This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D3016
Council Decision (EU) 2024/3016 of 18 March 2024 on the conclusion, on behalf of the European Union, of the Interim Agreement on Trade between the European Union and the Republic of Chile
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 tat-18 ta’ Marzu 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 tat-18 ta’ Marzu 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
ST/11667/2023/INIT
ĠU L, 2024/3016, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3016/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3016/oj
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3016 |
20.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3016
tat-18 ta’ Marzu 2024
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2761 (2), il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2023, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim f’data aktar tard. Skont dik id-Deċiżjoni, d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli li jinsabu fil-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, mehmuża mal-Ftehim, ġiet approvata f’isem l-Unjoni. |
|
(2) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tapprova f’isem l-Unjoni ċerti modifiki għall-Ftehim li għandhom jiġu adottati permezz ta’ proċedura simplifikata skont l-Artikoli 21.20 u 33.11(6) tal-Ftehim, u minn korp stabbilit mill-Ftehim skont l-Artikolu 25.34 u s-subparagrafu (a) (x) tal-Artikolu 33.1(6) tiegħu. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 33.14 tiegħu, il-Ftehim ma jagħtix drittijiet jew ma jimponix obbligi fuq persuni fl-Unjoni minbarra d-drittijiet u l-obbligi maħluqa mill-Partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (3) huwa b’dan approvati f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-Artikolu 21.20 tal-Ftehim, kwalunkwe modifika jew ir-rettifika tal-Annessi 21-A u 21-B tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Politika Kummerċjali.
Artikolu 3
Għall-finijiet tal-Artikolu 25.34 u s-subparagrafu (a) (x) tal-Artikolu 33.1(6) tal-Ftehim, kwalunkwe emenda tal-Anness 25-C tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Politika Kummerċjali.
Artikolu 4
Għall-finijiet tal-Artikolu 33.11(6) tal-Ftehim, dawn li ġejjin għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Politika Kummerċjali:
|
(a) |
kwalunkwe emenda tal-appendiċijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbid fl-Anness V tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (4), iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2002 (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), kif inkorporat fil-Ftehim; |
|
(b) |
kwalunkwe emenda tal-appendiċijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fix-Xorb Spirituż u x-Xorb Aromatizzat fl-Anness VI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif inkorporati fil-Ftehim,. |
Artikolu 5
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 33.9(1) tal-Ftehim, biex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim. (5)
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Approvazzjoni tad-29 ta’ Frar 2024 (għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali)..
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2761 tal-4 ta’ Diċembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (ĠU L, 2023/2761, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2761/oj).
(3) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/2953, 20.12.2024, http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/2953/oj).
(4) ĠU L 352, 30.12.2002. p. 3.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3016/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)