EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1908

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1908 tal-4 ta’ Lulju 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/615 (EUTM Somalia/2/2024)

ST/11020/2024/INIT

ĠU L, 2024/1908, 8.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1908/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1908/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1908

8.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1908

tal-4 ta’ Lulju 2024

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/615 (EUTM Somalia/2/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/96/PESK, li stabbilixxiet missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia).

(2)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM Somalia, u huwa awtorizzat mill-Kunsill biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skont l-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia.

(3)

Fl-14 ta’ Marzu 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/615 (2), li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia mit-23 ta’ Marzu 2023.

(4)

Fis-17 ta’ Mejju 2024, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Giuseppe ZIZZARI biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia (il-“ħatra proposta”).

(5)

Fl-4 ta’ Ġunju 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Giuseppe ZIZZARI bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia mill-11 ta’ Lulju 2024.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Giuseppe ZIZZARI bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/615 titħassar,

ADOTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Giuseppe ZIZZARI huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mil-11 ta’ Lulju 2024.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/615 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Lulju 2024.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

(2)   ĠU L 80, 20.3.2023, p. 94.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1908/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top