Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D2599

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2599 tal-4 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 fir-rigward tal-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali kontra l-waqgħat, għall-apparati respiratorji protettivi għall-iffiltrar li joperaw bl-elettriku, għax-xedd is-saqajn, għall-elmi iżolanti elettrikament u għall-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għal użu okkupazzjonali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2024/6833

ĠU L, 2024/2599, 8.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2599/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/06/2026; Impliċitament imħassar minn 32026D1279

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2599/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2599

8.10.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2599

tal-4 ta’ Ottubru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 fir-rigward tal-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali kontra l-waqgħat, għall-apparati respiratorji protettivi għall-iffiltrar li joperaw bl-elettriku, għax-xedd is-saqajn, għall-elmi iżolanti elettrikament u għall-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għal użu okkupazzjonali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir ta’ protezzjoni personali li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardization) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec, European Committee for Electrotechnical Standardization) biex jirrevedu u jlestu l-ħidma fuq l-istandards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 ħalli jiżguraw li dawn ikomplu jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2024)2750 (4) sabiex jiġi adattat l-ambitu tat-talba billi jiżdiedu u jitneħħew ċerti standards biex jitqies l-aktar progress tekniku u xjentifiku riċenti, kif ukoll l-aktar żviluppi riċenti tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni fil-livell internazzjonali u Ewropew, u biex tiġi estiża l-iskadenza tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni fir-rigward ta’ ċerti standards u abbozzi ta’ standards, peress li x-xogħol fuq xi wħud minnhom ma setax jitlesta sal-iskadenzi stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924.

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-Cenelec irreveda l-istandard armonizzat EN 50365:2002, li r-referenza tiegħu ma kinitx ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 50365:2023 dwar elmi elettrikament iżolanti għall-użu fuq installazzjonijiet b’vultaġġ baxx u medju.

(5)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 (5): EN 360:2002 dwar tagħmir li jista’ jinġibed ’il ġewwa biex inaqqas il-veloċità ta’ waqgħa mill-għoli, EN 564:2014 dwar ħabel aċċessorju għal tagħmir għat-tixbit tal-muntanji, EN 12841:2006 dwar apparat ta’ aġġustament tal-ħbula, EN 12941:1998 kif emendat b’EN 12941:1998/A1:2003 u b’EN 12941:1998/A2:2008 dwar ir-rekwiżiti, l-ittestjar u l-immarkar ta’ apparati għall-iffiltrar li joperaw bl-elettriku u jinkoporaw elmu jew barnuż, EN 12942:1998 kif emendat b’EN 12942:1998/A1:2002 u b’EN 12942:1998/A2:2008 dwar ir-rekwiżiti, l-ittestjar u l-immarkar ta’ apparati respiratorji protettivi li jiffiltraw megħjunin bl-elettriku li jinkorporaw maskri tal-wiċċ sħaħ, nofs maskri jew maskri li jkopru kwart mill-wiċċ, EN 14058:2017 dwar ilbies għall-protezzjoni kontra ambjenti kesħin, EN ISO 20345:2022 dwar xedd is-saqajn sikur, EN ISO 20346:2014 dwar xedd is-saqajn protettiv u EN ISO 20347:2012 dwar xedd is-saqajn okkupazzjonali.

(6)

B’riżultat ta’ dan, is-CEN adotta l-istandards li ġejjin: EN 360:2023, EN 564:2023, EN 12841:2024, EN 12941:2023, EN 12942:2023, EN 14058:2017+A1:2023, l-emenda EN ISO 20345:2022/A1:2024, EN ISO 20346:2022 kif emendat b’EN ISO 20346:2022/A1:2024, u EN ISO 20347:2022 kif emendat b’EN ISO 20347:2022/A1:2024.

(7)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards u l-emendi tagħhom jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924.

(8)

L-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425: EN 360:2023, EN 564:2023, EN 12841:2024, EN 12941:2023, EN 12942:2023, EN 14058:2017+A1:2023, l-emenda EN ISO 20345:2022/A1:2024, EN ISO 20346:2022 kif emendat b’EN ISO 20346:2022/A1:2024, EN ISO 20347:2022 kif emendat b’EN ISO 20347:2022/A1:2024 u EN 50365:2023. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati u l-emendi tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2016/425. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards u tal-emendi tagħhom jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(10)

Jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 360:2002, EN 564:2014, EN 12841:2006, EN 12941:1998 kif emendat b’EN 12941:1998/A1:2003 u b’EN 12941:1998/A2:2008, EN 12942:1998 kif emendat b’EN 12942:1998/A1:2002 u b’EN 12942:1998/A2:2008, EN 14058:2017, EN ISO 20345:2022, EN ISO 20346:2014 u EN ISO 20347:2012 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawk l-istandards ġew riveduti. Għalhekk, jixraq li dawn ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941.

(11)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards riveduti, jeħtieġ jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 360:2002, EN 564:2014, EN 12841:2006, EN 12941:1998 kif emendat b’EN 12941:1998/A1:2003 u b’EN 12941:1998/A2:2008, EN 12942:1998, EN 14058:2017, EN ISO 20345:2022, EN ISO 20346:2014 u EN ISO 20347:2012.

(12)

L-istandards armonizzati EN 166:2001, EN 169:2002, EN 170:2002, EN 172:1994 kif emendat b’EN 172:1994/A1:2000 u b’EN 172:1994/A2:2001, u EN 379:2003+A1:2009 dwar il-protezzjoni personali tal-għajnejn ġew riveduti mis-CEN u r-referenzi tagħhom ġew inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941, u l-11 ta’ Novembru 2024 ġie indikat bħala d-data tal-irtirar. L-istandards il-ġodda, li jkopru firxa wiesgħa ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għal użu okkupazzjonali, aġġornaw il-metodu tal-ittestjar tal-istandards preċedenti, żiedu l-għadd ta’ konfigurazzjonijiet tal-ittestjar għal prodott uniku billi introduċew forom ġodda tal-irjus, rekwiżiti ġodda għall-immarkar tal-prodotti, u rekwiżiti tekniċi ġodda, bħar-reżistenza għas-sħana radjanti, għall-impatt ta’ massa għolja, għall-kimiċi, għall-proprjetajiet elettrostatiċi, eċċ. Għaldaqstant, il-manifatturi jeħtieġu aktar żmien biex jadattaw il-produzzjoni tagħhom ħalli tkun tikkonforma mal-istandards il-ġodda. Barra minn hekk, il-korpi nnotifikati u l-laboratorji tal-ittestjar huma meħtieġa jadattaw il-metodi tal-ittestjar. Għalhekk, jixraq li tiġi posposta b’sena oħra d-data tal-irtirar tal-istandards armonizzati EN 166:2001, EN 169:2002, EN 170:2002, EN 172:1994 kif emendat b’EN 172:1994/A1:2000 u b’EN 172:1994/A2:2001, u EN 379:2003+A1:2009. Filwaqt li l-istandards riveduti jġibu bidliet sinifikanti f’xi wħud mir-rekwiżiti sostantivi applikabbli, dan il-posponiment mhuwiex mistenni li jkollu effett detrimentali fuq il-livelli ta’ sikurezza tal-prodotti kkonċernati, peress li l-istandards riveduti prinċipalment itejbu l-proċeduri tal-ittestjar. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu sostitwiti r-ringieli fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 dwar l-istandards armonizzati EN 166:2001, EN 169:2002, EN 170:2002, EN 172:1994 kif emendat b’EN 172:1994/A1:2000 u EN 172:1994/A2:2001 u EN 379:2003+A1:2009.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 tiġi emendata kif xieraq.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt 1 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika mit-8 ta’ April 2026 u l-punt 2 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika mit-8 ta’ Ottubru 2026.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/425/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir protettiv personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir ta’ protezzjoni personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 tat-2 ta’ Mejju 2023 dwar standards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/941/oj).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru r-ringieli 35, 54, 108, 139, 182, 183 u 184;

(2)

jitħassru r-ringieli 109 u 110;

(3)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:

“35a.

EN 360:2023

Tagħmir ta’ protezzjoni personali kontra l-waqgħat – Tagħmir li jista’ jinġibed ’il ġewwa biex inaqqas il-veloċità ta’ waqgħa mill-għoli;

“54a.

EN 564:2023

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji – Ħabel aċċessorju – Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar”;

“108a.

EN 12841:2024

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli – Sistemi ta’ aċċess għall-ħbula – Apparat ta’ aġġustament tal-ħbula”;

“109a.

EN 12941:2023

Apparati respiratorji protettivi – Apparati għall-iffiltrar li joperaw bl-elettriku u jinkorporaw interfaċċa respiratorja – Rekwiżiti, ittestjar, immarkar”;

“110a.

EN 12942:2023

Apparati respiratorji protettivi – Apparati għall-iffiltrar li joperaw bl-elettriku u li jinkorporaw maskri tal-wiċċ sħaħ, nofs maskri jew maskri li jkopru kwart mill-wiċċ – Rekwiżiti, ittestjar, immarkar”;

“139a.

EN 14058:2017+A1:2023

Ilbies protettiv – Ilbies għall-protezzjoni kontra ambjenti kesħin”;

“182a.

EN ISO 20345:2022

Tagħmir protettiv personali – Xedd is-saqajn sikur (ISO 20345:2021)

EN ISO 20345:2022/A1:2024”;

“183a.

EN ISO 20346:2022

Tagħmir protettiv personali – Xedd is-saqajn protettiv (ISO 20346:2021)

EN ISO 20346:2022/A1:2024”;

“184a.

EN ISO 20347:2022

Tagħmir protettiv personali – Xedd is-saqajn okkupazzjonali (ISO 20347:2021)

EN ISO 20347:2022/A1:2024”;

(4)

tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“189.I

EN 50365:2023

Xogħol fejn hemm kurrent elettriku għaddej – Elmi iżolanti elettrikament għall-użu fuq installazzjonijiet b’vultaġġ baxx u medju”.


ANNESS II

Ir-ringieli 2, 3, 4, 5 u 16 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2

EN 166:2001

Protezzjoni tal-għajnejn personali – Speċifikazzjonijiet

11.11.2025”;

“3

EN 169:2002

Protezzjoni tal-għajnejn personali – Filtri għall-iwweldjar u tekniki relatati – Rekwiżiti ta’ trażmissjoni u użu rakkomandat

11.11.2025”;

“4

EN 170:2002

Protezzjoni tal-għajnejn personali – Filtri ultravjola – Rekwiżiti ta’ trażmissjoni u użu rakkomandat

11.11.2025”;

“5

EN 172:1994

Protezzjoni tal-għajnejn personali – Filtri li jilqgħu għal-leħħa tax-xemx għal użu industrijali

EN 172:1994/A1:2000

EN 172:1994/A2:2001

11.11.2025”;

“16

EN 1731:2006

Protezzjoni tal-għajnejn personali – Tagħmir protettiv imxebbek għall-għajnejn u l-wiċċ

11.11.2025”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2599/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top