This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2641
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2024/2641 of 1 October 2024 on the appointment of the EU Force Commander for the European Union military operation in the Mediterranean (EUNAVFOR MED IRINI) and repealing Decision (CFSP) 2024/1014 (EUNAVFOR MED IRINI/5/2024)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2641 tal-1 ta’ Ottubru 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1014 (EUNAVFOR MED IRINI/5/2024)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2641 tal-1 ta’ Ottubru 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1014 (EUNAVFOR MED IRINI/5/2024)
ST/13576/2024/INIT
ĠU L, 2024/2641, 4.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2641/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/04/2025; Imħassar b' 32025D0626
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2641 |
4.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/2641
tal-1 ta’ Ottubru 2024
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1014 (EUNAVFOR MED IRINI/5/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Marzu 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1014 (2), li taħtar il-Viċi Ammirall Armando Paolo SIMI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI mill-5 ta’ April 2024. |
|
(4) |
Fis-6 ta’ Settembru 2024, l-awtoritajiet militari Griegi pproponew il-ħatra tal-Komodor Prokopios CHARITOS biex jieħu post il-Viċi Ammirall Armando Paolo SIMI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI mill-4 ta’ Ottubru 2024. Fl-10 ta’ Settembru 2024, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE appoġġa dik il-ħatra proposta. |
|
(5) |
Fit-13 ta’ Settembru 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni magħmula mill-awtoritajiet militari Griegi u qabel li l-Komodor Prokopios CHARITOS jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI mill-4 ta’ Ottubru 2024. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Prokopios CHARITOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1014 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Komodor Prokopios CHARITOS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-4 ta’ Ottubru 2024.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1014 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Ottubru 2024.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1014 tas-26 ta’ Marzu 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2078 (EUNAVFORMED IRINI/1/2024) (ĠU L, 2024/1014, 3.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1014/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2641/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)