This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2638
Commission Implementing Decision (EU) 2024/2638 of 9 October 2024 on the harmonised standards drafted in support of Regulation (EU) 2016/2281 laying down ecodesign requirements for air heating products, cooling products, high temperature process chillers and fan coil units
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2638 tad-9 ta’ Ottubru 2024 dwar l-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/2281 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2638 tad-9 ta’ Ottubru 2024 dwar l-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/2281 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi
C/2024/6885
ĠU L, 2024/2638, 11.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2638/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2638 |
11.10.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2638
tad-9 ta’ Ottubru 2024
dwar l-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/2281 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-fannijiet konvetturi li jikkonformaw mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura implimentattiva applikabbli li dawn l-istandards jirrigwardaw. Dawn l-istandards huma msemmija fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE u stabbiliti fl-Anness VII tad-Direttiva, u koperti mill-istandards armonizzati jew partijiet minnhom. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019) 1725 finali (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex jabbozza standards armonizzati b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 (4). |
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019) 1725 final, is-CEN ippubblika standards adattati (5), b’mod partikolari l-istandard EN 1397:2021 dwar il-fannijiet konvetturi. |
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandard EN 1397:2021 li ġie abbozzat mis-CEN jikkonformax mat-talba M/560 tal-11.3.2019. |
(5) |
L-istandard jissodisfa r-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/2281. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandard armonizzat għall-fannijiet konvetturi abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/2281, elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/125/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 1725 final tal-11.3.2019 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi b’appoġġ għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi (ĠU L346, 20.12.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2281/oj).
(5) Għall-fannijiet konvetturi, il-Kummissjoni talbet lis-CEN biex jadatta l-istandards EN 1397:2015, EN 13053 u EN 16583:2015 jew kwalunkwe standard rilevanti ieħor. L-adozzjoni ta’ standard li jinkludi l-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi, fil-modalità termostat mitfi, u fil-modalità standby, flimkien mal-proċeduri tat-test għall-istabbiliment tal-prestazzjoni, hija kruċjali biex jiġu żgurati l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali.
ANNESS
Nru |
Referenza tal-istandard |
1. |
EN 1397:2021 Skambjaturi tas-sħana — Fannijiet konvetturi għal kmamar idroniċi — Proċeduri tal-ittestjar biex tiġi stabbilita l-prestazzjoni |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2638/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)