Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D3231

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/3231 tas-17 ta’ Diċembru 2024 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

ST/15940/2024/INIT

ĠU L, 2024/3231, 27.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3231/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3231/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3231

27.12.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2024/3231

tas-17 ta’ Diċembru 2024

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Meta att għandu jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Dak il-perċentwal jiġi kkalkolat skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1) (ir-“Regoli ta’ Proċedura”).

(3)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati fl-Anness III tiegħu, f’konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2025.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwal indikattiv tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%)

Ġermanja

83 399 432

18,49

Franza

68 401 997

15,17

Italja

59 685 948

13,23

Spanja

48 630 010

10,78

Polonja

37 565 715

8,33

Rumanija

19 064 409

4,23

Netherlands

18 089 177

4,01

Belġju

11 832 049

2,62

Ċekja

10 916 836

2,42

Portugall

10 639 726

2,36

Żvezja

10 573 000

2,34

Greċja

10 401 302

2,31

Ungerija

9 584 627

2,13

Awstrija

9 132 500

2,02

Bulgarija

6 445 481

1,43

Danimarka

5 954 471

1,32

Finlandja

5 619 851

1,25

Slovakkja

5 455 252

1,21

Irlanda

5 351 681

1,19

Kroazja

3 861 967

0,86

Litwanja

2 885 891

0,64

Slovenja

2 123 949

0,47

Latvja

1 871 882

0,42

Estonja

1 374 687

0,30

Ċipru

933 505

0,21

Lussemburgu

670 093

0,15

Malta

563 443

0,12 ”

UE 27

451 028 881

 

Livell limitu (65 %)

293 168 773

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/937/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3231/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top