This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D1967
Council Decision (CFSP) 2024/1967 of 15 July 2024 amending Decision (CFSP) 2020/1999 concerning restrictive measures against serious human rights violations and abuses
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1967 tal-15 ta’ Lulju 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1967 tal-15 ta’ Lulju 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
ST/11167/2024/INIT
ĠU L, 2024/1967, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1967/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1967 |
15.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1967
tal-15 ta’ Lulju 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 (1). |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha. |
|
(3) |
Fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2023, ir-Rappreżentant Għoli enfasizza t-tħassib tal-Unjoni dwar iż-żieda fil-vjolenza kontra l-Palestinjani minn abitanti ta’ insedjamenti estremisti fix-Xatt tal-Punent okkupat, li laħqet livelli mingħajr preċedent. L-Unjoni kompliet ittenni l-kundanna qawwija tagħha tal-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti u appellat għar-responsabbiltà. L-Unjoni appellat ukoll lill-Iżrael biex jipprevjeni l-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti u jiżgura li l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli. Mill-attakki terroristiċi tal-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023 ’l hawn, il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti żdiedet drastikament. |
|
(4) |
Fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom tal-20 ta’ Mejju 2024 dwar l-attakki fuq l-infrastruttura medika u ċivili f’Gaża u fix-Xatt tal-Punent, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet irreferew għat-tbatija tal-popolazzjoni ċivili f’Gaża bħala traġedja umana u esprimew it-tħassib serju tal-Unjoni. Huma tennew l-appelli tagħhom għal waqfien mill-ġlied immedjat, il-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha, u aċċess umanitarju sħiħ. |
|
(5) |
F’dak il-kuntest, jenħtieġ li ħames persuni u tliet entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1967/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)