili importanti għat-tisħin, li jammonta għal 11 % u l-faħam jammonta għal madwar 3 %. Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, f’konformità mal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” kif stipulat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini jikkostitwixxu miżuri importanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet u l-faqar enerġetiku fl-Unjoni. Il-konsum imnaqqas tal-enerġija u użu akbar ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, speċjalment l-enerġija solari, għandhom ukoll rwol ewlieni fit-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika tal-Unjoni b’mod ġenerali fuq il-fjuwils fossili u b’mod speċjali fuq l-importazzjonijiet, fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija f’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-pjan REPowerEU, b’tali mod li jrawmu żviluppi teknoloġiċi, u joħolqu opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari fil-gżejjer, fiż-żoni rurali u fil-komunitajiet mhux kollegati mal-grilja. |
(7) |
Il-bini huwa responsabbli għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra qabel, matul u wara l-ħajja operattiva tiegħu. Il-viżjoni tal-2050 għal stokk tal-bini dekarbonizzat tmur lil hinn mill-enfasi attwali fuq l-emissjonijiet operattivi ta’ gassijiet serra. Għalhekk, l-emissjonijiet kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini jenħtieġ li jitqiesu progressivament, u għandna nibdew mill-bini ġdid. Il-bini huwa bank materjali sinifikanti, peress li huwa repożitorju tar-riżorsi għal għexieren ta’ snin, u l-għażliet tad-disinn u tal-materjali jinfluwenzaw fil-biċċa l-kbira l-emissjonijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja kemm għall-bini ġdid kif ukoll għar-rinnovazzjonijiet. Ir-rendiment taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini jenħtieġ li titqies mhux biss fil-kostruzzjoni l-ġdida, iżda wkoll fir-rinnovazzjonijiet permezz tal-inklużjoni ta’ politiki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tal-Istati Membri. |
(8) |
Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini teħtieġ l-effiċjenza fir-riżorsi u ċ-ċirkolarità. Dan jista’ jiġi kkombinat ukoll mat-trasformazzjoni ta’ partijiet tal-istokk tal-bini f’bir tal-karbonju temporanju. |
(9) |
Il-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) matul ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini jindika l-kontribut ġenerali tal-bini għall-emissjonijiet li jwasslu għat-tibdil fil-klima. Dan jiġbor flimkien l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati fil-prodotti għall-bini b’emissjonijiet diretti u indiretti mill-istadju tal-użu. Rekwiżit biex jiġi kkalkulat il-(GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini ġdid għalhekk jikkostitwixxi l-ewwel pass lejn kunsiderazzjoni akbar tar-rendiment taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini u ta’ ekonomija ċirkolari. |
(10) |
Il-bini huwa responsabbli għal madwar nofs l-emissjonijiet tal-materja partikolata fina primarja (PM 2,5 ) fl-Unjoni li jikkawżaw mewt u mard qabel iż-żmien. It-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini jista’ u jenħtieġ li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-istess ħin, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(11) |
Il-miżuri li jkomplu jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi, inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-kundizzjonijiet lokali kif ukoll klimatiku intern u l-kosteffettività. Dawk il-miżuri jenħtieġ li ma jkunux jaffettwaw rekwiżiti oħra dwar bini bħall-aċċessibbiltà, is-sikurezza fil-każ ta’ nirien u attività siżmika u l-użu intiż għal dak il-bini. |
(12) |
Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jkun ikkalkolat abbażi ta’ metodoloġija, li tista’ tvarja bejn il-livell nazzjonali u dak reġjonali. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tinkludi, minbarra l-karatteristiċi termiċi, fatturi oħra li jaqdu rwol dejjem aktar importanti bħall-effett gżira ta’ sħana urbana, installazzjonijiet tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, irkupru tas-sħana mill-arja tal-egżost jew mill-ilma mormi, ibbilanċjar tas-sistemi, soluzzjonijiet intelliġenti, elementi ta’ tisħin u tkessiħ passiv, dell, il-kwalità ambjentali interna, dawl naturali adegwat u d-disinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tkun ibbażata mhux biss fuq l-istaġun li matulu jkunu meħtieġa t-tisħin jew l-arja kkondizzjonata, iżda jenħtieġ li jkopri r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija matul is-sena kollha. Jenħtieġ li hija tqis l-istandards Ewropej eżistenti. Il-metodoloġija jenħtieġ li tiżgura r-rappreżentazzjoni tal-kundizzjonijiet operattivi reali u tippermetti l-użu ta’ enerġija mmetrata biex tiġi vverifikata l-korrettezza u għall-komparabbiltà, u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq intervalli ta’ kalkolu fix-xahar, fis-siegħa jew ta’ porzjoni minn siegħa. Biex jitħeġġeġ l-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post, u flimkien mal-qafas ġenerali komuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex il-benefiċċji tal-massimizzazzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post, inkluż għal użi oħra, bħall-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi, jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati fil-metodoloġija għall-kalkolu. |
(13) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiffissaw rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini u tal-elementi tal-bini fl-użu tal-enerġija bil-għan li jinkiseb bilanċ kostottimali bejn l-investimenti involuti u l-kostijiet tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu rekwiżiti minimi fl-użu tal-enerġija li jkunu aktar effiċjenti mil-livelli kostottimali tal-effiċjenza fl-enerġija. Jenħtieġ li jkun hemm provvediment għall-possibilità li l-Istati Membri jwettqu rieżami regolari tar-rekwiżiti minimi tagħhom tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-dawl tal-progress tekniku. |
(14) |
Żewġ terzi tal-enerġija użata għat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini għadha qed tiġi mill-fjuwils fossili. Biex is-settur tal-bini jiġi dekarbonizzat, huwa ta’ importanza partikolari li jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jindikaw il-politiki u l-miżuri nazzjonali tagħhom biex jeliminaw gradwalment il-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini. Jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jeliminaw gradwalment il-bojlers awtonomi li jaħdmu bil-fjuwils fossili, u, bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li, mill-2025, ma jipprovdux inċentivi finanzjarji għall-installazzjoni ta’ bojlers awtonomi li jaħdmu bil-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ dawk magħżula għall-investiment, qabel l-2025, taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Xorta għandu jkun possibbli li jiġu pprovduti inċentivi finanzjarji għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin ibridi b’sehem konsiderevoli ta’ enerġija rinnovabbli, bħall-kombinazzjoni ta’ bojler ma’ enerġija solari termali jew ma’ pompa tas-sħana. Il-politiki u l-miżuri nazzjonali ta’ eliminazzjoni gradwali jenħtieġ li jkollhom l-appoġġ ta’ bażi legali ċara għall-projbizzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana abbażi tal-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra, it-tip ta’ fjuwil użat jew il-parti minima tal-enerġija rinnovabbli użata għat-tisħin fil-livell tal-bini. |
(15) |
Il-ġenerazzjoni tal-ilma sħun domestiku hija waħda mis-sorsi ewlenin tal-konsum tal-enerġija għal bini b’rendiment għoli. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dik l-enerġija ma tiġix irkuprata. Il-ġbir tas-sħana minn katusi tal-ilma sħun domestiku fil-bini jista’ jkun mod sempliċi u kosteffettiv biex tiġi ffrankata l-enerġija. |
(16) |
Ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal sistemi tekniċi użati fil-bini jenħtieġ li japplikaw għas-sistemi sħaħ, kif installati fil-bini, u mhux għar-rendiment ta’ komponenti awtonomi, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi għall-prodott skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Waqt l-iffissar ta’ rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw, fejn disponibbli u adattati, strumenti armonizzati, b’mod partikolari metodi ta’ ttestjar u kalkolu u klassijiet ta’ effiċjenza tal-enerġija żviluppati skont miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza ma’ inizjattivi relatati u biex, sa fejn hu possibbli, tiġi minimizzata l-frammentazzjoni potenzjali tas-suq. It-teknoloġiji tal-iffrankar tal-enerġija b’perjodi qosra ħafna ta’ ħlas lura, bħall-installazzjoni jew is-sostituzzjoni ta’ valvi ta’ kontroll termostatiċi jew l-irkupru tas-sħana mill-arja tal-egżost jew mill-ilma mormi, mhumiex qed jiġu kkunsidrati biżżejjed illum. Meta jiġi stmat l-output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, għas-sistemi tal-arja kundizzjonata, għas-sistemi tat-tisħin tal-ispazju u l-ventilazzjoni kkombinati, jew għas-sistemi tal-arja kundizzjonata u l-ventilazzjoni kkombinati, f’bini jew f’unità tal-bini partikolari, jenħtieġ li l-output nominali effettiv ta’ ġeneraturi differenti tal-istess sistema jitqiesu flimkien. |
(17) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għalhekk, it-terminu “inċentiv” kif użat f’din id-Direttiva jenħtieġ li ma jiġix interpretat li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
(18) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu ta’ livelli kostottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Rieżami ta’ dak il-qafas jenħtieġ li tippermetti l-kalkolu tar-rendiment tal-enerġija kif ukoll tal-emissjonijiet u jenħtieġ li tqis l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa, kif ukoll l-estensjoni tas-sistema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet u l-prezzijiet tal-karbonju. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw dak il-qafas biex iqabblu r-riżultati mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jkunu adottaw. Jekk ikun hemm diskrepanzi sinifikanti, jiġifieri diskrepanzi li jaqbżu l-15 %, bejn il-livelli kostottimali kkalkolati tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġġustifikaw id-differenza jew jippjanaw passi adattati biex inaqqsu d-diskrepanza. Iċ-ċiklu stmat tal-ħajja ekonomika ta’ binja jew ta’ element ta’ binja jenħtieġ li jiġi determinat mill-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-prattiċi attwali u l-esperjenza fid-definizzjoni ta’ ċikli tipiċi tal-ħajja ekonomika. Jenġħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni, fuq bażi regolari, ir-riżultati ta’ dak it-tqabbil u d-data użata biex jinkisbu dawk ir-riżultati. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fl-Istati Membri biex intlaħqu livelli kostottimali dwar ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. |
(19) |
Rinnovament maġġuri f’bini eżistenti, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, jipprovdi opportunità biex jittieħdu miżuri kosteffettivi li jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Għal raġunijiet ta’ kosteffettività, jenħtieġ li jkun possibbli jiġu limitati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-aktar partijiet rinnovati rilevanti għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddefinixxu “rinnovazzjoni maġġuri” f’termini ta’ persentaġġ tal-erja totali tal-uċuħ ta’ barra tal-bini jew f’termini tal-valur tal-bini. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jiddefinixxi rinnovazzjoni maġġuri f’termini tal-valur tal-bini, jistgħu jintużaw valuri bħall-valur attwarjali, jew il-valur kurrenti bbażat fuq il-kost tar-rikostruzzjoni, mingħajr il-valur tal-art li fuqha jkun jinsab il-bini. |
(20) |
L-ambizzjoni msaħħa tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija teħtieġ viżjoni ġdida għall-bini: il-bini b’emissjonijiet żero, b’domanda baxxa ħafna għall-enerġija, emissjonijiet żero ta’ karbonju fuq il-post minn fjuwils fossili jew emissjonijiet operazzjonali żero jew baxxi ħafna ta’ gassijiet serra. Il-bini l-ġdid kollu jenħtieġ li jkun bini b’emissjonijiet żero sal-2030, u l-bini eżistenti jenħtieġ li jiġi ttrasformat f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050. |
(21) |
Fejn bini eżistenti jiġi alterat, dan ma jitqiesx li jkun bini ġdid. |
(22) |
Hemm għażliet differenti disponibbli biex ikopru l-ħtiġijiet tal-enerġija ta’ bini b’emissjonijiet żero: enerġija ġġenerata fuq il-post jew fil-viċinanza minn sorsi rinnovabbli bħal solari termali, ġeotermali, solari fotovoltajka, pompi tas-sħana, enerġija idroelettrika u l-bijomassa, enerġija rinnovabbli pprovduta minn komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, u enerġija minn sorsi oħra ħielsa mill-karbonju. L-enerġija derivata mill-kombustjoni ta’ fjuwils rinnovabbli titqies li hija enerġija minn sorsi rinnovabbli ġġenerata fuq il-post meta l-kombustjoni tal-fjuwil rinnovabbli sseħħ fuq il-post. |
(23) |
Il-bini b’emissjonijiet żero jista’ jikkontribwixxi għall-flessibbiltà min-naħa tad-domanda pereżempju permezz tal-ġestjoni tad-domanda, il-ħżin tal-elettriku, il-ħżin termali u l-ġenerazzjoni rinnovabbli distribwita biex tiġi appoġġata sistema tal-enerġija aktar affidabbli, sostenibbli u effiċjenti. |
(24) |
Id-dekarbonizzazzjoni meħtieġa tal-istokk tal-bini tal-Unjoni teħtieġ rinnovazzjoni tal-enerġija fuq skala kbira: kważi 75 % ta’ dak l-istokk tal-bini huwa ineffiċjenti skont l-istandards attwali tal-bini, u 85 sa 95 % tal-bini tal-lum se jkun għadu eżistenti fl-2050. Madankollu, ir-rata annwali ponderata ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija hija persistentement baxxa, madwar 1 %. Bil-pass attwali, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini teħtieġ sekli sħaħ. Għalhekk għan ewlieni ta’ din id-Direttiva hu l-iskattar u l-appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-bini, li jinkludi bidla lejn sistemi ta’ tisħin mingħajr emissjonijiet. L-appoġġ għar-rinnovazzjonijiet fil-livell distrettwali, inkluż permezz ta’ rinnovazzjonijiet tat-tip industrijali jew serjali, joffri benefiċċji billi jistimula l-volum u l-profondità tar-rinnovazzjonijiet tal-bini u jwassal għal dekarbonizzazzjoni aktar rapida u orħos tal-istokk tal-bini. Is-soluzzjonijiet industrijali għall-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini jinkludu elementi prefabbrikati versatili li jipprovdu funzjonijiet differenti bħall-iżolazzjoni u l-ġenerazzjoni tal-enerġija. |
(25) |
L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma l-għodda regolatorja essenzjali li permezz tagħha tiskatta r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti fuq skala kbira, għax dawn jindirizzaw l-ostakli ewlenin għar-rinnovazzjoni bħal inċentivi opposti u strutturi ta’ sjieda konġunta, li ma jistgħux jingħelbu bl-inċentivi ekonomiċi. L-introduzzjoni ta’ standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li twassal għal eliminazzjoni gradwali tal-bini bl-agħar rendiment u għal titjib kontinwu fl-istokk tal-bini nazzjonali, u dan jikkontribwixxi għall-għan fit-tul ta’ stokk tal-bini dekarbonizzat sal-2050. |
(26) |
L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini mhux residenzjali jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u jenħtieġ li jiffukaw fuq ir-rinnovazzjoni tal- bini mhux residenzjali bl-agħar rendiment, li jkollu l-ogħla potenzjal f’termini ta’ dekarbonizzazzjoni u benefiċċji soċjali u ekonomiċi estiżi u li għaldaqstant jeħtieġ li jiġi rinnovat bħala prijorità. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu skedi ta’ żmien speċifiċi għar-rinnovazzjoni ulterjuri ta’ bini mhux residenzjali fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini. Xi sitwazzjonijiet speċifiċi jiġġustifikaw eżenzjonijiet għal bini mhux residenzjali individwali mill-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari d-demolizzjoni ppjanata ta’ bini jew analiżi sfavorevoli tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji; każijiet ta’ diffikultajiet serji jiġġustifikaw eżenzjoni sakemm jippersistu d-diffikultajiet serji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu kriterji stretti għal tali eżenzjonijiet sabiex jiġi evitat sehem sproporzjonat ta’ bini mhux residenzjali eżentat. Jenħtieġ li jikkomunikaw dawk il-kriterji fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini u jenħtieġ li jikkumpensaw għall-bini mhux residenzjali eżentat permezz ta’ titjib ekwivalenti fir-rendiment fl-użu tal-enerġija f’partijiet oħra tal-istokk tal-bini mhux residenzjali. |
(27) |
Fir-rigward ta’ bini residenzjali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà li jagħżlu l-għodod li permezz tagħhom jiksbu t-titjib meħtieġ tal-istokk tal-bini residenzjali, bħal standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, assistenza teknika u miżuri ta’ appoġġ finanzjarju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali nazzjonali f’konformità mal-pjan direzzjonali nazzjonali u l-miri għall-2030, l-2040 u l-2050 li jinsabu fil-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tal-Istat Membru u mat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali fi stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050. Jenħtieġ li mill-2030, it-trajettorji nazzjonali jikkonformaw ma’ stadji importanti intermedji ta’ ħames snin għat-tnaqqis fl-użu medju tal-enerġija primarja tal-istokk tal-bini residenzjali, li jiżguraw sforzi simili fl-Istati Membri kollha. |
(28) |
Fir-rigward tal-bqija tal-istokk tal-bini nazzjonali, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu jekk jixtiqux jintroduċu standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, imfassla fil-livell nazzjonali u adattati għall-kundizzjonijiet nazzjonali. Meta tirrieżamina din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżuri stabbiliti skont din id-Direttiva humiex se jwasslu għal progress suffiċjenti lejn il-kisba ta’ stokk tal-bini kompletament dekarbonizzat u b’emissjonijiet żero sal-2050 jew jekk jeħtieġx li jiġu introdotti aktar miżuri, bħal standards minimi vinkolanti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari għall-bini residenzjali sabiex jintlaħqu l-istadji importanti ta’ ħames snin. |
(29) |
L-introduzzjoni ta’ standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn qafas ta’ abilitazzjoni li jinkludi assistenza teknika u miżuri finanzjarji, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli. L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti fil-livell nazzjonali mhumiex “standards tal-Unjoni” skont it-tifsira tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu tali “standards tal-Unjoni”. F’konformità mar-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat għar-rinnovazzjoni tal-bini biex jikkonformaw mal-istandards tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha, sakemm dawk l-istandards għall-Unjoni kollha jsiru obbligatorji. Ladarba l-istandards ikunu obbligatorji, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna mill-Istat għar-rinnovazzjoni tal-bini u tal-unitajiet tal-bini li jaqgħu taħt l-istandards tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha, sakemm ir-rinnovazzjoni tal-bini timmira għal standard ogħla. |
(30) |
It-Tassonomija tal-UE, stabbilita bir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), tikklassifika l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli fl-ekonomija kollha, inkluż għas-settur tal-bini. Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (16) (“l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima”), ir-rinnovazzjoni tal-bini titqies li hija attività sostenibbli meta din tikseb iffrankar enerġetiku ta’ mill-inqas 30 %, tikkonforma mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal rinnovazzjoni maġġuri ta’ bini eżistenti, jew tikkonsisti f’miżuri individwali relatati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, bħall-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika jew ta’ strumenti u apparat għall-kejl, ir-regolazzjoni u l-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, meta tali miżuri individwali jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti. Ir-rinnovazzjoni tal-bini konformi mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha hija tipikament konformi mal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE relatati mal-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini. |
(31) |
Ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u għall-elementi tal-bini eżistenti kienu diġà jinsabu fil-predeċessuri ta’ din id-Direttiva u jenħtieġ li jkomplu japplikaw. Filwaqt li l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li għadhom kif ġew introdotti jistabbilixxu livell minimu għar-rendiment tal-enerġija tal-bini eżistenti u jiżguraw li sseħħ ir-rinnovazzjoni ta’ bini ineffiċjenti, ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u għall-elementi tal-bini eżistenti jiżguraw il-profondità meħtieġa tar-rinnovazzjoni meta sseħħ xi rinnovazzjoni. |
(32) |
Hemm ħtieġa urġenti li titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fil-bini u li jiġu aċċellerati l-isforzi biex jiġi dekarbonizzat u elettrifikat il-konsum tal-enerġija tagħhom. Sabiex l-installazzjoni kosteffikaċi ta’ teknoloġiji solari tkun tista’ ssir fi stadju aktar tard, il-bini ġdid kollu għandu jkun “lest biex jilqa’ l-enerġija solari”, jiġifieri mfassal biex jottimizza l-potenzjal tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija solari abbażi tal-irradjanza solari tas-sit, b’mod li l-installazzjoni ta’ teknoloġiji solari ssir mingħajr interventi strutturali għaljin. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta’ installazzjonijiet solari xierqa fuq bini ġdid, kemm reżidenzjali kif ukoll mhux residenzjali, u fuq bini eżistenti mhux residenzjali. L-użu tal-enerġija solari fuq skala kbira jagħti kontribut kbir għall-protezzjoni aktar effettiva tal-konsumaturi minn prezzijiet dejjem ogħla u volatili tal-fjuwils fossili, inaqqas l-esponiment ta’ ċittadini vulnerabbli għal prezzijiet għaljin tal-enerġija u jirriżulta f’benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali usa’. Sabiex jiġi sfruttat b’mod effiċjenti l-potenzjal tal-installazzjonijiet solari fuq il-bini, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni tal-obbligu, jew eżenzjonijiet possibbli minnu, tal-użu tal-installazzjonijiet solari fuq il-bini f’konformità mal-potenzjal ekonomiku u tekniku ivvalutat tal-installazzjonijiet tal-enerġija solari u l-karatteristiċi tal-bini kopert minn dan l-obbligu, b’kont meħud tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u l-ikkombinar tal-installazzjonijiet solari ma’ użi oħra tal-bjut, bħal bjut ħodor jew installazzjonijiet ta’ servizzi oħra tal-bini. Fil-kriterji tagħhom għall-implimentazzjoni prattika tal-obbligi tal-użu ta’ installazzjoni xierqa tal-enerġija solari fuq il-bini, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jesprimu l-limitu rilevanti f’termini tal-erja tal-art tal-bini minflok l-erja tal-art utli tal-bini, sakemm tali metodu jikkorrispondi għal kapaċità installata ekwivalenti ta’ installazzjoni xierqa tal-enerġija solari fuq il-bini. Billi l-obbligu tal-użu tal-installazzjonijiet solari fuq bini individwali jiddependi fuq il-kriterji stabbiliti mill-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet dwar l-enerġija solari fuq il-bini jenħtieġ li ma jikkwalifikawx bħala “standard tal-Unjoni” fit-tifsira tal-regoli dwar l-għajnuna statali. |
(33) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jinkoraġġixxu, permezz ta’ informazzjoni, proċeduri amministrattivi xierqa jew miżuri oħra li jkunu stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini, l-użu ta’ installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa flimkien mar-rinnovazzjoni tal-involukru tal-bini, bis-sostituzzjoni tas-sistemi tekniċi tal-bini jew bl-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, ta’ pompi tas-sħana jew ta’ sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini. |
(34) |
Fir-rigward ta’ bini b’użu mħallat li jinkludi kemm unitajiet ta’ bini residenzjali kif ukoll mhux residenzjali, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħżlu jekk jittrattawhomx bħala bini residenzjali jew mhux residenzjali. |
(35) |
Jenħtieġ li l-fotovoltajċi solari u t-teknoloġiji termali solari, inkluż b’kombinament mal-ħżin tal-enerġija, jiġu varati malajr biex ikunu ta’ benefiċċju kemm għall-klima kif ukoll għall-finanzi taċ-ċittadini u n-negozji. |
(36) |
L-elettrifikazzjoni tal-bini, pereżempju permezz tal-użu ta’ pompi tas-sħana, installazzjonijiet solari, batteriji u infrastruttura tal-irriċarġjar, tbiddel ir-riskji fir-rigward tas-sikurezza tal-bini kontra n-nirien, li l-Istati Membri jeħtieġ jindirizzaw. Fir-rigward tas-sikurezza kontra n-nirien fil-parkeġġi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika gwida mhux vinkolanti għall-Istati Membri. |
(37) |
Biex jinkiseb stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u biex issir it-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini li jissostitwixxu l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul previsti fl-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE u li għandhom isiru għodda ta’ ppjanar ferm aktar b’saħħitha u kompletament operazzjonali għall-Istati Membri, f’konformità mal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, b’enfasi aktar qawwija fuq il-finanzjament u l-iżgurar li ħaddiema b’ħiliet xierqa jkunu disponibbli biex iwettqu rinnovazzjonijiet tal-bini, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-Patt għall-Ħiliet ippreżentat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2020 intitolata “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza”. Fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom stess għar-rinnovazzjoni tal-bini. F’konformità mal-Artikolu 21, il-punt (b)(7), tar-Regolament (UE) 2018/1999 u mal-kundizzjonijiet abilitanti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri ta’ finanzjament, kif ukoll deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment u tar-riżorsi amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini. |
(38) |
Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” huwa prinċipju kumplessiv li jenħtieġ li jitqies fis-setturi kollha, lil hinn mis-sistema tal-enerġija, fil-livelli kollha. Huwa ddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999 bħala li jfisser li fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ippjanar, u fil-politika u l-investimenti marbutin mal-enerġija, jitqiesu sew il-miżuri alternattivi ta’ kosteffiċjenza tal-effiċjenza enerġetika biex il-provvista u d-domanda tal-enerġija jsiru aktar effiċjenti, b’mod partikolari permezz ta’ ffrankar enerġetiku kosteffikaċi fil-konsum finali, inizjattivi ta’ ġestjoni tad-domanda u konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-objettivi ta’ dawk id-deċiżjonijiet. Il-prinċipju huwa għalhekk daqstant rilevanti fir-rigward tat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u huwa enfasizzat fl-Istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin għar-rinnovazzjoni tal-bini lejn l-2030 u l-2050. Kif imfisser fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 (18), it-titjib fis-saħħa u l-benessri huma fost il-kobenefiċċji l-kbar tal-applikazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” biex jitjieb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. |
(39) |
Sabiex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol tal-Unjoni tkun ippreparata bis-sħiħ biex taħdem b’mod attiv lejn il-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu lil gruppi sottorappreżentati biex jitħarrġu u jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-bini. |
(40) |
Il-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li jkunu bbażati fuq mudell armonizzat biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-pjanijiet. Biex tiġi żgurata l-ambizzjoni meħtieġa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri. |
(41) |
Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini jkunu marbuta mill-qrib mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, u jenħtieġ li l-progress fil-kisba tal-miri nazzjonali u l-kontribut tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini għall-miri nazzjonali u tal-Unjoni jiġu rrapportati bħala parti mir-rappurtar biennali skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Meta titqies l-urġenza li tiżdied ir-rinnovazzjoni abbażi ta’ pjanijiet nazzjonali solidi ta’ rinnovazzjoni tal-bini, id-data għas-sottomissjoni tal-ewwel pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li tiġi stabbilita malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali sussegwenti ta’ rinnovazzjoni tal-bini jiġu ppreżentati bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom, li jfisser li t-tieni abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li jiġi ppreżentat mat-tieni abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima fl-2028. |
(42) |
Rinnovazzjoni profonda fi stadji tista’ tkun soluzzjoni biex jiġu indirizzati l-kostijiet inizjali għaljin u d-diffikultajiet li jista’ jkollhom l-abitanti meta jagħmlu r-rinnovazzjonijiet f’daqqa u tista’ tippermetti miżuri ta’ rinnovazzjoni li jfixklu inqas u aktar fattibbli finanzjarjament. Madankollu, tali rinnovazzjoni profonda fi stadji jeħtieġ li tiġi ppjanata bir-reqqa biex jiġi evitat li pass wieħed ta’ rinnovazzjoni jipprekludi l-passi sussegwenti meħtieġa. Ir-rinnovazzjoni profonda fi stadju wieħed tista’ tkun aktar kosteffettiva u tirriżulta f’inqas emissjonijiet marbuta mar-rinnovazzjoni milli r-rinnovazzjoni fi stadji. Il-passaporti tar-rinnovazzjoni jipprovdu pjan direzzjonali ċar għal rinnovazzjonijiet profondi fi stadji, li jgħin lis-sidien u lill-investituri jippjanaw iż-żmien opportun u l-ambitu għall-interventi. Għalhekk, il-passaporti ta’ rinnovazzjoni jenħtieġ li jkunu mħeġġa u disponibbli, bħala għodda volontarja, għas-sidien tal-bini fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-passaporti ta’ rinnovazzjoni ma joħolqux piż sproporzjonat. |
(43) |
Hemm xi sinerġiji bejn il-passaporti tar-rinnovazzjoni u ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tar-rendiment attwali tal-bini u r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib tiegħu. Sabiex jagħmlu l-aħjar minn dawk is-sinerġiji u jitnaqqsu l-kostijiet għas-sidien tal-bini, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu li l-passaport tar-rinnovazzjoni u ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitfasslu b’mod konġunt mill-istess espert u jinħarġu flimkien. Fil-każ ta’ tali tifsil konġunt u ħruġ, jenħtieġ li l-passaport tar-rinnovazzjoni jissostitwixxi r-rakkomandazzjonijiet fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Madankollu, jenħtieġ li jibqa’ possibbli li jinkiseb ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija mingħajr passaport ta’ rinnovazzjoni. |
(44) |
Kuntratti ta’ rinnovazzjoni fit-tul huma strument importanti li mpermezz tiegħu tiġi stimulata r-rinnovazzjoni fi stadji. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu mekkaniżmi li jippermettu l-istabbiliment ta’ kuntratti ta’ rinnovazzjoni fit-tul matul id-diversi stadji ta’ rinnovazzjoni fi stadji. Meta jsiru disponibbli inċentivi ġodda u aktar effettivi matul id-diversi stadji tar-rinnovazzjoni, l-aċċess għal dawk l-inċentivi l-ġodda jista’ jiġi żgurat billi l-benefiċjarji jitħallew jaqilbu għal inċentivi ġodda. |
(45) |
Il-kunċett ta’ “rinnovazzjoni profonda” għadu ma ġiex definit fid-dritt tal-Unjoni. Bil-ħsieb tal-kisba tal-viżjoni fit-tul għall-bini, rinnovazzjoni profonda jenħtieġ li tiġi definita bħala rinnovazzjoni li tittrasforma l-bini f’bini b’emissjonijiet żero iżda, bħala l-ewwel stadju, bħala rinnovazzjoni li tittrasforma l-bini f’bini b’użu ta’ kważi żero enerġija. Din id-definizzjoni għandha l-għan li żżid ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini. Rinnovazzjoni profonda għall-finijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tista’ tkun ukoll opportunità ewlenija biex jiġu indirizzati aspetti oħra bħall-kwalità ambjentali interna, il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli, iż-żieda fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza kontra r-riskji ta’ diżastri inkluż ir-reżiljenza siżmika, is-sikurezza kontra n-nirien, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà. |
(46) |
Biex titrawwem rinnovazzjoni profonda, li hija waħda mill-għanijiet tal-istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu appoġġ finanzjarju u amministrattiv imsaħħaħ lir-rinnovazzjoni profonda. |
(47) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini eżistenti li jikkontribwixxi biex jinkiseb livell adegwat ta’ kwalità ambjentali interna, filwaqt li jitneħħa l-asbestos u sustanzi oħra ta’ ħsara, il-prevenzjoni tat-tneħħija illegali ta’ sustanzi ta’ ħsara, u l-iffaċilitar tal-konformità ma’ atti leġiżlattivi eżistenti bħad-Direttivi 2009/148/KE (19) u (UE) 2016/2284 (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(48) |
Approċċi integrati distrettwali jew tal-viċinat jgħinu biex tiżdied il-kosteffettività tar-rinnovazzjonijiet meħtieġa għal bini li huwa relatat mil-lat ta’ spazju bħal blokok ta’ akkomodazzjoni. Tali approċċi għar-rinnovazzjonijiet joffru diversi soluzzjonijiet fuq skala akbar. |
(49) |
Il-vetturi elettriċi mistennija jkollhom rwol kruċjali fid-dekarbonizzazzjoni u l-effiċjenza tas-sistema tal-elettriku, jiġifieri permezz tal-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà, ibbilanċjar u ħażna, speċjalment permezz tal-aggregazzjoni. Dan il-potenzjal tal-vetturi elettriċi li jintegraw mas-sistema tal-elettriku u jikkontribwixxu għall-effiċjenza tas-sistema u għall-assorbiment ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli jenħtieġ li jiġi sfruttat bis-sħiħ. L-irriċarġjar fir-rigward tal-bini huwa partikolarment importanti, peress li dan huwa fejn il-vetturi elettriċi jipparkjaw regolarment u għal perjodi twal ta’ żmien. L-irriċarġjar bil-mod huwa ekonomiku u l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar fi spazji privati tista’ tipprovdi ħażna tal-enerġija lill-binja relatata u integrazzjoni ta’ servizzi ta’ rriċarġjar intelliġenti u ta’ servizzi ta’ rriċarġjar bidirezzjonali u ta’ integrazzjoni tas-sistema b’mod ġenerali. |
(50) |
Flimkien ma’ sehem akbar tal-produzzjoni rinnovabbli tal-elettriku, il-vetturi elettriċi jipproduċu inqas emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-vetturi elettriċi jikkostitwixxu komponent importanti tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa fuq il-bażi ta’miżuri ta’ effiċjenza enerġetika, fjuwils alternattivi, enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-flessibbiltà enerġetika. Il-kodiċijiet tal-bini jistgħu jintużaw b’mod effettiv biex jiġu introdotti rekwiżiti mmirati li jappoġġaw l-użu tal-infrastruttura tal-irriċarġjar fil-parkeġġi tal-bini residenzjali u dak mhux residenzjali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għan li jneħħu l-ostakli bħal inċentivi opposti u kumplikazzjonijiet amministrattivi li jiltaqgħu magħhom is-sidien individwali meta jkunu qed jippruvaw jinstallaw punt tal-irriċarġjar fl-ispazju tal-parkeġġ tagħhom. |
(51) |
Il-kablaġġ mgħoddi minn qabel u l-kanali jiffaċilitaw l-iskjerament rapidu tal-punti tal-irriċarġjar jekk u fejn ikunu meħtieġa. Infrastruttura faċilment disponibbli tnaqqas il-kostijiet tal-installazzjoni tal-punti tal-irriċarġjar għas-sidien individwali u tiżgura li l-utenti tal-vetturi elettriċi jkollhom aċċess għal punti tal-irriċarġjar. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti għall-elettromobbiltà fil-livell tal-Unjoni dwar l-attrezzar minn qabel tal-ispazji tal-parkeġġ u l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar huwa mod effettiv biex fil-futur qrib jiġu promossi l-vetturi elettriċi filwaqt li jitħalla lok għal aktar żvilupp b’inqas kostijiet fuq terminu ta’ żmien medju sa twil. Meta jkun teknikament fattibbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-punti tal-irriċarġjar għall-persuni b’diżabbiltà. |
(52) |
L-irriċarġjar intelliġenti u l-irriċarġjar bidirezzjonali jippermettu l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-bini. Il-punti tal-irriċarġjar fejn il-vetturi elettriċi tipikament jiġu pparkjati għal perjodi ta’ ħin estiżi, bħal fejn in-nies jipparkjaw għal raġunijiet ta’ residenza jew ta’ impjieg, huma rilevanti ħafna għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, u għalhekk iridu jiġu żgurati funzjonalitajiet ta’ irriċarġjar intelliġenti. Meta l-irriċarġjar bidirezzjonali jkun jassisti aktar penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli mill-flotot tal-vetturi elettriċi fit-trasport u fis-sistema tal-elettriku b’mod ġenerali, tali funzjonalità jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll. |
(53) |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà ekoloġika hija parti ewlenija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-bini jista’ jkollu rwol importanti fil-provvista tal-infrastruttura meħtieġa, mhux biss għall-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi iżda wkoll għar-roti. It-tranżizzjoni lejn il-mobbiltà attiva bħaċ-ċikliżmu tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport. Biż-żieda fil-bejgħ ta’ roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta’ vetturi tal-kategorija L, imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), u sabiex tiġi ffaċilitata l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar fi stadju aktar tard, jenħtieġ li l-kablaġġ minn qabel jew il-kanali għal dawk il-vetturi jkunu meħtieġa f’bini residenzjali ġdid u, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, f’bini residenzjali li jkun qed jiġi rinnovat b’mod estensiv. Kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar “it-Tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030: Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna”, (“il-Pjan dwar il-Mira Klimatika”), iż-żieda fl-ishma modali ta’ trasport privat u pubbliku nadif u effiċjenti, bħaċ-ċikliżmu, se tnaqqas drastikament it-tniġġis mit-trasport u ġġib benefiċċji kbar għaċ-ċittadini u l-komunitajiet individwali. In-nuqqas ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti huwa ostaklu ewlieni għall-użu taċ-ċikliżmu, kemm fil-bini residenzjali kif ukoll fil-bini mhux residenzjali. Ir-rekwiżiti tal-Unjoni u l-kodiċijiet nazzjonali tal-bini jistgħu jappoġġaw b’mod effettiv it-tranżizzjoni lejn mobbiltà aktar nadifa billi jistabbilixxu rekwiżiti għal għadd minimu ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti, u l-bini ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti u infrastruttura relatata f’żoni fejn ir-roti huma użati inqas jista’ jwassal għal żieda fl-użu tagħhom. Jenħtieġ li r-rekwiżit li jiġu pprovduti spazji għall-parkeġġ tar-roti ma jiddependix fuq id-disponibbiltà u l-provvista ta’ spazji għall-parkeġġ tal-karozzi jew neċessarjament marbut magħhom, li jistgħu ma jkunux disponibbli f’ċerti ċirkostanzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu żieda fil-parkeġġ tar-roti f’bini residenzjali fejn ma jkunx hemm spazji għall-parkeġġ tal-karozzi billi jipprevedu l-installazzjoni ta’ mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull unità residenzjali f’bini. |
(54) |
L-aġendi tas-Suq Uniku Diġitali u tal-Unjoni tal-Enerġija jenħtieġ li jkunu allinjati u jenħtieġ li jservu għanijiet komuni. Id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija qed tbiddel malajr ix-xenarju tal-enerġija, mill-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sal-grilji intelliġenti u l-bini lest għat-teknoloġiji intelliġenti. Biex is-settur tal-bini jkun diġitalizzat, il-miri ta’ konnettività tal-Unjoni u l-ambizzjonijiet għall-użu ta’ networks tal-komunikazzjoni b’kapaċità għolja huma importanti biex ikollna djar intelliġenti u komunitajiet konnessi tajjeb. Jenħtieġ li jiġu pprovduti inċentivi mmirati biex ikunu promossi sistemi lesti għat-teknoloġiji intelliġenti u soluzzjonijiet diġitali fl-ambjent mibni. Dan joffri opportunitajiet ġodda għal iffrankar enerġetiku, billi l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar preċiża dwar ix-xejriet tal-konsum tagħhom, u billi l-operatur tas-sistema jkun jista’ jimmaniġġa l-grilja b’mod aktar effettiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-użu ta’ teknoloġiji diġitali għall-analiżi, is-simulazzjoni u l-ġestjoni tal-bini, inkluż fir-rigward ta’ rinnovazzjonijiet profondi. |
(55) |
Biex jiġi ffaċilitat suq kompetittiv u innovattiv għas-servizzi tal-bini intelliġenti li jikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tal-enerġija u għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-bini u jiġu appoġġati l-investimenti fir-rinnovazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw aċċess dirett għad-data tas-sistemi tal-bini mill-partijiet interessati. Biex jiġu evitati kostijiet amministrattivi eċċessivi għall-partijiet terzi, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi u tal-iskambju tad-data fl-Unjoni. |
(56) |
L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ li jintuża biex titkejjel il-kapaċità tal-bini li juża t-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi elettroniċi biex jadatta l-operat tal-bini għall-ħtiġijiet tal-okkupanti u l-grilja u biex itejjeb l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ li jqajjem għarfien fost is-sidien u l-okkupanti tal-bini dwar il-valur tal-awtomatizzazzjoni tal-bini u tal-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi tal-bini u jenħtieġ li jagħti fiduċja lill-okkupanti fl-iffrankar reali ta’ dawk il-funzjonalitajiet imtejba ġodda. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza huwa partikolarment ta’ benefiċċju għall-bini kbir b’domanda qawwija għall-enerġija. Għall-binjiet l-oħra, l-iskema għall-valutazzjoni tal-istat tat-tħejjija għat-teknoloġiji intelliġenti tal-bini jenħtieġ li tkun fakultattiva għall-Istati Membri. |
(57) |
Tewmi diġitali ta’ bini huwa simulazzjoni interattiva u dinamika li tirrifletti l-istatus u l-imġiba f’ħin reali ta’ bini fiżiku. Bl-inkorporazzjoni ta’ data f’ħin reali minn sensuri, miters intelliġenti u sorsi oħra, tewmi diġitali ta’ bini jipprovdi perspettiva olistika tar-rendiment tal-bini, inkluż il-konsum tal-enerġija, it-temperatura, l-umdità, il-livelli ta’ okkupazzjoni, u aktar, u jista’ jintuża għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija tal-bini. Meta jkun disponibbli tewmi diġitali ta’ bini, jenħtieġ li dan jiġi kkunsidrat, b’mod partikolari għall-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza. |
(58) |
L-aċċess għal finanzjament suffiċjenti huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u l-klima tal-2030 u tal-2050. Ġew stabbiliti jew adattati Strumenti finanzjarji tal-Unjoni u miżuri oħra bil-għan li jappoġġaw ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-aktar inizjattivi reċenti biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jinkludu, fost oħrajn, il-komponent ewlieni “Renovate” tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b’mod partikolari l-pjan REPowerEU, u l-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). |
(59) |
L-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jintużaw biex jingħata effett prattiku lill-objettivi ta’ din id-Direttiva, mingħajr ma jiġu sostitwiti l-miżuri nazzjonali. B’mod partikolari, minħabba l-iskala tal-isforz ta’ rinnovazzjoni meħtieġ, dawn jenħtieġ li jintużaw biex ikunu pprovduti mezzi adattati u innovattivi ta’ finanzjament biex jiġi katalizzat l-investiment fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dawn jista’ jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ fondi, strumenti, u mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u lokali għall-effiċjenza enerġetika, li joħolqu dawn il-possibbiltajiet ta’ finanzjament lis-sidien tal-proprjetajiet privati, lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u lill-kumpaniji li joffru servizzi ta’ effiċjenza enerġetika. |
(60) |
Il-mekkaniżmi finanzjarji, l-inċentivi u l-mobilizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għal rinnovazzjonijiet tal-enerġija fil-bini jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini u jiġu promossi b’mod attiv mill-Istati Membri. Tali miżuri jenħtieġ li jinkludu l-inkoraġġiment ta’ ipoteki tal-effiċjenza enerġetika għal rinnovazzjonijiet ta’ bini ċċertifikati effiċjenti fl-użu tal-enerġija, il-promozzjoni ta’ investimenti biex il-korpi pubbliċi jkunu fi stokk ta’ bini effiċjenti fl-enerġija, pereżempju bi sħubijiet pubbliċi privati jew kuntratti ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija jew bi tnaqqis tar-riskju perċepit tal-investimenti. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-finanzjament disponibbli u l-għodod finanzjarji ssir disponibbli għall-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli u trasparenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jippromwovu prodotti finanzjarji, għotjiet u sussidji mmirati biex itejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini użat għall-akkomodazzjoni ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, kif ukoll lil sidien f’bini bl-agħar prestazzjoni b’unitajiet ta’ bini residenzjali multipli u bini f’żoni rurali, u gruppi oħra li l-aċċess tagħhom għal finanzjament huwa diffiċli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta qafas volontarju biex tgħin lill-istituzzjonijiet finanzjarji jimmiraw u jżidu l-volumi ta’ self f’konformità mal-ambizzjoni ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni u l-miri tal-enerġija rilevanti. |
(61) |
L-ipoteki ekoloġiċi u s-self ekoloġiku jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-trasformazzjoni tal-ekonomija u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju. |
(62) |
Il-finanzjament waħdu mhux se jissodisfa l-ħtiġijiet tar-rinnovazzjoni. Minbarra l-finanzjament, hu indispensabbli li jinħolqu għodod ta’ konsulenza aċċessibbli u trasparenti u strumenti ta’ assistenza bħal punti uniċi ta’ servizz li jipprovdu servizzi integrati ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija jew faċilitaturi, u li jiġu implimentati miżuri u inizjattivi oħra bħal dawk imsemmija fl-Inizjattiva tal-Kummissjoni dwar Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti, biex jinkiseb il-qafas it-tajjeb ta’ abilitazzjoni u jitneħħew l-ostakli għar-rinnovazzjoni. Jenħtieġ li punti uniċi ta’ servizz jipprovdu assistenza teknika u jkunu faċilment disponibbli għal dawk kollha involuti fir-rinnovazzjonijiet tal-bini, inkluż is-sidien tad-djar u l-atturi amministrattivi, finanzjarji u ekonomiċi, bħal SMEs, inkluż mikrointrapriżi. |
(63) |
Il-bini ineffiċjenti ħafna drabi huwa marbut mal-faqar enerġetiku u mal-problemi soċjali. L-unitajiet domestiċi vulnerabbli huma partikolarment esposti għal żieda fil-prezzijiet tal-enerġija għax jonfqu proporzjon akbar tal-baġit tagħhom fuq il-prodotti tal-enerġija. Bi tnaqqis fil-kontijiet eżaġerati tal-enerġija, ir-rinnovazzjoni tal-bini tista’ terfa’ lin-nies mill-faqar enerġetiku u tista’ tipprevjeni l-faqar enerġetiku wkoll. Fl-istess ħin, ir-rinnovazzjoni tal-bini ma ssirx b’xejn, u huwa essenzjali li jiġi żgurat kontroll tal-impatt soċjali tal-kostijiet għar-rinnovazzjoni tal-bini, b’mod partikolari fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Jenħtieġ li l-Istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni ma tħalli lil ħadd lura u tissarraf f’opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli, u jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Għalhekk, l-inċentivi finanzjarji u miżuri oħra ta’ politika jenħtieġ li, bħala prijorità, ikunu mmirati lejn l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-evizzjonijiet minħabba r-rinnovazzjoni, pereżempju limiti massimi fuq żidiet fil-kera. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 (23) tipprovdi qafas komuni u fehim kondiviż tal-politiki u l-investimenti komprensivi meħtieġa biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta. |
(64) |
Il-mikrointrapriżi jirrappreżentaw 94 % tal-kumpaniji attivi fis-settur tal-bini. Flimkien mal-intrapriżi ż-żgħar, huma jammontaw għal 70 % tal-impjiegi fis-settur tal-kostruzzjoni. Jipprovdu servizzi essenzjali u impjiegi lokalment. Madankollu, peress li l-mikrointrapriżi tipikament jiddependu fuq inqas minn 10 impjegati, huma għandhom riżorsi limitati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji u r-regoli marbuta mal-iskemi ta’ programmi ta’ appoġġ finanzjarju. Il-komunitajiet tal-enerġija, l-inizjattivi mmexxija miċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali u l-aġenziji tal-enerġija, filwaqt li huma indispensabbli għat-twettiq tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, jiffaċċjaw l-istess kwistjonijiet ta’ kapaċitajiet amministrattivi, finanzjarji u organizzattivi aktar baxxi. Jenħtieġ li dan ma jfixkilx ir-rwol essenzjali ta’ dawk l-entitajiet u li jitqies fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ appoġġ u taħriġ, b’viżibbiltà u faċilità ta’ aċċess suffiċjenti. L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet b’inqas mezzi attivament permezz ta’ assistenza teknika, finanzjarja u legali dedikata. |
(65) |
Iċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ilhom jintużaw sa mill-2002. Madanakollu, l-użu ta’ skali u formati differenti jxekkel il-komparabbiltà fost l-iskemi nazzjonali differenti. Komparabbiltà akbar fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-Unjoni kollha tiffaċilita l-użu ta’ tali ċertifikati minn istituzzjonijiet finanzjarji, u b’hekk tiggwida l-finanzjament lejn bini b’rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija u r-rinnovazzjoni tal-bini. It-tassonomija ekoloġika tal-UE tiddependi fuq l-użu taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u tenfasizza l-ħtieġa tat-titjib tal-komparabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta’ skala komuni tal-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u mudell komuni jiżguraw komparabbiltà suffiċjenti bejn iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-Unjoni kollha. |
(66) |
Reċentement, għadd ta’ Stati Membri mmodifikaw l-iskemi tagħhom fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jkollhom aktar ħin biex jadattaw l-iskemi tagħhom. |
(67) |
Biex jiġi żgurat li r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jkun jista’ jitqies minn xerrejja jew inkwilini prospettivi kmieni fil-proċess, il-bini jew l-unitajiet tal-bini li jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri jenħtieġ li jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u l-klassi u l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jiġu ddikjarati fir-reklamar kollu. Ix-xerrej jew l-inkwilin prospettiv ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini jenħtieġ li, fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jingħataw informazzjoni korretta dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u pariri prattiċi dwar it-titjib ta’ tali rendiment. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-konsum primarju u finali tal-enerġija tiegħu, il-ħtiġijiet tal-enerġija, il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja jekk ikun disponibbli, u, bħala opzjoni, is-sensuri jew il-kontrolli tal-kwalità ambjentali interna tiegħu.. Jenħtieġ li ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkun fih rakkomandazzjonijiet għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. |
(68) |
Il-monitoraġġ tal-istokk tal-bini huwa ffaċilitat bid-disponibbiltà ta’ data miġbura minn għodod diġitali, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bażijiet ta’ data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u l-informazzjoni li tkun tinsab fihom jenħtieġ li tiġi trasferita lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini tal-UE. |
(69) |
Bini li jkun propjetà jew li jkun okkupat minn korpi pubbliċi jenħtieġ li jkun ta’ eżempju billi juri li qed jitqiesu l-fatturi ambjentali u ta’ enerġija. Dak il-bini jenħtieġ li għaldaqstant ikun soġġett għal ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fuq bażi regolari. Id-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li titjieb billi dawk iċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jintwerew b’mod ċar u, b’mod partikolari fil-bini li jkun okkupat minn korpi pubbliċi u li jintuża ta’ spiss mill-pubbliku u ċertu bini mhux residenzjali, bħas-swali muniċipali, l-iskejjel, il-ħwienet u il-kumplessi tal-ħwienet, is-supermarkets, ir-ristoranti, it-teatri, il-banek u l-lukandi. |
(70) |
Fl-aħħar snin żdiedu s-sistemi tal-arja kkondizzjonata fil-pajjiżi Ewropej. Dan jikkawża problemi konsiderevoli fl-aktar ħinijiet intensivi, li jżidu l-kost tal-elettriku u jfixklu l-bilanċ tal-enerġija. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-istrateġiji li jtejbu r-rendiment termiku tal-bini fis-sajf. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ssir enfasi fuq miżuri li jevitaw it-tisħin żejjed tal-bini, bħal ħolqien ta’ dellijiet u kapaċità termali suffiċjenti fil-kostruzzjoni tal-bini, u jenħtieġ li jiġu żviluppati u applikati aktar tekniki ta’ tkessiħ passiv, primarjament dawk li jtejbu l-kwalità ambjentali interna, u l-mikroklima madwar il-bini u l-effett gżira ta’ sħana urbana. |
(71) |
Il-manutenzjoni u l-ispezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata minn persuni kkwalifikati jikkontribwixxu biex jibqgħu aġġustati sew skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b’hekk jiġi żgurat ir-rendiment ottimali minn perspettiva ambjentali, ta’ sikurezza u tal-użu tal-enerġija. Jenħtieġ li ssir valutazzjoni indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin, tas-sistema tal-ventilazzjoni u tas-sistema tal-arja kkondizzjonata f’intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema, b’mod partikolari qabel ma tiġi sostitwita jew aġġornata. Jenħtieġ li l-ispezzjonijiet jindirizzaw il-partijiet tas-sistemi li jkunu aċċessibbli direttament jew indirettament permezz ta’ metodi mhux distruttivi disponibbli. Biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq is-sidien jew l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex kemm jista’ jkun jikkombinaw l-ispezzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet. Fejn tkun installata sistema ta’ ventilazzjoni, jenħtieġ li jiġu vvalutati wkoll id-daqs u l-kapaċitajiet tagħha li tottimizza r-rendiment tagħha f’kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji rilevanti għall-użu speċifiku u attwali tal-bini. |
(72) |
Fejn is-sistema li ser issir spezzjoni tagħha tkun ibbażata fuq fjuwils fossili, jenħtieġ li l-ispezzjoni tinkludi valutazzjoni bażika tal-fattibbiltà li jitnaqqas l-użu ta’ fjuwils fossili fil-post, pereżempju billi tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli, jinbidel is-sors tal-enerġija jew jiġu sostitwiti jew aġġustati s-sistemi eżistenti. Jenħtieġ li, sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-utenti, dik il-valutazzjoni ma tiġix ripetuta jekk tali rakkomandazzjonijiet ikunu diġà dokumentati, fil-kuntest ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, passaporti ta’ rinnovazzjoni, awditu tal-enerġija, rakkomandazzjonijiet mill-manifattur jew mezzi oħra ta’ għoti ta’ pariri f’dokumenti uffiċjali ekwivalenti jew jekk is-sostituzzjoni tas-sistema tkun diġà ppjanata. |
(73) |
Xi sistemi tat-tisħin jinvolvu riskju għoli ta’ intossikazzjoni bil-monossidu tal-karbonju, skont it-tip ta’ ġeneratur tas-sħana (bojler, pompa tas-sħana), it-tip ta’ fjuwil (faħam, żejt, bijomassa, gass) jew il-post tal-ġeneratur tas-sħana (pereżempju fi spazji fejn wieħed jgħix jew fi spazji mhux ventilati sew). Spezzjonijiet ta’ sistemi bħal dawn jipprovdu opportunità tajba għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji. |
(74) |
Approċċ komuni għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u l-arja kkondizzjonata, magħmula minn esperti akkreditati kkwalifikati jew iċċertifikati, li l-indipendenza tagħhom trid tkun żgurata abbażi ta’ kriterji objettivi, ser jikkontribwixxi għal livell ekwu fejn jidħlu l-isforzi fl-Istati Membri relatati mal-iffrankar enerġetiku fil-qasam tal-bini u se jintroduċi trasparenza għas-sidien u l-utenti prospettivi fejn jidħol ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-suq tal-proprjetà fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-esperti jibbenefikaw mill-użu ta’ tagħmir tal-ittestjar iċċertifikat f’konformità mal-istandards EN u ISO. Biex tkun żgurata l-kwalità taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, tal-passaporti tar-rinnovazzjoni, tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u tal-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kontroll indipendenti f’kull Stat Membru. |
(75) |
Jenħtieġ li jkunu disponibbli għadd suffiċjenti ta’ professjonisti affiddabbli kompetenti fil-qasam tar-rinnovazzjoni tal-enerġija sabiex tiġi żgurata kapaċità suffiċjenti għat-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fuq l-iskala meħtieġa. Għaldaqstant jenħtieġ li, fejn xieraq u fattibbli, l-Istati Membri jistabbilixxu skemi ta’ ċertifikazzjoni għal xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni integrati, li jirrikjedu għarfien espert f’diversi elementi jew sistemi tal-bini bħall-iżolazzjoni tal-bini, is-sistemi tal-elettriku jew tat-tisħin u l-installazzjoni ta’ teknoloġiji solari; il-professjonisti involuti jistgħu jinkludu disinjaturi, kuntratturi ġenerali, kuntratturi speċjalisti and installaturi. |
(76) |
Peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din id-Direttiva, dawn jenħtieġ li jiġu kkonsultati u involuti, skont kif u meta jkun meħtieġ f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, dwar kwistjonijiet ta’ ppjanar, l-iżvilupp ta’ programmi li jipprovdu informazzjoni, taħriġ u sensibilizzazzjoni, u dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Tali konsultazzjonijiet jistgħu jservu wkoll biex ikun promoss l-għoti ta’ gwida adegwata lill-pjanifikaturi u lill-ispetturi tal-bini lokali biex iwettqu l-kompiti neċessarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu u jħeġġu lill-periti, lill-pjanifikaturi jew lill-inġiniera biex jikkunsidraw sew kif se jikkombinaw bl-aħjar mod it-titjib fl-effiċjenza enerġetika l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali waqt l-ippjanar, id-disinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni taż-żoni industrijali jew residenzjali, inkluż l-immudellar tal-bini u t-teknoloġiji ta’ simulazzjoni. |
(77) |
L-installaturi u l-bennejja huma kritiċi biex tirnexxli l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, permezz ta’ taħriġ u miżuri oħra, jenħtieġ li jkun hemm numru adegwat ta’ installaturi u bennejja li jkollhom il-livell adattat ta’ kompetenza fl-installazzjoni u fl-integrazzjoni tat-teknoloġija tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa. |
(78) |
Biex tkompli timmira għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta atti b’mod konformi mal-Artikolu 290 TFEU fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku ta’ ċerti partijiet tal-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I, u fir-rigward tal-iffissar ta’ qafas metodoloġiku komparattiv għall-kalkolu ta’ livelli kostottimali ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja bl-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika, fir-rigward ta’ skema tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelligenza tal-bini u biex l-istituzzjonijiet finanzjarji jiġu mħeġġa b’mod effettiv iżidu l-volumi previsti għar-rinnovazzjonijiet għar-rendiment fl-użu tal-enerġija permezz ta’ qafas komprensiv tal-portafoll għall-użu volontarju mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (24). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(79) |
Biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri permezz ta’ diversi għodod, bħall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta biex jitfasslu u jiġu implimentati riformi, inkluż dawk immirati biex tiżdied ir-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini residenzjali u mhux residenzjali sal-2030 u biex jitrawmu rinnovazzjonijiet profondi tal-enerġija. L-appoġġ tekniku jirrigwarda, pereżempju, it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, l-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki rilevanti. |
(80) |
Ladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini u n-nuqqas ta’ ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b’mod xieraq l-isfidi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, iżda jista’ minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(81) |
Il-bażi ġuridika ta’ din l-inizjattiva tagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-politika dwar l-enerġija. Il-proposta tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni deskritti fl-Artikolu 194(1) TFUE, b’mod partikolari t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu, li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent. |
(82) |
F’konformità mal-punt 44 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li kemm jista’ jkun juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, iżidu dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur jidhirlu li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata, b’mod partikolari wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-543/17 (26). |
(83) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva ta’ qabel. L-obbligu ta’ traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula joħroġ mid-Direttiva ta’ qabel. |
(84) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness VIII, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tippromwovi t-titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini fi ħdan l-Unjoni, bil-ħsieb li jinkiseb stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi esterni, il-kundizzjonijiet lokali, ir-rekwiżiti għall-kwalità ambjentali interna u l-kosteffettività.
2. Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti dwar:
(a) |
il-qafas ġenerali komuni għall-metodoloġija tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini u tal-unitajiet tal-bini fl-użu integrat tal-enerġija; |
(b) |
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini ġdid u għal unitajiet tal-bini ġdid; |
(c) |
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija:
|
(d) |
l-applikazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti u l-unitajiet tal-bini eżistenti, f’konformità mal-Artikoli 3 u 9; |
(e) |
il-kalkolu u l-iżvelar tal-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini; |
(f) |
l-enerġija solari fil-bini; |
(g) |
il-passaporti tar-rinnovazzjoni; |
(h) |
il-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini; |
(i) |
l-infrastruttura tal-mobbiltà sostenibbli fil-bini u maġenb il-bini; |
(j) |
il-bini intelliġenti; |
(k) |
iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-użu tal-enerġija fil-bini jew fl-unitajiet tal-bini; |
(l) |
spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata fil-bini; |
(m) |
sistemi tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi għall-potenzjal intelliġenti u rapporti ta’ spezzjonijiet; |
(n) |
ir-rendiment tal-kwalità ambjentali interna tal-bini. |
3. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhomx jipprevjenu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri aktar stretti, dment li tali miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“bini” tfisser kostruzzjoni msaqqfa u bil-ħitan, li fiha tintuża l-enerġija biex tikkondizzjona l-ambjent intern; |
(2) |
“bini b’emissjonijiet żero” tfisser bini b’rendiment għoli ħafna fl-użu tal-enerġija, kif determinat f’konformità mal-Anness I, li jeħtieġ żero jew ammont baxx ħafna ta’ enerġija, jipproduċi żero emissjonijiet ta’ karbonju fuq il-post minn fjuwils fossili u jipproduċi żero jew ammont baxx ħafna ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali, skont ir-l-Artikolu 11; |
(3) |
“bini b’użu ta’ kważi żero enerġija” tfisser bini b’rendiment tajjeb ħafna fl-użu tal-enerġija kif determinat skont l-Anness I, li ma jkunx agħar mil-livell kostottimali tal-2023 rrappurtat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2) u fejn il-kważi żero enerġija jew l-ammont baxx ħafna ta’ enerġija meħtieġa jkunu koperti ħafna minnhom minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli, inkluż minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post jew enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fil-qrib; |
(4) |
“standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija” tfisser regoli li jirrikjedu li l-bini eżistenti jkun jissodisfa rekwiżit ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija bħala parti minn pjan ta’ rinnovazzjoni wiesa’ għal stokk ta’ bini jew f’xi punt ta’ skattar fis-suq bħal bejgħ, kiri, donazzjoni jew bidla fl-iskop fil-katast jew ir-reġistru tal-artijiet, f’perjodu ta’ żmien jew sa data speċifika, u b’hekk tiskatta r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti; |
(5) |
“korpi pubbliċi” tfisser korpi pubbliċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2023/1791;” |
(6) |
“sistema teknika użata fil-bini” tfisser tagħmir tekniku ta’ binja jew ta’ unità ta’ bini għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl integrat, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-ħżin tal-enerġija fuq il-post, jew għal taħlita tagħhom, inkluż dawk is-sistemi li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli,; |
(7) |
“sistema tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini” tfisser sistema li tinkludi l-prodotti, is-software u s-servizzi ta’ inġinerija kollha li jistgħu jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ekonomiku u sikur tas-sistemi tekniċi tal-bini permezz ta’ kontrolli awtomatiċi u permezz tal-iffaċilitar tal-ġestjoni manwali ta’ dawk is-sistemi tekniċi użati fil-bini; |
(8) |
“rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ta’ binja” tfisser l-ammont ta’ enerġija kkalkolata jew immetrata meħtieġa biex tilħaq id-domanda tal-enerġija assoċjata mal-użu tipiku tal-binja, li jista’ jinkludi l-enerġija użata għat-tisħin, għat-tkessih, għall-ventilazzjoni, għall-misħun u għat-tidwil domestiku; |
(9) |
“enerġija primarja” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew mhux rinnovabbli li ma għaddiet mill-ebda proċess ta’ konverżjoni jew trasformazzjoni; |
(10) |
“immetrat(a)” tfisser kejl permezz ta’ apparat rilevanti, bħal miter tal-enerġija, miter tal-potenza, apparat li jimmetra u jimmonitorja l-potenza, jew miter tal-elettriku; |
(11) |
“fattur tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli” tfisser indikatur li jiġi kkalkulat billi l-enerġija primarja minn sorsi mhux rinnovabbli għal vettur tal-enerġija partikolari, inkluż l-enerġija fornuta u l-ispejjeż ġenerali tal-enerġija kkalkulati għat-twassil lejn il-punti tal-użu, tiġi diviża bl-enerġija fornuta; |
(12) |
“fattur tal-enerġija primarja rinnovabbli” tfisser indikatur li jiġi kkalkulat billi l-enerġija primarja minn sorsi rinnovabbli minn sors tal-enerġija fuq il-post, fil-qrib jew imbiegħed li tiġi kkonsenjata permezz ta’ vettur tal-enerġija partikolari, inkluż l-enerġija fornuta u l-ispejjeż ġenerali tal-enerġija kkalkulati għat-twassil lejn il-punti tal-użu, tiġi diviża bl-enerġija fornuta; |
(13) |
“fattur totali tal-enerġija primarja” tfisser it-total tal-fatturi tal-enerġija primarja rinnovabbli u mhux rinnovabbli għal vettur tal-enerġija partikolari; |
(14) |
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli, jiġifieri l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b’ mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx (solari termali u solari fotovoltajka), u enerġija ġeotermika, enerġija osmotika, enerġija tal-ambjent, enerġija tal-marea, tal-mewġ u enerġija oċeanika oħra, idroenerġija, bijomassa, gass mil-landfills, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ, u bijogass; |
(15) |
“involukru tal-bini” tfisser l-elementi integrati tal-bini li jifirdu l-intern tiegħu mill-ambjent estern; |
(16) |
“unità ta’ bini” tfisser taqsima, sular jew appartament f’bini li hi ddisinjata jew mibdula biex tkun tista’ tintuża separatament; |
(17) |
“element tal-bini” tfisser sistema teknika użata fil-bini jew element tal-involukru tal-bini; |
(18) |
“bini residenzjali jew unità residenzjali f’bini” tfisser kamra jew sett ta’ kmamar f’bini permanenti jew f’parti strutturalment separata ta’ bini li hija ddisinjata għall-abitazzjoni minn unità domestika privata waħda matul is-sena kollha; |
(19) |
“passaport tar-rinnovazzjoni” tfisser pjan direzzjonali mfassal apposta għar-rinnovazzjoni profonda ta’ binja speċifika f’numru massimu ta’ stadji li se jtejjeb b’mod sinifikanti r-rendiment fl-użu tal-enerġija tagħha; |
(20) |
“rinnovazzjoni profonda” tfisser rinnovazzjoni konformi mal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” u li tiffoka fuq elementi essenzjali tal-bini, u li tittrasforma binja jew unità ta’ bini:
|
(21) |
“rinnovazzjoni profonda fi stadji” tfisser rinnovazzjoni profonda mwettqa f’numru massimu ta’ stadji, stabbiliti f’passaport tar-rinnovazzjoni; |
(22) |
“rinnovazzjoni maġġuri” tfisser rinnovazzjoni ta’ binja meta:
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw il-punt (a) jew (b); |
(23) |
“emissjonijiet operattivi tal-gassijiet serra” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-konsum tal-enerġija tas-sistemi tekniċi tal-bini matul l-użu u t-tħaddim tal-bini; |
(24) |
“emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu” tfisser emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jsiru tul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-bini, inkluż il-produzzjoni u t-trasport ta’ prodotti tal-kostruzzjoni, l-attivitajiet fis-sit ta’ kostruzzjoni, l-użu tal-enerġija fil-bini u s-sostituzzjoni ta’ prodotti tal-kostruzzjoni, kif ukoll id-demolizzjoni, it-trasport u l-ġestjoni ta’ materjali ta’ skart u l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi aħħari tagħhom; |
(25) |
“potenzjal ta’ tisħin globali tul iċ-ċiklu tal-ħajja” jew (“GWP tul taċ-ċiklu tal-ħajja”) tfisser indikatur li jikkwantifika l-kontribuzzjonijiet potenzjali ta’ tisħin globali ta’ bini tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu; |
(26) |
“inċentivi opposti” tfisser inċentivi maqsuma kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (54), tad-Direttiva (UE) 2023/1791; |
(27) |
“faqar enerġetiku” tfisser faqar enerġetiku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (52), tad-Direttiva (UE) 2023/1791; |
(28) |
“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inklużi unitajiet domestiċi b’introjtu medju baxx, li huma partikolarment esposti għal kostijiet għoljin tal-enerġija u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw; |
(29) |
“standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew dwar l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku; |
(30) |
“ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija” tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew minn persuna ġuridika magħżula minnu, li jindika r-rendiment ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini fl-użu tal-enerġija, kkalkolata f’konformità mal-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 4; |
(31) |
“koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta’ enerġija termika u enerġija elettrika jew mekkanika; |
(32) |
“livell kostottimali” tfisser il-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jwassal għall-anqas spiża tul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika tal-bini, fejn:
Il-livell kostottimali għandu jkun fil-firxa ta’ livelli li joħorġu mir-rendiment meta l-analiżi tal-kostbenefiċċju kkalkolat matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika jirriżulta pożittiv; |
(33) |
“punt tal-irriċarġjar” tfisser punt tal-irriċarġjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (48), tar-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27); |
(34) |
“kablaġġ mgħoddi minn qabel” tfisser il-miżuri kollha li huma meħtieġa biex jippermettu l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar, inkluż it-trażmissjoni tad-data, il-kejbils, ir-rotot tal-kablaġġ u, fejn meħtieġ, il-miters tal-elettriku; |
(35) |
“parkeġġ imsaqqaf” tfisser kostruzzjoni msaqqfa, b’mill-inqas tliet spazji għall-parkeġġ tal-karozzi, li ma tużax l-enerġija biex tikkundizzjona l-ambjent ta’ ġewwa; |
(36) |
“sistema iżolata mikro” tfisser kwalunkwe sistema b’konsum ta’ anqas minn 500 GWh fis-sena 2022, fejn ma jkun hemm l-ebda konnessjoni ma’ sistemi oħra; |
(37) |
“irriċarġjar intelliġenti” tfisser irriċarġjar intelliġenti kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (14 m) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28); |
(38) |
“irriċarġjar bidirezzjonali” tfisser irriċarġjar bidirezzjonali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2023/1804; |
(39) |
“standards tal-portafoll ipotekarju” tfisser mekkaniżmi li jinċentivaw lis-selliefa ipotekarji biex jistabbilixxu perkors biex iżidu r-rendiment medjan fl-użu tal-enerġija tal-portafoll ta’ bini kopert mill-ipoteki tagħhom lejn l-2030 u l-2050, u biex jinkoraġġixxu lill-klijenti potenzjali biex itejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-proprjetà tagħhom f’konformità mal-ambizzjoni ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni u l-miri tal-enerġija rilevanti fil-qasam tal-konsum tal-enerġija fil-bini, abbażi tal-kriterji biex jiġu ddeterminati l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852; |
(40) |
“skema finanzjarja ħallas waqt li tiffranka” tfisser skema ta’ self iddedikata esklużivament għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fejn tiġi stabbilita korrelazzjoni fit-tfassil tal-iskema bejn ir-ripagamenti fuq is-self u l-iffrankar tal-enerġija miksub, filwaqt li jitqiesu wkoll fatturi ekonomiċi oħra, bħall-indiċjar tal-kost tal-enerġija, ir-rati tal-imgħax, iż-żieda fil-valur tal-assi u r-rifinanzjament tas-self; |
(41) |
“reġistru diġitali tal-bini” tfisser repożitorju komuni għad-data rilevanti kollha dwar il-bini, inkluża data relatata mar-rendiment fl-użu tal-enerġija bħaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti ta’ rinnovazzjoni u l-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, kif ukoll data relatata mal-GWPċ-tul iċ-ċiklu tal-ħajja, li jiffaċilita t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni, u fost is-sidien u l-okkupanti tal-bini, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-korpi pubbliċi; |
(42) |
“sistema ta’ arja kkondizzjonata” tfisser numru ta’ komponenti magħqudin li jkunu meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta’ trattament tal-arja interna, li permezz tagħhom it-temperatura hija kkontrollata jew tista’ titbaxxa; |
(43) |
“sistema tat-tisħin” tfisser taħlita tal-komponenti meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta’ trattament tal-arja interna, li permezz tagħha tiżdied it-temperatura; |
(44) |
“sistema ta’ ventilazzjoni” tfisser is-sistema teknika tal-bini li tipprovdi arja ta’ barra li xi spazju permezz ta’ modi naturali jew mekkaniċi; |
(45) |
“ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tisħin li tiġġenera sħana utli għall-użi identifikati fl-Anness I, bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin:
|
(46) |
“ġeneratur tat-tkessiħ” tfisser parti minn sistema tal-arja kundizzjonata li tiġġenera tkessiħ utli għall-użi identifikati fl-Anness I; |
(47) |
“kuntratt għar-rendiment tal-enerġija” tfisser kuntratt għar-rendiment tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (33) tad-Direttiva (UE) 2023/1791; |
(48) |
“bojler” tfisser il-qafas tal-bojler ikkumbinat mal-unità tal-ħruq li ġew iddisinjati biex flimkien jittrażmettu s-sħana li tinħoloq bil-ħruq u tiġi trażmessa fil-fluwidi; |
(49) |
“saħħa effettiva” tfisser l-ogħla saħħa kalorifika, espress f’ kW speċifikata u ggarantita mill-manifattur bħala dik li toħroġ waqt tħaddim kontinwu b’konformita’ mal-effiċjenza utilizzabbli indikata mill-manifattur; |
(50) |
“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termika f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali jew diċentralizzat permezz ta’ network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazju jew proċess; |
(51) |
“erja utli tal-art” tfisser l-erja tal-art ta’ bini meħtieġa bħala parametru biex jiġu kkwantifikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu li huma espressi għal kull unità tal-erja tal-art u għall-applikazzjoni tas-simplifikazzjonijiet u r-regoli tat-tqassim f’żoni jew tar-riallokazzjoni; |
(52) |
“erja tal-art ta’ referenza” tfisser l-erja tal-art użata bħala daqs ta’ referenza għall-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini, ikkalkulata bħala s-somma tal-erjas utli tal-art tal-ispazji fl-involukru tal-bini speċifikat għall-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; |
(53) |
“konfini tal-valutazzjoni” tfisser il-konfini fejn titkejjel jew tiġi kkalkulata l-enerġija kkonsenjata u esportata; |
(54) |
“fuq il-post” tfisser f’bini partikolari jew fuqu jew fuq l-art li fuqha jinsab dak il-bini; |
(55) |
“enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fil-qrib” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta f’perimetru fil-livell lokali jew distrettwali tal-bini partikolari, li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(56) |
“servizzi relatati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija” jew “servizzi EPB” tfisser is-servizzi, bħat-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni, l-ilma sħun domestiku u d-dawl u oħrajn li għalihom l-użu tal-enerġija jitqies fil-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija; |
(57) |
“ħtiġijiet tal-enerġija” tfisser l-enerġija li trid titwassal lil, jew tiġi estratta minn, spazju kkundizzjonat biex jinżammu l-kundizzjonijiet tal-ispazju maħsuba matul perjodu ta’ żmien partikolari mingħajr ma jitqiesu l-ineffiċjenzi ta’ kwalunkwe sistema teknika użata fil-bini; |
(58) |
“użu tal-enerġija” jew “konsum tal-enerġija” tfisser input tal-enerġija għal sistema teknika użata fil-bini li tipprovdi servizz EPBP maħsub biex jissodisfa ħtieġa ta’ enerġija; |
(59) |
“użu proprju” tfisser l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fuq il-post jew enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fil-qrib minn sistemi tekniċi fuq il-post għal servizzi EPB; |
(60) |
“użi oħra fuq il-post” tfisser użi fuq il-post għajr servizzi EPB, inkluż tagħmir, tagħbijiet mixxellanji u anċillari, jew punti tal-irriċarġjar tal-elettromobbiltà; |
(61) |
“intervall tal-kalkolu” tfisser l-intervall ta’ ħin diskret użat għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; |
(62) |
“enerġija fornuta” tfisser enerġija, espressa għal kull vettur tal-enerġija, fornuta lis-sistemi tekniċi tal-bini permezz tal-konfini tal-valutazzjoni, biex tissodisfa l-użi meqjusa jew biex tipproduċi l-enerġija esportata; |
(63) |
“enerġija esportata” tfisser il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli, espress għal kull vettur tal-enerġija u għal kull fattur tal-enerġija primarja, li jiġi esportat lejn il-grilja tal-enerġija minflok ma jintuża fuq il-post għall-użu proprju jew għal użi oħra fuq il-post. |
(64) |
“spazju għall-parkeġġ tar-roti” tfisser spazju deżinjat għall-parkeġġ ta’ mill-inqas rota waħda; |
(65) |
“parkeġġ fiżikament maġenb bini” tfisser parkeġġ tal-karozzi li huwa maħsub għar-residenti, għall-viżitaturi, jew għall-ħaddiema ta’ binja u li jinsab fiż-żona tal-proprjetà tal-bini jew jinsab fil-viċinanza diretta tal-bini; |
(66) |
“kwalità ambjentali interna” tfisser ir-riżultat ta’ valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ġewwa bini li jinfluwenzaw is-saħħa u l-benesseri tal-okkupanti tiegħu, bbażata fuq parametri bħal dawk relatati mat-temperatura, l-umdità, ir-rata ta’ ventilazzjoni u l-preżenza ta’ kontaminanti,. |
Artikolu 3
Pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini biex jiżgura r- rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u bini mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, fi stokk ta’ bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, bl-objettiv tat-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero.
2. Kull pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini għandu jinkludi:
(a) |
ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali għal tipi ta’ bini inkluż is-sehem tagħhom fl-istokk nazzjonali tal-bini„ perjodu ta’ kostruzzjoni u żoni klimatiċi differenti, abbażi, skont il-każ, ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi u l-bażi tad-data nazzjonali għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 22, ħarsa ġenerali lejn l-ostakli tas-suq u l-fallimenti tas-suq u ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli u lejn is-sehem ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli abbażi, kif xieraq, ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi; |
(b) |
pjan direzzjonali b’miri stabbiliti fil-livell nazzjonali u indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu, inkluż it-tnaqqis tan-numru ta’ persuni milquta mill-faqar enerġetiku, favur il-kisba tal-għan tan-newtralità klimatika għall-2050, biex ikun żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u t-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050; |
(c) |
ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati, li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali skont il-punt (b); |
(d) |
deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini, is-sorsi u l-miżuri ta’ finanzjament, u r-riżorsi amministrattivi għar-rinnovazzjoni tal-bini; |
(e) |
il-livelli limitu għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali u d-domanda annwali tal-enerġija primarja ta’ bini b’emissjonijiet żero ġdid jew rinnovat skont l-Artikolu 11; |
(f) |
standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini mhux residenzjali, abbażi ta’ livelli limitu massimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9(1); |
(g) |
it-trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali, inkluż l-istadji importanti għall-2030 u l-2035 għall-użu medju tal-enerġija primarja f’kWH/(m2.y) skont l-Artikolu 9(2); u |
(h) |
stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija mistenni, u tal-benefiċċji usa’, inkluż dawk relatati mal-kwalità ambjentali interna. |
Il-pjan direzzjonali msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandu jinkludi miri nazzjonali għall-2030, l-2040 u l-2050 fir-rigward tar-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija primarja u finali tal-istokk tal-bini nazzjonali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi tiegħu; skedi ta’ żmien speċifiċi għall-bini mhux residenzjali biex jikkonforma ma’ limiti massimi aktar baxxi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9(1), sal-2040 u l-2050, f’konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero; u stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa’ mistennija, inkluż dawk relatati mal-kwalità ambjentali interna.
Fejn ħarsa ġenerali lejn politiki u miżuri speċifiċi kif imsemmija fil-punt (c) jew deskrizzjoni ġenerali tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ investiment kif imsemmija fil-punt (d) tkun diġà inkluża fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, tista’ tiġi inkluża referenza ċara għall-partijiet rilevanti tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima fil-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini minflok ħarsa ġenerali żviluppata bis-sħiħ.
3. Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-abbozz tal-pjan nazzjonali tiegħu ta’ rinnovazzjoni tal-bini, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membri għandu jibgħat l-abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu bħala parti mill-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, meta l-Istati Membri jippreżentaw abbozz ta’ aġġornament, bħala parti mill-abbozz tal-aġġornament timsemmi fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel abbozz tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
4. Biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, kull Stat Membru għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinvolvi b’mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u sħab soċjoekonomiċi oħra, inklużi s-soċjetà ċivili u l-korpi li jaħdmu ma’ unitajiet domestiċi vulnerabbli. Kull Stat Membru għandu jannessa sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tiegħu għall-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu. Il-konsultazzjoni pubblika tista’ tiġi integrata bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika mwettqa f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
5. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, sottomessi skont il-paragrafu 3, b’mod partikolari fir-rigward ta’ jekk:
(a) |
il-livell ta’ ambizzjoni tal-miri stabbiliti fil-livell nazzjonali huwiex suffiċjenti u konformi mal-impenji nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima; |
(b) |
il-politiki u l-miżuri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri nazzjonali stabbiliti; |
(c) |
l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji u amministrattivi hijiex biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-pjan; |
(d) |
is-sorsi u l-miżuri ta’ finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il- punt (d), ta’ dan l-Artikolu humiex konformi mat-tnaqqis ippjanat tal-faqar enerġetiku msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu 3); |
(e) |
il-pjan jagħtix prijorità lir-rinnovazzjoni tal-bini bl-agħar rendiment, f’konformità mal-Artikolu 9; |
(f) |
il-konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 4 kinitx inklużiva biżżejjed; u |
(g) |
il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 u mal-mudell fl-Anness II. |
Wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 9(2) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Fir-rigward tal-ewwel abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Istat Membru jkun ippreżenta dak il-pjan.
6. Fil-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, kull Stat Membru għandu jqis kif xieraq kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi raġunijiet lill-Kummissjoni u għandu jagħmel dawk ir-raġunijiet pubbliċi.
7. Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu lill-Kummissjoni, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, meta Stat Membru jippreżenta aġġornament, bħala parti mill-aġġornament tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
8. Kull Stat Membru għandu jannessa d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul jew il-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini l-aktar reċenti tiegħu mal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini li jmiss, filwaqt li jindika jekk intlaħqux il-miri nazzjonali tiegħu.
9. Kull Stat Membru għandu jinkludi fir-rapporti nazzjonali integrati tiegħu ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima, f’konformità mal-Artikoli 17 u 21 tar-Regolament (UE) 2018/1999, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu. Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali tagħha tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija sottomess skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999, rapport ta’ progress ġenerali dwar ir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, f’konformità mal-pjanijiet direzzjonali li jinsabu fil-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. Kull sena, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-evoluzzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tal-istokk tal-bini tal-Unjoni, abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli mill-Eurostat u sorsi oħra, u tippubblika l-informazzjoni permezz tal-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari.
Artikolu 4
Adozzjoni ta’ metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom japplikaw metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija skont il-qafas ġenerali komuni speċifikat fl-Anness I. Dik il-metodoloġija għandha tiġi adottata fuq livell nazzjonali jew reġjonali.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida għall-kalkolu tar-rendiment ta’ elementi tal-bini trasparenti fl-użu tal-enerġija li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u l-kunsiderazzjoni tal-enerġija ambjentali.
Artikolu 5
Iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini jew ta’ unitajiet ta’ bini fl-użu tal-enerġija, jiġu ffissati bil-għan li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali u, fejn rilevanti, valuri ta’ referenza aktar stretti bħal rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u rekwiżiti ta’ bini b’emissjonijiet żero. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 4. Il-livelli kostottimali għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva msemmi fl-Artikolu 6.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġu ffissati għall-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu mibdula jew rinnovati, bil-ħsieb li mill-inqas jinkisbu livelli kostottimali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-elementi tal-bini f’livell li jiffaċilita l-installazzjoni effettiva ta’ sistemi tat-tisħin b’temperatura baxxa f’bini rinnovat.
Meta jiffissaw ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji ta’ bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.
Dawk ir-rekwiżiti għandhom jieħdu kont tal-kwalità ambjentali interna ottimali, biex jiġu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata, kif ukoll il-kondizzjonijiet lokali u l-funzjoni mogħtija u l-età tal-bini.
L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’intervalli regolari li m’ għandhomx ikunu itwal minn ħames snin u għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jaġġornawhom biex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini, ir-riżultati tal-kalkolu kostottimali stabbilit fl-Artikolu 6, u l-miri u l-politiki nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.
2. L-Istati Membri jistgħu li jadattaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal bini protett uffiċjalment fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti tbiddel b’mod inaċċettabbli l-karattru jew id-dehra tiegħu.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:
(a) |
bini li jkun proprjetà tal-forzi armati jew tal-gvern ċentrali u li jaqdi skopijiet ta’ difiża nazzjonali, minbarra postijiet ta’ għajxien uniċi jew bini ta’ uffiċċji għall-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali; |
(b) |
bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi; |
(c) |
bini temporanju b’perjodu ta’ użu ta’ sentejn jew anqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li jintużaw minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija; |
(d) |
bini residenzjali li huwa użat jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha; |
(e) |
bini maqtugħ għalih b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ anqas minn 50 m2. |
Artikolu 6
Il-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex jissupplimentaw din id-Direttiva dwar l-istabbiliment u r-reviżjoni ta’qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini u ta’ elementi ta’ bini fl-użu tal-enerġija.
Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’bini ġdid u bini eżistenti li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri u għal elementi ta’ bini individwali. Dawk il-livelli għandhom ikunu konformi mal-perkorsi nazzjonali stipulati fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jiġi stipulat skont l-Anness VII u għandu jiddistingwi bejn bini ġdid u dak eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.
2. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija billi jużaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kondizzjonijiet klimatiċi u l-aċċessibbiltà prattika tal-infrastruttura tal-enerġija, u jqabblu r-riżultati ta’ dak il-kalkolu mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija li huma fis-seħħ. Meta jiġu kkalkulati l-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data kollha mdaħħla u l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkoli tal-livelli kost-ottimali tar- rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli. Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell previst fl-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (29). L-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jippreżentaw dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni f’intervalli regolari, li ma għandhomx ikunu itwal minn ħames snin. L-ewwel rapport dwar il-kalkoli abbażi l-qafas tal-metodoloġija rivedut skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2028.
3. Jekk ir-riżultat tal-paragun li jsir f’konformità mal-paragrafu 2 juri li r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ fi Stat Membru huma anqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija mill-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija b’iktar minn 15 %, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaġġusta r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ fi żmien 24 xahar mid-disponibbiltà tar-riżultati ta’ dak il-paragun.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress li intlaħaq mill-Istati Membri rigward il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Artikolu 7
Bini ġdid
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini l-ġdid ikun bini b’emissjonijiet żero f’konformità mal-Artikolu 11:
(a) |
mill-1 ta’ Jannar 2028, bini ġdid proprjetà tal-korpi pubbliċi; u |
(b) |
mill-1 ta’ Jannar 2030, il-bini l-ġdid kollu; |
Sal-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont l-ewwel subparagrafu, L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini ġdid kollu jkun bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u li jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija stipulati f’konformità mal-Artikolu 5. Meta l-korpi pubbliċi jkollhom l-intenzjoni li jokkupaw bini ġdid li ma jkunx proprjetà tagħhom, l-għan tagħhom għandu jkun li dak il-bini jkun bini b’emissjonijiet żero.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkulat skont l-Anness III u żvelat permezz taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini:
(a) |
mill-1 ta’ Jannar 2028, għall-bini l-ġdid kollu b’erja tal-art utli akbar minn 1 000 m2; |
(b) |
mill-1 ta’ Jannar 2030, għall-bini l-ġdid kollu. |
3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness III biex tistabbilixxi qafas tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja bil-ħsieb li tinkiseb in-newtralità klimatika. L-ewwel att delegat bħal dan għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2025.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2 għall- bini li fir-rigward tagħhom ikunu ġew diġà ppreżentati applikazzjonijiet għall-permess tal-bini jew applikazzjonijiet ekwivalenti inkluż għall-bidla fl-użu sad-dati skont il-paragrafi 1 u 2.
5. Sal-1 ta’ Jannar 2027 l-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni pjan direzzjonali li jagħti dettalji dwar l-introduzzjoni ta’ valuri limitu fuq il-GWP kumulattiv totali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini l-ġdid kollu u jistabbilixxu miri għal bini ġdid mill-2030, filwaqt li jqisu xejra progressiva ’l isfel, kif ukoll valuri limiti massimi, dettaljati għal żoni klimatiċi u tipoloġiji ta’ bini differenti.
Dawk il-valuri limitu massimi għandhom ikunu konformi mal-objettivi tal-Unjoni li tinkiseb in-newtralità klimatika.
Fuq talba tagħhom, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida, tikkondividi evidenza dwar politiki nazzjonali eżistenti u toffri appoġġ tekniku lill-Istati Membri.
6. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw, fir-rigward ta’ bini ġdid, il-kwistjonijiet ta’ kwalità ambjentali interna ottimali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati ma’ attività siżmika intensa u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw ukoll l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin tal-karbonju fil-bini jew fuqu.
Artikolu 8
Bini eżistenti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, meta xi bini jgħaddi minn rinnovazzjoni maġġuri, ir-rendiment tal-bini jew tal-parti minnu rinnovata fl-użu tal-enerġija tiġi aġġornata biex tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont l-Artikolu 5 sa fejn teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.
Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu applikati għall-bini rinovat jew l-unità tal-bini li jiġi meqjus bħala ħaġa waħda. Addizzjonalment jew alternattivament, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti għall-elementi rinovati tal-bini.
2. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, meta element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u li jkollu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jkun ġie irranġat jew mibdul, ir-rendiment tal-element ta’ bini fl-użu tal-enerġija tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija sa fejn teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.
3. L-Istati Membri, fir-rigward ta’ bini li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, għandhom iħeġġu sistemi alternattivi b’effiċjenza għolja, sa fejn teknikament, funzjonalment u ekonomikament fattibbli. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw, f’rabta ma’ bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, il-kwistjonijiet ta’ kwalità ambjentali interna, l-adattament għall-bidla fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, riskji relatati ma’ attività siżmika qawwija, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inklużi l-asbestos u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità.
Artikolu 9
Standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini mhux residenzjali u trajettorji għal rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini mhux residenzjali li jiżguraw li dak li bini ma jeċċedix il-livell limitu massimu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija speċifikat, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, espress b’indikatur numeriku tal-użu ta’ enerġija primarja jew finali f’kWh/(m2.y), sad-dati speċifikati fil-ħames subparagrafu.
Il-livelli limitu massimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-istokk tal-bini mhux residenzjali fl-1 ta’ Jannar 2020, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u, fejn xieraq, fuq kampjunar statistiku. L-Istati Membri għandhom jeskludu mil-linja bażi l-bini mhux residenzjali li jeżentaw skont il-paragrafu 6.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi livell limitu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-sens li 16 % tal-istokk nazzjonali tal-bini mhux residenzjali tiegħu jkun ogħla minn dak il-livell limitu (“il-limitu ta’ 16 %”). Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi wkoll livell limitu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-sens li 26 % tal-istokk nazzjonali tal-bini mhux residenzjali tiegħu jkuna ogħla minn dak il-livell limitu (“li-livell limitu ta’ 26 %”). L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livelli limitu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija b’referenza għall-istokk nazzjonali tal-bini mhux residenzjali bħala ammont globali jew skont it-tip ta’ bini jew kategorija ta’ bini.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livelli limitu f’livell li jikkorrispondi għal klassi speċifika ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija dment li dawn jikkonformaw mal-livelli limitu stabbiliti fii-tielet subparagrafu.
L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jiżguraw, tal-inqas, li l-bini mhux residenzjali kollu jkun taħt:
(a) |
il-livell limitu ta’ 16 % mill-2030; u |
(b) |
il-livell limitu ta’ 26 % mill-2033. |
Il-konformità tal-bini mhux residenzjali individwali mal-livelli limitu għandha tiġi vverifikata abbażi taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jew, fejn xieraq, ta’ mezzi oħra disponibbli.
Fil-pjanijiet direzzjonali tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skedi ta’ żmien speċifiċi għall-bini mhux residenzjali biex jikkonformaw ma’ livelli limitu massimi aktar baxxi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija sal-2040 u l-2050, f’konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jippubblikaw kriterji biex jeżentaw bini mhux residenzjali individwali, fid-dawl tal-użu futur mistenni ta’ dak il-bini,fid-dawl ta’ diffikultà serja jew fil-każ ta’ valutazzjoni mhux favorevoli tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, mir-rekwiżiti f’dan il-paragrafu. Kwalunkwe kriterju bħal dan għandu jkun ċar, preċiż u strett u għandu jiżgura trattament ugwali bejn il-bini mhux residenzjali. Meta jistabbilixxu dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-valutazzjoni ex ante tas-sehem potenzjali tal-bini mhux residenzjali kopert u għandhom jevitaw li jiġi eżentat għadd sproporzjonat ta’ bini mhux residenzjali. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dwar il-kriterji bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom ippreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3.
Meta l-Istati Membri jistabbilixxu kriterji għall-eżenzjonijiet skont iit-tmien subparagrafu, huma għandhom jiksbu titjib ekwivalenti fir-rendiment fl-użu tal-enerġija f’partijiet oħra tal-istokk tal-bini mhux residenzjali.
Fejn ir-rinnovazzjoni ġenerali meħtieġa biex jinkisbu l-limiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija speċifikati f’dan il-paragrafu jkollha valutazzjoni mhux favorevoli tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għal bini mhux residenzjali partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, għal dak il-bini mhux residenzjali partikolari, jiġu implimentati mill-inqas dawk il-miżuri ta’ rinnovazzjoni individwali b’valutazzjoni favorevoli tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.
Sal-punt li l-istokk tal-bini mhux residenzjali nazzjonali, jew parti minnu, issirlu ħsara serja minħabba diżastru naturali, Stat Membru jista’ jaġġusta temporanjament il-limitu massimu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija sabiex ir-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ bini mhux residenzjali li tkun saritlu ħsara tissostitwixxi r-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ bini mhux residenzjali ieħor bl-agħar rendiment, filwaqt li jiżgura li perċentwal simili tal-istokk tal-bini mhux residenzjali jgħaddi minn rinnovazzjoni tal-enerġija. F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jirrapporta l-aġġustament u t-tul projettat tiegħu fil-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu.
2. Sad-29 ta’ Mejju 2026, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali f’konformità mal-pjan direzzjonali nazzjonali u l-miri għall-2030, l-2040 u l-2050 li jinsabu fil-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tal-Istat Membru u bil-għan li l-istokk tal-bini nazzjonali jiġi trasformat fi stokk ta’ bini b’emissjonijiet żero sal-2050. It-trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali għandha tiġi espressa bħala tnaqqis fl-użu medju ta’ enerġija primarja f’kWh/(m2.y) tal-istokk tal-bini residenzjali kollu matul il-perjodu 2020 sa 2050, u għandha tidentifika l-għadd ta’ bini residenzjali u unitajiet residenzjali f’bini jew erja tal-art li għandha tiġi rinnovata kull sena, inkluż l-għadd jew l-erja ta’ art tat-43 % tal-bini residenzjali u tal-unitajiet residenzjali f’bini bl-agħar rendiment
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu medju tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y) tal-istokk kollu tal-bini residenzjali:
(a) |
jonqos b’mill-inqas 16 % sal-2030 meta mqabbel mal-2020; |
(b) |
jonqos b’mill-inqas 20-22 % sal-2035 meta mqabbel mal-2020; |
(c) |
sal-2040, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, ikun ekwivalenti għal, jew inqas mill-valur iddeterminat fil-livell nazzjonali derivat minn tnaqqis progressiv tal-użu medju tal-enerġija primarja mill-2030 sal-2050 f’konformità mat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali fi stokk tal-bini b’emissjonijiet żero. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas 55 % tat-tnaqqis tal-użu medju tal-enerġija primarja msemmi fit-tielet subparagrafu jinkiseb permezz tar-rinnovazzjoni tat-43 % tal-bini residenzjali bl-agħar rendiment. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu t-tnaqqis fl-użu medju tal-enerġija primarja miksub mir-rinnovazzjoni tal-bini residenzjali affettwat minn diżastri naturali bħat-terremoti u l-għargħar mas-sehem miksub permezz tar-rinnovazzjoni tat-43 % tal-bini residenzjali bl-agħar rendiment.
Fl-isforzi ta’ rinnovazzjoni tagħhom biex jiksbu t-tnaqqis meħtieġ fl-użu medju tal-enerġija primarja tal-istokk kollu tal-bini residenzjali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri bħal standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, assistenza teknika u miżuri ta’ appoġġ finanzjarju.
Fl-isforzi ta’ rinnovazzjoni tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx jeżentaw b’mod sproporzjonat bini jew unitajiet ta’ bini residenzjali għall-kiri..
Fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-metodoloġija użata u d-data miġbura għall-istima tal-valuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi. Bħala parti mill-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-kisba tal-valuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi, inkluż l-għadd ta’ bini u unitajiet tal-bini jew l-erja tal-art tat-43 % tal-bini residenzjali bl-agħar rendiment, u tagħmel rakkomandazzjonijiet fejn meħtieġ. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu użu aktar estensiv tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
It-trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali għandha tirreferi għal data dwar l-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali, abbażi, kif xieraq, ta’ kampjuni statistiċi u ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Jekk is-sehem medju ta’ fjuwils fossili tal-użu tal-enerġija f’bini residenzjali jkun inqas minn 15 %, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-livelli stabbiliti fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu, biex jiżguraw li l-użu medju tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y) tal-istokk kollu tal-bini residenzjali sal-2030, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, ikun ekwivalenti għal, jew inqas minn valur iddeterminat fil-livell nazzjonali derivat minn tnaqqis lineari tal-użu medju tal-enerġija primarja mill-2020 sal-2050 f’konformità mat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali fi stokk tal-bini b’emissjonijiet żero.
3. Minbarra l-użu ta’ enerġija primarja msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu indikaturi addizzjonali ta’ użu ta’ enerġija primarja rinnovabbli u mhux rinnovabbli, u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali f’kgCO2eq/(m2.y). Sabiex jiġi żgurat tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali, l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom iqisu l- [Artikolu 15a(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
4. F’konformità mal-Artikolu 17, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-miżuri kollha li ġejjin:
(a) |
jiġu pprovduti miżuri finanzjarji xierqa, b’mod partikolari dawk immirati lejn unitajiet domestiċi vulnerabbli, persuni affettwati mill-faqar enerġetiku jew, fejn applikabbli, li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791; |
(b) |
l-għoti ta’ assistenza teknika, inkluż permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz b’enfasi partikolari fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli u, fejn applikabbli, persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791; |
(c) |
it-tfassil ta’ skemi integrati ta’ finanzjament, li jipprovdu inċentivi għal rinnovazzjonijiet profondi u rinnovazzjonijiet profondi fi stadji, skont l-Artikolu 17; |
(d) |
it-tneħħija ta’ ostakli mhux ekonomiċi, inklużi inċentivi opposti; u |
(e) |
il-monitoraġġ tal-impatti soċjali, b’mod partikolari fuq l-aktar unitajiet domestiċi vulnerabbli. |
5. Meta bini jiġi rinnovat biex jikkonforma ma’ standard minimu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-elementi tal-bini skont l-Artikolu 5 u, fil-każ ta’ rinnovazzjoni maġġuri, mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti skont l-Artikolu 8.
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:
(a) |
bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, jew bini ieħor ta’ wirt kulturali, sa fejn il-konformità mal-istandards tbiddel b’mod inaċċettabbli l-karattru jew l-apparenza tiegħu, jew jekk ir-rinnovazzjoni tiegħu mhijiex teknikament jew ekonomikament fattibbli; |
(b) |
bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi; |
(c) |
bini temporanju b’perjodu ta’ użu ta’ sentejn jew anqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li jintużaw minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija; |
(d) |
bini residenzjali li huwa użat jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha; |
(e) |
bini maqtugħ għalih b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ anqas minn 50 m2; |
(f) |
bini li jkun proprjetà tal-forzi armati jew tal-gvern ċentrali u li jaqdi skopijiet ta’ difiża nazzjonali, minbarra postijiet ta’ għajxien uniċi jew bini ta’ uffiċċji għall-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali. |
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, inklużi mekkaniżmi xierqa ta’ monitoraġġ u penali f’konformità mal-Artikolu 34.
Meta jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali, l-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni finanzjarja u l-aċċess għal appoġġ finanzjarju adegwat tas-sidien tad-djar, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli.
8. Sal-31 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni għandha, b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’kont dovut meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, tippreżenta analiżi b’mod partikolari dwar:
(a) |
l-effettività ta’, l-adegwatezza tal-livell ta’, l-ammont attwali użat minn, u t-tipi ta’ strumenti wżati fir-rigward ta’ fondi strutturali u l-programmi qafastal-Unjoni, inkluż finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment, għat-titjib tar-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija, speċjalment fid-djar; |
(b) |
l-effettività ta’, l-adegwatezza tal-livell ta’ u t-tipi ta’ strumenti u u t-tipi ta’ miżuri wżati fir-rigward ta’ fondi mill-istituzzjonijiet tal-finanzi pubbliċi; |
(c) |
il-koordinazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni u nazzjonali u tipi oħra ta’ miżuri li jistgħu jaġixxu bħala lieva biex jiġi stimulat l-investiment fir-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija u l-adegwatezza ta’ tali finanzjament biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni. |
Abbażi ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività u l-adegwatezza tal-istrumenti ta’ finanzjament għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari dawk bl-agħar prestazzjoni.
Artikolu 10
Enerġija solari fil-bini
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini l-ġdid kollu jkun iddiżinjat biex jottimizza l-potenzjal tal-ġenerazzjoni tal-enerġija solari tiegħu abbażi tal-irradjanza solari tas-sit, li jippermetti l-installazzjoni kosteffikaċi sussegwenti tat-teknoloġiji solari.
2. Il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-istallazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari stabbilita fl-Artikolu 16d tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u l-proċedura ta’ notifika sempliċi għall-konnessjonijiet tal-grilja stabbilita fl-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari fuq il-bini.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta’ installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa, jekk ikunu teknikament xierqa u ekonomikament u funzjonalment fattibbli, kif ġej:
(a) |
sal-31 ta’ Diċembru 2026, fuq il-bini l-ġdid kollu pubbliku u mhux residenzjali b’erja tal-art utli akbar minn 250 m2; |
(b) |
fuq il-bini pubbliku eżistenti kollu b’erja ta’ art utli akbar minn:
|
(c) |
sal-31 ta’ Diċembru 2027, fuq bini mhux residenzjali eżistenti b’erja tal-art utli akbar minn 500 m2, meta l-bini jgħaddi minn rinnovazzjoni maġġuri jew azzjoni li teħtieġ permess amministrattiv għar-rinnovazzjonijiet tal-bini, xogħlijiet fuq is-saqaf jew l-installazzjoni ta’ sistema teknika użata fil-bini; |
(d) |
sal-31 ta’ Diċembru 2029, fuq il-bini residenzjali ġdid kollu; u |
(e) |
sal-31 ta’ Diċembru 2029, fuq il-parkeġġi msaqqfa ġodda kollha fiżikament maġenb il-bini. |
Fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jinkludu politiki u miżuri fir-rigward tal-użu ta’ installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa fuq il-bini kollu.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, u jagħmlu pubblikament disponibbli, kriterji fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni prattika tal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, u għal eżenzjonijiet possibbli minn dawk l-obbligi għal tipi speċifiċi ta’ bini filwaqt li jqisu l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fir-rigward tat-teknoloġiji li ma jipproduċux emissjonijiet fuq il-post u f’konformità mal-potenzjal tekniku u ekonomiku vvalutat tal-installazzjonijiet tal-enerġija solari u l-karatteristiċi tal-bini kopert minn dan l-obbligu. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll l-integrità strutturali, il-bjut ħodor, u l-iżolament attiku u tas-saqaf, fejn xieraq.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-kwistjonijiet marbuta mal-istabbiltà tan-network tal-elettriku, l-Istati Membri għandhom jinkludu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-istabbiliment tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Fit-traspożizzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, Stat Membru jista’ juża l-kejl tal-erja tal-art tal-pjan terran tal-bini minflok l-erja tal-art utli tal-bini, dment li l-Istat Membru juri li dan jirriżulta f’ammont ekwivalenti ta’ kapaċità installata ta’ installazzjonijiet xierqa tal-enerġija solari fuq il-bini.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li jipprovdi l-miżuri amministrattivi, tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex jappoġġaw l-użu tal-enerġija solari fil-bini, inkluż flimkien ma’ sistemi tekniċi użati fil-bini jew sistemi effiċjenti tat-tisħin distrettwali.
Artikolu 11
Bini b’emissjonijiet żero
1. Bini b’emissjonijiet żero ma għandu jikkawża l-ebda emissjonijiet tal-karbonju fuq il-post mill-fjuwils fossili. Bini b’emissjonijiet żero għandu, meta dan ikun ekonomikament u teknikament fattibbli, joffri l-kapaċità li jirreaġixxi għas-sinjali esterni u jadatta l-użu, il-ġenerazzjoni jew il-ħżin tal-enerġija tiegħu.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-domanda għall-enerġija ta’ bini b’emissjonijiet żero tikkonforma ma’ limitu massimu.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dak il-limitu massimu għad-domanda għall-enerġija ta’ bini b’emissjonijiet żero bil-ħsieb li jinkisbu mill-inqas il-livelli kostottimali stabbiliti fl-aktar rapport kostottimali nazzjonali reċenti skont l-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-limitu massimu kull darba li l-livelli kostottimali jiġu riveduti.
3. Il-limitu massimu għad-domanda għall-enerġija ta’ bini b’emissjonijiet żero għandu jkun mill-inqas 10 % aktar baxx mil-limitu għall-użu totali tal-enerġija primarja stabbilit fil-livell tal-Istat Membru għal bini b’użu ta’ kważi żero enerġija fit-28 ta’ Mejju 2024.
4. L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-limiti massimi għad-domanda għall-enerġija ta’ bini mingħajr emissjonijietgħall-bini rinnovat, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rispettivi dwar il-kostottimalità, u, fejn ikunu ġew stabbiliti l-limiti għall-bini rinnovat b’użu ta’ kważi żero enerġija, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali ta’ bini b’emissjonijiet żero jikkonformaw ma’ livelli limitu massimi stabbiliti fil-livell tal-Istat Membru fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom. Dak il-limitu massimu jista’ jiġi stabbilit f’livelli differenti għal bini ġdid u rinnovat.
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-limiti massimi tagħhom, inkluż deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu għal kull tip ta’ bini u d-deżonjazzjoni tal-klima ta’ barra rilevanti, f’konformità mal-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-limiti massimi u tirrakkomanda l-adattament tagħhom fejn xieraq.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta’ bini ġdid jew rinnovat b’emissjonijiet żero jkun kopert minn:
(a) |
enerġija minn sorsi rinnovabbli ġġenerata fuq il-post jew fil-qrib, li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
(b) |
enerġija minn sorsi rinnovabbli pprovduta minn komunità tal-enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
(c) |
enerġija minn sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali f’konformità mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791; jew |
(d) |
enerġija minn sorsi ħielsa mill-karbonju. |
Fejn ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu, l-użu annwali totali tal-enerġija primarja jista’ jkun kopert ukoll minn enerġija oħra mill-grilja li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-livell nazzjonali.
Artikolu 12
Passaport ta’ rinnovazzjoni
1. Sad-29 ta’ Mejju 2026, l-Istati Membri għandhom jintroduċu skema ta’ passaporti ta’ rinnovazzjoni bbażata fuq il-qafas komuni stipulat fl-Anness VIII.
2. L-iskema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ użu volontarju mis-sidien tal-bini u tal-unitajiet tal-bini, sakemm l-Istat Membru ma jiddeċidix li jagħmilha obbligatorja.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-passaporti ta’ rinnovazzjoni jkunu affordabbli u għandhom jikkunsidraw jekk jipprovdux appoġġ finanzjarju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli li jixtiequ jirrinnovaw il-bini tagħhom.
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-passaport ta’ rinnovazzjoni jitfassal u jinħareġ b’mod konġunt maċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
4. Il-passaport ta’ rinnovazzjoni għandu jinħareġ f’format diġitali adattat għall-istampar minn espert kwalifikat jew iċċertifikat, wara żjara fuq il-post.
5. Meta jinħareġ il-passaport ta’ rinnovazzjoni, għandha tiġi ssuġġerita lil sid il-bini diskussjoni mal-espert imsemmi fil-paragrafu 4 biex l-espert ikun jista’ jispjega l-aħjar passi li bihom il-bini jiġi ttrasformat f’bini b’emissjonijiet żero ferm qabel l-2050.
6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu għodda diġitali ddedikata li permezz tagħha jħejju u, fejn hu xieraq, jaġġornaw il-passaport ta’ rinnovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw għodda komplementari li tippermetti lis-sidien tal-bini u lill-maniġers tal-bini jissimulaw abbozz ta’ passaport ta’ rinnovazzjoni simplifikat u li jaġġornah ladarba sseħħ rinnovazzjoni jew jiġi sostitwit element tal-bini.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-passaport ta’ rinnovazzjoni jkun jista’ jittella’ fil-bażi ta’ data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija imwaqqaf skont l-Artikolu 22.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-passaport ta’ rinnovazzjoni jinħażen fir-reġistru diġitali tal-bini, jew ikun jista’ jiġi aċċessat permezz tiegħu.
Artikolu 13
Sistemi tekniċi użati fil-bini
1. L-Istati Membri għandhom, bl-għan li jtejbu bl-aħjar mod l-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, jiffissaw rekwiżiti tas-sistema billi jużaw teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku fir-rigward tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, l-installazzjoni korretta, d-dimensjonament, l-aġġustament u l-kontroll xierqa, u, fejn xieraq, l-ibbilanċjar idroniku tas-sistemi tekniċi użati fil-bini li huma installati fil-bini ġdid jew eżistenti. Meta jistabbilixxu r-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tad-disinn u l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.
Ir-rekwiżiti tas-sistema għandhom jiġu ffissati għal sistemi tekniċi ġodda użati fil-bini u għas-sostituzzjoni u t-titjib ta’ sistemi tekniċi eżistenti użati fil-bini u għandhom jiġu applikati sa fejn teknikament, ekonomikament u funzjonalment vijabbli.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ġeneraturi tas-sħana, jew mat-tip ta’ karburant użat minnhom, jew mal-parti minima tal-enerġija rinnovabbli użata għat-tisħin fil-livell tal-bini, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostaklu għas-suq mhux ġustifikat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li jistabbilixxu għas-sistemi tekniċi użati fil-bini jilħqu mill-inqas l-aħħar livelli kostottimali.
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi tas-sistema għas-sistemi tekniċi użati fil-bini sabiex jiffaċilitaw l-installazzjoni u t-tħaddim effettivi ta’ sistemi tat-tisħin b’temperatura baxxa f’bini ġdid jew rinnovat.
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li bini ġdid, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, għandu jkun mgħammar b’apparati awtoregolatorji li jirregolaw separatament it-temperatura f’kull kamra jew, fejn iġġustifikat, f’żona partikolari tal-unità tal-bini li tkun imsaħħna jew imkessħa u, fejn xieraq, b’ibbilanċjar idroniku. L-installazzjoni ta’ tali apparati awtoregolatorji u, fejn xieraq, l-ibbilanċjar idroniku f’bini eżistenti għandhom ikunu meħtieġa meta jiġu sostitwiti ġeneraturi tas-sħana jew ġeneraturi tat-tkessiħ, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kwalità ambjentali interna adegwati fil-bini sabiex tinżamm klima interna tajba għas-saħħa.
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini mhux residenzjali b’emissjonijiet żero jkun mgħammar b’apparat ta’ kejl u kontroll għall-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-kwalità tal-arja interna. F’bini mhux residenzjali eżistenti, l-installazzjoni ta’ tali apparati għandha tkun meħtieġa, fejn teknikament u ekonomikament fattibbli, meta bini tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-installazzjoni ta’ tali apparat f’bini residenzjali.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata sistema teknika użata fil-bini, jiġi vvalutat ir-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija tal-parti mibdula, u fejn rilevanti, tas-sistema kompluta mibdula. Ir-riżultati għandhom jiġu dokumentati u mgħoddija lil sid il-binja biex jibqgħu disponibbli u jkunu jistgħu jintużaw għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u għall-ħruġ ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi tal-bini jiġi ottimizzat fejn dawn jiġu rranġati jew mibdula.
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ħżin tal-enerġija għall-enerġija rinnovabbli fil-bini.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi u finanzjament ġodda biex iħeġġu l-bidla minn sistemi bbażati fuq fjuwils fossili tat-tisħin u tat-tkessiħ għal sistemi bbażati fuq fjuwils mhux fossili tat-tisħin u tat-tkessiħ.
7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jissostitwixxu l-bojlers awtonomi li jaħdmu bil-fjuwils fossili f’bini eżistenti biex ikunu konformi mal-pjanijiet nazzjonali ta’ eliminazzjoni gradwali għall-bojlers tal-fjuwils fossili.
8. Il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar x’jikkwalifika bħala bojler tal-fjuwil fossili.
9. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, il-bini mhux residenzjali jkun mgħammar b’sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, kif ġej:
(a) |
sal-31 ta’ Diċembru 2024, bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tal-arja kundizzjonata, sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati, jew għal sistemi tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati ta’ aktar minn 290 kW; |
(b) |
sal-31 ta’ Diċembru 2029, bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tal-arja kundizzjonata, sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati, jew għal sistemi kkombinati tal-arja kundizzjonata u ta’ ventilazzjoni ta’ aktar minn 70 kW. |
10. Is-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini għandhom ikun kapaċi:
(a) |
b’mod kontinwu jimmonitorjaw, jirreġistraw, janalizzaw u jħallu lok għal aġġustamenti fl-użu tal-enerġija; |
(b) |
iqabblu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini, jidentifikaw telf fl-effiċjenza ta’ sistemi tekniċi użati fil-bini, u jinformaw lill-persuna responsabbli mill-faċilitajiet jew mill-ġestjoni teknika tal-bini dwar opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; |
(c) |
jippermettu l-komunikazzjoni mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u apparati oħra konnessi ġewwa l-bini, u jkunu interoperabbli mas-sistemi tekniċi użati fil-bini bejn tipi differenti ta’ teknoloġiji bi privattiva, apparati u manifatturi; |
(d) |
sad-29 ta’ Mejju 2026 jimmonitorjaw il-kwalità ambjentali interna |
11. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn teknikament, ekonomikament u funzjonalment fattibbli, mid-29 ta’ Mejju 2026, bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li qed isirulhom rinnovazzjonijiet maġġuri jkunu mgħammra b’dan li ġej:
(a) |
bil-funzjonalità ta’ monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistemi u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini fil-każ ta’ varjazzjoni sinifikanti u meta jkun meħtieġ servizz ta’ manutenzjoni tas-sistema; |
(b) |
b’funzjonalitajiet effettivi ta’ kontroll biex jiġu żgurati l-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-użu ottimali tal-enerġija u, fejn applikabbli, il-bilanċ idroniku ottimali; |
(c) |
kapaċità ta’ reazzjoni għal sinjali esterni u aġġustament tal-konsum tal-enerġija |
L-Istati Membri jistgħu jeskludu djar ta’ familja waħda li jkunu għaddejjin minn rinnovazzjonijiet kbar mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn l-ispejjeż tal-installazzjoni jaqbżu l-benefiċċji.
12. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għal sistemi tat-tisħin, sistemi tal-arja kundizzjonata, sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati, jew għal sistemi tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati ta’:
(a) |
aktar minn 290 kW ikun mgħammar b’kontrolli awtomatiċi tat-tidwil sal-31 ta’ Diċembru 2027; |
(b) |
aktar minn 70 kW ikunu mgħammra b’kontrolli awtomatiċi tat-tidwil sal-31 ta’ Diċembru 2029. |
Il-kontrolli awtomatiċi tat-tidwil għandhom ikunu f’żoni xierqa u kapaċi li jindividwaw l-okkupanza.
Artikolu 14
Infrastruttura għal mobilità sostenibbli
1. Fir-rigward ta’ bini mhux residenzjali ġdid b’aktar minn ħames spazji għall-parkeġġ tal-karozzi u bini mhux residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn ħames spazji għall-parkeġġ tal-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a) |
l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar għal kull ħames spazji tal-parkeġġ tal-karozzi; |
(b) |
l-installazzjoni ta’ kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mhux inqas minn 50 % tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi u kanali, jiġifieri kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku, għall-bqija tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi, li jippermetti l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, għar-roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta’ vetturi tal-kategorija L; u |
(c) |
il-provvista ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti li jirrappreżentaw mill-inqas 15 % tal-medja jew 10 % tal-kapaċità totali tal-utenti ta’ bini mhux residenzjali, filwaqt li jitqies l-ispazju meħtieġ ukoll għal roti b’dimensjonijiet akbar minn roti standard. |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika fejn:
(a) |
il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet kbar, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini; jew |
(b) |
il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ u l-kanali jingħaddu imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, minn qabel ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju u effiċjenti tal-għadd meħtieġ ta’ punti tal-irriċarġjar u jappoġġaw, fejn xieraq, l-installazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ tagħbija jew irriċarġjar, sa fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli u ġustifikabbli.
B’deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għal bini ġdid ta’ uffiċċji u bini ta’ uffiċċji li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn ħames spazji ta’ parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed għal kull żewġ spazji ta’ parkeġġ.
2. Fir-rigward ta’ bini mhux residenzjali kollu b’aktar minn 20 spazju tal-parkeġġ ta’ karrozzi, l-Istati Membri, sal-1 ta’ Jannar 2027, għandhom jiżguraw:
(a) |
l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar għal kull 10 spazji tal-parkeġġ ta’ karrozzi, jew tal-kanali, jiġifieri kondjuwits għal kejbils elettriċi, għal mill-inqas 50 % tal-ispazji tal-parkeġġ ta’ karrozzi biex jippermettu l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; u |
(b) |
il-provvista ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti li jirrappreżentaw mill-inqas 15 % tal-medja jew 10 % tal-kapaċità totali tal-bini u bl-ispazju meħtieġ ukoll għal roti b’dimensjonijiet akbar minn roti standard. |
Għal bini li jkun proprjetà tal-korpi pubbliċi jew okkupat minnhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta’kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mill-inqas 50 % ta’ spazji ta’ parkeġġ ta’ karrozzi sal-1 ta’ Jannar 2033.
L-Istati Membri jistgħu jipposponu l-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit sal-1 ta’ Jannar 2029 għall-bini mhux residenzjali kollu li jkun ġie rinnovat fis-sentejn qabel it-28 ta’ Mejju 2024 sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2010/31/UE.
3. L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti skont il-paragrafi 1 u 2 għal kategoriji speċifiċi ta’ bini mhux residenzjali li tipikament l-aċċess għalihom ma jsirx bir-rota.
4. Fir-rigward ta’ bini residenzjali ġdid b’aktar minn tliet spazji ta’ parkeġġ għall-karozzi u bini residenzjali li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn tliet spazji tal-parkeġġ għall-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a) |
l-installazzjoni ta’ kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mhux inqas minn 50 % tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi u kanali, jiġifieri kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku, għall-bqija tal-ispazji għall-parkeġġ tal-karozzi, li jippermetti l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, għar-roti assistiti bl-elettriku u tipi oħra ta’ vetturi tal-kategorija L; u |
(b) |
il-provvista ta’ mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull unità residenzjali f’bini. |
Fir-rigward ta’ bini residenzjali ġdid b’aktar minn tliet postijiet għall-parkeġġ tal-karozzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-iċċarġjar.
L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw fejn:
(a) |
il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet kbar, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini; jew |
(b) |
il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ. |
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, soġġett għal valutazzjoni mill-awtoritajiet lokali u filwaqt li jqisu l-karatteristiċi lokali, inkluż il-kundizzjonijiet demografiċi, ġeografiċi u klimatiċi, jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ mgħoddi minn qabel imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju tal-punti tal-irriċarġjar fl-ispazji kollha tal-parkeġġ. Fejn, fil-każ ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-iżgurar ta’ żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull unità residenzjali f’bini ma jkunx fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ammont xieraq ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu għal kategoriji speċifiċi ta’ bini fejn:
(a) |
l-infrastruttura tal-irriċarġjar meħtieġa iserraħ fuq sistemi mikro iżolati jew il-bini jkun jinsab fir-reġjuni ultraperifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE fejn dan ikun iwassal għal problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija lokali u jkun iqiegħed f’periklu l-istabbiltà tal-grilja lokali; jew |
(b) |
l-ispiża tal-irriċarġjar u tal-installazzjonijiet ta’ kanali taqbeż mill-inqas l-10 % tal-ispiża totali tar-rinnovazzjoni maġġuri tal-bini. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti tal-irriċarġjar imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu jkunu kapaċi jagħmlu irriċarġjar intelliġenti u, fejn xieraq, irriċarġjar bidirezzjonali, u li jitħaddmu abbażi ta’ protokolli u standards ta’ komunikazzjoni nonproprjetarji u nondiskriminatorji, b’mod interoperabbli, u f’konformità ma’ kwalunkwe standard Ewropew u atti delegat adottati skont l-Artikolu 21(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/1804.
7. L-Istati Membri għandhom iħeġġu li l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku joperawhom f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2023/1804, fejn applikabbli.
8. L-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri għas-simplifikazzjoni, għar-razzjonalizzazzjoni u għall-aċċellerazzjoni tal-proċedura tal-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali u mhux residenzjali, ġdid jew diġà eżistenti, speċjalment tal-assoċjazzjonijiet ta’ koproprjetarji, u jneħħu ostakli regolatorji, inkluż fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi u approvazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli għall-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali bi spazji ta’ parkeġġ, b’mod partikolari l-ħtieġa li jinkiseb kunsens mingħand sid il-kera jew il-kosidien għal punt tal-irriċarġjar privat għall-użu proprju. Talba mill-inkwilini jew il-koproprjetarji għal permess ta’ installazzjoni ta’ infrastruttura tal-irriċarġjar fi spazju ta’ parkeġġ tista’ tiġi rrifjutata biss jekk ikun hemm raġunijiet serji u leġittimmi għal dak ir-rifjut.
Mingħajr preġudizzju għal-liġi tagħhom dwar il-proprjetà u l-kera, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-ostakli amministrattivi rigward l-applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ punt tal-irriċarġjar f’bini b’aktar minn abitazzjoni waħda f’assoċjazzjoni tal-inkwilini jew tal-koproprjetarji.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ assistenza teknika għas-sidien u għall-inkwilini tal-bini li jixtiequ jinstallaw punti tal-irriċarġjar u spazji tal-parkeġġ tar-roti.
Fir-rigward tal-bini residenzjali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jekk jintroduċux skemi ta’ appoġġ għall-installazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar, il-kablaġġ mgħoddi minn qabel jew il-kanali tal-ispazji tal-parkeġġ tal-karozzi f’konformità mal-għadd ta’ vetturi elettriċi ħfief bil-batterija rreġistrati fit-territorju tagħhom.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza tal-politiki għall-bini, il-mobbiltà attiva u ekoloġika, il-klima, l-enerġija, il-bijodiversità u l-ippjanar urban.
10. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għas-sikurezza kontra n-nirien fil-parkeġġi tal-karozzi.
Artikolu 15
Stat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex jissupplimentaw din id-Direttiva dwar skema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini li jadattaw l-operat tagħhom għall-ħtiġijiet tal-okkupant, b’mod partikolari rigward il-kwalità ambjentali interna u tal-grilja u li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħhom.
F’konformità mal-Anness IV, l-iskema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti għandha tistipula:
(a) |
id-definizzjoni tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti; |
(b) |
metodoloġija li biha għandu jiġi kkalkulat. |
2. Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar u l-implimentazzjoni tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza abbażi tar-riżultati disponibbli tal-fażijiet tal-ittestjar nazzjonali u ta’ proġetti rilevanti oħra.
Filwaqt li tqis l-eżitu ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2027, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 32, li jissupplimenta din id-Direttiva billi jirrikjedi l-applikazzjoni tal-iskema komuni tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti, f’konformità mal-Anness IV, għal bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, għas-sistemi tal-arja kundizzjonata, għas-sistemi tat-tisħin tal-ispazju u ventilazzjoni kkumbinati, jew sistemi tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati ta’ aktar minn 290 kW.
3. Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti fid-dettall l-arranġamenti tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-iskema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluża skeda ta’ żmien li ma torbotx għal fażi ta’ ttestjar fil-livell nazzjonali, u li jiċċara r-relazzjoni komplementari tal-iskema maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 19.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(3).
4. Dment li l-Kummissjoni tkun adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2hija għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2027, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti dettalji dwar l-arranġamenti tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-applikazzjoni tal-iskema msemmija fil-paragrafu 2 għal bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, sistemi ta’ arja kondizzjonata, sistemi għat-tisħin tal-ispazju u ventilazzjoni kkumbinati, jew sistemi ta’ arja kondizzjonata u ventilazzjoni kkumbinati ta’ aktar minn 290 kW.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(3).
Artikolu 16
Skambju ta’ data
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini jista’ jkollhom aċċess dirett għad-data tas-sistemi tal-bini tagħhom. Bil-kunsens tagħhom, l-aċċess jew id-data għandhom ikunu disponibbli għal parti terza, soġġetti għar-regoli applikabbli u ftehimiet eżistenti. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi u tal-iskambju tad-data fl-Unjoni skont il-paragrafu 5.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-data dwar is-sistemi tal-bini għandha tinkludi mill-inqas id-data kollha disponibbli faċilment relatata mar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-elementi tal-bini, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-servizzi tal-bini, it-tul tal-ħajja projettat tas-sistemi tat-tisħin, fejn disponibbli, is-sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, il-miters, l-apparati tal-kejl u tal-kontroll u l-punti tal-irriċarġjar għall-elettromobbiltà u tkun ikkollegata, fejn disponibbli, mar-reġistru diġitali tal-bini.
2. Meta jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-data, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali u l-format ta’ ġestjoni għall-iskambju tad-data, l-Istati Membri jew, fejn Stat Membru jkun ippreveda dan, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. Ir-regoli dwar l-aċċess u kwalunkwe ħlas ma għandhomx jikkostitwixxu ostaklu jew joħolqu diskriminazzjoni għal partijiet terzi biex jaċċessaw id-data dwar is-sistemi tal-bini.
3. L-ebda kost addizzjonali ma għandu jiġi ddebitat lis-sid, lill-inkwilin jew lill-maniġer tal-bini għall-aċċess għad-data tagħhom jew għal talba biex id-data tagħhom tkun disponibbli għal parti terza soġġetta għar-regoli applikabbli u l-ftehimiet eżistenti. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jistabbilixxu t-tariffi rilevanti għall-aċċess għad-data minn partijiet eliġibbli oħra bħal istituzzjonijiet finanzjarji, aggregaturi, fornituri tal-enerġija, fornituri tas-servizzi tal-enerġija u istituti nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. L-Istati Membri jew, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jiżguraw li kwalunkwe ħlas impost minn entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkun raġonevoli u debitament ġustifikat. L-Istati Membri għandhom jinċentivaw il-kondiviżjoni tad-data dwar is-sistemi tal-bini rilevanti.
4. Ir-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-ħżin tad-data għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. L-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).
5. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
Il-Kummissjoni għandha toħroġ strateġija ta’ konsultazzjoni li tistabbilixxi objettivi tal-konsultazzjoni, il-partijiet ikkonċernati fil-mira u l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni għall-iżvilupp tal-atti ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 17
Inċentivi finanzjarji, ħiliet u ostakli għas-suq
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament xieraq, miżuri ta’ appoġġ u strumenti oħra li kapaċi jindirizzaw l-ostakli tas-suq sabiex jitwettqu l-investimenti meħtieġa identifikati fil-pjan nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini biex jittrasformaw l-istokk tal-bini tagħhom f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni u l-proċeduri għall-finanzjament pubbliku ikunu sempliċi u ssimplifikati sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament speċjalment għall-unitajiet domestiċi.
3. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, u fejn xieraq, jindirizzaw l-ostakli relatati mal-kostijiet bil-quddiem tar-rinnovazzjonijiet.
4. Meta jfasslu skemi ta’ appoġġ finanzjarju għar-rinnovazzjoni tal-bini, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jekk jużawx parametri bbażati fuq l-introjtu.
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, fejn dawn il-fondi huma stabbiliti skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, biex jiffinanzjaw skemi u programmi ddedikati għar-rinnovazzjonijiet marbuta mar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri regolatorji xierqa biex ineħħu l-ostakli mhux ekonomiċi għar-rinnovazzjoni tal-bini. Fir-rigward ta’ bini b’aktar minn unità ta’ bini waħda, tali miżuri jistgħu jinkludu t-tneħħija ta’ rekwiżiti ta’ unanimità fi strutturi ta’ sjieda konġunta, jew li jippermettu li strutturi ta’ sjieda konġunta jkunu riċevituri diretti ta’ appoġġ finanzjarju.
6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu kosteffettiv tal-finanzjament nazzjonali u l-finanzjament disponibbli stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali għall-Klima, il-Fond ta’ Koeżjoni, InvestEU, id-dħul mill-irkant mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). u sorsi oħra ta’ finanzjament pubbliku. Dawk is-sorsi ta’ finanzjament għandhom jintużaw b’mod konsistenti ma’ perkors biex jinkiseb stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050.
7. Biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-iżvilupp u l-użu effettivi ta’ finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti, bħal self għall-effiċjenza enerġetika u ipoteki għar-rinnovazzjoni tal-bini, kuntrattar għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, skemi finanzjarji “ħallas waqt li tiffranka”, inċentivi fiskali, pereżempju rati tat-taxxi mnaqqsa fuq ix-xogħlijiet u l-materjali ta’ rinnovazzjoni, skemi fuq it-taxxa, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet b’limitu minimu sinifikanti ta’ ffrankar tal-enerġija mmirat u standards tal-portafoll ipotekarju. Huma għandhom jiggwidaw l-investimenti fi stokk ta’ bini pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija, f’konformità mal-gwida tal-Eurostat dwar ir-reġistrazzjoni tal-Ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija fil-kontijiet tal-gvern.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jippromwovu u jissimplifikaw l-użu ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-finanzjament u l-għodod finanzjarji disponibbli tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli u trasparenti, inkluż b’mezzi diġitali.
9. Il-finanzjament u l-għodod finanzjarji abilitanti jistgħu jinkludu self għar-rinnovazzjoni jew fondi ta’ garanzija għal rinnovazzjonijiet għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż flimkien ma’ programmi rilevanti tal-Unjoni, fejn applikabbli.
10. Sad-29 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 32 li jissupplimenta din id-Direttiva permezz tatal-istabbiliment qafas ta’ portafoll komprensiv għall-użu volontarju mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jappoġġa lill-mutwanti biex jimmiraw u jżidu l-volumi ta’ self ipprovduti f’konformità mal-ambizzjoni ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni u l-miri rilevanti tal-enerġija, sabiex tinkoraġġixxi b’mod effettiv lill-istituzzjonijiet finanzjarji jżidu l-volumi previsti għar-rinnovazzjonijiet għar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-azzjonijiet stipulati f’dan il-qafas għandhom ikopru żieda fil-volumi ta’ self għar-rinnovazzjonijiet enerġetiċi u għandhom jinkludu salvagwardji ssuġġeriti għall-protezzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament imħallat. Il-qafas għandu jiddeskrivi l-aħjar prattiki biex iħeġġeġ lis-selliefa jidentifikaw u jaġixxu fuq il-bini bl-agħar rendiment fil-portafolli tagħhom.
11. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aggregazzjoni ta’ proġetti biex jippermettu l-aċċess tal-investituri kif ukoll soluzzjonijiet aggregati għal klijenti potenzjali.
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jippromwovu prodotti ta’ self għar-rinnovazzjoni tal-bini, bħal ipoteki ekoloġiċi u self ekoloġiku, garantiti u mhux garantiti, u jiżguraw li dawn jiġu offruti b’mod wiesa’ u nondiskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u, ikunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji u investituri oħra jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jipparteċipaw fil-finanzjament tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.
12. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri u finanzjament biex jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb li jiżguraw li jkun hemm biżżejjed forza tax-xogħol bil-livell xieraq ta’ ħiliet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet fis-settur tal-bini, speċjalment li jkollhom fil-mira l-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi, kif xieraq. Punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 18 jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għal tali miżuri u finanzjament.
13. Il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, u fuq talba, tassisti lill-Istati Membri fl-iffissar ta’ programmi ta’ appoġġ finanzjarju nazzjonali jew reġjonali bil-għan li jiżdied ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-bini, speċjalment f’bini eżistenti, inkluż billi tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali responsabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali programmi jiġu żviluppati b’mod li jkunu aċċessibbli għal organizzazzjonijiet b’kapaċitajiet amministrattivi, finanzjarji u organizzattivi aktar baxxi.
14. B’kunsiderazzjoni xierqa għad-djar vulnerabbli, i-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji tagħhom għal titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fir-rinnovazzjoni ta’ bini mal-iffrankar u t-titjib fl-enerġija mmirati u miksuba, kif determinat bi kriterju wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(a) |
ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ‘tat-tagħmir jew tal-materjal użat għar-rinnovazzjoni u t-tnaqqis relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; f’liema każ, it-tagħmir jew il-materjal użat għar-rinnovazzjoni għandu jiġi installat minn installatur bil-livell rilevanti ta’ ċertifikazzjoni jew kwalifika u għandu jikkonforma tal-inqas mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija għal elementi tal-bini jew mal-valuri ta’ referenza ogħla għal rendiment imtejjeb fl-użu tal-enerġija tal-bini; |
(b) |
valuri standard għall-kalkolu ta’ ffrankar fl-enerġija u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-bini; |
(c) |
it-titjib miksub minħabba din ir-rinnovazzjoni billi jqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni; |
(d) |
ir-riżultati ta’ verifika tal-enerġija; |
(e) |
ir-riżultati ta’ metodu ieħor rilevanti, trasparenti u proporzjonat li jindika t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija, pereżempju billi jitqabbel il-konsum fl-użu tal-enerġija qabel u wara r-rinnovazzjoni b’sistemi ta’ miters, dment li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I. |
15. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri ma għandhom jipprovdu l-ebda inċentiv finanzjarju għall-installazzjoni ta’ bojlers awtonomi li jaħdmu bil-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ dawk magħżula għall-investiment, qabel l-2025, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241, l-Artikolu 7(1), il-punt (h)(i) it-tielet inċiż, tar-Regolament (UE) 2021/1058u mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).
16. L-Istati Membri għandhom jinċentivaw rinnovazzjoni profonda u rinnovazzjoni profonda fi stadji b’appoġġ finanzjarju, fiskali, amministrattiv u tekniku ogħla. Fejn ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli li bini jiġi ttrasformat f’bini b’emissjonijiet żero, rinnovazzjoni li tirriżulta fi tnaqqis ta’ mill-inqas 60 % fl-użu tal-enerġija primarja għandha titqies li hija rinnovazzjoni profonda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinċentivaw programmi mdaqqsa li jindirizzaw għadd kbir ta’ bini, b’mod partikolari l-bini bl-agħar rendiment, pereżempju permezz ta’ programmi integrati ta’ rinnovazzjoni distrettwali, u li jirriżultaw fi tnaqqis ġenerali ta’ mill-inqas 30 % tal-użu tal-enerġija primarja b’appoġġ finanzjarju, fiskali, amministrattiv u tekniku ogħla, skont il-livell ta’ rendiment miksub.
17. Mingħajr preġudizzju għall-politiki ekonomiċi u soċjali nazzjonali tagħhom u għas-sistemi tal-liġi tal-proprjetà tagħhom, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-iżgumbrament ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli kkawżat minn żidiet sproporzjonati fil-kera wara r-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini jew tal-unità residenzjali fil-binitagħhom.
18. L-inċentivi finanzjarji għandhom ikollhom fil-mira, bħala prijorità, l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.
19. Meta jipprovdu inċentivi finanzjarji lis-sidien ta’ bini jew unitajiet ta’ bini għar-rinnovazzjoni ta’ bini mikri jew unitajiet ta’ bini, l-Istati Membri għandhom jimmiraw lejn l-inċentivi finanzjarji li jkunu ta’ benefiċċju kemm għas-sidien kif ukoll għall-inkwilini. L-Istati Membri għandhom jintroduċu salvagwardji effettivi, biex jipproteġu b’mod partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, inkluż billi jipprovdu appoġġ għall-kera jew billi jimponu limiti massimi fuq iż-żidiet fil-kera, u jistgħu jinċentivaw skemi finanzjarji li jindirizzaw il-kostijiet bil-quddiem tar-rinnovazzjonijiet, bħal skemi fuq il-kont, skemi ħallas waqt li tiffranka (“pay-as-you-save”) jew kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, kif imsemmi fil-punt (33) tal-Artikolu 2, u l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.
Artikolu 18
Punti uniċi ta’ servizz għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u fejn xieraq, mal-partijiet ikkonċernati privati, l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ assistenza teknika, inkluż permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz inklużivi għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, immirati lejn l-atturi kollha involuti fir-rinnovazzjonijiet tal-bini, inter alia, is-sidien tad-djar u l-atturi amministrattivi, finanzjarji u ekonomiċi, bħall-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet ta’ assistenza teknika jkunu disponibbli fit-territorju kollu tagħhom billi jistabbilixxu mill-inqas punt uniku ta’ servizz wieħed:
(a) |
għal kull 80 000 abitant; |
(b) |
għal kull reġjun; |
(c) |
f’żoni fejn l-età medja tal-istokk tal-bini hija ogħla mill-medja nazzjonali; |
(d) |
f’żoni fejn l-Istati Membri għandhom l-intenzjoni li jimplimentaw programmi integrati ta’ rinnovazzjoni distrettwali; jew |
(e) |
f’post li jista’ jintlaħaq f’inqas minn 90 minuta ta’ ħin medju tal-ivvjaġġar, abbażi tal-mezzi tat-trasport li jkunu disponibbli lokalment. |
L-Istati Membri jistgħu jaħtru l-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 22(3), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 bħala punti uniċi ta’ servizz għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida biex tistabbilixxi dawk il punti uniċi ta’ servizz f’konformità mal-Artikolu 22(6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.
2. Il-faċilitajiet ta’ assistenza teknika stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom:
(a) |
jipprovdu informazzjoni simplifikata dwar possibbiltajiet u soluzzjonijiet tekniċi u finanzjarji lill-unitajiet domestiċi, l-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi u l-korpi pubbliċi; |
(b) |
jipprovdu appoġġ olistiku lill-unitajiet domestiċi kollha, b’fokus partikolari fuq l-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku u fuq l-bini bl-agħar rendiment, kif ukoll lill-kumpaniji akkreditati u lill-installaturi li jipprovdu servizzi ta’ modifika retroattiva, adattat għal tipoloġiji ta’ akkomodazzjoni u skop ġeografiku differenti u jipprovdu appoġġ li jkopri l-istadji differenti tal-proġett ta’ modifika retroattiva. |
3. Il-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom:
(a) |
jipprovdu pariri indipendenti dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u jistgħu jakkumpanjaw programmi integrati ta’ rinnovazzjoni distrettwali; |
(b) |
joffru servizzi ddedikati għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. |
Artikolu 19
Ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.
Iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija espress b’indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y), u valuri ta’ referenza bħal rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, standards minimi tar-rendiment tal-enerġija, rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u rekwiżiti ta’ bini b’emissjonijiet żero, biex ikun possibbli għas-sidien u l-inkwilini tal-binja jew unità tal-bini jqabblu u jivvalutaw ir-rendiment tiegħu fl-użu tal-enerġija.
2. Sad-29 ta’ Mejju 2026, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness V. Għandu jispeċifika l-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, fuq skala magħluqa bl-użu ta’ ittri biss minn A sa G. L-ittra A għandha tikkorrispondi għal bini b’emissjonijiet żero, u l-ittra G għandha tikkorrispondi għall-bini bl-agħar rendiment fl-istokk tal-bini nazzjonali fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-iskala. L-Istati Membri li, fid-29 ta’ Mejju 2026 fid-data tat-traspożizzjoni, diġà jiddeżinjaw bini b’emissjonijiet żero bħala “A0” jistgħu jkomplu jużaw dik id-deżinjazzjoni minflok il-klassi A. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassijiet li jifdal (B sa F jew, fejn A0 huwa użat, A sa F) ikollhom distribuzzjoni xierqa tal-indikaturi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fost il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija A+ li tikkorrispondi għal bini b’limitu massimu għad-domanda għall-enerġija li jkun mill-inqas 20 % aktar baxx mil-limitu massimu għal bini b’emissjonijiet żero, u li jiġġenera aktar enerġija rinnovabbli fuq il-post kull sena mid-domanda annwali totali għall-enerġija primarja tiegħu. Għal bini eżistenti rinnovat għall-klassi A+, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi stmat u żvelat fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.
L-Istati Membri li jkunu rriklassifikaw il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tagħhom fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, u qabel it-28 ta’ Mejju 2024, jistgħu jipposponu r-riklassifikazzjoni tal-klassijiet tar rendiment fl-użu tal-enerġija sal-31 ta’ Diċembru 2029.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw identità viżiva komuni għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fit-territorju tagħhom.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità, l-affidabbiltà u l-affordabbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkunu affordabbli u għandhom jikkunsidraw jekk jipprovdux appoġġ finanzjarju għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħarġu f’konformità mal-Artikolu 20(1) u minn esperti indipendenti abbażi ta’ żjara fuq il-post, li tista’ titwettaq, fejn xieraq, b’mezzi virtwali b’kontrolli viżwali. Iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu ċari u jinqraw faċilment, disponibbli f’format li jinqara mill-magni u f’konformità mal-mudell fl-Anness V.
5. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kosteffettiv tar-rendiment u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operattivi u t-titjib tal-kwalità ambjentali interna ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini fl-użu tal-enerġija, dment li l-bini jew l-unità tal-bini diġà tilħaq tal-anqas il-klassi A tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikopru:
(a) |
miżuri mwettqa b’rabta ma’ rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema teknika jew is-sistemi tekniċi tal-bini; u |
(b) |
miżuri għal elementi ta’ bini individwali indipendenti minn rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema teknika jew is-sistemi tekniċi tal-bini. |
6. Meta l-Istati Membri jipprevedu passaport ta’ rinnovazzjoni li għandu jitfassal u jinħareġ flimkien maċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 12(3), il-passaport ta’ rinnovazzjoni għandu jissostitwixxi r-rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
7. Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu stima għall-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi. Dawn jistgħu jipprovdu stima għall-firxa ta’ perjodi ta’ ħlas lura jew kostbenefiċċji matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tiegħu u informazzjoni dwar inċentivi finanzjarji disponibbli u assistenza amministrattiva u teknika, kif ukoll benefiċċji finanzjarji, li huma ġeneralment assoċjati mal-ksib tal-valuri ta’ referenza.
8. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu valutazzjoni dwar jekk is-sistemi tat-tisħin, is-sistemi tal-ventilazzjoni, is-sistemi tal-arja kundizzjonata u s-sistemi domestiċi tal-ilma sħun jistgħux jiġu adattati biex joperaw f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti, bħal emittenti ta’ temperatura baxxa għal sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma, inkluż id-disinn meħtieġ tal-output tal-enerġija termali u r-rekwiżiti tat-temperatura u fluss.
9. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu valutazzjoni tat-tul tal-ħajja li jifdal tas-sistema tat-tisħin jew tas-sistema tal-arja kundizzjonata. Fejn rilevanti, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jindikaw alternattivi possibbli għas-sostituzzjoni tas-sistema tat-tisħin jew tas-sistema tal-arja kundizzjonata, f’konformità mal-miri klimatiċi tal-2030 u l-2050, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi lokali u dawk relatati mas-sistema.
10. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin tal-bini jew tal-unità tal bini jista’ jirċievi informazzjoni dettaljata ulterjuri inkluż fir-rigward tal-kosteffettività tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-evalwazzjoni tal-kosteffettività għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kundizzjonijiet standard, bħall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u prezzijiet tal-enerġija sottostanti u previżjoni tal-kost preliminari. Barra minn hekk, għandu jkun fih informazzjoni dwar il-passi li għandhom jittieħdu biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet, l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ punti uniċi ta’ servizz rilevanti u, fejn rilevanti, dwar opzjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju. Informazzjoni oħra dwar suġġetti relatati, bħall-verifiki tal-enerġija jew inċentivi ta’ natura finanzjarja jew natura oħra u possibbiltajiet ta’ finanzjament, jew pariri dwar kif tiżdied ir-reżiljenza klimatika tal-bini, jistgħu wkoll jiġu pprovduti lis-sid jew lill-inkwilin tal-bini jew tal-unità tal bini.
11. Iċ-ċertifikazzjoni għal unitajiet tal-bini tista’ tkun ibbażata fuq:
(a) |
ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu; jew |
(b) |
l-istima ta’ unità tal-bini rappreżentattiva oħra bl-istess karatteristiċi rilevanti għall-enerġija fl-istess bini. |
12. Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta’ familja waħda tista’ tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ bini rappresentattiv ieħor ta’ disinn u daqs simili bi kwalità ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija simili jekk tali korrispondenza tkun tista’ tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
13. Il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija m’għandhiex taqbeż l-10 snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn bini jkun inħariġlu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija taħt il-livell C, is-sidien tal-bini jiġu mistiedna għal punt uniku ta’ servizz biex jirċievu pariri dwar ir-rinnovazzjoni, skont liema minn dawn li ġejjin jiġi l-ewwel:
(a) |
immedjatament wara li jiskadi ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini; jew |
(b) |
ħames snin wara l-ħruġ taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. |
14. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fejn l-elementi individwali biss jiġu aġġornati (miżuri uniċi jew awtonomi).
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meta jiġu stabbiliti miżuri identifikati f’passaport ta’ rinnovazzjoni jew fejn jintużaw tewmin diġitali tal-bini, metodi ċċertifikati oħra, jew data minn għodod iċċertifikati li jiddeterminaw ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.
Artikolu 20
Il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat diġitali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħareġ għal:
(a) |
bini jew unitajiet ta’ bini meta jinbnew, meta tkun saritilhom rinnovazzjoni maġġuri, meta jinbiegħu, meta jinkrew lil inkwilin ġdid, jew li għalihom iġġedded il-kuntratt tal-kiri; |
(b) |
bini eżistenti proprjetà jew okkupat minn korpi pubbliċi. |
Ir-rekwiżit li jinħareġ ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ma japplikax meta ċertifikat, maħruġ jew skont id-Direttiva 2010/31/UE jew skont din id-Direttiva, għall-bini jew l-unità tal-bini kkonċernati, huwa disponibbli u validu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li verżjoni stampata taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tinħareġ fuq talba.
2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, meta bini jew unitajiet tal-bini jinbnew, tkun saritilhom rinnovazzjoni maġġuri, jew jinbiegħu jew jinkrew, jew meta jiġġeddu l-kuntratti tal-kiri għal bini jew unitajiet ta’ bini, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jintwera lill-inkwilin jew ix-xerrej prospettivi u jingħata lix-xerrej jew lill-inkwilin.
3. Fejn bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni jew rinnovazzjoni maġġuri, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħ jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija futura tiegħu, bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2; f’dak il-każ, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinħareġ sa mhux aktar tard minn meta l-bini jkun inbena jew ġie rinnovat u għandu jirrifletti l-istat tal-bini kif inbena.
4. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li binjiet jew unitajiet ta’ bini li jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u li l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini jew tal-unità tal-bini, kif applikabbli, jitniżżel fir-reklami online u offline, inkluż fil- websites tal-portali tat-tiftix tal-proprjetà.
L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki ta’ kampjuni jew kontrolli oħra biex jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.
5. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli għas-sjieda konġunta jew għal proprjetà komuni.
6. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-kategoriji ta’ bini msemmija fl-Artikolu 5(3), il-punti (b), (c) u (e) mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri li jagħżlu li jeskludu mill-obbligi ta’ dan l-artikolu sat-28 ta’ Mejju 2024, bini residenzjali li jintuża jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha, jistgħu jkomplu jagħmlu hekk.
7. L-effetti possibbli ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija f’termini ta’ proċeduri legali, jekk ikun hemm, għandhom jiġu deċiżi f’konformità mar-regoli nazzjonali.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa jittellgħu fil-bażi tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 22. L-applowdjar għandu jkun fih iċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluża d-data kollha meħtieġa għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.
Artikolu 21
Il-wiri ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li, meta bini li għalih ikun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 20(1) ikun okkupat minn korpi pubbliċi u li spiss iżuru l-pubbliku, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f’post prominenti viżibbli b’mod ċar għall-pubbliku.
2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li f’bini mhux residenzjali li għalih ikun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 20(1), iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f’post prominenti u viżibbli b’mod ċar.
3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma jinkludux obbligu li jintwerew ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Artikolu 22
Bażijiet tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li tippermetti li tinġabar data dwar ir-rendiment tal-bini individwali fl-użu tal-enerġija u dwar ir-rendiment ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali fl-użu tal-enerġija. Tali bażijiet tad-data jistgħu jikkonsistu f’sett ta’ bażijiet tad-data interkonnessi.
Il-bażi tad-data għandha tippermetti li tinġabar data mis-sorsi rilevanti kollha relatati maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-ispezzjonijiet, il-passaport tar-rinnovazzjoni tal-bini, l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-konsum tal-enerġija kkalkulat jew immetrat tal-bini kopert. Sabiex tiġi arrikkita l-bażi tad-data, jistgħu jinġabru wkoll tipoloġiji tal-bini. Tista’ wkoll tinġabar u tinħażen data kemm fuq l-emissjonijiet operattivi u dawk integrati kif ukoll fuq il-GWP ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja.
2. Id-data aggregata u anonimizzata tal-istokk tal-bini għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Id-data maħżuna għandha tkun tista’ tinqara mill-magni u tkun aċċessibbli permezz ta’ interfaċċa diġitali xierqa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess faċli u mingħajr ħlas għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għas-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini u għall-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-bini fil-portafolji ta’ investiment u ta’ self, u, wara l-permess mis-sid, għall-esperti indipendenti wkoll. Għall-bini offrut għall-kiri jew għall-bejgħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal kerrejja jew xerrejja prospettivi li jkunu ġew awtorizzati minn sid il-bini.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jkollhom aċċess għad-data rilevanti dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fit-territorju tagħhom kif meħtieġ biex jiffaċilitaw l-abbozzar tal-pjanijiet ta’ tisħin u tkessiħ u jinkludu sistemi operattivi ta’ informazzjoni ġeografika u l-bażijiet ta’ data relatati, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali biex jiksbu r-riżorsi meħtieġa għall-ġestjoni tad-data u l-informazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar is-sehem tal-bini fl-istokk tal-bini nazzjonali kopert miċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u d-data aggregata jew anonimizzata dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż il-konsum tal-enerġija, u, fejn disponibbli, il-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini kopert. L-informazzjoni pubblika għandha tiġi aġġornata mill-inqas darbtejn fis-sena. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni anonimizzata jew aggregata disponibbli għall-pubbliku u għall-istituzzjonijiet ta’ riċerka bħall-istituti nazzjonali tal-istatistika, fuq talba.
5. Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasferiment tal-informazzjoni fil-bażi tad-data nazzjonali lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini tal-UE. L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu l-informazzjoni b’mod aktar frekwenti.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudelli komuni għat-trasferiment tal-informazzjoni lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini tal-UE. L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sat-30 ta’ Ġunju 2025.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(3).
7. Biex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tkun interoperabbli u integrata ma’ bażijiet tad-data amministrattivi oħra li jkun fihom informazzjoni dwar il-bini, bħall-katast jew ir-reġistru tal-artijiet tal-bini nazzjonali u r-reġistri diġitali tal-bini.
Artikolu 23
Spezzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jiġu stabbiliti spezzjonijiet regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kundizzjonata, inkluż kwalunkwe kumbinazzjoni ta’ dawn, b’output nominali effettiv ta’ aktar minn 70 kW. Il-klassifikazzjoni effettiva tas-sistema għandha tkun ibbażata fuq is-somma tal-output nominali tal-ġeneraturi tas-sħana u ġeneraturi tat-tkessiħ.
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta’ spezzjoni separati għall-ispezzjonijiet ta’ sistemi residenzjali u mhux residenzjali.
3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu frekwenzi ta’ spezzjoni differenti skont it-tip u l-output nominali effettiv tas-sistema filwaqt li jqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema u l-iffrankar stmat tal-ispejjeż tal-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni. Is-sistemi għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas kull ħames snin. Sistemi b’ġeneraturi b’output nominali effettiv ta’ aktar minn 290 kW għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas kull tliet snin.
4. L-ispezzjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-ġeneratur jew tal-ġeneraturi, tal-pompi taċ-ċirkolazzjoni, u fejn xieraq, tal-komponenti tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-arja u l-ilma, tas-sistemi tal-ibbilanċjar idroniku u tas-sistemi ta’ kontroll. L-Istati Membri jistgħu jinkludu fl-iskemi ta’ spezzjoni kwalunkwe sistema ta’ bini addizzjonali identifikata fl-Anness I.
L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza u tad-dimensjonament tal-ġeneratur jew tal-ġeneraturi tas-sħana u tat-tkessiħ u tal-komponenti ewlenin tiegħu/tagħhom meta mqabbel mar-rekwiżiti tal-bini u għandha tikkunsidra l-kapaċitajiet tas-sistema biex tottimizza r-rendiment tagħha f’kondizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji, bl-użu ta’ teknoloġiji disponibbli għall-iffrankar tal-enerġija, u f’kundizzjonijiet li jinbidlu minħabba l-varjazzjoni fl-użu. Fejn rilevanti, l-ispezzjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tas-sistema li topera f’settings tat-temperatura differenti u aktar effiċjenti, bħal f’temperatura baxxa għas-sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma, inkluż permezz tad-disinn ta’ output tal-enerġija termali u rekwiżiti tat-temperatura u l-fluss, filwaqt li tiżgura t-tħaddim sikur tas-sistema. L-ispezzjoni għandha, fejn rilevanti, tinkludi valutazzjoni bażika tal-fattibbiltà li jitnaqqas l-użu tal-fjuwils fossili fuq il-post, pereżempju billi tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli, jinbidel is-sors tal-enerġija jew jiġu sostitwiti jew aġġustati s-sistemi eżistenti.
Fejn tkun installata sistema ta’ ventilazzjoni, għandhom jiġu vvalutati wkoll id-daqs u l-kapaċitajiet tagħha li tottimizza r-rendiment tagħha f’kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji rilevanti għall-użu speċifiku u attwali tal-bini.
Fejn ma jkun sar l-ebda tibdil fis-sistema jew fir-rigward tar-rekwiżiti tal-bini wara li tkun saret spezzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirrikjedux li l-valutazzjoni tad-dimensjonament tal-komponent ewlieni jew li l-valutazzjoni tal-operazzjoni f’temperaturi differenti tiġi ripetuta.
5. Is-sistemi tekniċi tal-bini li huma espliċitament koperti minn kriterju miftiehem dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jew arranġament kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta’ titjib ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bħall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jew li huma mħaddma minn operatur ta’ utilità jew ta’ netwerk u li għalhekk huma soġġetti għal miżuri ta’ monitoraġġ tar-rendiment min-naħa tas-sistema, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, dment li l-impatt ġenerali ta’ approċċ tali jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1.
6. Fejn l-impatt ġenerali huwa ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri alternattivi bħal appoġġ finanzjarju jew l-għoti ta’ pariri lill-utenti dwar is-sostituzzjoni ta’ ġeneraturi, modifiki oħra għas-sistema u soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza tar-rendiment, u d-daqs adatt ta’ dawk is-sistemi.
Qabel ma japplika l-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu, billi jippreżenta rapport lill-Kummissjoni, jiddokumenta l-ekwivalenza tal-impatt ta’ dawk il-miżuri għall-impatt tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, inkluż f’termini ta’ ffrankar tal-enerġija u emissjonijiet ta’ gassijiet serra.
7. Binjiet li jikkonformaw mal-Artikolu 13(10) jew (11) għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta’ spezzjoni jew miżuri alternattivi bħal għodod diġitali u listi ta’ kontroll, biex jiċċertifikaw li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ rinnovazzjoni mwassla jissodisfaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ddisinjat u jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti fil-kodiċijiet tal-bini jew regolamenti ekwivalenti.
9. L-Istati Membri għandhom jinkludu analiżi fil-qosor tal-iskemi ta’ spezzjoni u r-riżultati tagħhom bħala anness għall-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini msemmi fl-Artikolu 3. L-Istati Membri li għażlu l-miżuri alternattivi indikati fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu analiżi fil-qosor u r-riżultati tal-miżuri alternattivi.
Artikolu 24
Rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kundizzjonata
1. Rapport ta’ spezzjoni għandu jinħareġ wara kull spezzjoni ta’ sistema ta’ tisħin, tas-sistema tal-ventilazzjoni jew tas-sistema tal-arja kundizzjonata. Ir-rapport ta’ spezzjoni għandu jkun fih ir-riżultat tal-ispezzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 23 u jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kosteffettiv tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema spezzjonata.
Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq tqabbil tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema spezzjonata ma’ dik tal-aħjar sistema fattibbli disponibbli, bl-użu ta’ teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku, u sistema ta’ tip simili li għaliha l-komponenti rilevanti kollha jilħqu l-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meħtieġ mil- liġi applikabbli. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn rilevanti, jinkludu r-riżultati mill-valutazzjoni bażika tal-fattibbiltà li jitnaqqas l-użu tal-fjuwils fossili fuq il-post.
Ir-rapport ta’ spezzjoni għandu jindika kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza identifikata waqt l-ispezzjoni. Madankollu, l-awtur tar-rapport ma għandux jitqies responsabbli fir-rigward tal-identifikazzjoni jew l-indikazzjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza bħal din.
2. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jingħata lill-proprjetarju jew lill-inkwilin tal-bini jew tal-unità tal-bini.
3. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jittella’ fil-bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 22.
Artikolu 25
Esperti indipendenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-istabbiliment tal-passaporti tar-rinnovazzjoni, il-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija għat-teknoloġiji intelliġenti u l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, is-sistemi tal-ventilazzjoni u s-sistemi tal-arja kundizzjonata jitwettqu b’mod indipendenti minn esperti kkwalifikati jew iċċertifikati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.
L-esperti għandhom jiġu ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 b’kont meħud tal-kompetenza tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-informazzjoni rigward it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli għall-pubbliku jew listi aġġornati regolarment ta’ esperti kwalifikati jew iċċertifikati jew listi aġġornati regolarment ta’ kumpaniji ċċertifikati li joffru s-servizzi ta’ esperti bħal dawn.
Artikolu 26
Ċertifikazzjoni ta’ professjonisti tal-bini
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-livell xieraq ta’ kompetenza għall-professjonisti tal-bini li jwettqu xogħlijiet integrati ta’ rinnovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 u l-Anness II ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.
2. Fejn xieraq u fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti jkunu disponibbli għall-fornituri ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni integrati fejn dan ma jkunx kopert mill-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.
Artikolu 27
Sistemi ta’ kontroll indipendenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġu stabbiliti f’konformità mal-Anness VI, u li s-sistemi ta’ kontroll indipendenti għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, għall-indikaturi tal-potenzjal tal-intelliġenza u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kundizzjonata jiġu stabbiliti. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi separati għall-kontroll taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, għall-indikaturi tal-potenzjal tal-intelliġenza u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-ventilazzjoni u tas-sistemi tal-arja kundizzjonata.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll indipendenti.
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu hekk, għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ kontroll indipendenti jiġu implimentati f’konformità mal-Anness VI.
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu magħmula disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti.
Artikolu 28
Rieżami
Il-Kummissjoni, assistita mill- -Kumitat imsemmi fl- Artikolu 33, għandha teżamina din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2028 fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-progress magħmul matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun neċessarju, tagħmel proposti.
Bħala parti minn dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva flimkien ma strumenti leġiżlattivi oħra li jindirizzaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, partikolarment permezz tal-ipprezzar tal-karbonju, iwasslu għal biżżejjed progress lejn il-ksib ta’ stokk tal-bini b’emissjonijiet żero, kompletament dekarbonizzat sal-2050, jew jekk jeħtieġx li jiġu introdotti aktar miżuri vinkolanti fil-livell tal-Unjoni, partikolarment standards mandatorji minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-istokk kollu tal-bini, inkluż sabiex jiġi żgurat li l-valuri għall-2030 u l-2035 stabbiliti fl-Artikolu 9(2) ikunu jistgħu jintlaħqu. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali u b’mod partikolari l-valuri limitu ppjanati għall-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(4) u għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali li jippromwovu ambjent mibni sostenibbli. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll b’liema mod l-Istati Membri jistgħu japplikaw approċċi integrati ta’ distrettwalità jew ta’ viċinaza fil-politika tal-Unjoni dwar il-bini u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jiżguraw li kull bini jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, pereżempju permezz ta’ pjanijiet integrati ta’ rinnovazzjoni uskemi ta’ rinnovazzjoni ġenerali li japplikaw għal numru ta’ bini f’kuntest ta’ żona minflok għal bini uniku. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk indikaturi alternattivi, bħall-użu finali tal-enerġija u l-ħtiġijiet tal-enerġija jkunux aktar adatti għall-finijiet tal-Anness I.
Artikolu 29
Informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iħejju u jwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurmaw lis-sidien u lill-inkwilini tal-bini jew tal-unitajiet ta’ bini u l-atturi tas-suq rilevanti kollha, bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-komunitajiet tal-enerġija, dwar il-prattika u l-metodi differenti li jservu biex jittejjeb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu informazzjoni mfassla apposta għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli wkoll għall-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
2. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu lis-sidien jew lill-okkupanti tal-bini b’informazzjoni dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż l-għan u l-objettivi tagħhom, dwar miżuri kosteffettivi u, fejn ikun il-każ, dwar strumenti finanzjarji, biex jittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u dwar is-sostituzzjoni ta’ bojlers tal-fjuwils fossili b’alternattivi aktar sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti bħal pariri dwar ir-rinnovazzjoni u l-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 18, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli.
Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f’programmi tal-Unjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli gwida u taħriġ, inkluż għal gruppi sottorappreżentati, għal dawk responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw l-importanza tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u għandhom jippermettu li titqies il-kombinazzjoni ottimali ta’ titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali meta jiġu ppjanati, iddisinjati, mibnija u rinovati ż-żoni industrijali jew residenzjali. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw ukoll it-titjib strutturali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati ma’ attività sismika intensa, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (inkluż materja partikolata fina), il-kwalità ambjentali interna u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu miżuri biex jappoġġaw it-taħriġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u atturi rilevanti oħra, bħal inizjattivi ta’ rinnovazzjoni mmexxija miċ-ċittadini, biex jippromwovu l-objettivi ta’ din id-Direttiva.
4. Il-Kummissjoni għandha ttejjeb kontinwament is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha, b’mod partikolari s-sit elettroniku li ġie stabbilit bħala portal Ewropew għall-effiċjenza fl-enerġija fil-bini indirizzat għaċ-ċittadini, il-professjonisti u l-awtoritajiet, biex jassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni. L-informazzjoni murija fuq dak is-sit elettroniku tista’ tinkludi links għal-liġi rilevanti tal-Unjoni, regoli nazzjonali, reġjonali u lokali, links għas-siti elettroniċi EUROPA li juru l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, links għall-istrumenti finanzjarji disponibbli, kif ukoll eżempji tal-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż fir-rigward tal-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva. Fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33), il-Fond Soċjali għall-Klima, u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni għandha tkompli u tintensifika aktar is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha bil-għan li tiffaċilita l-użu tal-fondi disponibbli billi tipprovdi assistenza u informazzjoni, inkluż, f’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment, permezz tal-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali, lill-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament, b’kont meħud tal-aħħar tibdil fil-qafas regolatorju.
Artikolu 30
Konsultazzjoni
Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u skont kif ikun rilevanti. Tali konsultazzjoni hija ta’ importanza partikolari għall-applikazzjoni tal-Artikolu 29.
Artikolu 31
Adattament tal-Anness I għall-progress tekniku
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda din id-Direttiva dwar l-adattament tal-punti 4 u 5 tal-Anness I għall-progress tekniku.
Artikolu 32
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 6, 7, 15, 17 u 31 […] hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien mit-28 ta’ Mejju 2024.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 7, 15, 17 u 31 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6, 7, 15, 17 jew 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 33
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 34
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom..
Artikolu 35
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 1, 2 u 3, 5 sa 29 u 32 u mal-Annessi I, II u III u V sa X sad-29 ta’ Mejju 2026. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 17(15) sal-1 ta’ Jannar 2025.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il- miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva revokata b’din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 36
Revoka
Id-Direttiva 2010/31/UE, kif emendata mill-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness IX„ hija revokata b’effett mit-30 ta’ Mejju 2026, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad- Direttivi stabbiliti fil-Parti B fl-Anness IX,.
Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 37
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 30, 31, 33 u 34 għandhom japplikaw mit-30 ta’ Mejju 2026.
Artikolu 38
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ April 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. MICHEL
(1) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 114.
(2) ĠU C 375, 30.9.2022, p. 64.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2024 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2024.
(4) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(5) Ara l-Anness IX, il-Parti A.
(6) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(8) Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).
(13) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(14) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(16) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).
(17) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(18) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi L-Ewwel: minn prinċipji għall-prattika — Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu (ĠU L 350, 4.10.2021, p. 9).
(19) Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).
(20) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(22) Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1).
(23) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35).
(24) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(25) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(26) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Lulju 2019 Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju, C-543/17, ECLI:EU:C:2019:573
(27) Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1).
(28) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(29) Ir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta’ Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18).
(30) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(31) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(32) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(33) Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(34) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS I
Qafas ġenerali komuni għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
(imsemmi fl-Artikolu 4)
1.
Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-użu kkalkulat jew immetrat tal-enerġija u jirrifletti l-użu tipiku ta’ enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra użati fil-bini. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tipiku tal-enerġija jkun rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet operattivi attwali għal kull tipoloġija rilevanti u jirrifletti l-imġiba tipika tal-utenti. Fejn possibbli, l-użu tipiku tal-enerġija u l-imġiba tipika tal-utenti għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika nazzjonali disponibbli, il-kodiċijiet tal-bini u d-data mmetrata.Meta l-użu tal-enerġija mmetrat ikun il-bażi għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-metodoloġija tal-kalkolu għandha tkun kapaċi tidentifika l-influwenza tal-imġiba tal-okkupanti u tal-klima lokali, li ma għandhiex tiġi riflessa fir-riżultat tal-kalkolu. L-użu tal-enerġija mmetrat għall-finijiet tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jeħtieġ qari ta’ mill-inqas kull xahar u għandu jiddistingwi bejn il-vetturi tal-enerġija.
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-konsum tal-enerġija mmetrata bil-miter f’kundizzjonijiet operattivi tipiċi biex jivverifikaw il-korrettezza tal-użu tal-enerġija kkalkulat u jippermettu t-tqabbil bejn ir-rendiment ikkalkulat u dak reali. Il-konsum tal-enerġija mmetrata għall-finijiet ta’ verifika u tqabbil jista’ jkun ibbażat fuq qari ta’ kull xahar.
Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini għandu jkun espress b’indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja għal kull unità ta’ erja tal-art ta’ referenza kull sena, f’kWh/(m2.y) għall-fini kemm taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif ukoll tal-konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija. Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini għandha tkun trasparenti u miftuħa għall-innovazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom abbażi tal-Anness A tal-istandards Ewropej ewlenin dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, jiġifieri EN ISO 52000-1, EN ISO 52003-1, EN ISO 52010-1, EN ISO 52016-1, EN ISO 52018-1, EN ISO 52120-1, EN 16798-1 u EN 17423 jew dokumenti li joħodlu postu. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tikkostitwixxi kodifika legali ta’ dawk l-istandards.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn il-bini jiġi fornut minn sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, il-benefiċċji ta’ tali provvista jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati fil-metodoloġija tal-kalkolu b’mod partikolari s-sehem tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ fatturi tal-enerġija primarja ċċertifikati jew rikonoxxuti individwalment.
2.
Il-ħtiġijiet tal-enerġija u tal-użu tal-enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra tal-bini għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta’ intervalli ta’ kalkolu tal-ħin kull xahar, fis-siegħa jew inqas minn siegħa sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet differenti li jaffettwaw b’mod sinifikanti t-tħaddim u r-rendiment tas-sistema u l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa, u biex ikunu ottimizzati l-livelli tas-saħħa, tal-kwalità tal-arja interna, inkluż livelli ta’ kumdità, definiti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew dak reġjonali.Fejn regolamenti speċifiċi għall-prodott għal prodotti relatati mal-enerġija adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jkunu jinkludu rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni dwar il-prodott għall-fini tal-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont din id-Direttiva, il-metodi ta’ kalkolu nazzjonali ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni addizzjonali.
Il-kalkolu tal-enerġija primarja għandu jkun ibbażat fuq fatturi aġġornati regolarment u li jħarsu ’l quddiem tal-enerġija primarja, (li jiddistingwi bejn mhux rinnovabbli, rinnovabbli u totali) jew fatturi ta’ ponderazzjoni għal kull vettur tal-enerġija, li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali u jqis it-taħlita enerġetika mistennija abbażi tal-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom. Dawk il-fatturi tal-enerġija primarja jew fatturi ta’ ponderazzjoni jistgħu jkunu bbażati fuq informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-fatturi tal-enerġija primarja jew fatturi ta’ ponderazzjoni jistgħu jiġu stabbliti fuq bażi annwali, staġonali, ta’ kull xahar, ta’ kuljum jew fis-siegħa jew fuq informazzjoni aktar speċifika li titqiegħed għad-dispożizzjoni għal sistemi distrettwali individwali.
Il-fatturi tal-enerġija primarja jew il-fatturi ta’ ponderazzjoni għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri. L-għażliet magħmula u s-sorsi tad-data għandhom jiġu rrapportati skont EN 17423 jew kwalunkwe dokument ta’ li jeħodlu postu. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu fattur medju tal-enerġija primarja tal-Unjoni għall-elettriku stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2023/1791 minflok fattur tal-enerġija primarja li jirrifletti t-taħlita tal-elettriku fil-pajjiż.
3.
Bil-għan li jiġi espress r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu indikaturi numeriċi addizzjonali tal-użu ta’ enerġija primarja totali, mhux rinnovabbli u rinnovabbli, u emissjonijiet ta’ gass serra operattivi prodotti fi kgCO2eq/(m2.y).
4.
Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita filwaqt li mill-anqas jitqiesu l-aspetti li ġejjin:
(a) |
il-karatteristiċi termali attwali li ġejjin tal-bini inkluż it-taqsimiet interni tiegħu:
|
(b) |
installazzjonijiet tat-tisħin u provvista tal-ilma sħun domestiku, inkluż il-karatteristiċi ta’ insulazzjoni tagħhom; |
(c) |
il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ ħżin ta’ enerġija installati fuq il-post; |
(d) |
installazzjonijiet tal-arja kundizzjonata; |
(e) |
ventilazzjoni naturali u mekkanika li tista’ tinkludi ssikkar tal-arja, u l-irkupru tas-sħana; |
(f) |
installazzjonijiet ta’ tidwil fissi (l-aktar fis-settur mhux residenzjali); |
(g) |
id-disinn, pożizzjonament u orjentazzjoni tal-bini, inkluż il-klima ta’ barra; |
(h) |
sistemi solari passivi u protezzjoni solari; |
(i) |
kundizzjonijiet klimatiċi interni, inkluż il-klima interna ddisinjata; |
(j) |
tagħbijiet interni; |
(k) |
sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini u l-kapaċitajiet tagħhom li jimmonitorjaw, jikkontrollaw u jottimizzaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija. |
5.
Għandha titqies l-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin:
(a) |
kundizzjonijiet ta’ esponiment solari lokali, sistemi solari attivi u sistemi oħra ta’ tisħin u elettriku bbażati fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli; |
(b) |
elettriku ġġenerat mill-koġenerazzjoni; |
(c) |
sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali jew ta’ blokka; |
(d) |
tidwil naturali. |
(e) |
sistemi ta’ ħżin ta’ elettriku; |
(f) |
sistemi ta’ enerġija termali. |
6.
Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-bini għandu jiġi kklassifikat kif xieraq fil-kategoriji li ġejjin:
(a) |
djar ta’ diversi tipi għal familja waħda; |
(b) |
blokki ta’ appartamenti; |
(c) |
uffiċċji; |
(d) |
bini tal-edukazzjoni; |
(e) |
sptarijiet; |
(f) |
lukandi u ristoranti; |
(g) |
faċilitajiet sportivi; |
(h) |
bini għal servizzi bl-ingrossa u bl-imnut; |
(i) |
tipi oħra ta’ binjiet li jużaw l-enerġija. |
ANNESS II
Mudell għall-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini
(imsemmi fl-Artikolu 3)
Din id-Direttiva L-Artikolu 3 |
Indikaturi obbligatorji |
Indikaturi fakultattivi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-għadd ta’ binjiet u l-erja totali tal-art (m2):
|
L-għadd ta’ binjiet u l-erja totali tal-art (m2):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għadd ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija:
|
Għadd ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Rati ta’ rinnovazzjoni annwali: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2)
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-konsum tal-enerġija annwali primarja u finali (ktoe):
Iffrankar enerġetiku (ktoe):
Medja tal-użu tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y) għal bini residendzjali Sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW installati jew GWh iġġenerati):
|
Tnaqqis fl-kostijiet tal-enerġija (EUR) għal kull unità domestika (medja) L-użu tal-enerġija primarja ta’ bini li jikkorrispondi għall-ogħla 15 % (livell limitu ta’ kontribuzzjoni sostanzjali) u l-ogħla 30 % (ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti) tal-istokk tal-bini nazzjonali, skont ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 Sehem tas-sistema tat-tisħin fis-settur tal-bini għal kull tip ta’ bojler/sistema tat-tisħin Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW installati jew GWh iġġenerati):
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emissjonijiet annwali operattivi ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):
Tnaqqis annwali operattiv tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):
|
GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja (kgCO2eq/m2.y) f’bini ġdid:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):
Evalwazzjoni tal-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli |
Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):
Għadd ta’:
Projezzjonijiet tal-forza tax-xogħol tal-kostruzzjoni:
Ħarsa ġenerali u tbassir tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materjali tal-kostruzzjoni u l-iżviluppi tas-suq nazzjonali |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-faqar enerġetiku (definizzjoni):
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fatturi ta’ enerġija primarja:
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Definizzjoni ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija għal bini ġdid u eżistenti |
Ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali u amministrattiv |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kostottimali għal bini ġdid u eżistenti |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Miri għar-rati ta’ rinnovazzjoni annwali: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2):
Informazzjoni skont l-Artikolu 9(1):
|
Miri għas-sehem mistenni (%) ta’ bini rinnovat:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Miri għall-konsum annwali mistenni tal-enerġija primarja u finali (ktoe):
L-iffrankar enerġetiku mistenni:
Miri għaż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli f’konformità mal-Artikolu 15a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 Miri numeriċi għall-użu tal-enerġija solari fil-bini |
Sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW installati jew GWh iġġenerati) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Miri għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi mistennija (kgCO2eq/(m2.y):
Miri għat-tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi (%)
|
Maqsuma bejn l-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu III [installazzjonijiet stazzjonarji], il-Kapitolu IVa [sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali] tad-Direttiva 2003/87/KE, u stokk ieħor; Miri għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra mistennija f’bini ġdid (kgCO2eq/(m2.y) tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Benefiċċji usa’ mistennija:
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kontribut tal-Istat Membru għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 attribwibbli għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tiegħu (sehem u ċifra f’ktoe) |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kontribut tal-Istat Membru għall-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 attribwibbli għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tiegħu (sehem, MW installati jew GWh iġġenerati) |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
Għall-politiki u l-miżuri kollha:
|
Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
Għall-politiki u l-miżuri kollha:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
ANNESS III
Il-kalkolu tal-potenzjal tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(2)
Għall-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(2), il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja totali jiġi kkomunikat bħala indikatur numeriku għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja espress bħala kgCO2eq/m2. (ta’ erja utli tal-art) ikkalkulat fuq perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 sena. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli għandhom jitwettqu f’konformità ma’ EN 15978 (EN 15978:2011 Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Valutazzjoni tar-rendiment ambjentali tal-bini. Metodu tal-kalkolu) u filwaqt li jitqies kwalunkwe standard sussegwenti relatat mas-sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-metodu ta’ kalkolu għall-valutazzjoni tar-rendiment ambjentali tal-bini.). L-ambitu tal-elementi ta’ bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif iddefinit fil-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2. Fejn jeżistu għodda jew metodu nazzjonali għall-kalkolu, jew ikunu meħtieġa biex isir żvelar jew biex jinkisbu permessi tal-bini, dawk l-għodda jew metodu jistgħu jintużaw biex jipprovdu l-iżvelar meħtieġ. Jistgħu jintużaw għodod jew metodi oħra ta’ kalkolu jekk jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas komuni tal-UE tal-Livell(i). Id-data dwar prodotti speċifiċi għall-bini kkalkulata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tintuża meta tkun disponibbli.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
ANNESS IV
Qafas ġenerali komuni għall-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknologiji intellġenti
1.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-definizzjoni tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti u tistabbilixxi metodoloġija li biha għandha tiġi kkalkulata, sabiex tivvaluta l-kapaċità ta’ binja jew ta’ unità tal-bini li tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupant u l-grilja u biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħhom.L-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti għandu jkopri karatteristiċi biex jitjiebu l-iffrankar enerġetiku, it-tqabbil u l-flessibbiltà, titjib fil-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet li jirriżultaw minn apparat aktar interkonness u intelliġenti.
Il-metodoloġija għandha tqis karatteristiċi bħall-eżistenza possibbli ta’ tewmi diġitali tal-bini.
Il-metodoloġija għandha tqis karatteristiċi bħal miters intelliġenti, awtomatizzazzjoni tal-bini u sistemi ta’ kontroll, apparat awtoregolatorju għar-regolazzjoni tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa, apparati integrati tad-dar, punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, ħażna tal-enerġija u funzjonalitajiet dettaljati u l-interoperabbiltà ta’ dawk il-karatteristiċi, kif ukoll il-benefiċċji għall-kundizzjoni klimatika ta’ ġewwa, l-effiċjenza enerġetika, il-livelli ta’ rendiment u l-possibbiltà ta’ flessibbiltà.
2.
Il-metodoloġija għandha sserraħ fuq il-funzjonalitajiet prinċipali li ġejjin relatati mal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini tiegħu:
(a) |
l-abbiltà li jżomm ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-operat tal-bini permezz tal-adattament tal-konsum tal-enerġija pereżempju permezz tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli; |
(b) |
l-abbiltà li jadatta l-mod tal-operat tiegħu bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-okkupant filwaqt li tingħata attenzjoni dovuta għad-disponibbiltà tal-faċilità tal-użu mill-utent, iż-żamma ta’ kondizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin għas-saħħa u l-abbiltà ta’ rappurtar dwar l-użu tal-enerġija; |
(c) |
il-flessibbiltà tad-domanda għall-enerġija ġenerali tal-bini, inkluża l-abbiltà tiegħu li jippermetti l-parteċipazzjoni b’mod ta’ domanda-risposta attiva u passiva kif ukoll impliċita u espliċita, permezz tal-ħżin tal-enerġija u r-rilaxx mill-ġdid tal-enerġija lura fil-grilja, pereżempju permezz ta’ kapaċitajiet ta’ flessibbiltà u ta’ trasferiment tat-tagħbija; u |
(d) |
l-abbiltà li jtejjeb l-effiċjenza enerġetika tiegħu u r-rendiment ġenerali permezz tal-użu ta’ teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku. |
3.
Il-metodoloġija tista’ tqis ukoll:
(a) |
l-interoperabbiltà bejn is-sistemi (miters intelliġenti, sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini, apparati integrati tad-dar, apparat awtoregolatorju għar-regolar tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa fil-bini u sensuri tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa u ventilazzjonijiet); u |
(b) |
l-influwenza pożittiva ta’ networks eżistenti tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ infrastruttura fiżika ta’ veloċità għolja fil-bini, bħat-tikketta volontarja “broadband ready”, u l-eżistenza ta’ punt ta’ aċċess għal bini b’unitajiet ta’ bini residenzjali multipli„ f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
4.
Il-metodoloġija ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija nazzjonali eżistenti u għandha tibni fuq inizjattivi relatati fil-livell nazzjonali, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-pussess mill-okkupant, il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli għaċ-ċibersigurtà.
5.
Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi l-aktar format adattat tal-parametru indikatur tal-istat ta’ tħejjija għat-teknoloġija intelliġenti u għandha tkun sempliċi, trasparenti u li tinftiehem faċilment għall-konsumaturi, is-sidien, l-investituri, u l-parteċipanti tas-suq tar-rispons għad-domanda.
(1) Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, 23.5.2014, p. 1).
ANNESS V
Mudell għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija
(imsemmi fl-Artikolu 19)
1.
Fuq il-paġna ta’ quddiem tiegħu, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu juri mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-klassi tar-rendiment tal-enerġija; |
(b) |
l-użu annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f’kWh/(m2y); |
(c) |
l-użu annwali tal-enerġija finali kkalkulat f’kWh/(m2y); |
(d) |
l-enerġija rinnovabbli prodotta fil-post f’% tal-użu tal-enerġija; |
(e) |
emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi (kg CO2/(m2y)), u l-valur tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja, jekk disponibbli. |
Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu juri wkoll l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-konsum annwali tal-enerġija primarja u finali kkalkulat f’kWh jew MWh; |
(b) |
il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’kWh jew MWh; il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli; |
(c) |
il-ħtiġijiet tal-enerġija kkalkulati f’kWh/(m2.y); |
(d) |
indikazzjoni ta’ iva/le dwar jekk il-bini għandux il-kapaċità li jirreaġixxi għal sinjali esterni u jaġġusta l-konsum tal-enerġija; |
(e) |
indikazzjoni ta’ iva/le dwar jekk is-sistema ta’ distribuzzjoni tas-sħana ġol-bini għandhiex il-kapaċità li taħdem f’livelli ta’ temperatura baxxa jew aktar effiċjenti, fejn applikabbli; |
(f) |
id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt uniku rilevanti ta’ servizz għall-parir dwar ir-rinnovazzjoni. |
2.
Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jista’ jinkludi l-indikaturi li ġejjin:
(a) |
l-użu tal-enerġija, it-tagħbija massima, id-daqs tal-ġeneratur jew tas-sistema, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ewlieni ta’ element għal kull wieħed mill-użi: tisħin, tkessiħ, misħun domestiku, ventilazzjoni u tidwil intrinsiku; |
(b) |
il-klassi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (jekk applikabbli); |
(c) |
informazzjoni dwar l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin temporanju tal-karbonju fil-bini jew fuqu; |
(d) |
indikazzjoni ta’ iva/le jekk huwiex disponibbli passaport ta’ rinnovazzjoni għall-bini; |
(e) |
il-valur U medju għall-elementi opaki tal-involukru tal-bini; |
(f) |
il-valur U medju għall-elementi trasparenti tal-involukru tal-bini; |
(g) |
it-tip tal-aktar element trasparenti komuni (eż. tieqa bi ħġieġ doppju); |
(h) |
ir-riżultati tal-analiżi dwar ir-riskju ta’ tisħin żejjed (jekk disponibbli); |
(i) |
il-preżenza ta’ sensuri fissi li jimmonitorjaw il-kwalità ambjentali interna; |
(j) |
il-preżenza ta’ kontrolli fissi li jirrispondu għal-livelli tal-kwalità ambjentali interna; |
(k) |
l-għadd u t-tip ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi; |
(l) |
il-preżenza, it-tip u d-daqs tas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija; |
(m) |
it-tul tal-ħajja mistenni li jifdal tas-sistemi tal-apparati tat-tisħin u/jew tal-arja kundizzjonata, fejn applikabbli; |
(n) |
il-fattibbiltà li s-sistema tat-tisħin tiġi adattata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti; |
(o) |
il-fattibbiltà li s-sistema għall-misħun domestiku tiġi adattata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti; |
(p) |
il-fattibbiltà tal-adattament tas-sistema tal-arja kundizzjonata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti; |
(q) |
il-konsum tal-enerġija mmetrata; |
(r) |
jekk hemmx konnessjoni ma’ network tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, u, jekk disponibbli, informazzjoni dwar konnessjoni potenzjali ma’ sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali; |
(s) |
il-fatturi tal-enerġija primarja lokali u l-fatturi tal-emissjonijiet tal-karbonju relatati tan-network ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali lokali konness; |
(t) |
emissjonijiet operattivi ta’ materja partikolata fina (PM 2,5 ). |
Iċ-ċertifikat tar-rendiment tal-enerġija jista’ jinkludi r-rabtiet li ġejjin ma’ inizjattivi oħra jekk dawn japplikaw fl-Istat Membru rilevanti:
(a) |
indikazzjoni ta’ iva/le jekk saritx valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-bini; |
(b) |
fejn disponibbli, il-valur tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza; |
(c) |
indikazzjoni ta’ iva/le jekk ir-Reġistru Diġitali dwar il-Bini huwiex disponibbli għall-bini. |
Il-persuni b’diżabilità għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
ANNESS VI
Sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1.
Definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġijaL-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara ta’ x’jitqies li huwa ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Id-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment tal-enerġija għandha tiżgura:
(a) |
verifika tal-validità tad-data mogħtija (inkluż verifiki fuq il-post) dwar il-bini, użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat; |
(b) |
il-validità tal-kalkoli; |
(c) |
devjazzjoni massima għar-rendiment tal-enerġija ta’ bini, preferibbilment espressa mill-indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja (kWh/(m2 sena)); |
(d) |
numru minimu ta’ elementi li jvarjaw mill-valuri prestabbiliti jew standard. |
L-Istati Membri jistgħu jinkludu elementi addizzjonali fid-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħal devjazzjoni massima għal valuri speċifiċi ta’ data tal-input.
2.
Il-kwalità tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġijaL-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara tal-għanijiet tal-kwalità u l-livell ta’ fiduċja statistika li l-qafas taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jentħtieġ li jilħaq. Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tiżgura mill-inqas 90 % taċ-ċertifikati validi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa b’fiduċja statistika ta’ 95 % għall-perjodu evalwat, li ma għandux jaqbeż sena.
Il-livell ta’ kwalità u l-livell ta’ fiduċja tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jitkejlu bl-użu ta’ kampjunar aleatorju u għandhom iqisu l-elementi kollha pprovduti fid-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu verifika minn parti terza għall-evalwazzjoni ta’ mill-inqas 25 % tal-kampjun aleatorju meta s-sistemi ta’ kontroll indipendenti jkunu ġew iddelegati lil korpi mhux governattivi.
Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata b’informazzjoni pprovduta mill-espert indipendenti. Tali informazzjoni tista’ tinkludi ċertifikati tal-prodott, speċifikazzjonijiet jew pjanijiet tal-bini li jinkludu dettalji dwar ir-rendiment tal-elementi differenti inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata permezz ta’ żjarat fuq il-post, li jistgħu jiwettqu b’mezzi virtwali, fejn adatt, f’mill-inqas 10 % taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li huma parti mill-kampjunar aleatorju użat biex tiġi vvalutata l-kwalità ġenerali tal-iskema.
Minbarra l-kampjunar aleatorju minimu biex jiġi ddeterminat il-livell ġenerali tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jużaw strateġiji differenti biex jidentifikaw u jimmiraw b’mod speċifiku l-kwalità fqira fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-għan li jtejbu l-kwalità ġenerali tal-iskema. Tali analiżi mmirata ma tistax tintuża bħala l-bażi biex titkejjel il-kwalità ġenerali tal-iskema.
L-Istati Membri għandhom jużaw miżuri preventivi u reattivi biex jiżguraw il-kwalità tal-qafas ġenerali taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu taħriġ addizzjonali għal esperti indipendenti, kampjunar immirat, obbligu li jerġgħu jiġu ppreżentati ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, multi proporzjonali u projbizzjonijiet temporanji jew permanenti għall-esperti.
Fejn l-informazzjoni tiżdied f’bażi tad-data, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà jidentifikaw l-oriġinatur ta’ din iż-żieda, għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika.
3.
Id-disponibbiltà ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġijaIs-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tivverifika d-disponibbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal xerrejja u inkwilini prospettivi sabiex jiġi żgurat li jkun possibbli li jitqies ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-deċiżjoni tagħhom li jixtru jew jikru.
Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tivverifika l-viżibbiltà tal-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi fil-midja tar-reklamar.
4.
Trattament ta’ tipoloġiji tal-biniIs-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tqis tipoloġiji differenti ta’ bini, b’mod partikolari għal dawk it-tipoloġiji tal-bini li huma l-aktar prevalenti fis-suq tal-proprjetà immobbli, bħal residenzi uniċi, uffiċċji jew bejgħ bl-imnut.
5.
Divulgazzjoni pubblikaL-Istati Membri għandhom jippubblikaw regolarment, fil-bażi tad-data nazzjonali dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar is-sistema tal-kwalità:
(a) |
id-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; |
(b) |
l-għanijiet tal-kwalità għall-iskema taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; |
(c) |
ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità, inkluż l-għadd ta’ ċertifikati evalwati u d-daqs relattiv għall-għadd totali ta’ ċertifikati maħruġa fil-perjodu partikolari (għal kull tipoloġija); |
(d) |
miżuri ta’ kontinġenza biex tittejjeb il-kwalità ġenerali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. |
ANNESS VII
Qafas ta’ metodoloġija komparattiva biex jiġu identifikati l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u l-elementi tal-bini
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini u l-elementi u tal-emissjonijiet tal-bini u l-aspetti ekonomiċi tal-miżuri relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija u tal-emissjonijiet, u jgħaqqduhom bil-ħsieb li jidentifikaw il-livell kostottimali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tan-newtralità klimatika għall-2030, kif ukoll stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sa mhux aktar tard mill-2050.
Mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandhom jinhemżu linji gwida li jiddeskrivu fil-qosor kif jiġi applikat dak il-qafas fil-kalkolu tal-livelli ta’ rendiment kostottimali.
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti li jitqiesu l-mudelli tal-użu, il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ barra u t-tibdil futur tagħhom skont l-aħjar projezzjonijiet klimatiċi disponibbli, inkluż mewġiet ta’ sħana jew ta’ kesħa, il-kostijiet tal-investiment, il-kategorija tal-bini, il-kostijiet għall-manutenzjoni u l-funzjonament (inkluż il-kostijiet u l-iffrankar enerġetiċi), id-dħul mill-enerġija prodotta, fejn applikabbli, l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija, il-kostijiet tal-ġestjoni tal-iskart, fejn applikabbli, u żviluppi teknoloġiċi. Dan għandu jkun ibbażat fuq standards Ewropej rilevanti relatati ma’ din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi:
— |
linji gwida mehmuża mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva; dawk il-linji gwida se jservu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-passi elenkati hawn taħt; |
— |
informazzjoni dwar l-iżviluppi fit-tul stmati fil-prezzijiet tal-enerġija. |
Għall-applikazzjoni tal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġenerali, espressi permezz ta’ parametri, fil-livell tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar il-livelli ta’ kostottimalità tagħhom, fejn rilevanti.
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jeħtieġ li l-Istati Membri:
— |
jiddefinixxu bini ta’ referenza li huma kkaratterizzati minn u rappreżentattivi għall-funzjonalità u l-post ġeografiku tagħhom, inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi interni u esterni. Il-bini ta’ referenza għandu jkopri bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti; |
— |
jiddefinixxu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jridu jiġu vvalutati għall-bini ta’ referenza. Dawk jistgħu jkunu miżuri għal bini individwali fl-intier tagħhom, għall-elementi individwali tal-bini jew għal kombinazzjoni ta’ elementi tal-bini; |
— |
jivvalutaw il-ħtieġa finali u primarja tal-enerġija u l-emissjonijiet li jirriżultaw tal-bini ta’ referenza bil-miżuri definiti tal-effiċjenza enerġetika applikati; |
— |
jikkalkolaw il-kostijiet (jiġifieri l-valuri net attwali) tal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika (kif imsemmi fit-tieni inċiż) matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika applikati għall-bini ta’ referenza (kif imsemmi fl-ewwel inċiż) bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-qafas metodoloġiku komparattiv. |
Permezz tal-kalkolu tal-kostijiet tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika, tiġi kkalkolata l-kosteffettività ta’ livelli differenti ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija mill-Istati Membri. Dak ser jippermetti d-determinazzjoni tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
ANNESS VIII
Rekwiżiti għall-passaporti ta’ rinnovazzjoni equirements for renovation passports
1.
Il-passaport ta’ rinnovazzjoni għandu jinkludi:
(a) |
informazzjoni dwar ir-rendiment attwali tal-bini fl-użu tal-enerġija; |
(b) |
rappreżentazzjoni grafika jew rappreżentazzjonijiet grafiċi tal-pjan direzzjonali u l-passi tiegħu għal rinnovazzjoni profonda fi stadji; |
(c) |
informazzjoni dwar ir-rekwiżiti nazzjonali rilevanti bħar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-regoli fl-Istat Membru dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili użati fil-bini għat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż id-dati tal-applikazzjoni; |
(d) |
spjegazzjoni konċiża dwar is-sekwenzjar ottimali tal-passi; |
(e) |
informazzjoni dwar kull pass, inkluż:
|
(f) |
informazzjoni dwar konnessjoni potenzjali ma’ sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali; |
(g) |
l-istima tas-sehem tal-ġenerazzjoni individwali jew kollettiva u l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli li jinkiseb wara r-rinnovazzjoni; |
(h) |
informazzjoni ġenerali dwar l-għażliet disponibbli għat-titjib taċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom, kif ukoll benefiċċji usa’ relatati mas-saħħa u l-kumdità, il-kwalità ambjentali interna u l-kapaċità ta’ adattament imtejba tal-bini għat-tibdil fil-klima; |
(i) |
informazzjoni dwar il-finanzjament disponibbli u links għall-paġni web rilevanti li jindikaw is-sorsi ta’ tali finanzjament; |
(j) |
informazzjoni dwar pariri tekniċi u servizzi ta’ konsulenza, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt u links għall-paġni web tal-punti uniċi ta’ servizz. |
2.
Il-passaport ta’ rinnovazzjoni jista’ jinkludi:
(a) |
skeda ta’ żmien indikattiva tal-passi; |
(b) |
għal kull pass:
|
(c) |
moduli indipendenti dwar:
|
(d) |
informazzjoni dwar l-aċċess għal verżjoni diġitali tal-passaport ta’ rinnovazzjoni; |
(e) |
kwalunkwe rinnovazzjoni maġġuri li ssir lill-bini jew lill-unità ta’ bini, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), u kwalunkwe modifika jew sostituzzjoni ta’ element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u li għandu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), fejn tali informazzjoni ssir disponibbli lill-espert li jwettaq il-passaport ta’ rinnovazzjoni; |
(f) |
informazzjoni relatata mas-sikurezza siżmika, fejn tali informazzjoni rilevanti għall-bini tkun disponibbli għall-espert; |
(g) |
fuq talba tas-sid attwali tal-bini u abbażi ta’ informazzjoni li jagħmel disponibbli, dokument memuż li jkun fih informazzjoni addizzjonali, bħall-adattabbiltà tal-ispazji għall-ħtiġijiet li qed jevolvu u kwalunkwe rinnovazzjoni ppjanata. |
3.
Rigward l-istatus tal-bini qabel il-passi tar-rinnovazzjoni, il-passaport tar-rinnovazzjoni għandu jqis, sa fejn ikun possibbli, l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
4.
Kull metrika użata għall-istima tal-impatt tal-passi għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kundizzjonijiet standard.
ANNESS IX
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 36)
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Artikolu 1 biss |
Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Artikolu 53 biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 36)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
||
2010/31/UE |
fid-9 ta’ Lulju 2012. |
sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11, 12, 13, 17, 18, 20 u 27, id-9 ta’ Jannar 2013; sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4 sa 8, 14, 15 u 16, id-9 ta’ Jannar 2013 fir-rigward ta’ bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi u d-9 ta’ Lulju 2013 fir-rigward ta’ bini ieħor |
||
|
L-10 ta’ Marzu 2020 |
|
ANNESS X
Tabella ta’ korrelazzjoni
Id-Direttiva 2010/31/UE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, punt (1) |
Artikolu 2, punt (1) |
— |
Artikolu 2, punt (2) |
Artikolu 2, punt (2) |
Artikolu 2, punt (3) |
— |
Artikolu 2, punti (5) u (6) |
Artikolu 2, punti (3), (3a), (4) u (5) |
Artikolu 2, punti (7) sa (10) |
— |
Artikolu 2, punti (12), (13) u (14) |
Artikolu 2, punti (6), (7), (8) u (9) |
Artikolu 2, punti (15) sa (18) |
— |
Artikolu 2, punti (19) sa (22) |
Artikolu 2, punt (10) |
Artikolu 2, punt (23) |
— |
Artikolu 2, punti (24) sa (29) |
Artikolu 2, punti (11), (12), (13) u (14) |
Artikolu 2, punti (30) sa (33) |
— |
Artikolu 2, punti (34), (37) sa (40) u (42) |
Artikolu 2, punt (15) |
Artikolu 2, punt (42) |
Artikolu 2, punti (15), (15a), (15b), (15c), (16) u (17) |
Artikolu 2, punti (43), (44), (47) sa (50) |
Artikolu 2, punt (18) |
— |
Artikolu 2, punt (19) |
Artikolu 2, punt (51) |
— |
Artikolu 2, punti (52) sa (64) |
Artikolu 2, punt (20) |
— |
Artikolu 2a |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikoli 6 u 9 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 8(1) u (9) |
Artikolu 13 |
Artikolu 8(2) sa (8) |
Artikolu 14 |
Artikolu 8(10) u (11) |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
Artikolu 10 |
Artikolu 17 |
Artikolu 11 |
Artikolu 19 |
Artikolu 12 |
Artikolu 20 |
Artikolu 13 |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 22 |
Artikoli 14 u 15 |
Artikolu 23 |
Artikolu 16 |
Artikolu 24 |
Artikolu 17 |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26 |
Artikolu 18 |
Artikolu 27 |
Artikolu 19 |
Artikolu 28 |
Artikolu 19a |
— |
Artikolu 20 |
Artikolu 29 |
Artikolu 21 |
Artikolu 30 |
Artikolu 22 |
Artikolu 31 |
Artikolu 23 |
Artikolu 32 |
Artikolu 26 |
Artikolu 33 |
Artikolu 27 |
Artikolu 34 |
Artikolu 28 |
Artikolu 35 |
Artikolu 29 |
Artikolu 36 |
Artikolu 30 |
Artikolu 37 |
Artikolu 31 |
Artikolu 38 |
Anness I |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |
Anness IA |
Anness IV |
— |
Anness V |
Anness II |
Anness VI |
Anness III |
Anness VII |
Anness IV |
Anness IX |
Anness V |
Anness X |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)