Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D2072

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2072 tal-31 ta’ Lulju 2024 li tirrifjuta t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) bħala prodott primarju ta’ aromatizzant b’togħma affumikata (notifikata bid-dokument C(2024) 3704)

    C/2024/3704

    ĠU L, 2024/2072, 1.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2072/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2072/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/2072

    1.8.2024

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2072

    tal-31 ta’ Lulju 2024

    li tirrifjuta t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) bħala prodott primarju ta’ aromatizzant b’togħma affumikata

    (notifikata bid-dokument C(2024) 3704)

    (It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 jistipula li l-aromatizzanti b’togħma affumikata inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji ta’ aromatizzant b’togħma affumikata awtorizzati (“il-lista tal-Unjoni”) biss jistgħu jiġu introdotti fis-suq fl-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 (2) stabbilixxa l-lista tal-Unjoni. Il-prodott Scansmoke SEF 7525 (SF-004) ġie inkluż f’dik il-lista bid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni tal-1 ta’ Jannar 2024.

    (3)

    Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-kumpanija Azelis Denmark A/S ressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) bħala prodott primarju ta’ aromatizzant b’togħma affumikata.

    (4)

    Fit-28 ta’ Settembru 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar is-sikurezza ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) (3).

    (5)

    Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnutat li Scansmoke SEF 7525 (SF-004) fih l-istiren u l-benżofuran li jqajmu tħassib potenzjali dwar il-ġenotossiċità. F’konformità mad-dikjarazzjoni tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni tal-ġenotossiċità tat-taħlitiet kimiċi (4) u meta jitqies li l-istimi tal-esponiment għall-istiren u għall-benżofuran huma ogħla mil-limitu ta’ tħassib tossikoloġiku (TTC) ta’ 0,0025 μg/kg bw kuljum għall-mutaġeni u/jew għall-karċinoġeni reattivi għad-DNA u li hija meħtieġa aktar data biex tiġi ċċarata l-ġenotossiċità potenzjali tagħhom, l-Awtorità kkonkludiet li t-tħassib potenzjali dwar is-sikurezza fir-rigward tal-ġenotossiċità ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) ma jistax jiġi eskluż. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li anke l-parti mhux identifikata ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) tqajjem tħassib potenzjali fir-rigward tal-ġenotossiċità.

    (6)

    Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, l-aromatizzanti b’togħma affumikata li ma jippreżentawx riskji għas-saħħa tal-bniedem biss jistgħu jiġu awtorizzati u introdotti fis-suq. Għalhekk, jixraq li t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) bħala prodott primarju ta’ aromatizzant b’togħma affumikata jiġi rrifjutat.

    (7)

    Madankollu, biex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jużaw il-prodott Scansmoke SEF 7525 (SF-004) bħala prodott primarju ta’ aromatizzant b’togħma affumikata għall-produzzjoni tal-ikel li għandu jiġi introdott fis-suq sal-1 ta’ Lulju 2029, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2067 (5), jenħtieġ li l-prodott Scansmoke SEF 7525 (SF-004) jitħalla jiġi introdott fis-suq sa dik id-data.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Scansmoke SEF 7525 (SF-004) bħala prodott primarju ta’ aromatizzant b’togħma affumikata huwa rrifjutat.

    Artikolu 2

    Il-prodott Scansmoke SEF 7525 (SF-004) jista’ jkompli jiġi introdott fis-suq sal-1 ta’ Lulju 2029.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Azelis Denmark A/S, Liskaer 5, 2730 Herley, id-Danimarka.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2065/oj.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal-10 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1321/oj).

    (3)  EFSA (2023). Scientific opinion on the renewal of the authorisation of Scansmoke SEF7525 (SF-004) as a smoke flavouring Primary Product. EFSA Journal, 21(11), https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8366

    (4)  EFSA (2019). EFSA Journal 2019;17(1):5519, 11 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5519.

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2067 tal-31 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013 fir-rigward tat-tħassir tal-entrati SF-001 sa SF-010 mil-lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji ta’ aromatizzant b’togħma affumikata awtorizzati (ĠU L, 2024/2067, 1.8.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2067/oj).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2072/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top