EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1412

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1412 tad-19 ta’ Frar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

ST/12245/2023/INIT

ĠU L, 2024/1412, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1412/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1412/oj

Related international agreement
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1412

27.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1412

tad-19 ta’ Frar 2024

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE”. Il-Pjan ta’ Azzjoni stabbilit f’dik il-komunikazzjoni (il-“Pjan ta’ Azzjoni FLEGT”) għamel appell biex jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati ftehimiet ta’ sħubija volontarji ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni kienu adottati f’Ottubru tal-2003 (1), u l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar is-suġġett fil-11 ta’ Lulju 2005 (2),

(2)

Fil-5 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ sħubija biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT.

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 (3) li stabbilixxa skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fl-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta’ sħubija volontarja.

(4)

In-negozjati mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) intemmu b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fis-17 ta’ Ottubru 2022.

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea huwa awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa sabiex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. DÍAZ PÉREZ


(1)   ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

(2)   ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 482.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).

(4)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1412/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top