Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1032

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1032 tas-26 ta’ Marzu 2024 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2024)

ST/7256/2024/REV/1

ĠU L, 2024/1032, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1032/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1032/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1032

2.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1032

tas-26 ta’ Marzu 2024

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2318 (2), li estendiet il-mandat tal-EUMM Georgia sal-14 ta’ Diċembru 2024.

(3)

Fil-31 ta’ Jannar 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/219 (3), li taħtar lis-Sur Dimitrios KARABALIS bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia mill-1 ta’ Frar 2023 sal-14 ta’ Diċembru 2023.

(4)

Fid-29 ta’ Frar 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà propona l-ħatra tas-Sa Bettina BOUGHANI bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta’ Diċembru 2024.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sa Bettina BOUGHANI bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia mill-1 ta’ April 2024 sal-14 ta’ Diċembru 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Bettina BOUGHANI hija b’dan maħtur Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) mill-1 ta’ April 2024 sal-14 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ April 2024.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2318 tal-25 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 133).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/219 tal-31 ta’ Jannar 2023 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2023) (ĠU L 30, 2.2.2023, p. 16).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1032/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top