This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2083
Council Decision (CFSP) 2024/2083 of 26 July 2024 extending the mandate of the European Union Special Representative for the Sahel and amending Decision (CFSP) 2021/1011
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2083 tas-26 ta’ Lulju 2024 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2083 tas-26 ta’ Lulju 2024 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011
ST/11057/2024/INIT
ĠU L, 2024/2083, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2083/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2024
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2083 |
29.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2083
tas-26 ta’ Lulju 2024
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011 (1), li ħatret lis-Sa Emanuela Claudia DEL RE bħala r-RSUE għas-Saħel. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1239 (2), li estendiet il-mandat tas-Sa Emanuela Claudia DEL RE bħala r-RSUE għas-Saħel. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perjodu ulterjuri ta’ tliet xhur u jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiġi aġġustat kif meħtieġ. |
|
(5) |
Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Is-Sa Emanuela Claudia DEL RE hija b’dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel mill-1 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022. Il-mandat tas-Sa Emanuela Claudia DEL RE bħala r-RSUE għas-Saħel huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2024. Il-mandat tas-Sa Emanuela Claudia DEL RE bħala r-RSUE għas-Saħel huwa estiż sat-30 ta’ Novembru 2024. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew mitmum qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).” |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1), l-aħħar subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sat-30 ta’ Novembru 2024 għandu jkun ta’ EUR 3 693 035,89 ”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-RSUE għandha tippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ, u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-1 ta’ Novembru 2024.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1011 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 222, 22.6.2021, p. 21).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1239 tat-18 ta’ Lulju 2022 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011 (ĠU L 190, 19.7.2022, p. 129).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2083/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)