Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 32024D1758
Council Decision (EU) 2024/1758 of 4 December 2023 on the signing, on behalf of the European Union, and provisional application of the Advanced Framework Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the Republic of Chile, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1758 tal-4 ta’ Diċembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1758 tal-4 ta’ Diċembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
ST/11665/2023/INIT
ĠU L, 2024/1758, 30.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1758/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Spēkā
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1758/oj
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1758 |
30.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1758
tal-4 ta’ Diċembru 2023
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91(1), 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 212, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jiftħu negozjati maċ-Ċilì dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mmodernizzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2022, in-negozjati dwar il-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġew konklużi b’suċċess. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar ’il quddiem u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli li jinsabu fil-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (“Dikjarazzjoni Konġunta”), kif ukoll id-Dikjarazzjoni Interpretattiva Konġunta dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti, li jinsabu fil-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (“Dikjarazzjoni Konġunta”), it-tnejn li huma mehmuża ma’ dan il-Ftehim, jenħtieġ li jiġu approvati. |
|
(4) |
Ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(5) |
Il-Ftehim ma jagħtix, f’konformità mal-Artikolu 41.10 tiegħu, fl-Unjoni, drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni, għajr dawk maħluqa bejn il-Partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
Artikolu 2
Id-Dikjarazzjoni Konġunta u d-Dikjarazzjoni Konġunta mehmuża mal-Ftehim għandhom jiġu approvatif’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 4
Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, skont l-Artikolu 41.5 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b’mod proviżorju bejn l-Unjoni u r-Repubblika taċ-Ċilì (2):
|
— |
Il-Kapitolu 1, |
|
— |
Il-Kapitolu 2, |
|
— |
Il-Kapitolu 3 — bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3.4 (Protezzjoni konsulari), |
|
— |
Il-Kapitolu 4, |
|
— |
Il-Kapitolu 5, |
|
— |
Il-Kapitolu 6 – bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6.2 (Kwistjonijiet ta’ taxxa), |
|
— |
Il-Kapitolu 7, |
|
— |
L-Artikolu 8.5(1), is-subparagrafu (b), |
|
— |
Il-Kapitolu 40, |
|
— |
Il-Kapitolu 41. |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BOLAÑOS GARCÍA
(1) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/1759, 30.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1759/oj.
(2) Id-data minn meta l-partijiet tal-Ftehim imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati b’mod provviżorju għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1758/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)