EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1974

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2024/1974 tat-12 ta’ Lulju 2024 li tistabbilixxi l-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata

C/2024/1520

ĠU L, 2024/1974, 18.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1974/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1974/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1974

18.7.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2024/1974

tat-12 ta’ Lulju 2024

li tistabbilixxi l-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu uniku ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 L-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, tapplika għal programmi ta’ assistenza finanzjarja li għalihom l-atti bażiċi jkunu daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2022 jew wara.

(2)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. L-applikazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata teħtieġ l-adozzjoni ta’ sett ta’ regoli biex tiġi determinata l-allokazzjoni tal-kostijiet rispettivi għall-programmi ta’ assistenza finanzjarja rilevanti, li jenħtieġ li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li huma relatati mal-assistenza finanzjarja jiġu ddebitati lill-benefiċjarju tar-rikavati mis-self.

(3)

Il-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata permezz tan-NextGenerationEU (NGEU) kienet stabbilita [għall-ewwel darba] bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 (3). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2545 (4) estendiet dawk l-arranġamenti għall-operazzjonijiet kollha ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata skont l-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 permezz ta’ aġġustamenti mmirati għall-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet.

(4)

Jenħtieġ li l-obbligu li jiġu koperti l-kostijiet relatati mal-assistenza finanzjarja jibqa’ f’idejn il-benefiċjarji tal-assistenza finanzjarja, f’konformità mal-Artikolu 220(5), il-punt (e), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u f’konformità mal-prinċipji baġitarji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-ekwilibriju. Jenħtieġ li l-kostijiet kollha jiġġarrbu mill-benefiċjarji abbażi ta’ metodoloġija unika għall-allokazzjoni tal-kostijiet li tiżgura allokazzjoni trasparenti u proporzjonali tal-kostijiet.

(5)

Jenħtieġ li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet tiżgura li ma jkun hemm l-ebda sussidju inkroċjat tal-kostijiet ta’ kategorija waħda ta’ benefiċjarju minn oħra. Jenħtieġ li l-kostijiet tas-selfiet jiġu imputati bis-sħiħ lill-benefiċjarji ta’ dawk is-selfiet, minn naħa waħda, u, fejn applikabbli, il-kostijiet ta’ ammonti mhux ripagabbli lill-baġit ġenerali tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, abbażi tal-kostijiet reali mġarrba biex jiżdied u jiġi żburżat is-sehem rispettiv tar-rikavati lill-benefiċjarji differenti. Jenħtieġ li l-metodoloġija tkopri l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn, inklużi l-kostijiet amministrattivi kollha, u jenħtieġ li din tiżgura li jiġu kkalkulati kategoriji differenti ta’ kostijiet għal kull żborż.

(6)

Sabiex jiġi żgurat trattament ġust u ugwali bejn il-benefiċjarji, jenħtieġ li tiġi implimentata metodoloġija komuni u unifikata għall-kostijiet, applikabbli għat-tipi kollha ta’ żborżi, jiġifieri dawk imħallsa lura mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u dawk imħallsa lura mill-benefiċjarji. Il-kostijiet jenħtieġ li jiġu imputati lill-benefiċjarji abbażi tas-sehem tar-rikavati riċevuti.

(7)

Jenħtieġ li din il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet tiddistingwi bejn tliet kategoriji ta’ kostijiet: il-kost tal-finanzjament, il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità u l-kostijiet amministrattivi. Il-kost tal-finanzjament jirriżulta mir-rata tal-imgħax u imposti oħra li l-Kummissjoni għandha tħallas fuq l-istrumenti differenti maħruġa biex tiffinanzja l-iżborżi inkwistjoni. Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità huma l-kostijiet imġarrba b’riżultat tal-ammonti maħruġa u miżmuma temporanjament fil-kontijiet tal-likwidità bħala riżervi biex jiġu ssodisfati l-pagamenti li ġejjin. Din l-ispiża ġenerali operazzjonali kontinwa hija karatteristika essenzjali tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u jenħtieġ li tinqasam b’mod ġust mill-benefiċjarji kollha. It-tielet kategorija ta’ kostijiet hija l-kostijiet amministrattivi għaż-żamma tal-kapaċità teknika u operazzjonali biex tiġi implimentata strateġija ta’ finanzjament diversifikata, li jirriżultaw direttament b’riżultat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata.

(8)

Jekk il-programmi ta’ assistenza finanzjarja, iffinanzjati permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, ikollhom durata u struttura differenti mill-NGEU u s-self skont ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huwa xieraq li tkun permessa flessibbiltà addizzjonali permezz tal-emenda tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2545 tipprevedi li l-adegwatezza tal-metodoloġija tal-ikkostjar tal-NGEU għandha tiġi rieżaminata fil-każ tal-adozzjoni ta’ programmi ġodda ta’ assistenza finanzjarja li jkollhom durata u struttura differenti.

(9)

Sabiex tipprovdi l-flessibbiltà mixtieqa, il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet jenħtieġ li tinkludi l-kunċett ta’ kompartimenti tal-programm biex jorganizzaw u jimmonitorjaw l-allokazzjoni tal-iżborżi u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati għal kull programm. Dan jippermetti l-assenjazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament għal karatteristiċi finanzjarji speċifiċi għall-programm, u jipprevedi ġestjoni tal-obbligazzjonijiet imfassla apposta permezz ta’ għażla kkalibrata ta’ maturitajiet. L-introduzzjoni ta’ kompartimenti tal-programm tevita s-sussidjar inkroċjat tal-ispejjeż minn programm għal ieħor.

(10)

Dan jenħtieġ li jkun konformi wkoll mal-qafas tas-sistema ta’ governanza stabbilit bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2023/2825 (6), li tipprevedi li l-attribuzzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament fil-programmi kollha għandha tiġi ddeterminata filwaqt li jitqiesu l-miri ta’ maturità rispettivi u r-restrizzjonijiet speċifiċi tal-programmi differenti.

(11)

Jenħtieġ li l-mira ta’ maturità medja u l-ammonti tentattivi tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament jiġu indikati għal kull programm permezz ta’ deċiżjonijiet dwar il-pjan ta’ finanzjament adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825. Il-miri stabbiliti għal kull programm, fil-limiti ġenerali stabbiliti bid-deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self, jipprovdu orjentazzjoni mhux vinkolanti fir-rigward tal-livelli li għandhom jintlaħqu fi tmiem il-perjodu ta’ finanzjament, jekk wieħed jassumi li l-ħtiġijiet ta’ finanzjament jibqgħu l-istess. Matul il-perjodu meta jiġi kostitwit programm jew kompartiment taż-żmien, il-maturità medja ponderata tal-istrumenti ta’ finanzjament għal kull programm tista’ tkun differenti mill-objettiv ta’ tmiem il-perjodu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni talloka strumenti ta’ finanzjament lill-kompartimenti differenti fuq is-semestri rilevanti, filwaqt li tqis it-tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self li jifdal ippjanati fil-bqija tal-perjodu ta’ finanzjament. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura, bl-aħjar mod possibbli, il-kisba ekwa tal-miri ta’ maturità medja differenti għal kull programm ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (7), matul il-perjodu kollu ta’ finanzjament. Meta teżegwixxi operazzjonijiet ta’ teħid b’self, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprijoritizza l-kisba tal-aktar termini vantaġġużi, u tqis il-kisba ekwa tal-miri ta’ maturità medja rispettivi fil-kompartimenti tal-programmi fil-livell tal-allokazzjoni bħala objettiv sekondarju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna u timmonitorja l-ilħuq ta’ tali miri fuq bażi regolari.

(12)

Jenħtieġ li jinħoloq kompartiment tal-programm mad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe programm ġdid ta’ assistenza finanzjarja li għandu jiġi ffinanzjat minn tranżazzjonijiet implimentati skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Il-kompartimenti tal-programm jenħtieġ li jkunu ddedikati għal benefiċjarju wieħed jew għal diversi benefiċjarji, skont jekk l-att bażiku ta’ programm jippermettix biss benefiċjarju wieħed jew aktar tal-assistenza finanzjarja.

(13)

Għal programmi li jippermettu l-għoti ta’ assistenza finanzjarja lil aktar minn benefiċjarju wieħed, l-iżborżi u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati fil-kompartiment iddedikat tal-programm jenħtieġ li jiġu kompartimentalizzati aktar f’kompartimenti taż-żmien biex jiġi żgurat li l-kost tal-finanzjament iddebitat għall-iżborż ta’ dak il-benefiċjarju jkun marbut mill-qrib mar-rati prevalenti tas-suq fiż-żmien tal-iżborż. Il-kost tal-finanzjament jiġi stabbilizzat waqt l-għeluq tal-kompartiment taż-żmien.

(14)

Mhuwiex meħtieġ li kompartiment tal-programm relatat ma’ programm ta’ assistenza finanzjarja mfassal biex iservi benefiċjarju wieħed jinqasam f’kompartimenti taż-żmien minħabba li l-ispejjeż kollha jakkumulaw għall-istess benefiċjarju.

(15)

Iż-żieda ta’ kompartimenti tal-programm taħt din id-Deċiżjoni ma għandux ikollha impatt fuq l-allokazzjoni tal-ispejjeż eżistenti għal kwalunkwe wieħed mill-programmi li għalihom diġà tapplika l-metodoloġija eżistenti tal-allokazzjoni tal-ispejjeż. Sabiex jinkiseb dan, l-iżborżi li jsiru qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, skont l-NGEU, ir-Regolament (UE) 2022/2463, u kwalunkwe programm CAM ieħor fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, kif ukoll strumenti ta’ finanzjament diġà allokati għal kompartimenti taż-żmien eżistenti skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2545, jenħtieġ li jiġu raggruppati taħt kompartiment tal-legat tal-programm iddedikat b’kompartimenti taż-żmien. Jenħtieġ li dan il-kompartiment tal-legat tal-programm jinkludi l-kompartimenti taż-żmien kollha diġà stabbiliti għall-finanzjament ta’ dawk il-programmi kif ukoll kwalunkwe żborż futur u strumenti ta’ finanzjament relatati ma’ dawn il-programmi. Dan se jiżgura li l-attribuzzjoni tal-kostijiet imġarrba mill-Kummissjoni abbażi tal-metodoloġija ta’ allokazzjoni eżistenti tibqa’ mhux affettwata mill-approċċ il-ġdid.

(16)

Il-kalkolu tal-kost tal-finanzjament li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self jenħtieġ li jiġi derivat mill-kostijiet li jirriżultaw mill-operazzjonijiet kollha ta’ teħid b’self f’kompartiment tal-programm u, fil-każ ta’ programm multibenefiċjarju, kwalunkwe kompartiment taż-żmien korrispondenti. Il-benefiċjarji tas-self jew, għad-dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (8), jenħtieġ li l-baġit ġenerali tal-Unjoni jiġi ddebitat fuq l-istess livell meta l-kostijiet jiġu allokati lill-benefiċjarji tal-istess kompartiment. Dan il-metodu fejn il-kostijiet jiġu ddeterminati matul id-durata ta’ programm jew ta’ perjodu ta’ żmien, jevita l-arbitrarjetà abbażi ta’ “punt fiż-żmien” li tikkaratterizza l-metodu back-to-back tradizzjonali fejn il-kostijiet għal kwalunkwe benefiċjarju partikolari jkunu jirriflettu t-termini li jistgħu jinkisbu fil-jum partikolari li fih ikun sar is-self.

(17)

Kompartiment tal-programm jenħtieġ li jkun attiv matul il-perjodu kollu li fih isiru l-iżborżi ta’ programm iddedikat. Jenħtieġ li f’kompartiment tal-programm multibenefiċjarju, jkun hemm kompartiment taż-żmien attiv wieħed biss fi kwalunkwe ħin. Jenħtieġ li bħala regola, il-kompartimenti taż-żmien, meta stabbiliti, idumu għaddejjin għal semestru li jibda fl-1 ta’ Jannar jew fl-1 ta’ Lulju. Għall-kompartiment tal-legat tal-programm, jenħtieġ li l-ewwel perjodu ta’ żmien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 li jirrifletti t-twaqqit għat-tnedija tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-NGEU. Bħala regola ġenerali, l-ewwel perjodu ta’ żmien ta’ programm partikolari jenħtieġ li jinħoloq fil-perjodu li fih isir l-ewwel żborż. Kwalunkwe kompartiment taż-żmien jew kompartiment tal-programm jenħtieġ li jibqa’ attiv sakemm l-ammont ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokat għalih ikun jaqbel mal-ammont ta’ żborżi. Madankollu, fil-każ ta’ diskrepanza fi tmiem is-semestru, jenħtieġ li perjodu ta’ żmien jibqa’ attiv sakemm l-ammont ta’ żborż u finanzjament ta’ terminu twil ikunu jaqblu. F’dak il-każ, jenħtieġ li jkun possibbli li l-iżborżi jkomplu jiġu allokati temporanjament lill-kompartiment taż-żmien attiv, filwaqt li fl-istess ħin jiġu attribwiti l-istrumenti ta’ finanzjament għall-kompartiment taż-żmien li jmiss.

(18)

Filwaqt li l-kost tal-finanzjament jista’ jvarja matul il-perjodu li fih kompartiment tal-programm jew, meta applikabbli, kompartiment taż-żmien, jkun attiv minħabba differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ finanzjament lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġġestixxi l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn sabiex tiżgura li kull kompartiment tal-programm u, fejn applikabbli, kompartiment taż-żmien, jilħqu l-mira ta’ maturità rispettiva tagħhom sa grad komparabbli filwaqt li dejjem tipprijoritizza l-kisba tal-aktar termini vantaġġużi fil-programmi kollha.

(19)

L-istrateġija ta’ finanzjament tal-Kummissjoni tippermetti ġestjoni aħjar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u riskji finanzjarji oħra. Filwaqt li r-rati tal-imgħax imposti fuq il-benefiċjarji tas-self huma mistennija li jkunu stabbli, jista’ jkun meħtieġ kalkolu mill-ġdid perjodiku u marġinali tar-rati meta l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jimmaturaw jeħtieġ li jiġu sostitwiti. Jekk ikun ġustifikat, il-Kummissjoni se tiżviluppa l-kapaċità tagħha li tuża derivattivi bħal swaps biex timmaniġġa kwalunkwe riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jifdal u toffri l-opzjoni ta’ selfiet b’rata tal-imgħax fissa lil benefiċjarju. Jenħtieġ li l-kostijiet ta’ din il-faċilità b’rata tal-imgħax fissa jiġġarrbu b’mod sħiħ u esklużiv mill-benefiċjarju li jeżerċita din l-opzjoni.

(20)

L-ammonti ta’ żborżi f’kompartiment tal-programm jew, fejn applikabbli, f’kompartiment taż-żmien, jenħtieġ li jkunu daqs l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil attribwiti għal dak il-kompartiment jew perjodu ta’ żmien partikolari tal-programm. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għall-kompartimenti ta’ programmi multibenefiċjarji, l-iżborżi tar-rikavati jenħtieġ li jseħħu u jiġu attribwiti lill-istess kompartiment taż-żmien tal-ħruġ tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil użati biex jiġu ġġenerati r-rikavati. Madankollu, dewmien mhux previst fl-iżborżi jista’ jirriżulta f’sitwazzjonijiet fejn ir-rikavati tal-finanzjament ta’ terminu twil ikunu ġew iġġenerati iżda ma jkunx possibbli li dawn jiġu żborżati kif skedat inizjalment. Din il-possibbiltà jenħtieġ li titqies fl-allokazzjoni tal-iżborż lill-kompartimenti taż-żmien differenti.

(21)

Huwa xieraq li tiġi prevista wkoll il-possibbiltà li jiġu antiċipati, fil-kompartiment taż-żmien preċedenti, il-ħtiġijiet ta’ żborż li jinqalgħu kmieni fil-ħajja tal-kompartiment taż-żmien li jmiss. Sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn u jiġi żgurat finanzjament b’termini vantaġġużi, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil jiġu attribwiti lill-perjodu ta’ żmien li jmiss.

(22)

Il-kapaċità li tiġi ġestita l-likwidità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament permezz ta’ aċċess għal teħid b’self għal terminu qasir u ż-żamma ta’ flus għal finijiet prudenzjali hija karatteristika ċentrali u li tiddefinixxi l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Din il-ġestjoni tal-likwidità jenħtieġ li tippermetti li l-Kummissjoni tissodisfa l-ħtiġijiet kollha ta’ pagament u tadatta l-ħruġ għall-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metodi għall-kalkolu tal-kostijiet relatati mal-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Artikoli 6 u 8 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825. Jenħtieġ li dawn jinkludu l-kostijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir, iż-żamma ta’ xi rikavati fuq bażi temporanja f’kont tal-likwidità sabiex tiġi żgurata l-kapaċità li jsiru l-pagamenti kollha fuq talba u l-ġestjoni tar-rata tal-imgħax u riskju finanzjarju ieħor. Jenħtieġ li l-kostijiet imġarrba b’rabta ma’ riakkwisti u/jew maż-żamma ta’ bonds proprji għall-finijiet tal-ġestjoni tal-likwidità jitqiesu wkoll bħala kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi bażi għall-kalkolu ta’ dawn il-kostijiet ta’ likwidità u l-impożizzjoni tagħhom fuq bażi ġusta u ekwa fuq il-benefiċjarji rilevanti kollha tar-rikavati matul is-sena inkwistjoni.

(23)

L-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-likwidità jenħtieġ li jgħinu biex jimminimizzaw il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità li jistgħu jiġġarrbu meta jinżammu flus kontanti għal finijiet prudenzjali. Ir-redditu fuq l-investiment ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità, li jirriżulta minn tranżazzjonijiet tas-suq monetarju garantiti jew mhux garantiti, jenħtieġ li jinkludi l-imgħax ta’ kuljum fir-rigward ta’ kull tranżazzjoni u tariffa kummerċjali potenzjali jew agio/disagio. Ir-redditu fuq l-investiment ta’ dawn l-operazzjonijiet jenħtieġ li jkun is-somma tal-kostijiet tal-ħruġ u ż-żamma ta’ tali likwidità u kwalunkwe redditu fuq l-investiment ta’ tali parteċipazzjonijiet, jenħtieġ li jiġi attribwit kull tliet xhur għall-iżborżi pendenti fuq bażi pro rata.

(24)

Żborżi ogħla mill-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati lill-kompartiment rispettiv tal-programm jew, fejn applikabbli, kompartiment taż-żmien, jew pagamenti tal-imgħax, jistgħu jirriżultaw f’defiċit ta’ likwidità ta’ dak il-kompartiment. Żborżi aktar baxxi mill-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati għall-kompartiment tal-programm rispettiv jew, fejn applikabbli, għall-kompartiment taż-żmien, jew għall-pagamenti ta’ tifdija, jistgħu jirriżultaw f’surplus tal-likwidità. Il-kumpens ta’ dawn is-surpluses jew defiċits ta’ likwidità huwa rekwiżiti inevitabbli tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Jenħtieġ li dawn il-kostijiet ma jiġġarrbux mill-kompartimenti rispettivi, iżda jenħtieġ li jiġu iżolati u ġestiti bħala parti minn spiża ġenerali distinta tal-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu biex jiġu separati l-kostijiet li jirriżultaw minn defiċits jew surpluses ta’ likwidità sabiex ikunu jistgħu jiġu assorbiti mill-programm ta’ finanzjament usa’ fil-forma ta’ kostijiet tal-ġestjoni ta’ likwidità. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità biex jiġi bbilanċjat kwalunkwe bilanċ ta’ flus pożittiv jew negattiv fil-kompartimenti tal-programm tal-benefiċjarju uniku jew fil-kompartimenti taż-żmien multibenefiċjarji għall-ammont totali tal-iżborżi.

(25)

L-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata teħtieġ l-akkwist ta’ kapaċitajiet ġodda meħtieġa biex jinkiseb l-aktar aċċess vantaġġuż għas-swieq kapitali u biex tiġi żgurata l-manutenzjoni ta’ tali infrastruttura b’mod kontinwu u effettiv. Dan jinkludi l-kostijiet meħtieġa biex jinżammu l-kontijiet tal-likwidità, biex tinkiseb il-kapaċità biex isiru rkanti għall-kambjali u l-bonds tal-UE u biex jiġu implimentati kapaċitajiet interni ġodda għall-ipproċessar tad-data. Jenħtieġ li tali kostijiet li jirriżultaw direttament mill-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self u ta’ żborż jiġu trattati bħala spejjeż ġenerali li jiddistingwu l-kostijiet relatati mal-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-teħid b’self u ta’ pagament. Jenħtieġ li dawn il-kostijiet jiġu koperti mill-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi.

(26)

Il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jiġbor fih il-kostijiet amministrattivi kollha mġarrba direttament bl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Dawn il-kostijiet għandhom jiġġarrbu bħala kostijiet tal-istabbiliment, relatati ma’ kostijiet ta’ darba għall-bini ta’ kapaċitajiet operazzjonali jew bħala kostijiet rikorrenti, li huma kostijiet inevitabbli direttament attribwibbli għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u li jseħħu maż-żmien. Filwaqt li l-kostijiet rikorrenti huma kostijiet annwali regolari ddebitati għall-iżborżi li jseħħu f’sena partikolari, jenħtieġ li l-kostijiet tal-istabbiliment ikunu tariffi ta’ darba.

(27)

Il-kostijiet relatati mal-istabbiliment u mal-bini tal-kapaċitajiet ta’ dawn l-operazzjonijiet ilhom jiġġarrbu mill-2021 u diġà ġew attribwiti lill-benefiċjarji tal-programmi ta’ appoġġ finanzjarju tal-NGEU, permezz ta’ spiża ġenerali speċifika għall-istabbiliment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-benefiċjarji ta’ programmi oħra ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 ma jġarrbux kostijiet relatati ma’ dan il-bini ta’ kapaċitajiet preċedenti iżda nefqa futura relatata mal-manutenzjoni ta’ din l-infrastruttura jew l-iżvilupp ulterjuri tagħha. Is-sehem tal-kostijiet amministrattivi tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, għajr l-NGEU, jenħtieġ li jiġi ddeterminat mis-sehem tal-programm fir-rikavati miġbura permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata matul is-sena li fiha jkunu ġġarrbu l-kostijiet amministrattivi rilevanti.

(28)

Jenħtieġ li l-kostijiet amministrattivi inklużi fil-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jkunu limitati għal lista magħluqa ta’ kostijiet eliġibbli, li huma relatati direttament mal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. It-tariffi kuntrattwali għar-reklutaġġ ta’ konsulenti esterni huma parti mil-lista ta’ nefqa amministrattiva eliġibbli wara ftehimiet milħuqa fil-kuntest tal-Baġit Annwali għall-2023. L-estensjoni tal-lista ta’ nefqiet amministrattivi eliġibbli ġiet ikkomunikata lill-awtoritajiet tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-kost aggregat tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jirrappreżenta sehem limitat ħafna tal-kostijiet aggregati mill-operazzjonijiet tal-istrateġija finanzjarja diversifikata.

(29)

Il-proċess ta’ fatturazzjoni ex post huwa mfassal biex jiżgura li l-kostijiet jiġu rkuprati fis-sena ta’ wara u sal-mument li l-kostijiet ma jibqgħux jiġu ġġenerati minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ta’ ġestjoni tad-dejn u ta’ pagament skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata.

(30)

B’mod eċċezzjonali, l-Unjoni tista’ ġġarrab il-kost tal-imgħaxijiet u l-kostijiet amministrattivi relatati mat-teħid u t-teħid b’self, bħal fil-każ tas-self ta’ assistenza finanzjarja lill-Ukrajna mogħti skont ir-Regolament (UE) 2022/2463, u r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Skont ir-Regolament (UE) 2022/2463, ir-riżorsi meħtieġa għandhom jiġu pprovduti permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament, sa fejn dawk il-kostijiet ma jkunux koperti permezz ta’ mezzi oħra. F’każ bħal dan, jenħtieġ li l-fatturazzjoni tal-kostijiet tiġi allinjata mal-fatturazzjoni tal-kostijiet fir-rigward tal-iżborżi bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094 u tiġi raggruppata kull trimestru.

(31)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ avviż ta’ konferma dwar kull żborż, inkluż appoġġ mhux ripagabbli fis-sens tal-Artikolu 2(2), il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/2094, appoġġ ripagabbli lill-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 2(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/2094, u selfiet lil Stat Membru jew pajjiż terz permezz ta’ programmi għall-assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2018/1046.

(32)

Jenħtieġ li s-self taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jiġi implimentat fuq termini finanzjarji armonizzati (profil ta’ maturità u ripagament) għal kull żborż li jappartjeni għall-istess programm ta’ assistenza, soġġett għall-kompatibbiltà tiegħu mal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Għal appoġġ mhux ripagabbli, jenħtieġ li l-avviż ta’ konferma jkun l-element ta’ sostenn ewlieni li jiddetermina dawn it-termini finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-avviż ta’ konferma għandu jiddetermina t-talba dwar il-kostijiet abbażi tat-termini finanzjarji tagħha. Jenħtieġ li dawn it-termini jinkludu d-data tal-iżborż, l-ammont tal-appoġġ finanzjarju, id-data tal-kost tal-pagamenti ta’ finanzjament u d-data tal-maturità. L-avviż ta’ konferma jikkostitwixxi l-bażi essenzjali li fuqha huwa bbażat l-ippjanar baġitarju, iċ-ċirkwiti finanzjarji u l-kontabbiltà għal appoġġ mhux ripagabbli tal-UE.

(33)

Jenħtieġ li l-ftehimiet ta’ self jirreferu għal din id-Deċiżjoni bħala l-metodu għall-kalkolu u l-impożizzjoni tal-ispejjeż tas-self.

(34)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika għat-tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self u l-iżborżi kollha permezz tal-programm NGEU, inklużi dawk li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tagħha.

(35)

Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi pprovduta assistenza finanzjarja lill-Ukrajna f’Lulju 2024, fost prijoritajiet ta’ politika oħra, taħt il-Faċilità tal-Ukrajna bl-aktar mod adegwat u vantaġġuż, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

Suġġett, definizzjonijiet u regoli ġenerali

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u prinċipju regolatorju

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi metodoloġija unika u unifikata biex jiġu allokati l-kostijiet imġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn imwettqa permezz ta’ programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u ta’ appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 (“il-programmi CAM”).

2.   L-implimentazzjoni tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-ġustizzja u tat-trattament ugwali, billi jiġi żgurat li l-kostijiet jinfirxu abbażi tas-sehem relattiv tal-appoġġ riċevut.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“benefiċjarju” tfisser Stat Membru jew pajjiż terz li huwa parti ta’ ftehim ta’ self permezz ta’ programm CAM, jew il-baġit ġenerali tal-Unjoni għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053;

(2)

“żborż” tfisser it-trasferiment ta’ rikavati miksuba permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn biex jiġi ffinanzjat appoġġ ripagabbli jew mhux ripagabbli lil benefiċjarju;

(3)

“strumenti ta’ finanzjament” tfisser bonds, noti, karta kummerċjali, kambjali tal-UE jew kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja xierqa oħra ta’ terminu qasir u/jew twil permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata;

(4)

“perjodu tal-imgħax” tfisser perjodu ta’ tnax-il (12) xahar, jew perjodu ieħor bħal dan li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż ta’ konferma, li jibda mid-data tal-iżborż jew mid-data preċedenti tal-pagament tal-imgħax;

(5)

“ġestjoni tal-likwidità” tfisser il-ġestjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-istrumenti ta’ finanzjament u l-iżborżi;

(6)

“ftehim ta’ self” tfisser ftehim dwar appoġġ fil-forma ta’ self bejn l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni u benefiċjarju taħt programm CAM;

(7)

“operazzjonijiet ta’ teħid b’self” tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825;

(8)

“operazzjonijiet tal-ġestjoni tad-dejn” tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825;

(9)

“operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-likwidità” tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825;

(10)

“finanzjament ta’ terminu qasir” tfisser finanzjament imsemmi fl-Artikolu 2(16) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825;

(11)

“finanzjament ta’ terminu twil” tfisser finanzjament imsemmi fl-Artikolu 2(10) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825;

(12)

“programm b’benefiċjarju uniku” tfisser programm CAM li l-att bażiku tiegħu jippermetti l-iżborż ta’ self jew għotjiet lil benefiċjarju wieħed;

(13)

“programm multibenefiċjarju” tfisser programm CAM li l-att bażiku tiegħu jippermetti l-iżborż ta’ self jew għotjiet lil aktar minn benefiċjarju wieħed;

(14)

“Programm NGEU” jew “NGEU” tfisser kwalunkwe programm iffinanzjat skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2094, dment li jimplimenta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament;

(15)

“Self mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza” (“self mill-RRF”) tfisser appoġġ fil-forma ta’ self skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(16)

“Faċilità għall-Ukrajna” tfisser il-faċilità stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/792 biex tipprovdi appoġġ lill-Ukrajna għall-perjodu mill-2024 sal-2027.

(17)

“AMF +” tfisser l-istrument stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2463 għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023.

Artikolu 3

Tipi ta’ kostijiet

Għandhom jiġu stabbiliti l-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin:

(a)

il-kost tal-finanzjament;

(b)

il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità;

(c)

il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi.

KAPITOLU 2

Kost tal-finanzjament u kost tal-ġestjoni tal-likwidità

Taqsima 1

Kompartimenti

Artikolu 4

Kostituzzjoni tal-kompartimenti tal-programm u tal-kompartimenti taż-żmien

1.   Kompartiment tal-programm għandu jkopri programm wieħed tal-CAM. Dan għandu jiġi stabbilit wara d-dħul fis-seħħ ta’ kull programm CAM.

2.   Kull kompartiment tal-programm għal programm multibenefiċjarju għandu jinkludi wkoll kompartimenti taż-żmien. Perjodu ta’ żmien għandu jkopri s-semestru li jibda fl-1 ta’ Jannar jew fl-1 ta’ Lulju. Meta programm ġdid CAM jidħol fis-seħħ, l-ewwel perjodu ta’ żmien għandu jaqa’ fis-semestru li fih isir l-ewwel żborż u għandu jintemm fit-30 ta’ Ġunju jew fil-31 ta’ Diċembru. Għal kwalunkwe kompartiment tal-programm, kompartiment tal-żmien wieħed biss għandu jkun attiv, fi kwalunkwe ħin, bl-eċċezzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 5(6) ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Kwalunkwe perjodu ta’ żmien għandu jibqa’ attiv sakemm l-ammont tal-iżborżi tal-assistenza finanzjarja jilħaq l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil korrispondenti allokati lilu.

4.   Il-kompartimenti tal-programm għal programmi b’benefiċjarju uniku ma għandhomx jinkludu kompartimenti tal-żmien.

5.   Il-kompartimenti tal-programm għandhom jibqgħu attivi sakemm l-ammont globali tal-iżborżi tal-assistenza finanzjarja jilħaq l-ammont globali tal-istrumenti korrispondenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati lilu.

Artikolu 5

Allokazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament u żborżi lill-kompartimenti tal-programmi u lill-kompartimenti ta’ żmien

1.   L-iżborżi taħt programm CAM partikolari, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati allokati lilu, għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-programm stabbilit għal dak il-programm CAM. L-iżborżi taħt programm multibenefiċjarju partikolari, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati, għandhom jiġu attribwiti għall-kompartiment taż-żmien li jkun attiv fil-mument li fih isir l-iżborż.

2.   Żborż għandu jibqa’ attribwit għall-istess kompartiment tal-programm jew perjodu ta’ żmien fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont pendenti li jkun għad irid jitħallas lura.

3.   L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 7, għandhom jiġu attribwiti għall-kompartimenti tal-programm u, jekk applikabbli, għall-kompartimenti taż-żmien li jkunu attivi fil-mument tal-konklużjoni tal-operazzjoni ta’ teħid b’self li ġġenerathom.

4.   Madanakollu, l-istrumenti ta’ finanzjament iġġenerati bil-ħsieb li jiġi ffinanzjat żborż fil-kompartiment taż-żmien sussegwenti jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-kompartiment taż-żmien.

5.   Meta l-ammont ta’ żborżi fi tmiem is-semestru ta’ kompartiment taż-żmien jaqbeż l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil, l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil iġġenerati mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self wara tmiem is-semestru tal-kompartiment taż-żmien għandhom jiġu attribwiti għal dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil jilħaq l-ammont ta’ żborżi ta’ dak il-perjodu ta’ żmien.

6.   L-attribuzzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil għal kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien għandha sseħħ fil-mument li fih titwettaq it-tranżazzjoni filwaqt li tiġi żgurata kisba ekwa tal-miri ta’ maturità medja differenti għal kull programm CAM bl-aħjar mod matul il-perjodu ta’ finanzjament attwali u jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

(a)

l-ammonti aggregati u l-mira ta’ maturità medja ppjanati skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825;

(b)

kwalunkwe rekwiżit li jirriżulta mill-atti bażiċi sottostanti, u b’mod partikolari, il-limiti massimi medji tal-maturità ta’ kull programm CAM u l-ammont massimu ta’ obbligazzjonijiet li l-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun f’pożizzjoni li jimpenja ruħu għalihom f’sena partikolari taħt dak il-programm CAM;

(c)

il-maturitajiet tas-self stabbiliti fil-ftehimiet ta’ self konklużi bejn l-Unjoni rrappreżentata mill-Kummissjoni u l-benefiċjarju;

(d)

kwalunkwe aġġornament materjali għall-ippjanar tal-finanzjament jew tal-iżborż, li jinsab f’deċiżjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825.

7.   Kwalunkwe strument ta’ finanzjament ta’ terminu twil għandu jibqa’ parzjalment jew kompletament attribwit għall-istess kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont pendenti li jkun għad irid jitħallas lura.

8.   B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-ammont nozzjonali ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil attribwit għal kompartiment taż-żmien preċedenti tal-istess kompartiment tal-programm jaqbeż l-ammont ta’ żborżi attribwiti lil dak il-kompartiment f’konformità ma’ dak il-paragrafu, l-iżborżi għandhom ikomplu jiġu allokati għal dak il-kompartiment taż-żmien, li għalhekk se jibqa’ attiv, sakemm l-ammont tal-iżborżi magħmula jilħaq l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil.

9.   L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jissostitwixxu l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jimmaturaw għandhom jiġu attribwiti lill-istess kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien. L-Artikolu 7 għandu japplika fil-każ ta’ diskrepanza bejn id-data tal-maturità tal-istrument ta’ maturità ta’ terminu twil u d-data tat-teħid b’self tal-istrument ta’ terminu twil li tissostitwiha.

Artikolu 6

Kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità

1.   Il-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jopera sakemm isir ripagament sħiħ tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self awtorizzati fil-programmi CAM.

2.   L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir, l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-likwidità u tad-dejn u l-kostijiet li jirriżultaw minnhom għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità.

Artikolu 7

Livellar tal-bilanċi tal-likwidità

1.   Il-livell ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità fi kwalunkwe kompartiment tal-programm u kompartiment taż-żmien għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum bħala d-differenza bejn l-influssi u l-flussi ta’ ħruġ, kif stabbilit fil-pass 3 tal-punt 1 tal-Anness.

2.   Kwalunkwe ammont pożittiv imsemmi fil-paragrafu 1 (“surplus tal-likwidità”) għandu jkun kuljum allokat mill-kompartiment tal-programm jew mill-kompartiment taż-żmien rispettiv lill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, kif stabbilit fil-pass 4 tal-punt 1 tal-Anness, bil-kost tal-finanzjament tal-kompartiment jew tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien rilevanti f’dak il-jum.

3.   Kwalunkwe ammont li jikkorrispondi għall-ammont negattiv imsemmi fil-paragrafu 1 (“defiċit ta’ likwidità”) għandu jittieħed mill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità kuljum u jiġi attribwit lill-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien rispettiv, kif stabbilit fil-pass 6 tal-punt 1 tal-Anness, bil-kost tal-finanzjament tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, inklużi t-trasferimenti kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 f’dak il-jum.

Taqsima 2

Kalkolu tal-kostijiet tal-finanzjament u tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità

Artikolu 8

Kalkolu tal-kost tal-finanzjament ta’ kompartimenti tal-programm u kompartimenti taż-żmien

1.   Il-kost tal-finanzjament tal-kompartimenti tal-programm u tal-kompartimenti taż-żmien kollha għandhom jiġu kkalkulati kuljum.

2.   Il-kost tal-finanzjament ta’ strument ta’ finanzjament għandu jinkludi l-imgħax ta’ kuljum fir-rigward ta’ kull strument ta’ finanzjament u agio/disagio potenzjali bbażat fuq il-prezz ta’ ħruġ kumplessiv.

3.   Il-kost tal-finanzjament ta’ kuljum ta’ kompartiment ta’ programm jew ta’ kompartiment taż-żmien għandu jinkludi l-kost tal-finanzjament ta’ kuljum tal-istrumenti ta’ finanzjament attribwit għall-dak il-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien wara r-riżultati tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u (3).

Artikolu 9

Kalkolu tal-kost tal-ġestjoni tal-likwidità

1.   Il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jkun it-total tal-kost tar-riport fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness.

2.   Il-kost tar-riport għandu jkun id-differenza bejn l-imgħax akkumulat permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, il-kostijiet u r-redditi li jirriżultaw mil-livellar ta’ kwalunkwe surplus tal-likwidità jew defiċits ta’ likwidità msemmija fl-Artikolu 7(2) u (3), u r-redditu fuq l-investiment iġġenerat mill-parteċipazzjonijiet.

3.   Ir-redditu fuq l-investiment ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità għandu jinkludi kwalunkwe kost relatat tal-investiment.

4.   Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità għandhom jiġu kkalkulati kuljum.

Artikolu 10

Allokazzjoni tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità

1.   Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità għandhom jiġu kkalkulati bħala t-total tal-kostijiet ta’ kuljum tal-ġestjoni tal-likwidità matul trimestru. Dawn il-kostijiet għandhom jiġu attribwiti lil kull żborż fuq bażi prorata tas-sehem relattiv tal-iżborż għall-ammonti pendenti totali ta’ żborżi fi tmiem it-trimestru.

Artikolu 11

Attribuzzjoni tal-kost tal-finanzjament għal żborż

1.   L-iżborżi tal-istess kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien għandhom iġorru l-istess kost ta’ finanzjament medju ta’ kuljum sakemm isir ir-ripagament tagħhom.

2.   Għal kull żborż pendenti, il-kost ta’ kuljum ta’ finanzjament għandu jiġi kkalkolat billi l-kost totali tal-finanzjament tal-kompartiment tal-programm jew tal-kompartiment taż-żmien wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u (3) jiġi mmultiplikat bl-ammont tal-iżborż diviż bl-ammonti pendenti totali tal-iżborżi tal-kompartiment tal-programm li għalih jiġi attribwit l-iżborż.

KAPITOLU 3

Kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi

Artikolu 12

Kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi

Il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi għandu jinkludi l-kostijiet amministrattivi rikorrenti għall-benefiċjarji. Dan għandu jinkludi l-kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF, fil-limiti indikati fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 21(5). L-ispiża tas-servizz għall-ispejjeż amministrattivi għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-punt 3 tal-Anness.

Artikolu 13

Kostijiet amministrattivi rikorrenti

1.   Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jinkludu kwalunkwe kost imġarrab mill-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn, li jinkludu t-tipi li ġejjin: tariffi legali bħal dawk imġarrba għal pariri u opinjonijiet ġuridiċi, tariffi tal-ġestjoni tad-dejn u tal-likwidità, kostijiet tal-ġestjoni tal-kontijiet u tal-ġestjoni tal-pagamenti, kostijiet għall-awditjar estern, tariffi tal-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-irkant, tariffi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni, l-elenkar, it-taxxi, it-tariffi tar-reġistrazzjoni, tal-pubblikazzjoni u ta’ saldu, it-teknoloġija tal-informazzjoni, ir-riċerka relatata mas-suq, it-tariffi ta’ konsulenza u spejjeż oħra tar-relazzjonijiet mal-investituri u l-għodod ta’ ġestjoni kif ukoll it-tariffi tal-aġenti kuntrattwali u tat-taħriġ relatati mal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata.

2.   Sa fejn dawn il-kostijiet ikunu komuni għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self implimentati għal programmi oħra ta’ assistenza finanzjarja, il-kostijiet inklużi fil-kalkolu għandhom jiġu kkalkulati abbażi tas-sehem prorata attribwit għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn assenjati lil dak il-programm CAM fis-sena kalendarja rilevanti.

3.   Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu kkalkulati għal kull żborż riċevut permezz ta’ kull ftehim dwar self fuq bażi prorata tal-iżborż għall-ammonti totali ta’ żborżi pendenti magħmula taħt il-programmi CAM differenti fi tmiem is-sena kalendarja.

Artikolu 14

Kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF

1.   Il-kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF għandhom jinkludu kwalunkwe kost imġarrab mill-Kummissjoni fil-bini tal-kapaċità għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self, tal-ġestjoni tad-dejn u tal-ġestjoni tal-pagamenti tal-NGEU. Dawn jinkludu kostijiet relatati mal-istabbiliment tal-kontijiet tal-NGEU, l-istabbiliment ta’ pjattaforma tal-irkant, għodda tal-ġestjoni tal-investituri, kostijiet oħra tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tariffi ta’ riċerka u konsulenza relatati mas-suq.

2.   L-Istati Membri li jiffirmaw ftehimiet dwar self mill-RRF għandhom iġarrbu 48 % tal-kostijiet tal-istabbiliment totali.

3.   Fl-2021, fl-2022 u fl-2023, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-kostijiet tal-istabbiliment imsemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prorata tal-ammont tas-self skont il-ftehim dwar self mill-RRF iffirmat għall-ammont totali ta’ selfiet skont il-ftehimiet dwar self mill-RRF kollha ffirmati, kif stabbilit fil-punt 3(2)(i) u (ii) tal-Anness.

4.   Sat-30 ta’ Ġunju 2024, kwalunkwe kost tal-istabbiliment mhux allokat lill-Istati Membri li ffirmaw ftehimiet ta’self mill-RRF għandu jiġi allokat fuq bażi prorata għall-ammont ta’ self iffirmat skont kull ftehim ta’ self mill-RRF għall-ammonti totali ta’ selfiet skont il-ftehimiet ta’ self mill-RRF kollha ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2023, kif stabbilit fil-punt 3(2)(iii) tal-Anness.

5.   L-ebda kost tal-istabbiliment addizzjonali għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self ma għandu jkun dovut wara tmiem is-sena 2023 jew allokat għall-programmi CAM, sakemm dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053.

KAPITOLU 4

Fatturazzjoni

Artikolu 15

Avviż ta’ konferma

1.   Fir-rigward ta’ kull żborż, għandu jiġi stabbilit avviż ta’ konferma li jkun fih it-termini li jwasslu għat-talba dwar il-kostijiet mill-Kummissjoni.

2.   L-avviż ta’ konferma għandu jiddetermina t-termini għall-kost tal-finanzjament tal-pagament u r-ripagament tal-kapital li għandhom jitħallsu lura mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 għal appoġġ mhux ripagabbli u mill-benefiċjarji ta’ ftehimiet ta’ self.

3.   L-avviż tal-ftuħ ta’ konferma għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-ammont tal-iżborż,

(b)

id-data ta’ maturità,

(c)

l-iskeda ta’ ripagament,

(d)

l-attribuzzjoni tal-iżborż għal kompartiment taż-żmien,

(e)

perjodu tal-imgħax li jindika d-data tal-pagament.

4.   L-avviż ta’ konferma għas-self għandu jinkludi wkoll kwalunkwe element addizzjonali indikat fil-ftehimiet ta’ self.

Artikolu 16

Fatturazzjoni tal-kostijiet ta’ finanzjament

1.   Il-kost ta’ finanzjament għandu jiġi kkalkulat b’rabta ma’ kull żborż fi tmiem il-perjodu tal-imgħax iddeterminat fl-avviż ta’ konferma.

2.   Il-fatturazzjoni għandha ssir fi tmiem il-perjodu tal-imgħax stabbilit fl-avviż ta’ konferma. Fir-rigward tal-iżborżi fejn il-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun responsabbli għall-kostijiet tagħhom jew għat-tifdija tal-kapital, bħall-iżborżi rreġistrati bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094 u l-istrument tal-AMF +, meta l-Ukrajna titlob sussidjar tal-kostijiet relatati, u għall-iżborżi ta’ self taħt il-Faċilità tal-Ukrajna, il-fatturi jistgħu jiġu raggruppati kull trimestru jew f’fattura annwali li tkopri erba’ trimestri tas-sena.

Artikolu 17

Fatturazzjoni tal-kost tal-ġestjoni tal-likwidità

Il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi fatturat fil-bidu ta’ kull sena kalendarja għall-kost imġarrab matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 18

Fatturazzjoni tal-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi

1.   Il-benefiċjarji tas-selfiet għandhom jiġu fatturati fil-bidu ta’ kull sena kalendarja għall-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi mġarrba matul is-sena kalendarja preċedenti.

2.   Il-pagamenti mill-benefiċjarji għall-kostijiet tas-servizz għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern fis-sens tal-Artikolu 21(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 19

Tħassir

1.   Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2545 hija b’dan imħassra.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

1.   B’din id-Deċiżjoni huwa stabbilit kompartiment tal-legat tal-programm b’kompartimenti taż-żmien. Kompartiment tal-legat tal-programm bħal dan għandu jkun kostitwit mill-iżborżi kollha attribwiti lill-kompartimenti taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati allokati lilhom, skont l-NGEU, ir-Regolament (UE) 2022/2463, u kwalunkwe programm CAM ieħor fis-seħħ qabel id-19 ta’ Lulju 2024.

2.   L-iżborżi taħt l-NGEU magħmula mid-19 ta’ Lulju 2024, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati, għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-legat tal-programm u lill-kompartimenti taż-żmien rispettivi li fiħ.

3.   L-ewwel perjodu ta’ żmien tal-kompartiment tal-legat tal-programm għandu jibqa’ b’perjodu ta’ kostituzzjoni ta’ 7 xhur, mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1), għandhom jiġu stabbiliti kompartimenti ta’ programmi ġodda għall-programmi CAM li l-att bażiku tagħhom daħal fis-seħħ fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sad-19 ta’ Lulju 2024.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-iżborżi skont dawk il-programmi CAM magħmula mid-19 ta’ Lulju 2024, u l-istrumenti ta’ finanzjament allokati lilhom, għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-programm il-ġdid rispettiv u lill-kompartimenti taż-żmien, kif xieraq.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF għandhom jibqgħu dovuti mill-benefiċjarji rilevanti.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’finanzjament diversifikata bħala metodu ġenerali ta’ teħid b’self (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2434/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 tat-2 ta’ Lulju 2021 li tistabbilixxi l-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet mutwatarji u tal-ġestjoni tad-dejn permezz tan-NextGenerationEU (ĠU L 236, 5.7.2021, p. 75, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1095/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2545 tad-19 ta’ Diċembru 2022 dwar l-istabbiliment tal-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 123,. ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2545/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2463/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2023/2825 tad-12 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-Unjoni skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati (ĠU L, 2023/2825, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2825/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2094/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).


ANNESS I

Għall-fini tal-formuli stabbiliti f’dan l-Anness, “C” tindika b’mod indifferenti il-kompartiment tal-programm jew il-kompartiment taż-żmien, peress li l-kostijiet attribwiti lil wieħed jew l-ieħor isegwu l-istess metodoloġija ta’ livellar.

1.   Kalkolu tal-kost tal-finanzjament

Il-kost tal-finanzjament għandu jiġi kkalkulat skont il-passi li ġejjin:

 

Pass Nru 1: Kalkolu tal-kostijiet totali ta’ kuljum ta’ strument ta’ finanzjament individwali f’kompartiment tal-programm jew f’kompartimenti taż-żmien jew fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità

Id-dovuti ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati:

Formula

Is-snin biżestili għandhom jiġu integrati fil-kalkolu tad-dovuti ta’ kuljum għal kull strument individwali ta’ finanzjament fit-tul kif ġej:

Formula

Formula

Fil-każ ta’ bonds tap, jiġifieri żieda fil-volum ta’ ħruġ passat, l-ewwel kupun jista’ jiġi kkalkolat bħala kupun qasir jew twil, li jibda mid-data tas-saldu tat-tap sad-data tal-kupun li jmiss. Jenħtieġ li l-pagamenti tal-kupuni jiġu kkalkulati kif ġej, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-investituri:

L-ewwel nett, billi jiġi kkalkulat l-imgħax dovut li jibda mid-data tal-pagament tal-kupun preċedenti, għal kull strument individwali ta’ finanzjament fit-tul, dan l-imgħax dovut għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Formula

Jenħtieġ li għal kupuni qosra u twal, il-pagamenti jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

Formula

L-imgħax dovut riċevut mill-investituri mal-ħruġ temporanjament iżid il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità sakemm jiġu kompensati bl-ewwel pagament tal-kupun. L-imgħax dovut huwa rifless fil-kalkoli tal-kostijiet permezz tal-kompartiment tal-likwidità, madankollu mhuwiex parti mid-dovuti ta’ kuljum marbuta mal-istrumenti ta’ finanzjament u mal-kompartiment tal-programm jew mal-kompartiment taż-żmien rilevanti tiegħu. Il-kostijiet kollha jew ir-redditu mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn imġarrba mill-Kummissjoni jiġu ttrasferiti lill-benefiċjarji skont din il-metodoloġija.

Is-somma tad-dovuti ta’ kuljum li jimplimentaw il-metodu ta’ hawn fuq għal kull strument ta’ finanzjament individwali għandha tkun ugwali għas-somma tad-dovuti ta’ kuljum matul il-perjodu kollu tad-dovuti tiegħu, kif ġej:

Formula

Għal kull strument ta’ finanzjament, l-agio/id-disagio għandhom jitqassmu b’mod lineari tul ħajjet l-istrument:

agio/disagio ta’ kuljum = (100-prezz tal-ħruġ):(data tal-maturità - data tal-ħruġ)

meta l-prezz tal-ħruġ = Prezz li jinkludi kollox (inklużi t-tariffi bankarji)

Għal kull tranżazzjoni tal-ġestjoni tad-dejn u/jew tal-likwidità, is-somma tad-dovuti ta’ kuljum li jimplimentaw il-metodu għal kull strument ta’ finanzjament jew investiment individwali għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

Għal kull strument tal-ġestjoni tad-dejn u tal-likwidità, it-tariffi tat-tranżazzjonijiet għandhom jitqassmu b’mod lineari tul ħajjet l-istrument:

tariffi tat-tranżazzjonijietta’ kuljum = tariffi:(data ta’ maturità-data tal-ħruġ)

Għal kull strument ta’ finanzjament, il-kostijiet totali ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati:

CoFta’ kuljum għal kull strument = ACCta’ kuljum+agio/disagiota’ kuljum

*L-

ACCta’ kuljum se jqis id-dovuti ta’ sena biżestili jew sena mhux biżestili kif deskritt fil-Pass 1.

 

Pass 2: Kalkolu tal-kostijiet totali aggregati ta’ kuljum tal-finanzjament

Għal kull kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien, il-kostijiet totali ta’ kuljum għall-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien qabel il-livellar imsemmija fl-Artikolu 7 għandhom ikunu s-somma tal-kostijiet totali ta’ kuljum kollha ta’ kull strument ta’ finanzjament attribwit għall-kompartiment tal-programm jew għall-kompartiment taż-żmien:

CoFC(x) ta’ kuljum prelivellar=∑ CoF ta’ kuljum għal kull strument allokat għal C(x)

Għall-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, l-Ispiża tal-Finanzjament għandha tkun:

CoFLMC ta’ kuljum prelivellar=∑ CoFta’ kuljum għal kull strument allokat għal-LMC

 

Pass 3: Kalkolu tal-bilanċi tal-likwidità fil-kompartiment tal-programm jew fil-kompartimenti taż-żmien

Il-livell ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum kif ġej:

LikwiditàTC(x) = Dħul [Ħruġ ta’ rikavat + Imgħaxself/għotjiet + Ripagamentiself/għotjiet] – Ħruġ [Żborżi + Kupunidejn pendenti+ Tifdija tad-Dejn]

Meta l-Likwidità C(x) tkun negattiva, għandha tindika l-ammont ta’ defiċit tal-kompartiment tal-programm jew tal-kompartiment taż-żmien, li għandu jiġi definit bħala Likwidità C (defiċit) u meta jkun pożittiv, għandha tindika l-ammont ta’ surplus tal-likwidità tal-kompartiment tal-programm jew tal-kompartiment taż-żmien, li għandu jiġi definit bħala Likwidità C (surplus)

 

Pass 4: Kalkolu tal-kost tal-finanzjament tal-istrumenti ta’ finanzjament affettwati mis-surplus tal-likwidità

Dan il-pass jidentifika l-parti tas-CoF tal-kompartimenti tal-programm jew tal-kompartimenti taż-żmien b’surplus ta’ likwidità li jista’ jiġi attribwit għal-likwidità miżmuma f’dak il-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien.

Il-kostijiet tal-finanzjament relatati mal-istrumenti ta’ finanzjament għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

CoFSurplus tal-likwiditàC(surplus) =

CoF C ta’ kuljum (surplus) prelivellar * Likwidità C(surplus): C(surplus) totali

CoFC ta’ kuljum (surplus) postlivellar = CoFC ta’ kuljum (surplus) prelivellar- CoFSurplus tal-likwiditàC (surplus)

 

Pass 5: Kalkolu tal-kost tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità f’każ li l-kost tal-finanzjament jiġi attribwit lilu mill-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’surplus tal-likwidità

F’każ li l-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità jirċievi surplus mill-kompartiment tal-programm jew mill-kompartiment taż-żmien, il-kost tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

CoFLMC ta’ kuljum postlivellar = CoFLMC ta’ kuljum prelivellar + ∑ CoFsurplus ta’ likwiditàC(surplus)

 

Pass 6: Il-kalkolu tal-kost tal-finanzjament tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’defiċit ta’ likwidità

Kwalunkwe defiċit ta’ likwidità f’kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien jiġi livellat bi trasferiment ta’ likwidità mill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità skont il-kostijiet ta’ kuljum tal-finanzjament tiegħu (Pass 5).

Għal kompartimenti ta’ programm jew kompartimenti taż-żmien b’bilanċ tal-likwidità pożittiv, il-kost tal-postlivellar tal-finanzjament diġà jirriżulta mill-Pass Nru 4 hawn fuq.

CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC = CoFLMC ta’ kuljum postlivellar * Ammont ta’ trasferiment: LMC totali

CoFC ta’ kuljum (defiċit) postlivellar = CoFC ta’ kuljum (deficit) prelivellar + CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC

Il-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità huwa għalhekk ir-riżultat ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir pendenti, flimkien ma’ kwalunkwe trasferiment ta’ surplus minn kompartimenti oħra tal-programmi jew kompartimenti taż-żmien u jitnaqqas kwalunkwe trasferiment biex jikkumpensa d-defiċits minn kompartimenti oħra tal-programm jew kompartimenti taż-żmien. It-trasferimenti tal-kostijiet isegwu approċċ pass pass fejn għall-bidu l-kostijiet assoċjati ma’ eċċessi f’kompartimenti oħra tal-programm jew f’kompartimenti taż-żmien oħra jiddaħħlu fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, u wara l-kost medju tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir pendenti u s-surpluses minn kompartimenti oħra tal-programm jew kompartimenti taż-żmien, imbagħad jiġi ttrasferit għal kompartimenti oħra tal-programm jew kompartimenti taż-żmien li għandhom defiċit. Il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità huma r-riżultat ta’ dan il-livellar kif ukoll kwalunkwe kost jew redditu minn dawn il-parteċipazzjonijiet li għadhom ma ġewx ittrasferiti lill-benefiċjarji. Il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità jirriflettu wkoll id-diskrepanza fiż-żmien bejn il-mument meta l-kupun jew l-imgħax dovut jitħallas u jiġi riċevut mill-investituri u impost fuq il-benefiċjarji.

Il-livell ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum kif ġej:

TotalLMC(x) = Flussi ta’ Dħul [Ħruġ ta’ rikavat + Likwidità C(surplus) – Flussi ta’ Ħruġ [LikwiditàC(defiċit) + [Tifdija tad-Dejn]

Parteċipazzjonijiet LMC(x) = TotalLMC(x) + RoI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità ta’ kuljum + LIQMpagamenti annwali + Flussi ta’ dħul ta’ parteċipazzjonijiet tal-likwiditàta’ kuljum - Flussi ta’ ħruġ ta’ parteċipazzjonijiet tal-likwiditàta’ kuljum

Filwaqt li l-kost tal-finanzjament jista’ jvarja bejn il-kompartimenti tal-programm u bejn il-kompartimenti taż-żmien minħabba differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ finanzjament lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn sabiex tiżgura li kull kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien ikollu profili ta’ maturità li sa fejn huwa possibli, jiġu stabbiliti qrib il-miri tagħhom kif definiti f’din id-Deċiżjoni.

 

Pass 7: Il-kalkolu tal-kost ta’ kuljum tal-finanzjament tal-iżborż

Il-kost ta’ kuljum tal-finanzjament tal-iżborż għandu jkun l-ammont tal-iżborż immultiplikat bis-sehem relattiv tal-iżborż b’rabta mal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien li għalih ikun ġie allokat.

CoF tal-iżborż f’C(x) =

CoF ta’ kuljumC(x) postlivellar* ammont pendenti ta’ żborżi: ∑ żborżi pendenti f’C(x)

2.   Kalkolu tal-Kost tal-Ġestjoni tal-Likwidità

Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità għal kull żborż għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-kostijiet ta’ kuljum tal-parteċipazzjoni tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità wara l-ibbilanċjar tal-bilanċi tal-likwidità tal-kompartimenti tal-programm jew tal-kompartimenti taż-żmien matul il-perjodu tal-kalkolu. Ir-redditi jew il-kostijiet f’każ ta’ rati negattivi jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-likwidità disponibbli wara l-livellar, jiġifieri b’żieda tas-surpluses tal-likwidità u bi tnaqqis tad-defiċits tal-likwidità, kif deskritt fil-punt 1 pass 6. Kwalunkwe tariffa jew penali eċċezzjonali mħallsa jew riċevuta għandha tiġi integrata fil-kalkolu tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità u miżjuda mar-redditu tat-tranżazzjoni fid-data tal-pagament. Kwalunkwe redditu għandu jitnaqqas kif ġej:

LIQM ta’ trimestru= ∑ CoFLMC ta’ kuljum postlivellar matul it-trimestru – RoI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità ta’ trimestru

Il-LIQM għandu jiġi attribwit għal kull żborż kif ġej:

LIQM tal-iżborż =

LIQM ta’ trimestru *

∑ żborż pendenti fi tmiem it-trimestru: ∑ żborżi pendenti fi tmiem it-trimestru

3.   Kalkolu tal-Kost tas-Servizz għall-kostijiet amministrattivi

3.1.   Kalkolu tal-kostijiet amministrattivi rikorrenti

Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

il-kostijiet amministrattivi rikorrenti annwali total = ∑ elementi ta’ kost amministrattiv rikorrenti għas-sena kalendarja

Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu allokati kif ġej:

kostijiet amministrattivi rikorrenti annwali għal kull benefiċjarju =

kostijiet amministrattivi rikorrenti annwali totali *

∑ żborż pendenti għall-benefiċjarju fi tmiem is-sena: ∑ żborżi pendenti fi tmiem is-sena

3.2.   Kalkolu u allokazzjoni tal-kostijiet ta’ stabbiliment

Il-kostijiet tal-istabbiliment għal kull benefiċjarju ta’ self mill-RRF għandhom jiġu kkalkulati fit-tliet passi li ġejjin:

(1)

Il-kostijiet ta’ stabbiliment għal self permezz tal-RRF għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

il-kostijiet tal-istabiliment għal self permezz tal-RRF = 48 %*∑ elementi tal-kostijiet tal-istabiliment

(2)

Il-kostijiet tal-istabbiliment għas-self tal-RRF għandhom jiġu allokati għas-snin 2021, 2022 u 2023 lil kull Stat Membru li jkun iffirma ftehim ta’ self tal-RRF kif ġej:

kostijiet tal-istabbiliment għal kull self permezz tal-RRF iffirmat = kostijiet tal-istabbiliment għal self permezz tal-RRF*

ammont ta’ self iffirmat għal kull Stat Membru fi tmiem is-sena: ammont massimu totali ta’ self mill-RRF

(3)

Mill-1 ta’ Jannar 2024, kwalunkwe kost ta’ stabbiliment mhux allokat għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

kost ta’ stabbiliment mhux allokat għal self permezz tal-RRF = kostijiet ta’ stabbiliment għal self permezz tal-RRF - ∑ kost ta’ stabbiliment allokat għal self permezz tal-RRF fl-2021, l-2022 u l-2023

Dawn għandhom jiġu allokati bħala kostijiet ta’ stabbiliment addizzjonali għall-iżborżi lill-Istati Membri skont il-ftehim ta’ self permezz tal-RRF kif ġej:

kost ta’ stabbiliment addizjonali għal kull benefiċjarju = kost ta’ stabbiliment mhux allokat għal self permezz tal-RRF fi tmiem l-2023*

∑ ammonti ta’ selfiet iffirmati għal kull benefiċjarju fi tmiem l-2023: ammont totali ta’ selfiet fil-ftehimiet ta’ self permezz tal-RRF iffirmati fi tmiem l-2023

3.3.   Kalkolu tal-Kost tas-Servizz għal kull benefiċjarju

CoSAnnwali = ∑ Elementi tal- il-kostijiet amministrattivi rikorrenti + ∑ Elementi tal-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment

4.   Glossarju ta’ akronimi

ACCta' kuljum

Il-kostijiet tal-imgħax akkumulati mqassma skont il-jum

ACCta' kuljum sena biżestili

Il-kostijiet tal-imgħax dovut mqassam skont il-jum għal sena biżestili (366 jum). Is-sena tal-ACC mhux biżestili hija ta’ 365 jum.

ACCkupun tap

Imgħax dovut ikkalkulat għal kupun qasir u twil (jiem mid-data tal-ħruġ oriġinali jew id-data tal-kupun sad-data tal-ħlas il-ġdida)

ACCtotal

Imgħax dovut ikkalkulat bħala s-somma tad-dovuti ta’ kuljum ta’ strument ta’ finanzjament jew ta’ investiment fuq perjodu tad-dovuti kollu (mill-bidu sal-maturità)

Kostijiet AMMINISTRATTIVI Annwali

Total tal-kostijiet amministrattivi matul is-sena kalendarja

agio/disagiota’ kuljum

agio jew disagio mqassma skont il-jum

Benefiċjarju

Stat Membru jew pajjiż terz li huwa parti għal self ftehim taħt programm CAM, jew il-baġit tal-Unjoni għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053

CoF

Kost tal-finanzjament

CoF ta’ pretensjoni individwali f’C(x)

CoF ta’ pretensjoni f’kompartiment ta’ programm X jew kompartiment taż-żmien X

CoFta’ kuljum għal kull strument

COF ta’ kuljum għal kull strument ta’ finanzjament

CoFC ta’ kuljum (defiċit) postlivellar

CoF ta’ kuljum wara l-livellar tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’defiċit ta’ likwidità inizjali

CoFC ta’ kuljum (surplus) postlivellar

CoF ta’ kuljum wara l-livellar tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’surplus ta’ likwidità inizjali

CoFLMC ta’ kuljum postlivellar

COF ta’ kuljum għal-LMC wara l-livellar

CoFLMC ta’ kuljum prelivellar

COF ta’ kuljum għal-LMC qabel il-livellar

CoFC(x) ta’ kuljum prelivellar

CoF ta’ kuljum qabel il-livellar tal-kompartiment tal-programm X jew kompartiment taż-żmien X

CoFSurplus tal-LikwiditàsC(surplus)

CoF ta’ kuljum relatat mas-surplus tal-likwidità fil-kompartiment tal-programm jew fil-kompartiment taż-żmien

CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC

CoF ta’ kuljum relatat mal-likwidità li tiġi ttrasferita lil-LMC

CoS Annwali

Is-somma tal-kostijiet amministrattivi tas-servizz matul is-sena kalendarja

Kupun

Imgħaxijiet imħallsa mill-emittent fuq il-bond

Kupun tap

Ammont ta’ imgħax imħallas mill-emittent fuq il-bond fil-każ ta’ bond tap, għal kupuni qosra jew twal, inkluż l-imgħax dovut

C(x)

Is-somma totali tal-pretensjonijiet u l-likwidità tal-kompartiment tal-programm X jew kompartiment taż-żmien X

Parteċipazzjonijiet LMC(x)

Il-pożizzjoni ta’ kuljum tal-ġabra ta’ finanzjament postlivellar u wara li jitqiesu r-RoI tal-parteċipazzjonijiet u l-interessi ddebitati lill-benefiċjarji

LikwiditàC(x)

Ammont ta’ likwidità fil-kompartiment tal-programm X jew fil-kompartiment taż-żmien X

Kostijiet tal-LMCta’ trimestru

Kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità matul trimestru

LIQMtrimestru

Riport tal-ġestjoni tal-likwidità kkalkulat bħala s-somma tal-kostijiet ta’ kuljum (LMC) u r-redditu tal-likwidità matul it-trimestru

LIQMpagamenti annwali

Riport tal-ġestjoni tal-likwidità kkalkulat bħala s-somma tal-kostijiet ta’ kuljum (LMC) u r-redditu tal-likwidità matul perjodi tal-passat

Nozzjonali

Ammont nominali

ROI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità trimestru

Redditu fuq l-investiment tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità matul trimestru

TotalLMC(x

Il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ kuljum tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità qabel il-parteċipazzjonijiet tal-RoI u l-imgħax impost fuq il-benefiċjarji, filwaqt li jitqiesu r-rikavati mill-finanzjament ta’ terminu qasir, is-surpluses u d-defiċits mill-kompartimenti tal-programmi u mill-kompartimenti taż-żmien u l-pagamenti tat-tifdija tad-dejn


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2545

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1974/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top