Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 32024D2849
Commission Implementing Decision (EU) 2024/2849 of 11 November 2024 on the clearance of the accounts of the paying agencies of the United Kingdom for the financial year 2023 concerning debts arising from expenditure financed by the European Agricultural Guarantee Fund (EAGF) under the 2014-2020 programming period and the 2007-2013 programming period (notified under document C(2024) 7758)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2849 tal-11 ta’ Novembru 2024 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit għas-sena finanzjarja 2023 rigward id-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (notifikata bid-dokument C(2024) 7758)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2849 tal-11 ta’ Novembru 2024 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit għas-sena finanzjarja 2023 rigward id-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (notifikata bid-dokument C(2024) 7758)
C/2024/7758
ĠU L, 2024/2849, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2849/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
En vigueur
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2849 |
12.11.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2849
tal-11 ta’ Novembru 2024
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit għas-sena finanzjarja 2023 rigward id-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013
(notifikata bid-dokument C(2024) 7758)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 104 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 138 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”),
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw fir-rigward tad-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għas-sena finanzjarja 2023. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (3), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikoli 5, 6 u 7, l-Artikoli 21 sa 25, l-Artikoli 27, 28 u 29, l-Artikolu 30(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 30(2), (3) u (4), l-Artikoli 31 sa 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (4) jibqgħu japplikaw fir-rigward tad-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-FAEG taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għas-sena finanzjarja 2023. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128, l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jibqgħu japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 32, il-punti (f) u (g), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 għas-sena finanzjarja 2023. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mir-Renju Unit li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 138(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-dritt tal-Unjoni applikabbli, jibqa’ japplika għar-Renju Unit sal-għeluq tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni impenjat fihom taħt il-perjodu tal-programmazzjoni 2014-2020 jew il-perjodi tal-programmazzjoni preċedenti. F’konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit għandu l-obbligu li jkompli jiżgura l-funzjonament tas-sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll neċessarji, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament, għar-rikonoxximent, ir-reġistrazzjoni u l-irkupru tad-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-FAEG taħt il-perjodi ta’ programmazzjoni 2014-2020 u 2007-2013. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Waqt l-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2023 f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li jitqiesu r-rikonoxximent, ir-reġistrazzjoni u l-irkupru tad-djun mir-Renju Unit bejn is-16 ta’ Ottubru 2022 u l-15 ta’ Ottubru 2023, li r-Renju Unit irrapporta f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128. Din hi l-aħħar sena li r-Renju Unit iddikjara d-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-FAEG. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit, inkluż li d-djun pendenti kollha li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-FAEG ġew dikjarati b’mod korrett fil-kontijiet. Il-Kummissjoni kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lir-Renju Unit, flimkien mal-emendi li tipproponi. |
|
(8) |
Għall-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency”, permezz tal-kontijiet annwali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit irid iħallas 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq fil-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirrikjedi li flimkien mal-kontijiet annwali li jrid iressaq lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ir-Renju Unit irid jehmeż tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu mir-Renju Unit skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tar-Renju Unit li jirrapporta l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li r-Renju Unit irid juża biex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura iżjed minn 4 jew 8 snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li r-Renju Unit ikun mela. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, ir-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx ikunu se jiġġarrbu, b’kollox ikunu aktar mill-ammont li jrid jiġi rkuprat, jew jekk l-irkupru jkun impossibbli minħabba l-insolvenza, reġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq fil-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jenħtieġ li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li r-Renju Unit iddeċieda li ma jitlobx l-irkupru għalihom u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu jridu jiġu inklużi fil-kontijiet annwali, skont l-Artikolu 29, il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. Għalhekk, jenħtieġ li tali ammonti ma jitħallsux mir-Renju Unit iżda minflok jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. |
|
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jista’ jkun li tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency” huma b’dan approvati fir-rigward tad-djun li jirriżultaw min-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għas-sena finanzjarja 2023.
L-ammonti rekuperabbli mir-Renju Unit jew imħallsa lilu skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/908/oj).
ANNESS
Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti
Sena finanzjarja 2023 — FAEG
Ammont li jrid jiġi rkuprat mir-Renju Unit jew imħallas lilu
|
|
2023 - Nefqa / Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma |
Total ta’ a + b |
Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha |
Ammont li jrid jiġi debitat f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 |
Total inklużi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet |
Pagamenti lir-Renju Unit għas-sena finanzjarja |
Ammont li jrid jiġi rkuprat mir-Renju Unit (-) jew imħallas lilu (+) (1) |
|
|
|
approvati |
diżassoċjati |
||||||
|
|
= nefqa / dħul assenjat iddikjarati fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tan-nefqa / tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet fix-xahar |
||||||
|
|
|
|
|
|||||
|
|
a |
b |
c=a+b |
d |
e |
f=c+d+e |
g |
h=f-g |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GBP |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
–13 906,77 |
–13 906,77 |
0,00 |
–13 906,77 |
|
EUR |
–1 485 750,64 |
0,00 |
–1 485 750,64 |
0,00 |
0,00 |
–1 485 750,64 |
0,00 |
–1 485 750,64 |
|
|
|
|
|
Total (=h) |
||
|
|
Nefqa (2) |
Dħul assenjat (2) |
Artikolu 54(2) (=e) |
|||
|
|
08 02 06 01 |
6200 |
6200 |
|||
|
|
k |
l |
m |
n = k+l+m |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
GBP |
0,00 |
0,00 |
–13 906,77 |
–13 906,77 |
||
|
EUR |
0,00 |
–1 485 750,64 |
0,00 |
–1 485 750,64 |
||
|
||||||
(1) Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mir-Renju Unit jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies hu t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet fix-xahar għan-nefqa diżassoċjata (kol.b). Rata tal-kambju applikabbli: l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127.
(2) BL 08 02 06 01 għandha tinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f’BL 62 00 u dawk pożittivi favur ir-Renju Unit li issa għandhom jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 08 02 06 01 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2849/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)