This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2586
Council Decision (EU) 2024/2586 of 23 September 2024 on the position to be taken on behalf of the European Union at the 16th General Assembly of the Intergovernmental Organisation for International Carriage by Rail (OTIF)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2586 tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-16-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2586 tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-16-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF)
ST/13230/2024/ADD/1
ĠU L, 2024/2586, 1.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2586/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2586 |
1.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2586
tat-23 ta’ Settembru 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-16-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (il-COTIF) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1) u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni, (il-“Ftehim dwar l-Adeżjoni għall-Konvenzjoni”). |
|
(2) |
L-Assemblea Ġenerali tal-OTIF ġiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 13, il-paragrafu 1, l-ittra a) tal-COTIF (l-“Assemblea Ġenerali”). Skont l-Artikolu 14 il-paragrafu 2, tal-COTIF, l-Assemblea Ġenerali, fost l-oħrajn, tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tagħha, teleġġi s-Segretarju-Ġenerali, tiddeċiedi, jekk ikun meħtieġ, dwar l-istabbiliment temporanju ta’ kumitati oħra għal kompiti speċifiċi, u tieħu deċiżjonijiet dwar proposti li għandhom l-għan li jimmodifikaw il-COTIF. |
|
(3) |
L-Unjoni tipparteċipa fl-Assemblea Ġenerali f’konformità mal-COTIF, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Ġenerali, u l-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni. |
|
(4) |
Fis-16-il sessjoni tagħha li għandha ssir mill-25 sas-26 ta’ Settembru 2024, l-Assemblea Ġenerali mistennija tieħu għadd ta’ deċiżjonijiet. Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, peress li dawk id-deċiżjonijiet jew ser ikollhom impatt fuq il-funzjonament tal-OTIF u fuq l-iżvilupp tal-istrateġija tal-organizzazzjoni, jew ser iwasslu għall-adozzjoni ta’ atti li huma vinkolanti skont id-dritt internazzjonali u li jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b’hekk jikkostitwixxu “atti li jkollhom effetti legali” għall-finijiet tal-Artikolu 218(9) TFUE. |
|
(5) |
B’mod partikolari, fil-punt 5 tal-aġenda, is-16-il sessjoni tal-Assemblea Ġenerali hija mistennija tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem iċ-“Ċina”) biex issir Membru Assoċjat tal-OTIF. Tabilħaqq, f’konformità mal-Artikolu 37, il-paragrafi 2 sa 5 tal-COTIF, il-Kummissjoni ressqet oġġezzjoni għal dik l-applikazzjoni f’isem l-Unjoni, bl-għadd ta’ voti ugwali għal dawk tal-Membri tagħha li huma wkoll Stati Membri tal-OTIF. Għaldaqstant, kif imħabbar mis-Segretarju-Ġenerali tal-OTIF fil-proposta tiegħu tat-28 ta’ Awwissu 2024, l-applikazzjoni taċ-Ċina ser tiġi ppreżentata lis-16-il Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 37, il-paragrafu 4 tal-COTIF. Fid-19 ta’ Awwissu 2024, bi tweġiba għall-oġġezzjoni mressqa mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li huma membri tal-OTIF id-dipartiment tar-relazzjonijiet esterni tal-Amministrazzjoni Ferrovjarja Nazzjonali taċ-Ċina pprovda spjegazzjonijiet u ġustifikazzjoni addizzjonali għat-talba tiegħu għal sħubija assoċjata fl-OTIF. Madankollu, xorta jkunu meħtieġa aktar elementi ta’ informazzjoni sabiex tiġi fformulata l-pożizzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, fis-16-il Assemblea Ġenerali, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tiddifferixxi d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni taċ-Ċina għall-adeżjoni bħala Membru Assoċjat tal-OTIF għal sessjoni sussegwenti tal-Assemblea Ġenerali tal-OTIF, u li tagħti struzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tal-OTIF biex jorganizza konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati dwar l-applikazzjoni taċ-Ċina. |
|
(6) |
Taħt il-punt 7 tal-aġenda, l-adozzjoni tal-istrateġija fit-tul għall-OTIF tista’ tinfluwenza l-politika u l-ħidma sostantiva tal-OTIF, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-OTIF. L-istrateġija fit-tul riveduta proposta kif ippreżentata lill-Assemblea Ġenerali ġiet diskussa u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc dwar l-Affarijiet Legali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (minn hawn ’il quddiem il-“Kumitat ad hoc”), f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti rigward dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li tappoġġa l-adozzjoni ta’ dik l-istrateġija fit-tul riveduta. |
|
(7) |
Taħt il-punt 13 tal-aġenda, l-Assemblea Ġenerali ser tintalab tapprova l-“Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri għall-modifika tal-COTIF”, tirrakkomanda li dawn jiġu segwiti fit-tħejjija għall-modifiki tal-COTIF fil-limiti tal-kompetenza tal-Assemblea Ġenerali, u tagħti struzzjonijiet lill-Kumitat ad hoc biex jimmonitorja u jivvaluta l-applikazzjoni tal-linji gwida u jirrevedihom kif meħtieġ. Filwaqt li dawk il-Linji Gwida waħedhom mhumiex vinkolanti, jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-proċeduri għall-modifika tal-COTIF. Il-Linji Gwida kif ippreżentati lill-Assemblea Ġenerali ġew diskussi u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti rigward dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li tapprova dawk il-Linji Gwida. |
|
(8) |
Taħt il-punt 13 tal-aġenda, l-Assemblea Ġenerali ser tintalab tapprova l-prinċipji regolatorji bażiċi, kif stipulati fir-rapport tal-Kumitat ad hoc u kif jirriflettu l-pożizzjoni tal-Unjoni kif stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2582 (2), sabiex jiggwidaw lill-Kumitat ad hoc u lill-Kumitat tar-Reviżjoni fit-tħejjija għall-modifika tal-COTIF u għan-noti korrispondenti fir-Rapport ta’ Spjegazzjoni tal-COTIF, bl-għan li jiġi introdott obbligu li l-Istati Membri tal-OTIF li jirrispettaw li ma jdgħajfux l-integrità fiżika u funzjonali tal-infrastruttura ferrovjarja ta’ Stati Membri oħra tal-OTIF, kif ukoll dispożizzjonijiet sostantivi u proċedurali dwar sanzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi skont il-COTIF li huma essenzjali biex jintlaħaq l-għan tal-OTIF. Dawn il-prinċipji regolatorji bażiċi jikkonċernaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-organizzazzjoni, li għaliha l-Unjoni hija Parti Kontraenti, u jistgħu jwasslu biex jiġu żviluppati proposti sabiex tiġi emendata l-COTIF; din il-kwistjoni topika tikkonċerna l-ambitu kollu tal-attivitajiet tal-OTIF, inkluż l-oqsma li għalihom l-UE hija esklużivament kompetenti fir-rigward tal-Istati Membri tal-Unjoni. Il-proposti relatati biex tiġi mmodifikata l-COTIF ser ikunu vinkolanti skont id-dritt internazzjonali u ser ikunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti kemm il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-COTIF. Il-prinċipji regolatorji bażiċi kif ippreżentati lill-Assemblea Ġenerali ġew diskussi u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti rigward dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li tapprova dawn il-prinċipji regolatorji bażiċi. |
|
(9) |
Taħt il-punt 13 tal-aġenda, l-Assemblea Ġenerali ser tintalab tapprova r-“Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta’ firem elettroniċi fil-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn l-OTIF u l-membri tagħha”. Kif speċifikat fil-pożizzjoni tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2582, l-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jirrikjedi ċerti aġġornamenti amministrattivi biex jiġi żgurat l-użu sikur u affidabbli tal-firem elettroniċi fil-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn l-OTIF u l-membri tagħha. Huwa importanti li tiġi appoġġata t-tħejjija ta’ rakkomandazzjoni f’dak ir-rigward, li tqis il-livelli differenti ta’ esperjenza tal-membri tal-OTIF u li tkun konformi mar-regoli stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3) Filwaqt li din ir-Rakkomandazzjoni waħedha mhijiex vinkolanti, ser ikollha implikazzjonijiet għal-“Linji Gwida dwar l-atti tat-trattati skont il-COTIF” kif ukoll fuq in-noti ta’ spjegazzjoni tar-“Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Ġenerali” għar-“Regolament dwar l-elezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju-Ġenerali” u għad-“Deċiżjoni dwar ir-rappreżentanti permanenti”, li jeħtieġ li kollha jiġu emendati kif xieraq. Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni tista’ tinfluwenza b’mod determinanti l-proċeduri għall-modifika tal-COTIF. Il-proposti għal deċiżjonijiet ppreżentati lill-Assemblea Ġenerali ġew diskussi u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti rigward dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li tapprova din ir-rakkomandazzjoni. |
|
(10) |
Taħt il-punt 13 tal-aġenda, l-Assemblea Ġenerali ser tintalab tadotta d-“Deċiżjoni dwar is-simboli, l-isem u l-abbrevjazzjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija” u d-“Deċiżjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u l-aċċess miftuħ”, u tapprova għal kull deċiżjoni n-“Noti ta’ Spjegazzjoni” relatati. Kif speċifikat fil-pożizzjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2582, politika mfassla biex tiffaċilita l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u tad-dokumenti li jkunu proprjetà tal-OTIF jenħtieġ li titfassal f’konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE. (5) Għalhekk, l-atti previsti f’dan il-qasam jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-proposti għal deċiżjonijiet ppreżentati lill-Assemblea Ġenerali ġew diskussi u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti rigward dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li tadotta dawk id-Deċiżjonijiet u li tapprova n-Noti ta’ Spjegazzjoni relatati. |
|
(11) |
Taħt il-punti 14 u 15 tal-aġenda, id-deċiżjonijiet previsti tal-Assemblea Ġenerali jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ verżjonijiet riveduti, rispettivament, tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha u tar-Regolament dwar l-elezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju -Ġenerali, kif ukoll dwar l-approvazzjoni tan-Noti ta’ Spjegazzjoni relatati ma’ dawk l-atti, kollha adattati f’konformità mal-linji gwida l-ġodda dwar l-użu ta’ lingwaġġ li juża ġens newtrali. In-noti ta’ spjegazzjoni rispettivi ser jinkorporaw ukoll il-proposta tal-Kumitat ad hoc fir-“Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta’ firem elettroniċi fil-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn l-OTIF u l-membri tagħha”. Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Ġenerali u r-Regolament dwar l-elezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju-Ġenerali huma atti legalment vinkolanti skont il-COTIF, u n-noti ta’ spjegazzjoni rispettivi tagħhom jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-COTIF. Il-verżjonijiet riveduti tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Ġenerali u r-Regolament dwar l-elezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju-Ġenerali, u n-Noti ta’ Spjegazzjoni relatati, ġew diskussi u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-adozzjoni ta’ dawn l-emendi. |
|
(12) |
Id-deċiżjonijiet proposti huma konformi mal-liġi u mal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni. |
|
(13) |
F’konformità mal-Anness III tad-Deċiżjoni 2013/103/UE, it-tħejjija għal-laqgħat tal-OTIF testendi għall-koordinazzjoni fuq il-post. Għalhekk, jista’ jintlaħaq qbil dwar bidliet żgħar għal din il-pożizzjoni tal-Unjoni matul il-koordinazzjoni fuq il-post mingħajr il-ħtieġa ta’ deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill, b’mod partikolari sabiex tkun tista’ tirreaġixxi għal proposti u żviluppi li ma tqisux fi żmien din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-16-il sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) tinsab fl-Anness.
2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fl-Assemblea Ġenerali jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fil-pożizzjoni li tinsab fl-Anness mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
FELDMAN Z.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2582 tat-8 ta’ Novembru 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-ħames sessjoni tal-Kumitat ad hoc għall-Affarijiet Legali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-OTIF (ĠU L, 2023/2582, 16.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2582/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).
ANNESS
1. INTRODUZZJONi
Is-16-il sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) ser issir fil-25 u fis-26 ta’ Settembru 2024. Id-dokumenti tal-laqgħat huma disponibbli fuq is-sit web tal-OTIF (bil-kredenzjali) f’dan il-link: https://extranet.otif.org/en/?page_id=256
2. POŻIZZJONI TAL-UNJONI DWAR ĊERTI PUNTI FL-AĠENDA
Punt 5 fl-aġenda — Status tal-Konvenzjoni u tas-sħubija fl-OTIF
|
Dokument(i): |
SG-24055-AG16/5 |
||||
|
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: |
Unjoni |
||||
|
Pożizzjoni: |
Rigward l-applikazzjoni biex iċ-Ċina ssir Membru Assoċjat tal-OTIF:
|
||||
|
Kummenti: |
F’konformità mal-Artikolu 37(2) sa (5) tal-COTIF, il-Kummissjoni Ewropea ressqet oġġezzjoni f’isem l-Unjoni sal-iskadenza tas-26 ta’ Lulju 2024, għall-applikazzjoni biex iċ-Ċina ssir Membru Assoċjat tal-OTIF u b’numru ta’ voti ugwali għal dawk tal-Membri tagħha li huma wkoll Stati Membri tal-OTIF. Fit-28 ta’ Awwissu 2024, is-Segretarju Ġenerali tal-OTIF ippreżenta għal deċiżjoni proposta lill-Assemblea Ġenerali rigward l-applikazzjoni taċ-Ċina għall-adeżjoni bħala Membru Assoċjat, skont l-Artikolu 37(4) tal-COTIF. |
Punt 7 fl-aġenda — Strateġija fit-tul tal-OTIF
|
Dokument(i): |
SG-24024-AG 16/7 |
|
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: |
Unjoni |
|
Pożizzjoni: |
Tissokta l-appoġġ għall-inizjattiva tas-Segretarju Ġenerali biex tiġi żviluppata strateġija fit-tul għall-OTIF, u tappoġġa l-adozzjoni tal-istrateġija fit-tul kif ippreżentata mis-Segretarju Ġenerali fid-dokument SG-24024-AG 16/7. |
|
Kummenti: |
L-istrateġija fit-tul riveduta għall-OTIF ippreżentata lis-16-il Assemblea Ġenerali tindirizza b’mod adegwat il-kummenti li saru mill-Unjoni Ewropea fis-6 sessjoni tal-Kumitat ad hoc dwar l-Affarijiet Legali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-OTIF (Vjenna, 16-18 ta’ April 2024). |
Punt 13 fl-aġenda — Rapport tal-Kumitat ad hoc dwar l-Affarijiet Legali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali
|
Dokument(i): |
SG-24028-AG 16/13 — Distribuzzjoni ristretta |
||||||||||
|
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: |
Stati Membri |
||||||||||
|
Pożizzjoni: |
Appoġġ għall-adozzjoni ta’ dawn il-proposti għal deċiżjoni, annessi mad-dokument SG-24029-AG16/13:
|
||||||||||
|
Kummenti: |
Il-proposti ta’ hawn fuq ippreżentati lis-16-il Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni, kif stipulati fir-rapport tal-Kumitat ad hoc u annessi mad-dokument SG-24029-AG16/13, ġew diskussi, emendati u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti f’dawk l-okkażjonijiet. |
Punt 14 fl-aġenda — Modifika tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Ġenerali u noti li jakkumpanjawha
|
Dokument(i): |
SG-24029-AG 16/14 |
||||
|
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: |
Stati Membri |
||||
|
Pożizzjoni: |
Appoġġ għall-adozzjoni tal-proposti għal deċiżjoni annessi mad-dokument SG-24029-AG16/14, jiġifieri:
|
||||
|
Kummenti: |
Il-verżjonijiet riveduti tar-“Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Ġenerali” u tan-“Noti ta’ Spjegazzjoni dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Ġenerali (l-Artikoli 4 sa 7, 10 u 22)” huma adattati f’konformità mal-“Linji Gwida dwar l-użu ta’ lingwaġġ li juża ġens newtrali”. In-noti ta’ spjegazzjoni jinkorporaw ukoll il-proposta tal-Kumitat ad hoc fir-“Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta’ firem elettroniċi fil-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn l-OTIF u l-membri tagħha”. Il-proposti jinkludu wkoll xi korrezzjonijiet purament editorjali. Il-proposti ppreżentati lis-16-il Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni ġew diskussi, emendati u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti f’dawk l-okkażjonijiet. |
Punt 15 fl-aġenda — Reviżjoni tar-regoli dwar l-elezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju Ġenerali
|
Dokument(i): |
SG-24032-AG 16/15 |
||||
|
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: |
Stati Membri |
||||
|
Pożizzjoni: |
Appoġġ għall-adozzjoni tal-proposti għal deċiżjoni annessi mad-dokument SG-24029-AG16/15, jiġifieri:
|
||||
|
Kummenti: |
Il-verżjonijiet riveduti tar-“Regolament dwar l-elezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju Ġenerali” u tan-“Noti ta’ Spjegazzjoni dwar ir-regolament dwar l-elezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju Ġenerali” huma adattati f’konformità mal-“Linji Gwida dwar l-użu ta’ lingwaġġ li juża ġens newtrali”. In-noti ta’ spjegazzjoni jinkorporaw ukoll il-proposta tal-Kumitat ad hoc fir-“Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta’ firem elettroniċi fil-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn l-OTIF u l-membri tagħha”. Il-proposti jinkludu wkoll xi korrezzjonijiet purament editorjali. Il-proposti ppreżentati lis-16-il Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni ġew diskussi, emendati u maqbula fis-sessjonijiet rilevanti tal-Kumitat ad hoc, f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni li ġew stabbiliti f’dawk l-okkażjonijiet. |
Punt 20 fl-aġenda – Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet, ta’ mandati, ta’ rakkomandazzjonijiet u ta’ dokumenti oħra tal-Assemblea Ġenerali (dokument finali)
|
Dokument(i): |
Xejn |
|
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: |
Stati Membri |
|
Pożizzjoni: |
Kif speċifikat fil-punti rilevanti fl-aġenda. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2586/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)