Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1698

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1698 tal-14 ta’ Diċembru 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bangladesh dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ST/12911/2015/INIT

    ĠU L, 2024/1698, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1698/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1698/oj

    Related international agreement
    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1698

    26.6.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1698

    tal-14 ta’ Diċembru 2015

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bangladesh dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

    (2)

    Għalhekk, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, innegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Poplu tal-Bangladesh dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess u l-Ftehim ġie inizjalat fis-27 ta’ Frar 2015.

    (3)

    L-għan tal-Ftehim huwa li jġib il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn tmien Stati Membri u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bangladesh f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

    (4)

    Għalhekk, jinħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (5)

    Sabiex il-benefiċċji tal-Ftehim iseħħu malajr kemm jista’ jkun, dan għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bangladesh dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan (1).

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. ETGEN


    (1)  Id-data li fiha l-Ftehim ikun applikat b'mod provviżorju tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1698/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top