Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1593

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1593 tad-29 ta’ April 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Fruntieri Esterni u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2021 sa 2027

    ST/12129/2023/INIT

    ĠU L, 2024/1593, 5.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1593/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1593/oj

    Related international agreement
    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1593

    5.6.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1593

    tad-29 ta’ April 2024

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Fruntieri Esterni u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2021 sa 2027

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2) flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati (2) mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-pajjiżi u r-regoli supplimentari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi għall-perjodu 2021 sa 2027, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħat ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, li għandhom jiġu konklużi skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). In-negozjati mar-Renju tan-Norveġja ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-14 ta’ Frar 2023.

    (2)

    F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2221 (4), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplimentari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politka dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Frunieri, għall-perjodu 2021 sa 2027 (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-20 ta’ Diċembru 2023, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

    (3)

    Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova l-modifiki għall-Ftehim li huma meħtieġa bil-ħsieb li jiġu aġġustati r-referenzi għar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-“Regolament Finanzjarju”) kull meta dak ir-Regolament jiġi aġġornat.

    (4)

    F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha

    (5)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (6). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (6)

    Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar ir-regoli supplimentari b’rabta mal-Istrument għal Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027 (“il-Ftehim”) (7) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim (8).

    Artikolu 3

    Għall-finijiet tal-Artikolu 2, il-paragrafu 2, il-punt (b) tal-Ftehim, il-modifiki tal-Artikolu 2, il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tal-Ftehim biex titqies kwalunkwe emenda, tħassir, sostituzzjoni, jew riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. CLARINVAL


    (1)  Approvazzjoni tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 tal-21 ta’ Frar 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (ĠU L 90, 18.3.2022, p. 116).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2221 tat-28 ta’ Settembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027 (ĠU L, 2023/2221, 19.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2221/oj).

    (5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193 30.7.2018, p. 1).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

    (7)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/1592, 5.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/1592/oj.

    (8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1593/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top