This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D1102
Council Decision (EU) 2024/1102 of 25 March 2024 on the position to be taken on behalf of the European Union within the EU-UK Specialised Committee on Energy established by the Trade and Cooperation Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community, of the one part, and the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland, of the other part, regarding the adoption of the guidance on working arrangements and on administrative arrangements
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1102 tal-25 ta’ Marzu 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija bejn l-UE u r-Renju Unit stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tal-gwida dwar l-arranġamenti ta’ ħidma u dwar l-arranġamenti amministrattivi
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1102 tal-25 ta’ Marzu 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija bejn l-UE u r-Renju Unit stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tal-gwida dwar l-arranġamenti ta’ ħidma u dwar l-arranġamenti amministrattivi
ST/7084/2024/INIT
ĠU L, 2024/1102, 12.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1102/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1102 |
12.4.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1102
tal-25 ta’ Marzu 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija bejn l-UE u r-Renju Unit stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tal-gwida dwar l-arranġamenti ta’ ħidma u dwar l-arranġamenti amministrattivi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/689 (1) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (il-“Ftehim”). Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8(4), il-punt (c), tal-Ftehim, il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija (il-“Kumitat Speċjalizzat”), fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-qasam ta’ kompetenza tagħha, għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li fihom il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari jipprevedi dan jew li għalihom il-Kunsill ta’ Sħubija jkun iddelegalu setgħat,. Skont l-Artikolu 10(2) tal-Ftehim, Kumitat Speċjalizzat għandu jadotta deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet b’kunsens reċiproku. Barra minn hekk, kif previst fl-Artikolu 8(4), il-punt (a), tal-Ftehim, il-Kumitat Speċjalizzat għandu s-setgħa li jimmonitorja u jirrieżamina l-implimentazzjoni u jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-Ftehim. |
|
(3) |
L-Artikolu 317(1) tal-Ftehim jipprovdi li kull Parti għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jiżviluppaw arranġamenti ta’ ħidma li jkunu effiċjenti u inklużivi sabiex jappoġġaw l-ippjanar u l-kompiti operazzjonali assoċjati mal-ilħuq tal-objettivi tat-Titolu VIII (l-Enerġija) tal-Ftehim, inkluż l-oqfsa għall-kooperazzjoni bejn in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) u n-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG), min-naħa waħda, u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass fir-Renju Unit, min-naħa l-oħra. |
|
(4) |
L-Artikolu 318(1) tal-Ftehim jipprovdi li kull Parti għandha tiżgura li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim jiżviluppaw kuntatti u jidħlu f’arranġamenti amministrattivi kemm jista’ jkun malajr sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 317(1) tal-Ftehim, l-oqfsa għall-kooperazzjoni ma għandhomx jinvolvu, jew jikkonferixxu status komparabbli mas-sħubija fl-ENTSO-E jew fl-ENTSOG mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit. Bl-istess mod, skont l-Artikolu 318(2) tal-Ftehim, l-arranġamenti amministrattivi ma għandhomx jinvolvu, jew jagħtu status komparabbli mal-parteċipazzjoni fl-ACER mill-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim. |
|
(6) |
Il-Kumitat Speċjalizzat għandu jaqbel dwar gwida dwar l-arranġamenti ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 317(1) tal-Ftehim u dwar gwida dwar l-arranġamenti amministrattivi msemmija fll-Artikolu 318(1) tal-Ftehim malli jkun prattikabbli. Il-Kumitat Speċjalizzat għandu jadotta deċiżjoni dwar dik il-gwida jew matul il-laqgħa tiegħu li jmiss inkella permezz ta’ proċedura bil-miktub, skont liema tiġi l-ewwel, wara t-tlestija tal-proċeduri domestiċi għal dak il-għan minn kull Parti. |
|
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat, peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat ser tkun vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(8) |
Sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, inkluż il-gwida tal-Kumitat Speċjalizzat, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tiġi speċifikata iktar meta, qabel ma jiġu kkonsultati, l-arranġamenti ta’ ħidma u l-arranġamenti amministrattivi jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjalizzat biex iqishom. Dejjem jekk l-arranġamenti ta’ ħidma u l-arranġamenti amministrattivi jikkonformaw mal-Ftehim u mal-pożizzjoni tal-Unjoni kif tinsab fl-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi espressa kunsiderazzjoni pożittiva f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat. Biex jiżguraw l-involviment sħiħ u regolari tal-Kunsill u tal-korpi ta’ tħejjija tiegħu, jenħtieġ li japplikaw il-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni (UE) 2021/689, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija hija stipulata fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Il-pożizzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi speċifikata aktar meta, qabel ma jiġu konklużi, l-arranġamenti ta’ ħidma u l-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Annessi għall-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat jiġu preżentati lill-Kumitat Speċjalizzat biex iqishom.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-arranġamenti ta’ ħidma u l-arranġamenti amministrattivi msemmija fih lill-Kunsill skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2021/689.
3. Dejjem jekk l-arranġamenti ta’ ħidma u l-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkonformaw mal-Ftehim u mal-pożizzjoni tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 1, il-Kunsill jista’ japprova li tiġi espressa kunsiderazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MARON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU …/… TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR L-ENERĠIJA STABBILIT PERMEZZ TAL-ARTIKOLU 8(1)(l) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MIN-NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
ta’ …
dwar il-gwida dwar l-oqfsa għall-kooperazzjoni bejn, rispettivament, l-ENTSO-E u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku tar-Renju Unit, l-ENTSOG u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass tar-Renju Unit, u l-ACER u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (GEMA u r-Regolatur tal-Utilità)
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR L-ENERĠIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikoli 317(1) u l-Artikolu 318(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(4), il-punt (a), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija (il-“Kumitat Speċjalizzat”) għandu s-setgħa li jimmonitorja u jirrieżamina l-implimentazzjoni u jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Ftehim fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu. Skont l-Artikolu 8(4), il-punt (c), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u Kooperazzjoni, huwa għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-materji kollha li fihom il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi dan jew li għalihom il-Kunsill ta’ Sħubija jkun iddelega s-setgħat tiegħu lil dak il-Kumitat Speċjalizzat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (f), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 317(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi li kull Parti għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass u l-elettriku tal-Unjoni u tar-Renju Unit jiżviluppaw arranġamenti ta’ ħidma, inkluż oqfsa għall-kooperazzjoni, li jkunu effiċjenti u inklużivi sabiex jappoġġaw l-ippjanar u l-kompiti operazzjonali assoċjati mal-ilħuq tal-objettivi tat-Titolu VIII (Enerġija) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Dan jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti ta’ ħidma, b’mod partikolari li ma għandhomx jinvolvu sħubija fl-ENTSO-E jew fl-ENTSOG, jew li ma għandhomx jagħtu status komparabbli magħha, għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 317(1), it-tielet subparagrafu, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għandu jaqbel dwar gwida dwar l-arranġamenti ta’ ħidma u l-oqfsa għall-kooperazzjoni għad-disseminazzjoni lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kemm jista’ jkun malajr. |
|
(4) |
L-Artikolu 318(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi li kull Parti għandha tiżgura li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (Agency for the Cooperation of Energy Regulators, ACER) u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 jiżviluppaw kuntatti u jidħlu f’arranġamenti amministrattivi kemm jista’ jkun malajr sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti amministrattivi. L-Artikolu 318(2) tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni jipprovdi b’mod partikolari li tali arranġamenti amministrattivi ma għandhomx jinvolvul-parteċipazzjoni fl-ACER, jew jikkonferixxu status komparabbli magħha, mill-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 318(1), it-tieni subparagrafu, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għandu jaqbel dwar gwida dwar l-arranġamenti amministrattivi għal tali kooperazzjoni għad-disseminazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji kemm jista’ jkun malajr. |
|
(6) |
Il-Kumitat Speċjalizzat jenħtieġ li jaqbel dwar gwida dwar l-arranġamenti ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 317(1) tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni u dwar l-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikolu 318(1) tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li kemm jista’ jkun jibni fuq il-ħidma diġà mwettqa mit-TSOs, mill-awtoritajiet regolatorji, mill-ENTSO-E, mill-ENTSOG u mill-ACER mill-2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,
Artikolu 1
Il-gwida tal-Kumitat Speċjalizzat kif stabbilita fl-Anness I hija b’dan adottata bħala l-gwida dwar arranġamenti ta’ ħidma bejn l-ENTSO-E u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku tar-Renju Unit. Il-Kumitat Speċjalizzat jitlob lill-Partijiet biex jiddisseminawha lilhom mingħajr dewmien.
Artikolu 2
Il-gwida tal-Kumitat Speċjalizzat kif stabbilita fl-Anness II hija b’dan adottata bħala l-gwida dwar arranġamenti ta’ ħidma bejn l-ENTSOG u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass tar-Renju Unit. Il-Kumitat Speċjalizzat jitlob lill-Partijiet biex jiddisseminawha lilhom mingħajr dewmien.
Artikolu 3
Il-gwida tal-Kumitat Speċjalizzat kif stabbilita fl-Anness III hija b’dan adottata bħala l-gwida dwar arranġamenti amministrattivi bejn l-ACER u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (GEMA u r-Regolatur tal-Utilità). Il-Kumitat Speċjalizzat jitlob lill-Partijiet biex jaqsmuha magħhom mingħajr dewmien.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell u f’Londra, …
|
|
|
Għall-Kumitat Speċjalizzat Il-Kopresidenti |
|
VALERO |
P. KOVACS |
M. SKRINAR |
ANNESS I
Gwida dwar arranġamenti ta’ ħidma bejn l-ENTSO-E u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku tar-Renju Unit
B’kont meħud tal-Artikolu 317 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jirrikjedi li l-Partijiet jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jiżviluppaw arranġamenti ta’ ħidma, inkluż qafas għall-kooperazzjoni bejn l-ENTSO-E min-naħa waħda u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni (transmission system operators, TSOs) tal-gass tar-Renju Unit min-naħa l-oħra,
|
1. |
L-ENTSO-E u t-TSOs tal-elettriku tar-Renju Unit huma mitluba jiżviluppaw u jimplimentaw, kemm jista’ jkun malajr, arranġamenti ta’ ħidma effiċjenti u inklużivi biex jiżguraw il-kooperazzjoni effettiva tagħhom. |
|
2. |
L-arranġamenti ta’ ħidma jenħtieġ li jkopru l-oqsma ta’ kooperazzjoni li ġejjin u l-aspetti relatati mill-qrib magħhom:
Jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ ħidma jkunu limitati għal kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li tinżamm l-awtonomija sħiħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull naħa fir-rigward tal-funzjonijiet tagħhom tat-tfassil tal-politika rispettivament fl-Unjoni u fir-Renju Unit. |
|
3. |
It-TSOs tal-elettriku tar-Renju Unit jenħtieġ li jaġixxu b’mod konġunt u jeħtieġ li jistabbilixxu l-forom ta’ koordinazzjoni tagħhom stess biex jinvolvu ruħhom mal-ENTSO-E filwaqt li jqisu kif xieraq ir-regoli tal-kompetizzjoni rilevanti. |
|
4. |
L-arranġamenti ta’ ħidma ma għandhomx jinvolvu jew jagħtu lit-TSOs tal-elettriku tar-Renju Unit status komparabbli għas-sħubija mal-ENTSO-E, u lanqas jipprevedu l-parteċipazzjoni tat-TSOs tal-elettriku tar-Renju Unit fil-laqgħat tal-ENTSO-E. |
|
5. |
L-arranġamenti ta’ ħidma jenħtieġ li jiġu żviluppati kemm jista’ jkun malajr u, qabel il-konklużjoni tagħhom, jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjalizzat għall-kunsiderazzjoni tiegħu. Wara l-konklużjoni tagħha, l-arranġamenti ta’ ħidma jenħtieġ li jiġu kkomunikati kif xieraq lill-parteċipanti rilevanti fis-suq. |
ANNESS II
Gwida dwar arranġamenti ta’ ħidma bejn l-ENTSOG u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass tar-Renju Unit
B’kont meħud tal-Artikolu 317 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jirrikjedi li l-Partijiet jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tagħhom jiżviluppaw arranġamenti ta’ ħidma, inkluż qafas għall-kooperazzjoni bejn l-ENTSOG min-naħa waħda u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni (TSOs) tal-gass tar-Renju Unit min-naħa l-oħra,
|
1. |
L-ENTSOG u t-TSOs tal-gass tar-Renju Unit huma mitluba jiżviluppaw u jimplimentaw, kemm jista’ jkun malajr, arranġamenti ta’ ħidma effiċjenti u inklużivi biex jiżguraw il-kooperazzjoni effettiva tagħhom. |
|
2. |
L-arranġamenti ta’ ħidma jenħtieġ li jkopru l-oqsma ta’ kooperazzjoni li ġejjin u l-aspetti relatati mill-qrib magħhom:
Jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ ħidma jkunu limitati għal kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li tinżamm l-awtonomija sħiħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull naħa fir-rigward tal-funzjonijiet tagħhom tat-tfassil tal-politika rispettivament fl-Unjoni u fir-Renju Unit. |
|
3. |
It-TSOs tal-gass tar-Renju Unit jenħtieġ li jaġixxu b’mod konġunt u jeħtieġ li jistabbilixxu l-forom ta’ koordinazzjoni tagħhom stess biex jinvolvu ruħhom mal-ENTSOG, filwaqt li jqisu kif xieraq ir-regoli tal-kompetizzjoni rilevanti. |
|
4. |
L-arranġamenti ta’ ħidma ma għandhomx jinvolvu jew jikkonferixxu status komparabbli mas-sħubija tal-ENTSOG lit-TSOs tal-gass tar-Renju Unit, u lanqas jipprevedu l-parteċipazzjoni tat-TSOs tal-gass tar-Renju Unit fil-laqgħat tal-ENTSOG. |
|
5. |
L-arranġamenti ta’ ħidma jenħtieġ li jiġu żviluppati kemm jista’ jkun malajr u, qabel il-konklużjoni tagħhom, jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjalizzat għall-kunsiderazzjoni tiegħu. Wara l-konklużjoni tiegħu, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ ħidma jiġu kkomunikati kif xieraq lill-parteċipanti rilevanti fis-suq. |
ANNESS III
Gwida dwar arranġamenti amministrattivi bejn l-ACER u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (GEMA u r-Regolatur tal-Utilità)
B’kont meħud tal-Artikolu 318 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jirrikjedi li li l-Partijiet jiżguraw li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jiżviluppaw kuntatti u jidħlu f’arranġamenti amministrattivi kemm jista’ jkun malajr sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim,
|
1. |
L-ACER u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (GEMA u r-Regolatur tal-Utilità) huma mitluba jiżviluppaw u jimplimentaw, kemm jista’ jkun malajr, arranġamenti amministrattivi biex jiżguraw il-kooperazzjoni effettiva tagħhom. |
|
2. |
L-arranġamenti amministrattivi jenħtieġ li jkopru l-oqsma ta’ kooperazzjoni li ġejjin u l-aspetti relatati mill-qrib magħhom:
L-arranġamenti amministrattivi jenħtieġ li jkunu limitati għal kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li tinżamm l-awtonomija sħiħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull naħa fir-rigward tal-funzjonijiet tagħhom tat-tfassil tal-politika rispettivament fl-Unjoni u fir-Renju Unit. |
|
3. |
Il-GEMA tar-Renju Unit u r-Regolatur tal-Utilità jenħtieġ li jaġixxu b’mod konġunt u jeħtieġ li jistabbilixxu l-forom ta’ koordinazzjoni tagħhom stess biex jinvolvu ruħhom mal-ACER bħala parti minn delegazzjoni unika. |
|
4. |
L-arranġamenti amministrattivi ma għandhomx jinvolvu jew jikkonferixxu lill-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni status komparabbli mal-parteċipazzjoni fl-ACER, u lanqas jipprevedu l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-ACER tal-awtorità regolatorja fir-Renju Unit maħtura f’konformità mal-Artikolu 310 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
5. |
L-arranġamenti amministrattivi jenħtieġ li jiġu żviluppati kemm jista’ jkun malajr u, qabel il-konklużjoni tagħhom, jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjalizzat għall-kunsiderazzjoni tiegħu. Wara l-konklużjoni tiegħu, jenħtieġ li l-arranġamenti amministrattivi jiġu kkomunikati kif xieraq lill-parteċipanti rilevanti tas-suq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1102/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)